Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/2027(REG)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0108/2008

Testi mressqa :

A6-0108/2008

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 08/05/2008 - 5.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0190

Testi adottati
PDF 351kWORD 40k
Il-Ħamis, 8 ta' Mejju 2008 - Brussell
Miżuri ta' implimentazzjoni (Emenda għall-Artikolu 81)
P6_TA(2008)0190A6-0108/2008

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Mejju 2008 dwar l-emenda għall-Artikolu 81 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament dwar miżuri ta' implimentazzjoni (2008/2027(REG))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-ittra mill-President tiegħu tas-27 ta" Marzu 2008 li permezz tagħha ntbagħtet il-ftehima interistituzzjonali kif approvata mill-Konferenza tal-Presidenti fit-12 ta" Diċembru 2007,

–   wara li kkunsidra l-ftehima interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-proċeduri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni, kif emendata permezz tad-Deċiżjoni 2006/512/KE(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 120(2), 201u 202 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A6-0108/2008),

1.  Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.  Ifakkar li din l-emenda tidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta" informazzjoni.

Test Preżenti   Emenda
Emenda 1
Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament
Artikolu 81 – paragrafu 4 – punt (a)
(a) iż-żmien ta" l-iskrutinju għandu jibda jgħodd meta l-abbozz ta" miżuri jkun ġie mressaq lill-Parlament bil-lingwi uffiċjali kollha;
(a) iż-żmien ta" l-iskrutinju għandu jibda jgħodd meta l-abbozz ta" miżuri jkun ġie mressaq lill-Parlament bil-lingwi uffiċjali kollha; Fejn japplikaw limiti iqsar ta" żmien (Artikolu 5a(5)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni) u f'każijiet ta" urġenza (Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE), il-perjodu taż-żmien għall-iskrutinju għandu jibda jgħodd mid-data meta l-Parlament jirċievi l-abbozz aħħari tal-miżuri ta" implimentazzjoni fil-verżjonijiet lingwistiċi ppreżentati lill-membri tal-kumitat stabbilit skond id-Deċiżjoni 1999/468/KE, ħlief jekk ikun hemm oġġezzjoni mill-president tal-kumitat responsabbli. L-Artikolu 138 ma japplikax f'dan il-każ;

(1) Testi Adottati, 8.5.2008. P6_TA(2008)0189.

Avviż legali - Politika tal-privatezza