Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/2043(ACI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0083/2008

Testi mressqa :

A6-0083/2008

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 10/04/2008 - 9.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0114

Testi adottati
PDF 366kWORD 49k
Il-Ħamis, 10 ta' April 2008 - Brussell
Il-Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (Malta u l-Portugall)
P6_TA(2008)0114A6-0083/2008
Riżoluzzjoni
 Anness

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'applikazzjoni tal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (COM(2008)0094 - C6-0085/2008 - 2008/2043(ACI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0094 - C6-0085/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda(1), u b'mod partikolari l-punt 28 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(2),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0083/2008),

A.   billi l-Unjoni Ewropea stabbilixxiet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex jingħata appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qed isofru l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija u biex jiġu megħjuna sabiex jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol,

B.   billi l-għajnuna finanzjarja ta' l-Unjoni Ewropea għall-ħaddiema li ġew issensjati għandha tkun għajnuna dinamika u disponibbli b'mod effiċjenti u malajr kemm jista' jkun,

C.   billi Malta u l-Portugall talbu għajnuna fir-rigward ta' sensji fis-settur tat-tessuti f'Malta u fis-settur tal-karozzi fil-Portugall, permezz ta' l-ittri tat-12 ta' Settembru 2007 u d-9 ta' Ottubru 2007(3),

1.  Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi neċessarji biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-Fond;

2.  Jenfasizza t-tħassib tiegħu rigward in-natura ta' miżuri ffinanzjati mill-Fond sabiex jitnaqqas in-numru tal-persuni li għadhom qiegħda; jitlob lill-Kummissjoni, b'koperazzjoni ma' l-awtoritajiet Portugiżi, biex jimmoniterjaw mill-qrib is-sitwazzjoni fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 3 , tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, u biex jirrapportaw lill-awtoritajiet leġiżlattivi u baġitarji;

3.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jibgħat din ir-riżoluzzjoni, inkluż l-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. Ftehim kif emendat bid-Deċiżjoni 2008/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 6, 10.1.2008, p. 7).
(2) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
(3) Applikazzjonijiet EGF/2007/008 u EGF/2007/010.


ANNESS:

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta' l-10 ta' April 2008

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'applikazzjoni tal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (1), u b'mod partikolari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)  Il-Fond Ewropew ta" Aġġustament għall-Globalizzazzjoni ("il-Fond") ġie stabbilit sabiex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema ssensjati li qed isofru l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija, u sabiex jgħinhom biex jerġgħu jintegraw ruħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)  Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta" Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond taħt il-limitu massimu annwali ta" EUR 500 miljun.

(3)  Fit-12 ta' Settembru 2007, Malta ressqet applikazzjoni sabiex tkun tista' tuża l-Fond fir-rigward tas-sensji fis-settur tat-tessuti, speċifikament għal ħaddiema li ngħataw is-sensja mill-VF(Malta)Ltd u mill-Bortex Clothing Ind. Co. Ltd. L-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

(4)  Fid-9 ta' Ottubru 2007, il-Portugall ressaq applikazzjoni sabiex jkun jista' juża l-Fond, fir-rigward tas-sensji fis-settur tal-karrozzi, speċifikament għal ħaddiema li ngħataw is-sensja minn Opel f'Azambuja, Alcoa Fujikura f'Seixal u Johnson Controls f'Portalegre. L-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

(5)  Il-Fond għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribut finanzjarju għall-applikazzjonijiet,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 3 106 882 f'approprjazzjonijiet għall-impennji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 10 ta' April 2008

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. Ftehim kif emendat bid-Deċiżjoni 2008/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 6, 10.1.2008, p. 7).
(2) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

Avviż legali - Politika tal-privatezza