Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0218(AVC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0078/2008

Testi mressqa :

A6-0078/2008

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 23/04/2008 - 4.1

Testi adottati :

P6_TA(2008)0164

Testi adottati
PDF 201kWORD 32k
L-Erbgħa, 23 ta' April 2008 - Strasburgu
Protokoll mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni KE-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ***
P6_TA(2008)0164A6-0078/2008

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-iffirmar ta' Protokoll mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, sabiex tibda titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea. (16731/2007 – COM(2007)0623 – C6-0093/2008 – 2007/0218(AVC))

(Proċedura ta' kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni (COM(2007)0623 – 16731/2007),

–   wara li kkunsidra t-talba għal kunsens magħmula mill-Kunsill skond l-Artikolu 300(3), it-tieni subparagrafu, flimkien ma' l-Artikolu  300(2), l-ewwel sub-paragrafu, it-tieni sentenza, u l-Artikolu 310 tat-Trattat KE (C6-0093/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 75 u 83(7) u 43(1), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0078/2008),

1.  Jagħti l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehima;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u ta' l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

Avviż legali - Politika tal-privatezza