Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0114(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0072/2008

Testi mressqa :

A6-0072/2008

Dibattiti :

PV 09/04/2008 - 27
CRE 09/04/2008 - 27

Votazzjonijiet :

PV 10/04/2008 - 9.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0118

Testi adottati
PDF 451kWORD 80k
Il-Ħamis, 10 ta' April 2008 - Brussell
Attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità u ta' pajjiżi terzi *
P6_TA(2008)0118A6-0072/2008

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' April 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet Komunitarji u l-aċċess għal bastimenti ta' pajjiżi terzi għall-ilmijiet Komunitarji (COM (2007)0330 – C6-0236/2007 – 2007/0114(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0330),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0236/2007],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0072/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emenda 1
Artikolu 1, punt (b)
(b) l-awtorizzazzjoni ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru, imma ma jkunx bastiment tas-sajd tal-Komunità, biex jippartecipa f'attivitajiet tas-sajd barra l-ilmijiet Komunitarji fil-qafas ta' ftehim;
imħassar
Emenda 2
Artikolu 2, punt (m)
(m)  Kontravenzjoni serja: kontravenzjoni serja hija kif definita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1447/1999 ta' l-24 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi lista tal-modi ta' mġieba li jiksru serjament ir-regoli tal-politika komuni tas-sajd, jew kontravenzjoni serja jew ksur serju skond il-ftehim ikkonċernat;
(m)  Kontravenzjoni serja: kontravenzjoni serja hija kif definita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1447/1999 ta' l-24 ta' Gunju 1999 li jistabbilixxi lista tal-modi ta' mġieba li jiksru serjament ir-regoli tal-politika komuni tas-sajd, jew kontravenzjoni serja jew ksur serju skond il-ftehim ikkonċernat; ksur għandu jiġi konfermat permezz ta" prosekuzzjoni b'suċċess skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti;
Emenda 3
Artikolu 2, punt (n)
(n) lista IUU: lista ta' bastimenti tas-sajd identifikati fil-qafas ta' RFMO, bħala bastimenti involuti f'sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat;
(n) lista IUU: lista ta' bastimenti tas-sajd identifikati fil-qafas ta' RFMO jew mill-Kummissjoni skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru... ta' ... [li jistabbilixxi sistema Komunitarja biex timpedixxi, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat]1 bħala bastimenti involuti f'sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat;
_________________
1 COM(2007)0602.
Emenda 5
Artikolu 3
Bastimenti tas-sajd tal-Komunità li għalihom inħarġet awtorizzazzjoni tas-sajd skond dan ir-Regolament biss jistgħu jingħataw permess li jipparteċipaw f'attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet abbażi ta' ftehim.
Bastimenti tas-sajd tal-Komunità li għalihom inħarġet awtorizzazzjoni tas-sajd skond dan ir-Regolament biss jistgħu jingħataw permess li jipparteċipaw f'attivitajiet tas-sajd barra mill-ibħra Komunitarji.
Emenda 6
Artikolu 4, paragrafu 1
1.  Meta jiġi konkluż ftehim, il-Kummissjoni għandha tinforma b'dan lill-Istati Membri.
1.  Il-Kummissjoni tista' tfittex espressjonijiet ta' interess mingħand l-Istati Membri qabel jibdew in-negozjati dwar xi ftehima, suġġetti għal konferma malli jiġu konklużi n-negozjati u malli jkunu saru l-allokazzjonijiet. Meta jiġi konkluż ftehim, minn pajjiż terz u approvat mill-Kunsill, il-Kummissjoni, għandha tinforma lill-Istati Membri tagħhom.
Emenda 7
Artikolu 7, paragrafu 1, punt (a)
(a) li ma jkunux eleġibbli għal awtorizzazzjoni tas-sajd skond il-ftehim ikkonċernat jew mhumiex inklużi fil-lista tal-bastimenti notifikati skond l-Artikolu 4;
(a) li ma jkunux eleġibbli għal awtorizzazzjoni tas-sajd skond il-ftehim ikkonċernat;
Emenda 8
Artikolu 7, paragrafu 1, punt (a)
(b) li tul it-tnax-il xahar preċedenti ta' attivitajiet tas-sajd skond il-ftehim ikkonċernat jew, fil-każ ta' ftehim ġdid, ta' attivitajiet tas-sajd skond il-ftehim li ppreċeda dak il-ftehim, ikunu wettqu kontravenzjoni serja, jew, fejn xieraq, ikunu għadhom ma ssodisfawx il-kundizzjonijiet skond dak il-ftehim għal dak il-perjodu;
(b) li tul it-tnax-il xahar preċedenti ta' attivitajiet tas-sajd skond il-ftehim ikkonċernat jew, fil-każ ta' ftehim ġdid, ta' attivitajiet tas-sajd skond il-ftehim li ppreċeda dak il-ftehim, ikunu wettqu kontravenzjoni serja, jew, fejn xieraq, ikunu għadhom ma ssodisfawx il-kundizzjonijiet skond dak il-ftehim għal dak il-perjodu ħlief meta diġà tkun ġiet imposta piena fuq il-bastiment konċernat, fejn ikun hemm evidenza li l-ksur ma jkunx serju, u/jew meta s-sid tal-bastiment ikun inbidel u s-sid il-ġdid jipprovdi garanziji li l-kundizzjonijiet ikunu se jintlaħqu;
Emenda 9
Artikolu 7, paragrafu 1, punt (d)
(d) li jkollhom l-informazzjoni fir-reġistru tal-flotta tal-Komunità jew fis-sistema ta' l-informazzjoni Komunitarja dwar l-awtorizzazzjoni tas-sajd skond it-tifsita ta' Artikolu 16 mhux kompluta jew impreċiża;
(d) sakemm id-data dwarhom li ma tkunx kompluta jew li tkun impreċiża fir-reġistru tal-flotta tal-Komunità jew fis-sistema ta' l-informazzjoni Komunitarja dwar l-awtorizzazzjoni tas-sajd skond it-tifsira ta' Artikolu 16 tkun ġiet ikkoreġuta;
Emenda 10
Artikolu 9, paragrafu 1, introduzzjoni
1.  Il-Kummissjoni m'għandhiex tittrażmetti lill-awtorità awtorizzanti applikazzjonijiet, li għalihom:
1.  Il-Kummissjoni, wara li tkun tat lill-Istati Membri l-opportunità sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom, m'għandhiex tittrażmetti lill-awtorità awtorizzanti applikazzjonijiet, li għalihom:
Emenda 11
Artikolu 9, paragrafu 1, punt (a)
(a) id-dejta pprovduta mill-Istat Membru ma tkunx kompluta;
(a) id-dejta pprovduta mill-Istat Membru ma tkunx kompluta fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ftehimiet tas-sajd konċernati;
Emenda 12
Artikolu 10
Fejn il-Kummissjoni jkollha x'tifhem li Stat Membru ma kkonformax ma' l-obbligi msemmija fl-Anness I fir-rigward ta' ftehim speċifiku, hi għandha tinforma lill-Istat Membru b'dan u tagħti lil dak l-Istat Membru l-opportunità li jagħmel l-osservazzjonijiet tiegħu. F'każ li l-Kummissjoni tiddetermina, fid-dawl ta' kwalunkwe osservazzjonijiet sottomessi mill-Istat Membru, li kien hemm ksur ta' dawk l-obbligi, hi għandha tiddeċiedi, bil-prinċipji ta' l-aspettattiva leġittima u l-proporzjonalità meqjusa kif xieraq, li teskludi l-bastimenti ta' dak l-Istat Membru milli jkomplu jipparteċipaw f'dak il-ftehim.
Fejn il-Kummissjoni, fuq il-bażi ta" fatti sustanzjati kif xieraq, issir taf li Stat Membru ma kkonformax ma' l-obbligi msemmija fl-Anness I fir-rigward ta' ftehim speċifiku, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru b'dan u tagħti lil dak l-Istat Membru l-opportunità li jagħmel l-osservazzjonijiet tiegħu. Jekk, fid-dawl ta' kwalunkwe osservazzjonijiet sottomessi mill-Istat Membru, jiġu ppruvat li kien hemm ksur ta' dawk l-obbligi, il-Kummissjoni tista" tiddeċiedi, filwaqt li tqis kif jixraq il-prinċipji ta' l-aspettattiva leġittima u l-proporzjonalità, li teskludi l-bastimenti ta' dak l-Istat Membru milli jkomplu jipparteċipaw f'dak il-ftehim.
Emenda 13
Artikolu 17, paragrafu 1
1.  Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet stipulati fit-Titoli II u IIa tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, bastimenti tas-sajd Komunitarji li tkun nħarġitilhom awtorizzazzjoni tas-sajd skond it-Taqsima II jew it-Taqsima III għandhom jittrażmettu kuljum lill-awtorità kompetenti nazzjonali tagħhom id-dejta dwar il-qabdiet u l-isforzi tas-sajd tagħhom.
1.  Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet stipulati fit-Titoli II u IIa tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, bastimenti tas-sajd Komunitarji li tkun nħarġitilhom awtorizzazzjoni tas-sajd skond it-Taqsima II jew it-Taqsima III għandhom jittrażmettu lill-awtorità kompetenti nazzjonali tagħhom id-dejta dwar il-qabdiet u l-isforzi tas-sajd tagħhom bi frekwenza xierqa għal kull ftehima u kull zona ta" sajd konċernata. Ir-rekwiżiti tal-preżentazzjoni għandhom ikunu kompatibbli ma' dawk li jinsabu fir- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1966/2006 tal-21 ta" Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni u r-rappurtar elettroniku ta' l-attivitajiet tas-sajd u dwar il-mezzi ta' telerilevament1.
1 ĠU L 409, 30.12.2006, p. 1.
Emenda 14
Artikolu 19, paragrafu 1
1.  Mingħajr ħsara għall-Artikolu 26(4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 u l-Artikolu 21(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, fejn Stat Membru jqis li l-opportunitajiet tas-sajd li ġew allokati lilu ġew eżawriti, hu għandu minnufih jipprojbixxi attivitajiet tas-sajd fiż-żona, stokk jew grupp ta' stokkijiet rispettivi.
1.  Mingħajr ħsara għall-Artikolu 26(4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 u l-Artikolu 21(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, fejn Stat Membru jqis li l-opportunitajiet tas-sajd li ġew allokati lilu ġew eżawriti, hu għandu minnufih jipprojbixxi attivitajiet tas-sajd fiż-żona, stokk jew grupp ta' stokkijiet rispettivi, u jissospendi dawk l-awtorizzazzjonijiet li diġà jkunu ngħataw.
Emenda 15
Artikolu 19, paragrafu 3
3.  Meta l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd ikunu nħarġu għal sajd imħallat u wieħed mill-istokkjiiet jew grupp ta' stokkijiet ikkonċernati jitiqies eżawrit, l-Istat Membru għandu jipprojbixxi kull attività tas-sajd li tkun marbuta mas-sajdiet imħallta.
3.  Meta l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd ikunu nħarġu għal sajd imħallat u wieħed mill-istokkjiiet jew grupp ta' stokkijiet ikkonċernati jitiqies eżawrit, l-Istat Membru għandu jipprojbixxi l-attivitajiet speċifiċi li jheddu l-istokkijiet li jinsabu fil-periklu.
Emenda 16
Artikolu 20, paragrafu 1
1.  Jekk bastiment tas-sajd tal-Komunità wettaq kontravenzjoni serja, l-Istat Membru għandu jiżgura li l-bastimenti ma jitħallewx aktar jagħmlu użu mill-awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa skond il-ftehim ikkonċernat jew għall-perjodu li jkun fadal ta' dik l-awtorizzazzjoni u għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan mingħajr dewmien, bi trażmissjoni elettronika.
1.  Jekk bastiment tas-sajd tal-Komunità ikun wettaq kontravenzjoni serja meta jkun qiegħed jistad skond xi ftehima, l-Istat Membru għandu jiżgura li l-bastimenti ma jitħallewx aktar jagħmlu użu mill-awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa skond il-ftehim ikkonċernat jew għall-perjodu li jkun fadal ta' dik l-awtorizzazzjoni u għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan mingħajr dewmien bi trażmissjoni elettronika.
Emenda 17
Artikolu 20, paragrafu 3
3.  Rapporti ta' l-ispezzjoni u tas-sorveljanza mfassla mill-ispetturi tal-Kummissjoni, mill-ispetturi tal-Komunità, mill-ispetturi ta' l-Istati Membri jew mill-ispetturi ta' pajjiż terz, li jkunu parti mill-ftehim ikkonċernat, għandhom jitqiesu bħala evidenza ammissibbli fi proċedimenti amministrattivi jew ġuridiċi ta' kwalunkwe Stat Membru. Biex jiġu stabbiliti fatti, għandhom jiġu trattati l-istess bħal rapporti ta' spezzjonar u sorveljanza ta' l-Istat Membru.
3.  Rapporti ta' l-ispezzjoni u tas-sorveljanza mfassla mill-ispetturi tal-Kummissjoni, mill-ispetturi tal-Komunità, mill-ispetturi ta' l-Istati Membri jew mill-ispetturi ta' pajjiż terz, li jkunu parti mill-ftehim ikkonċernat, għandhom jitqiesu bħala evidenza ammissibbli fi proċedimenti amministrattivi jew ġuridiċi ta' kwalunkwe Stat Membru. Biex jiġu stabbiliti l-fatti, dawn għandhom jiġu ttrattati l-istess bħal rapporti ta' spezzjoni u sorveljanza ta' l-Istat Membru, skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali relevanti.
Emenda 18
Artikolu 21, paragrafu 1, punt (a)
(a)  Għall-utenti kollha kkonċernati fl-Istati Membru u l-awtoritajiet awtorizzanti kkonċernati fuq is-sit elettroniku b'link mas-sistema Komunitarja ta' informazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni tas-sajd. Id-dejta aċċessibli għal dawn il-persuni għandha tkun limitata għad-dejta li jkunu jeħtieġu fil-qafas tal-proċess ta' l-awtorizzazzjoni tas-sajd.
(a)  Għall-awtoritajiet awtorizzanti kkonċernati fuq is-sit elettroniku b'link mas-sistema Komunitarja ta' informazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni tas-sajd. Id-dejta aċċessibli għal dawn il-persuni għandha tkun limitata għad-dejta li jkunu jeħtieġu fil-qafas tal-proċess ta' l-awtorizzazzjoni tas-sajd.
Emenda 19
Artikolu 21, paragrafu 1, punt (a)
(b)  Għall-utenti kollha kkonċernati l-awtoritajiet kompetenti għall-ispezzjoni fuq is-sit elettroniku b'link mas-sistema Komunitarja ta' informazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni tas-sajd. Id-dejta aċċessibli għal dawn il-persuni għandha tkun limitata għad-dejta li jkunu jeħtieġu fil-qafas ta' l-attivitajiet tagħhom ta' spezzjoni.
(b)  Għall-awtoritajiet kompetenti għall-ispezzjoni fuq is-sit elettroniku b'link mas-sistema Komunitarja ta' informazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni tas-sajd. Id-dejta aċċessibli għal dawn il-persuni għandha tkun limitata għad-dejta li jkunu jeħtieġu fil-qafas ta' l-attivitajiet tagħhom ta' spezzjoni.
Avviż legali - Politika tal-privatezza