Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0135(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0039/2008

Testi mressqa :

A6-0039/2008

Dibattiti :

PV 09/04/2008 - 24
CRE 09/04/2008 - 24

Votazzjonijiet :

PV 10/04/2008 - 9.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0117

Testi adottati
PDF 393kWORD 70k
Il-Ħamis, 10 ta' April 2008 - Brussell
Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar *
P6_TA(2008)0117A6-0039/2008

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' April 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida tekniċi multijannwali għall-programm ta' riċerka tal-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (COM(2007)0393 – C6-0248/2007 – 2007/0135(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0393),

–   wara li kkunsidra Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/76/KE ta' l-1 ta' Frar 2003 li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità (Ewropea), dwar il-konsegwenzi finanzjarji tad-data ta' l-għeluq tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond tar-Riċerka tal-Faħam u l-Azzar(1), skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0248/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0039/2008)

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emenda 2
Artikolu 4, Paragrafu 1, Subparagrafu 1 a (ġdid)
Dan it-tip ta" proġetti se jagħmlu l-faħam aktar kompetittiv fis-swieq lokali ta" l-enerġija, sakemm isir użu effiċjenti tar-riservi tal-faħam lokali.
Emenda 3
Artikolu 4, Paragrafu 2, Punt (c a) (ġdid)
(ca) konverżjoni aktar effiċjenti ta" l-enerġija primarja latenti mill-faħam għal forom oħra ta" enerġija, pereżempju permezz ta" l-użu ta" teknoloġiji konvenzjonali ta" sabiex il-faħam jinbidel f'gass jew f'likwidu;
Emenda 4
Artikolu 4, Paragrafu 2, Punt (c b) (ġdid)
(cb) teknoloġiji aktar ekonomiċi u aktar affidabbli.
Emenda 5
Artikolu 6, paragrafu 2, punt (d)
(d) ir-rinnovar tal-miżbliet u l-użu industrjali ta' residwi mill-produzzjoni u l-konsum tal-faħam;
(d) ir-rinnovar tal-miżbliet u l-użu ta' residwi mill-produzzjoni u l-konsum tal-faħam;
Emenda 6
Artikolu 7, paragrafu 1
Il-proġetti ta' riċerka b'dan il-għan għandhom ikunu marbuta mal-prospetti ta' provvista ta' enerġija fil-medda t-twila u għandhom jikkonċernaw ir-rinnovar –f'termini ekonomiċi, ambjentali u marbuta ma' l-enerġija– ta' depożiti ta' faħam li ma jistgħux jkunu estratti ekonomikament b'tekniki ta' tħaffir konvenzjonali. Il-proġetti jistgħu jinkludu studji, id-definizzjoni ta' strateġiji, riċerka fundamentali jew applikata, u t-testjar ta' teknoloġiji innovattivi li joffru prospetti għall-iżvilupp tar-riżorsi tal-faħam tal-Komunità.
Il-proġetti ta' riċerka b'dan il-għan għandhom ikunu marbuta mal-prospetti ta' ħarsien tal-provvista ta' enerġija fuq medda twila ta" żmien u għandhom jikkonċernaw ir-rinnovar u t-trasport effiċjenti –f'termini ekonomiċi, ambjentali u marbuta ma' l-enerġija– ta' faħam li ma jistgħux jkunu estratti ekonomikament b'tekniki ta' tħaffir konvenzjonali. Il-proġetti jistgħu jinkludu studji, id-definizzjoni ta' strateġiji, riċerka fundamentali jew applikata, u t-testjar ta' teknoloġiji innovattivi li joffru prospetti għall-iżvilupp tar-riżorsi tal-faħam tal-Komunità.
Emenda 7
Artikolu 7, paragrafu 2
Għandha tingħata preferenza lill-proġetti li jintegraw tekniki komplimentarji bħalma huma l-assorbiment tal-metanu jew dijossidu tal-karbonju, metanu estratt mis-sodda tal-faħam, u l-vaporizzazzjoni tal-faħam ta' taħt l-art.
Għandha tingħata preferenza lill-proġetti li jintegraw tekniki komplimentarji bħalma huma l-assorbiment tal-metanu jew dijossidu tal-karbonju, metanu estratt mis-sodda tal-faħam u użat bħala sors ta" enerġija, il-ħruq effiċjenti tal-faħam fi proċessi ta" ġenerazzjoni tas-sħana u ta" l-elettriku, u metodi mhux konvenzjonali u l-vaporizzazzjoni tal-faħam ta' taħt l-art.
Emenda 8
Artikolu 8, punt (j a) (ġdid)
(ja) l-azzar fondut, l-azzar maħdum u prodotti magħquda mit-trab miksuba mill-metallurġija tat-trab minn trabijiet tal-ħadid u taħlitiet metalliċi li fihom il-ħadid bħala prodotti semi-proċessati lesti sabiex ikomplu jiġu proċessati;
Emenda 9
Artikolu 9, punt (b)
(b) karatteristiċi ta' l-azzar li jindirizzaw il-bżonnijiet mekkaniċi f'temperaturi għoljin jew baxxi bħal saħħa u durabilità, reżistenza għall-użu, ttikil, żamma tal-forma, korrużjoni, u reżistenza kontra l-ksur;
(b) karatteristiċi ta' l-azzar li jindirizzaw il-kwalitajiet mekkaniċi ta" tipi differenti ta" azzar f'temperaturi għoljin jew baxxi bħas-saħħa f'livelli differenti ta" tensjoni, l-ebusija, ir-reżistenza għax-xokkijiet, l-istrapazz mekkaniku u termiku, ir-reżistenza għat-telf tal-forma u għall-ksur, ir-reżistenza milli jittiekel mal-brix u r-reżistenza kontra l-korrużjoni;
Emendi 10 u 11
Artikolu 9, punt (c)
(c) tiżdied il-ħajja tas-servizz tal-prodott, b'mod partikolari billi tiġi żviluppata r-reżistenza ta' l-azzar u ta' l-istrutturi ta' l-azzar għas-sħana u għall-korrużjoni;
(c) tiżdied il-ħajja tas-servizz tal-prodott, b'mod partikolari billi tiġi mtejba r-reżistenza ta' l-azzar u ta' l-istrutturi ta' l-azzar għall-ittikil minħabba temperaturi għolja, għall-korrużjoni u għal influwenzi oħrajn;
Emenda 12
Artikolu 9, punt (d)
(d) komposti li fihom l-azzar u strutturi f'saffi;
(d) komposti u strutturi fibrużi u f'saffi;
Emenda 13
Artikolu 9, punt (e)
(e) mudelli għal simulazzjoni ta' previżjoni fuq mikrostrutturi u kwalitajiet mekkaniċi;
(e) mudelli għal simulazzjoni ta' previżjoni fuq mikrostrutturi, kwalitajiet mekkaniċi, eċċ;
Emenda 14
Artikolu 10, punt (b)
(b) kategoriji ta' azzar u disinn ta' strutturi mibnija sabiex jiffaċilitaw il-ġbir ta' l-azzar skreppjat u l-konverżjoni tiegħu f'azzar li jista' jintuża;
(b) tfassil ta' strutturi ta" l-azzar li jiżżarmaw faċilment fl-aħħar tal-ħajja tas-servizz tagħhom, għall-ġbir ta" l-azzar skreppjat u l-konverżjoni tiegħu f'azzar li jista' jintuża;
Emenda 15
Artikolu 13
Kwalunkwe impriża, korp pubbliku, organizzazzjoni ta' riċerka jew stabbiliment ta' l-edukazzjoni għolja jew sekondarja, jew kwalunkwe entità legali, fosthom persuni naturali minn pajjiżi terzi, huwa intitolat sabiex jipparteċipa fuq il-bażi ta' proġetti individwali mingħajr ma jirċievi kontribuzzjoni finanzjarja taħt il-Programm ta' Riċerka, sakemm din il-parteċipazzjoni tkun fl-interess tal-Komunità.
Kwalunkwe impriża, korp pubbliku, organizzazzjoni ta' riċerka jew stabbiliment ta' l-edukazzjoni għolja jew sekondarja, jew kwalunkwe entità legali, fosthom persuni naturali minn pajjiżi terzi, huwa intitolat sabiex jipparteċipa fuq il-bażi ta' proġetti individwali mingħajr ma jirċievi kontribuzzjoni finanzjarja taħt il-Programm ta' Riċerka, sakemm din il-parteċipazzjoni tkun fl-interess tal-Komunità u sakemm il-parteċipant ikun jista" jipprovdi r-riżorsi bażiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proġett.
Emenda 16
Artikolu 20
Il-Gruppi Konsultattivi għall-Faħam u l-Azzar (minn issa 'l quddiem "Il-Gruppi Konsultattivi") għandhom ikunu gruppi tekniċi indipendenti għall-konsultazzjoni.
Il-Gruppi Konsultattivi għall-Faħam u l-Azzar (minn issa 'l quddiem "Il-Gruppi Konsultattivi") għandhom ikunu gruppi tekniċi indipendenti għall-konsultazzjoni li jkunu magħmula minn speċjalisti kkwalifikati kif jixraq.
Emenda 17
Artikolu 22, paragrafu 3
Il-Kummissjoni għandha tiżgura, fi ħdan kull Grupp Konsultattiv, firxa bbilanċjata ta' għarfien espert u l-usa' rappreżentazzjoni ġeografika possibbli.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura, fi ħdan kull Grupp Konsultattiv, firxa bbilanċjata ta' għarfien espert u l-usa' rappreżentazzjoni ġeografika u ġeo-ekonomika possibbli, b'referenza speċjali għal [l-Istati Membri li ngħaqdu ma" l-Unjoni Ewropea fl-2004 u wara.
Emenda 18
Artikolu 25, paragrafu 3, subparagrafu 1
3.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pakkett ta' informazzjoni dwar il-programm, bir-regoli tal-parteċipazzjoni, il-metodi ta' amministrazzjoni tal-proposti u l-proġetti, il-formoli ta' applikazzjoni, ir-regoli ta' kif għandhom jitressqu l-proposti, kampjuni tal-ftehimiet dwar l-għotjiet, l-ispejjeż eliġibbli, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima permessa, il-metodi ta' ħlas u l-għanijiet prijoritarji annwali tal-Programm ta' Riċerka.
3.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pakkett ta' informazzjoni dwar il-programm, bir-regoli tal-parteċipazzjoni, il-metodi ta' amministrazzjoni tal-proposti u l-proġetti, il-formoli ta' applikazzjoni (inklużi l-istruzzjonijiet dwar kif dawn għandhom jiġu mlestija), ir-regoli ta' kif għandhom jitressqu l-proposti, kampjuni tal-ftehimiet dwar l-għotjiet, l-ispejjeż eliġibbli, il-kontribuzzjoni finanzjarja massima permessa, il-metodi ta' ħlas u l-għanijiet prijoritarji annwali tal-Programm ta' Riċerka.

(1) ĠU L 29, 5.2.2003, p. 22.

Avviż legali - Politika tal-privatezza