Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 19 ta' Frar 2008 - Strasburgu
Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-KE u l- Iżrael, biex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma" l-Unjoni Ewropea ***
 Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-KE u l-Eġittu, biex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma" l-Unjoni Ewropea ***
 L-espożizzjoni ta' ħaddiema għar-riskji ġejjin minn aġenti fiżiċi (kampi elettro-manjetiċi) ***I
 L-installazzjoni ta" dwal u mezzi ta" sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija (verżjoni kodifikata) ***I
 Pjanċi u l-iskrizzjonijiet regolamentari għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta" kif jitwaħħlu (verżjoni kodifikata) ***I
 Il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta" wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (verżjoni kodifikata) ***I
 Is-soppressjoni ta" l-interferenza tar-radju prodotta minn tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija (kompatibilità elettromanjetika) (verżjoni kodifikata) ***I
 Livell ta" storbju kif jinstema" mis-sewwieq ta" trattur bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (verżjoni kodifikata) ***I
 L-istabbiliment ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta" Informazzjoni u Osservazzjoni ta" l-Ambjent (verżjoni kkodifikata) ***I
 L-istruttura u r-rati ta" sisa fuq it-tabakk manifatturat (verżjoni kodifikata) *
 Ftehim KE/Żvizzera dwar il-programm MEDIA 2007 *
 Ħarsien ta' l-immunità u l-privileġġi ta' Claudio Fava
 Ħarsien ta' l-immunità u l-privileġġi ta' Witold Tomczak
 It-twaqqif ta' Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità (Kodiċi tad-Dwana modernizzat) ***II
 L-għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni biex tkun assigurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi fl-oqsma tad-dwana u l-agrikoltura QAFAS ABM / ABB (ġestjoni/stabbiliment tal-baġit skond l-attivitajiet) ***I
 Trasparenza f'oqsma finanzjarji
 Il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet - Il-ġlieda kontra l-frodi – Rapporti annwali 2005 u 2006
 Aċċess għas-suq għall-kumpaniji Ewropej
 Abbuż ta' poter minn supermarkets kbar li joperaw fl-Unjoni Ewropea

Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-KE u l- Iżrael, biex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma" l-Unjoni Ewropea ***
PDF 198kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Istat ta' Iżrael, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma" l-Unjoni Ewropea (15061/2007 – COM(2007)0464 – C6-0445/2007 – 2007/0165(AVC))
P6_TA(2008)0036A6-0025/2008

(Proċedura ta' kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2007)0464),

–   wara li kkunsidra t-test tal-Kunsill (15061/2007),

–   wara li kkunsidra t-talba għal kunsens magħmula mill-Kunsill skond l-Artikolu 300(3), it-tieni sub-paragrafu, b'mod konġunt ma" l-Artikolu 310 u l-Artikolu 300(2), l-ewwel sub-paragrafu, it-tieni sentenza tat-Trattat KE (C6-0445/2007)

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 75 u 83(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0025/2008),

1.  Jagħti l-kunsens tiegħu għall-proposta għal konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jippreżenta l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u l-Istat ta' l-Iżrael.


Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-KE u l-Eġittu, biex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma" l-Unjoni Ewropea ***
PDF 199kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta' l-Eġittu, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta' l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (13199/2007 – COM(2007)0487 – C6-0438/2007 – 2007/0180(AVC))
P6_TA(2008)0037A6-0026/2008

(Proċedura ta' kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2007)0487),

–   wara li kkunsidra t-test tal-Kunsill (13199/2007),

–   wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skond l-Artikolu 300(3), it-tieni subparagrafu, flimkien ma" l-Artikolu 310 u l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza tat-Trattat KE (C6-0438/2007),

–   wara li kkunsidra r-Regoli 75, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0026/2008),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta" l-Istati Membri u tar-Repubblika Għarbija ta" l-Eġittu.


L-espożizzjoni ta' ħaddiema għar-riskji ġejjin minn aġenti fiżiċi (kampi elettro-manjetiċi) ***I
PDF 200kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-proposta ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/40/KE rigward rekwiżiti minimi tas-sigurtà u tas-saħħa relattivi għall-espożizzjoni ta' ħaddiema għar-riskji ġejjin minn aġenti fiżiċi (kampi elettro-manjetiċi) (it-tmintax-il Direttiva individwali skond it-tifsira ta" l-Artikolu 16(1), tad-Direttiva 89/391/KEE) (COM(2007)0669 – C6-0394/2007 – 2007/0230(COD))
P6_TA(2008)0038A6-0012/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0669),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 137(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0394/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 u l-Artikolu 43 (1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0012/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


L-installazzjoni ta" dwal u mezzi ta" sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija (verżjoni kodifikata) ***I
PDF 198kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-installazzjoni ta" dwal u mezzi ta" sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija (verżjoni kodifikata) (COM(2007)0192 – C6-0108/2007 – 2007/0066(COD))
P6_TA(2008)0039A6-0022/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0192),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251, paragrafu 2, u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema Artikoli, il-proposta ġiet preżentata lilu mill-Kummissjoni (C6-0108/2007),

–   wara li kkunsidra l-ftehima interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 - Metodu ta' xogħol mgħaġġel għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0022/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-grupp ta' ħidma konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din il-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Pjanċi u l-iskrizzjonijiet regolamentari għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta" kif jitwaħħlu (verżjoni kodifikata) ***I
PDF 200kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-pjanċi u l-iskrizzjonijiet regolamentari għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u l-post fejn jitqiegħdu u l-metodu ta" kif jitwaħħlu (verżjoni kodifikata) (COM(2007)0344 – C6-0193/2007 – 2007/0119(COD))
P6_TA(2008)0040A6-0016/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0344),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0193/2007),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0016/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-grupp ta' ħidma konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta" wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (verżjoni kodifikata) ***I
PDF 199kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta" wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (verżjoni kodifikata) (COM(2007)0451 – C6-0252/2007 – 2007/0162(COD))
P6_TA(2008)0041A6-0017/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni - kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0451),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema Artikoli il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0252/2007),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar – Metodu ta' ħidma aċċelerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Legali (A6-0017/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-grupp ta' ħidma konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Is-soppressjoni ta" l-interferenza tar-radju prodotta minn tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija (kompatibilità elettromanjetika) (verżjoni kodifikata) ***I
PDF 201kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soppressjoni ta" l-interferenza tar-radju prodotta minn tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija (kompatibilità elettromanjetika) (verżjoni kodifikata) (COM(2007)0462 – C6-0256/2007 – 2007/0166(COD))
P6_TA(2008)0042A6-0018/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0462),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE, li b'konformità magħhom il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0256/2007),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta" l-20 ta" Diċembru 1994 - Metodu ta" ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta" testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0018/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Livell ta" storbju kif jinstema" mis-sewwieq ta" trattur bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (verżjoni kodifikata) ***I
PDF 201kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell ta" storbju kif jinstema" mis-sewwieq ta" trattur bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (verżjoni kodifikata) (COM(2007)0588 – C6-0344/2007 – 2007/0205(COD))
P6_TA(2008)0043A6-0019/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni - kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0588),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0344/2007),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 – Metodu ta' ħidma mgħaġġel għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta' testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0019/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


L-istabbiliment ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta" Informazzjoni u Osservazzjoni ta" l-Ambjent (verżjoni kkodifikata) ***I
PDF 201kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta" Informazzjoni u Osservazzjoni ta" l-Ambjent (verżjoni kkodifikata) (COM(2007)0667 – C6-0397/2007 – 2007/0235(COD))
P6_TA(2008)0044A6-0020/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0667),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 175 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0397/2007),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 - Metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0020/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif ġiet adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


L-istruttura u r-rati ta" sisa fuq it-tabakk manifatturat (verżjoni kodifikata) *
PDF 200kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-istruttura u r-rati ta" sisa fuq it-tabakk manifatturat (verżjoni kodifikata) (COM(2007)0587 – C6-0392/2007 – 2007/0206(CNS))
P6_TA(2008)0045A6-0021/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0587),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0392/2007),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0021/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-grupp ta' ħidma konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Ftehim KE/Żvizzera dwar il-programm MEDIA 2007 *
PDF 201kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-finalizzazzjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam Awdjoviżiv, li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programmi tal-Komunità MEDIA 2007, u Att Finali (COM(2007)0477 – C6-0328/2007 – 2007/0171(CNS))
P6_TA(2008)0046A6-0512/2007

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2007)0477),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 150(4) u l-Artikolu 157(3), flimkien ma' l-Artikolu 300(2), l-ewwel sentenza, tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0328/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0512/2007),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u l-Konfederazzjoni Żvizzera..


Ħarsien ta' l-immunità u l-privileġġi ta' Claudio Fava
PDF 199kWORD 32k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar it-talba għall-ħarsien ta' l-immunità u l-privileġġi ta' Claudio Fava (2007/2155(IMM))
P6_TA(2008)0047A6-0007/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-talba ta' Claudio Fava, għall-ħarsien ta' l-immunità tiegħu b'konnessjoni mal-proċeduri ċivili li nbdew kontrieh quddiem il-Qorti Ċivili ta' Marsala fid-29 ta' Mejju 2007, imħabbra fis-seduta plenarja tas-6 ta' Ġunju 2007

–   wara li sema' lil Claudio Fava, skond l-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej tat-8 ta' April 1965, u l-Artikolu 6(2) ta' l-Att dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'vot universali dirett ta' l-20 ta' Settembru 1976,

–   wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Mejju 1964 u ta' l-10 ta' Lulju 1986(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 6(3) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0007/2008),

1.  Jiddeċiedi li jħares l-immunità u l-privileġġi ta' Claudio Fava,;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-Kumitat responsabbli lill-awtoritajiet ikkonċernati tar-Repubblika Taljana.

(1) Kawża 101/63 Wagner vFohrmann u Krier [1964] ECR 195 u Kawża149/85 Wybot v Faure u oħrajn [1986] ECR 2391.


Ħarsien ta' l-immunità u l-privileġġi ta' Witold Tomczak
PDF 289kWORD 38k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar it-talba għall-ħarsien ta' l-immunità u l-privileġġi ta' Witold Tomczak (2007/2130(IMM))
P6_TA(2008)0048A6-0008/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-talba ta" Witold Tomczak għall-ħarsien ta" l-immunità tiegħu f'rabta mal-każ kriminali mmexxi mill-Qorti Distrettwali f'Ostrów Wielkopolski, il-Polonja, li saret fil-21 ta" Mejju 2007, imħabbra fis-seduta plenarja fl-24 ta" Mejju 2007,

–   wara li sema" lil Witold Tomczak fl-4 ta" Ottubru 2007 skond l-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 8, 9 u 10 tal-Protokoll tat-8 ta" April 1965 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej u l-Artikolu 6(2) ta" l-Att ta" l-20 ta" Settembru 1976 rigward l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew permezz tas-suffraġju universali dirett,

–   wara li kkunsidra s-sentenzi tat-12 ta" Mejju 1964 u ta" l-10 ta" Lulju 1986(1) tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej,

—  _ wara li kkunsidra l-Artikolu 105 tal-Kostituzzjoni Pollakka,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 6(3) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0008/2008),

A.   billi Witold Tomczak kien elett għall-Parlament Pollakk (Kamra tad-Deputati, Sejm) fil-21 ta" Settembru 1997 u fit-23 ta" Settembru 2001; billi, wara l-iffirmar tat-Trattat ta" Adeżjoni fis-16 ta" April 2003 sar Osservatur; billi kien Membru tal-Parlament Ewropew mill-1 ta" Mejju 2004 sad-19 ta" Lulju 2004; billi kien ġie elett għall-Parlament Ewropew fit-13 ta" Ġunju 2004 u ż-żmien tal-kariga tiegħu fil-Parlament Pollakk għalaq fis-16 ta" Ġunju 2004,

B.   billi Witold Tomczak huwa akkużat li insulenta żewġ uffiċjali tal-pulizija fil-qadi ta" dmirijiethom f'Ostrów Wielkopolski fis-26 ta" Ġunju 1999 bi ksur ta" l-Artikolu 226(1) tal-Kodiċi Penali Pollakk; billi wara li Witold Tomczak naqas għal numru ta" drabi li jidher waqt is-seduti ta' smigħ, il-Qorti Distrettwali f'Ostrów Wielkopolski iddeċidiet fl-10 ta" Jannar 2005, skond l-Artikolu 377(3) tal-Kodiċi Pollakk tal-Proċedura Kriminali, li tibqa" għaddejja bil-ġuri in absentia,

C.   billi, skond l-Artikolu 9 ta" l-Att tat-23 ta" Jannar 2004 dwar l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, "Persuna tkun eliġibbli għall-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew li jinżammu fir-Repubblika tal-Polonja jekk hi [...] ma tkunx ġiet misjuba ħatja ta" xi reat kommess intenzjonalment u mħarrka bi proċess ta" akkuża ..."; billi l-Artikolu 142, paragrafu 1(1) ta" l-Att jiddikjara li "It-telfa tad-dritt għal siġġu li jkollu Membru tal-Parlament Ewropew għandha tkun ir-riżultat tat-telfa tad-dritt għall-eliġibilità"; billi ma teżisti l-ebda dispożizzjoni bħal din fl-Att tat-12 ta" April 2001 dwar l-elezzjonijiet għas-Sejm u s-Senat tar-Repubblika tal-Polonja (il-parlament Pollakk);

D.   billi Witold Tomczak kien preċedentement (fid-29 ta" April 2005) talab lill-Parlament iħares l-immunità tiegħu f'dawn il-proċeduri kriminali; billi l-Parlament iddeċieda fil-plenarja fl-4 ta" April 2006 li ma jħarisx l-immunità tiegħu, minkejja li s-Sur Tomczak kien bagħat ittra qabel ma saret is-seduta plenarja li biha kien allega li kien se jirtira l-applikazzjoni aktar bikrija tiegħu għall-ħarsien ta" l-immunità tiegħu,

E.   billi Witold Tomczak qed jgħid li l-imħallef li qed jippresjedi l-każ m'huwiex oġġettiv, u li l-possibilità li l-ġuri jsir in absentia jkun qed jikser il-prinċipju tal-preżunzjoni ta' l-innoċenza,

F.   billi Witold Tomczak jilmenta li l-Qorti Distrettwali m'hijiex tagħtih aċċess għall-fajls fil-każ u li l-proċeduri kriminali kontrih huma mxaqilba għax fittex li jisfida l-legalità ta" l-azzjonijiet tal-pulizija lokali u tal-prosekutur lokali,

G.   billi, fuq il-bażi tat-tagħrif miksub, Witold Tomczak m'huwiex protett bl-immunità parlamentari fir-rigward ta" l-ebda waħda mill-affermazzjonijiet li nġiebu għall-attenzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew,

1.  Jiddeċiedi li ma" jħarisx l-immunità u l-privileġġi ta" Witold Tomczak.

(1) Każ 101/63 Wagner v Fohrmann u Krier [1964] ECR 195, u Każ 149/85 Wybot v Faure u oħrajn [1986] ECR 2391.


It-twaqqif ta' Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità (Kodiċi tad-Dwana modernizzat) ***II
PDF 200kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità (Kodiċi tad-Dwana modernizzat) (11272/6/2007 – C6-0354/2007 – 2005/0246(COD))
P6_TA(2008)0049A6-0011/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (11272/6/2007 – C6-0354/2007)(1),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0608),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Suq Intern u għall-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0011/2008),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni;

2.  Jiġbed l-attenzjoni li l-att huwa mwaqqaf skond il-pożizzjoni komuni;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-Att flimkien mal-President tal-Kunsill skond l-Artikolu 254 (1) tat-Trattat KE;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att, ladarba jkun ġie verifikat li l-proċeduri kollha jkunu ġew ikkumpletati kif xieraq, u bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, biex jippubblikah fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)1 ĠU C 298E, 11.12.2007, p. 1.
(2)2 ĠU C 317 E, 23.12.2006, p. 82.


L-għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni biex tkun assigurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi fl-oqsma tad-dwana u l-agrikoltura QAFAS ABM / ABB (ġestjoni/stabbiliment tal-baġit skond l-attivitajiet) ***I
PDF 287kWORD 37k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 515/97 tal-Kunsill dwar l-għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni biex tkun assigurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi fl-oqsma tad-dwana u l-agrikoltura QAFAS ABM / ABB (ġestjoni/stabbiliment tal-baġit skond l-attivitajiet) ((COM(2006)0866 – C6-0033/2007 – 2006/0290(COD))
P6_TA(2008)0050A6-0488/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0866),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 135 u 280 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0033/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0488/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' Frar 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 dwar l-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tajba tal-leġiżlazzjoni dwar materji doganali u agrikoli

P6_TC1-COD(2006)0290


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru .../2008.)


Trasparenza f'oqsma finanzjarji
PDF 350kWORD 102k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar trasparenza f'oqsma finanzjarji (2007/2141(INI))
P6_TA(2008)0051A6-0010/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar l-Inizjattiva ta' Trasparenza Ewropea (COM(2006)0194),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-segwitu tal-Green Paper dwar l-Inizjattiva ta' Trasparenza Ewropea (COM(2007)0127),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 255 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0010/2008),

A.   billi t-trasparenza tgħin liċ-ċittadini biex jipparteċipaw aktar mill-qrib fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet, u tiggarantixxi li l-istituzzjonijiet ta' l-UE jgawdi aktar leġittimità u jkunu aktar effettivi u responsabbli lejn iċ-ċittadini f'sistema demokratika,

B.   billi t-trasparenza ssaħħaħ il-prinċipji tad-demokrazija u r-rispett lejn id-drittijiet fundamentali, kif stabbilit fl-Artikolu 6 tat-Trattat ta' l-UE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea,

C.   billi trasparenza ikbar fl-istituzzjonijiet ta' l-UE se żżid il-fehim pubbliku dwar kif jintużaw il-fondi ta' l-UE filwaqt li fl-istess waqt iżżid il-possibilitajiet għall-evalwazzjoni ta' l-effettività ta' l-infiq ta' l-UE,

Żvelar ta' informazzjoni dwar il-benefiċjarji ta' fondi ta' l-UE (implimentazzjoni prattika)

1.  Ifakkar li l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 30(3) tar-Regolament Finanzjarju kif emendat fit-13 ta' Diċembru 2006(1) jistabbilixxi, skond l-intestatura tal-prinċipju ta' trasparenza, li"

"Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli, b'mod xieraq, l-informazzjoni dwar il-benefiċjarji ta' fondi li ġejjin mill-baġit miżmum minnha meta l-baġit ikun implimentat fuq bażi ċentralizzata u direttament mid-dipartimenti tagħha, u l-informazzjoni dwar il-benefiċjarji ta' fondi kif previst mill-entitajiet li lilhom ikunu delegati l-kompiti ta' l-implimentazzjoni tal-baġit taħt modi oħrajn ta' ġestjoni.";

"

2.  Huwa ta' l-opinjoni li t-trasparenza hija relatata mill-qrib ma kemm l-informazzjoni provduta lill-benifiċjarji hi aċċessibbli faċilment, hi affidabbli u xierqa għal iktar riċerka, tqabbil u evalwazzjoni, u għalhekk li l-implimentazzjoni tat-terminu 'mod xieraq' kif hemm referenza għalih fir-Regolament Finanzjarju għandux jikkunsidra b'mod xieraq dawn il-bżonnijiet;

Fondi ta' l-UE taħt immaniġġjar ċentrali

3.  Ifakkar li, rigward trasparenza b'relazzjoni ma' l-20% tal-fondi ta' l-UE immaniġġjati direttament u ċentralment mill-Kummissjoni (għotjiet u kuntratti pubbliċi), l-infomazzjoni inkluża identifikazzjoni ta' benefiċjarji hija disponibbli għal spezzjoni f'żewġ websajts:

Għal benefiċjarji ta' Għotjiet:

http://ec.europa.eu/grants/beneficiaries_fr.htm.

Għal benefiċjarji ta' kuntratti pubbliċi

http://ec.europa.eu/public_contracts/beneficiaries_en.htm

4.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tindika l-indirizzi taż-żewġ websajts li fihom wieħed isib informazzjoni dwar il-benefiċjarji tal-fondi ta' l-UE immaniġġjati direttament u ċentralment minnha espliċitament fid-dokumenti kollha relatati mal-baġit ta' l-UE u/jew ma' proġetti u programmi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha;

Fondi ta' l-UE li jaqgħu taħt immaniġġjar maqsum, deċentralizzat jew konġunt

5.  Jiġbed l-attenzjoni li, skond l-Artikolu 53b tar-regolament Finanzjarju, meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit permezz ta' immaniġġjar konġunt, l-Istati Membri għandhom, skond il-paragrafu 2(d) ta' l-istess Artikolu:"

jiżguraw, permezz ta" regolamenti rilevanti speċifiċi għas-settur u f'konformità ma" l-Artikolu 30(3), il-pubblikazzjoni annwali ex post xierqa tal-benefiċjarji tal-fondi li ġejjin mill-baġit

"

6.  Jiġbed l-attenzjoni li, b'mod simili, skond l-Artikolu 53c u 53d, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali li jiġu ddelegati lilhom kompiti ta' implimentazzjoni "jiżguraw f'konformità ma" l-Artikolu 30(3) il-pubblikazzjoni annwali ex post xierqa tal-benefiċjarji tal-fondi li ġejjin mill-baġit."

7.  Ifakkar li fl-abbozz tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-trasparenza annessa mar-riżultati tal-proċeduri ta' konċiljazzjoni dwar ir-Regolament Finanzjarju rivedut, il-Kummissjoni impenjat ruħha li:"

tiżgura fir-Regolament implimentattiv speċifiku għas-settur li l-iżvelar ta' informazzjoni ta' benefiċjarji ta' fondi derivati mill-Fondi Agrikoli (FEAŻR(2) u FEAGA(3)) hu komparabbli ma' dak previst fir-Regolamenti implimentattivi speċifiċi għas-settur għall-Fondi Strutturali. B'mod partikolari, pubblikazzjoni ex post annwali adegwata, għal kull benefiċjarju, ta' l-ammonti riċevuti minn dawn il-fondi, suddiviżi f'katergoriji ewlenin ta' nefqa, ser tkun żgurata.

"

8.  Jiġbed l-attenzjoni li l-websajt tal-Kummissjoni http://ec.europa.eu/agriculture/funding/index_en.htm bħalissa tinkludi link ma' bażijiet ta' datata' 14 -il Stat Membru li jipprovdu informazzjoni dwar benefiċjarji tal-ħlasijiet tal-politika agrikola komuni skond immaniġġjar konġunt; jiddispjaċih madanakollu li l-informazzjoni tant hija diversa u mifruxa u ta' kwalità li tvarja ħafna li bilkemm tista' tinstab informazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni biex titgħallem mill-websajt http://www.farmsubsidy.org/ li hija aċċessibbli ħafna u li taħdem tajjeb ħafna u li twaqqfet mingħajr fondi pubbliċi;

9.  Jiġbed l-attenzjoni dwar ir-riserva tal-Kummissjoni li, minħabba li l-links fuq il-websajt tagħha huma bbażati fuq informazzjoni provduta mill-Istati Membri, li tista' tvarja ħafna fil-kopertura u fid-dettall li tipprovdi, ma tistax tiggarantixxi l-preċiżjoni u l-kompletezza tad-datajew ta' l-informazzjoni provduta, u li ma tistax tinżamm responsabbli għall-użu li jsir minnha;

10.  Jinsisti li l-Kummissjoni għandha taċċetta r-responsabilità li tiżgura l-kompletezza u l-affidabilità tad-dejta, u għalhekk tieħu l-azzjoni neċessarja vis-à-vis l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri biex iwasslu din id-dejta;

Rimarki ġenerali dwar l-iżvelar ta' informazzjoni dwar benefiċjarji

11.  Jemmen li, bħala prinċipju ġenerali, il-websajts tal-Kummissjoni li jiżvelaw informazzjoni dwar il-benefiċjarji tal-fondi ta' l-UE ta' kwalunkwe kategorija, kemm jekk kuntratti, għotjiet, jew nefqa mill-fond għall-agrikoltura jew mill-fondi strutturali (jew minn tipi oħra ta' fondi) għandhom ikunu organizzati b'tali mod li jiffaċilitaw mhux biss il-mod kif wieħed jikseb informazzjoni dwar benefiċjarji individwali iżda wkoll biex jagħmlu riċerka dwar kriterji speċifiċi sabiex jiksbu stampa ġenerali taħt diversi intestaturi, li tista' tkun iċċekkjata maċ-ċifri ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni.

12.  Jistieden lill-Kummissjoni biex taċċetta responsabilità politika għall-pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar benefiċjarji tal-fondi ta' l-UE skond kwalunkwe mod ta' immaniġġjar;

13.  Jenfasizza li mhux biżżejjed li wieħed sempliċiment jippubblika informazzjoni mhux analizzata, iżda biex l-informazzjoni jkollha valur prattiku, din għandha tkun organizzata b'mod razzjonali, klassifikata u preżentata f'ordni;

14.  Jiġbed l-attenzjoni li benefiċjarji individwali jistgħu jirċievu fondi ta' l-UE minn diversi programmi jew setturi ta' attività ta' l-UE; jirrikonoxxi għalhekk, li jista' jkun istruttiv li wieħed ikun jista' jidentifika l-ammonti kollha mħallsa lill-benefiċjarju fis-setturi kollha; jitlob lill-Kummissjoni biex tistudja l-fattibilità li tinħoloq 'search-engine' ġenerali li minnha wieħed ikun jista' jsib datadwar benefiċjarji individwali fl-ispettru kollu ta' l-attivitajiet ta' l-UE li jinvolvu kuntratti, għotjiet, sussidji, programmi ta' riċerka, fondi għall-agrikoltura u fondi strutturali, immaniġġjar ċentralizzat/deċentralizzat, eċċ;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra r-rimarki f'din ir-riżoluzzjoni u biex tintroduċi sistema operazzjonali sħiħa ta' informazzjoni intenzjonata għall-pubbliku usa' dwar il-benefiċjarji kollha ta' sussidji ta' l-UE u dwar l-irkupri pendenti qabel l-elezzjonijiet Ewropej li jmiss fl-aħħar ta' l-2009;;

Dikjarazzjoni ta' l-interessi finanzjarji ta' detenturi ta' karigi pubbliċi fl-istituzzjonijiet ta' l-UE

16.  Jiġbed l-attenzjoni li l-istituzzjonijiet ta' l-UE fil-preżent għandhom approċċi diverġenti għad-dikjarazzjonijiet ta' l-interessi finanzjarji tal-Membri tagħhom li jvarjaw minn reġistru pubbliku (Parlament Ewropew) għall-ebda dikjarazzjoni;

17.  Huwa ta' l-opinjoni li l-istituzzjonijiet kollha għandhom jikkunsidraw jekk il-prinċipji kurrenti u r-regoli humiex suffiċjenti u jinnota l-bżonn li jiġu riveduti r-regoli tal-Parlament Ewropew biex l-iżvelar pubbliku ta' l-interessi finanzjarji fuq l-internet jsir obbligatorju;

18.  Jiġbed l-attenzjoni li l-Kummissjoni kkummissjonat studju, marbut ma' l-Inizjattiva Ewropea tat-Trasparenza, dwar ir-regoli u l-istandards ta' etika professjonali għad-detenturi ta' karigi pubbliċi fl-istituzzjonijiet ta' l-UE u fil-parlamenti nazzjonali, fil-gvernijiet nazzjonali, fil-qrati kostituzzjonali (qrati suprema), fil-qrati ta' l-awdituri, fil-banek ċentrali jew nazzjonali tas-27 Stat Membru ta' l-UE, kif ukoll tal-Canada u ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika, u li għall-istituzzjonijiet ta' l-UE, l-istudju se jeżamina u jqabbel ir-regoli u l-istandards ta' etika professjonali fil-Kummissjoni Ewropea, fil-Parlament Ewropew, fil-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, fil-Bank Ċentrali Ewropew u fil-Bank Ewropew għall-Investiment;

19.  Jinsab konxju tal-fatt li l-Kummissjoni tixtieq toħloq "spazju ta' etika komuni" fost l-istituzzjonijiet ta' l-UE;

20.  Ifakkar li wara r-rakkomandazzjonijiet żviluppati mill-Kumitat ta' Esperti Indipendenti fit-tieni rapport tiegħu ta' l-10 ta' Settembru 1999 u l-White Paper tal-Kummissjoni dwar ir-riforma amministrattiva ta' l-1 ta' Marzu 2000, il-Kummissjoni ħejjiet proposta għall-Kumitat Konsultattiv dwar l-Istandards tal-Ħajja Pubblika(4), li wieħed mill-kompiti tiegħu se jkun li jiggwida minn qabel lid-detenturi ta' karigi pubbliċi biex jgħinuhom jevitaw sitwazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal kunflitt ta' interess;

21.  Iqis li mhux se jkun xieraq li jinħoloq organu konsultattiv wieħed għad-detenturi ta' karigi pubbliċi kollha ta' l-UE, meta wieħed iqis is-sitwazzjoni speċifika tal-Membri tal-Parlament Ewropew li, huma eletti direttament miċ-ċittadini;

22.  Jemmen madanakollu, li kull istituzzjoni għandha tadotta regoli dwar l-etika professjonali għall-Membri tagħha u skond in-natura speċifika ta' kull istituzzjoni u skond il-prattiki attwali li jittrattaw l-interessi finanzjarji relevanti kollha.:

23.  Jirrakkomanda li r-regoli ta' etika professjonali ta' kull istituzzjoni għandhom jittrattaw ukoll ir-responsabilità politika, finanzjarja u legali ġenerali tal-Membri tagħha;

24.  Ifakkar li, bħala tweġiba għar-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza riċenti tal-Parlament, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja riċentement adottat kodiċi ta' kondotta(5) għall-imħallfin tagħha; jiġbed l-attenzjoni li l-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri qed teżamina wkoll kwistjonijiet relatati fil-kuntest ta' l-eżami "inter pares" dwar l-irwol futur tagħha;

25.  Jaqbel ma' l-Ombudsman Ewropew (każ 3269/2005/TN) li l-iżvelar ta' l-ismijiet tal-lobbyists individwali li jagħmlu laqgħat mal-Kummissarji huwa essenzjali;

Irkupri, revoki ta' rkupri

26.  Jiġbed l-attenzjoni li t-terminu "irkupru" tkopri erba' tipi ta' proċedura:

   - l-irkupru ta' somom li għadhom ma tħallsux mill-Istati Membri lill-organizzazzjonijiet agrikoli jew korpi li qed jipparteċipaw f'azzjonijiet strutturali, fl-isfond ta' diversi żbalji kawża ta' negliġenza jew li xi drabi huma intenzjonati,
   - irkupru ta' multi imposti mill-Kummissjoni dwar organizzazzjonijiet jew Stati Membri,
   - irkupru ta' riżorsi propji mill-Istati Membri, skond il-proċedura normali għall-irkupru ta' somom ta' rkupru li jridu jitħallsu,
   - irkupru ta' somom mill-benefiċjarji tal-fondi tal-Komunità meta ma jkunx ġie osservat kuntratt jew ftehima ta' sussidju;

27.  Itenni d-dispjaċir tiegħu, kif muri f'paragrafu 36 tar-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-24 ta' Ottubru 2006 dwar l-irkupru ta' fondi tal-Komunità(6), li informazzjoni dwar irkupri ta' fondi tal-Komunità huwa eskluż mill-Inizjattiva Ewropea tat-Trasparenza; jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel disponibbli għall-awtorità baġitarja u fl-aħħar mill-aħħar għall-pubbliku, l-ismijiet u l-ammonti ta' irkupri li jridu jitħallsu jew li jridu jiġu kreditati lill-baġit ta' l-UE, kif ukoll id-destinazzjoni finali ta' dawn is-somom;

28.  Jiġbed l-attenzjoni li skond ir-Rapport Annwali ta' l-2006 tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006(7) (paragrafu 2.24), 'informazzjoni dwar irkupri u korrezzjonijiet finanzjarji preżentati [mill-Kummissjoni] fir-Rapport Annwali ta' l-Attività ta' l-2006 ma tinkludix biżżejjed spjegazzjonijiet'; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi informazzjoni affidabbli u kompleta dwar korrezzjoni ta' żbalji u evidenza dwar liema korrezzjonijiet għamlet;

29.  Jikkunsidra li l-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament, f'intervalli regolari, u possibilment, tippubblika fuq il-websajt tagħha, rendikont ġenerali ta' l-ammonti pendenti li jridu jiġu rkuprati maqsuma f'totali għal kull Direttorat Ġenerali (DG) u t-tul ta' żmien li ilu pendenti kull ammont;

30.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li kien ippublikat bħala anness għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (COM2007)0274) sommarju ta' revoki ta' rkupri ta' ammonti stabbiliti riċevabbli fl-2006, li jistabbilixxi sinteżi ta' l-immaniġġjar tal-kisbiet tal-Kummissjoni fl-2006; jiġbed l-attenzjoni li t-total ta' rkupri revokati (ammonti iktar minn EUR 100 000) kien EUR 23 038 784 għall-baġit tal-KE u EUR 6 549 996 għall-baġit tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF);

31.  Jiġbed l-attenzjoni li s-servizzi tal-Kummissjoni jistabbilixxu 10 000 ordni ta' rkupru kull sena u li d-Direttorat Ġenerali għall-Baġit tagħha kull tliet xhur jipprepara bilanċi ta' ammonti pendenti li jridu jintbagħtu lid-Direttorati Ġenerali rilevanti biex isir l-irkupru;

32.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-pubblikazzjoni fil-kontijiet provviżorji ta' l-2006 (volum 1, pp. 67-71) ta' kapitolu dwar l-irkupru ta' nefqa fin-noti għall-'outturn account' ekonomiku; jiġbed l-attenzjoni li l-valur totali ta' ordnijiet ta' rkupru fl-2006 kien ta' EUR 634 000 000; jittama li l-Kummissjoni fil-futur se tagħmel titjibiet ulterjuri fuq dawn il-linji bil-għan li tiżdied it-trasparenza;

Kompożizzjoni ta' gruppi ta' esperti konsulenti tal-Kummissjoni

33.  Jiġbed l-attenzjoni li l-Kummissjoni waqqfet reġistru (http://ec.europa.eu/transparency/regexpert/) ta' gruppi esperti, deskritti bħala organi konsultattivi formali u informali stabbiliti jew permezz ta' deċiżjonijiet tal-Kummissjoni jew b'mod informali mis-servizzi tal-Kummissjoni biex jassistu lill-Kummissjoni u s-servizzi tagħha fil-preparazzjoni tal-proposti leġiżlattivi u inizjattivi politiki;

34.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-impenji mogħtija mill-Viċi-President Kallas fuq talba tal-Kumitat tiegħu dwar il-Kontroll Baġitarju, li b'effett mill-2008:

   · l-ismijiet tal-membri kollha tal-gruppi kemm formali u kemm informali se jiġu ppubblikati u jkunu disponibbli permezz ta' reġistru ta' gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni,
   · għall-esperti u supplenti, kollha kif ukoll bħala osservaturi meta l-parteċipazzjoni għandha effett baġitarju, se jiġu żvelati u jkunu disponibbli pubblikament permezz tar-reġistru tal-gruppi ta' esperti, l-isem, it-titolu professjonali, is-sess, il-pajjiż u fejn applikabbli l-korp rappreżentat sakemm ikun hemm provi leġittimi biex dan ma jseħħx,
   · id-datapersonali li ma tiġix żvelata fuq din il-bażi tista' tingħata lill-Parlament Ewropew, skond kull każ individwali, mingħajr ħsara għar-Regolament (KE) Nru 45/2001(8) skond id-dispożizzjonijiet relevanti f'Anness I tal-Ftehima ta' Qafas,
   · se jiġi applikat mekkaniżmu ta' riċerka avvanzat li jippermetti lill-utent ifittex il-kliem ewlenin fil-metadatakollha u, pereżempju, biex ifittex għan-numru ta' esperti, skond il-pajjiż, skond il-kompożizzjoni;

35.  Jiġbed l-attenzjoni li r-reġistru ta' gruppi ta' esperti ma jkoprix:

   · esperti indipendenti nkarigati biex jassistu lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta' programmi ta' qafas għar-riċerka u l-iżvilupp,
   · kumitati għad-djalogu soċjali settorjali u ma' l-industrija kollha (li minnhom madwar 70 kienu attivi fl-2005),
   · "kumitati ta' komitoloġija" li jassistu lill-Kummissjoni fl-oqsma politiċi fejn il-Kummissjoni għandha l-poter biex temenda l-leġiżlazzjoni ( li minnhom kien hemm total ta' 250 fl-2004),
   · entitajiet konġunti li ġejjin minn ftehimiet internazzjonali (li minnhom kien hemm total ta' 170 li kienu attivi fl-2004);

36.  Ma jaqbilx mal-konklużjoni ġenerali ta' dawn il-gruppi mir-reġistru u jistenna li l-Kummissjoni tieħu azzjoni biex tiżgura li fir-reġistru jkun hemm elenkati l-gruppi esperti kollha, inkluża informazzjoni dwar il-membri tal-kumitati ta' komitoloġija, l-esperti individwali, biex tkun żgurata l-applikazzjoni ta' l-istess approċċ trasparenti għas-sħubija ta' dawn il-kumitati esperti u għalhekk l-iżvelar ta' informazzjoni, sakemm ma jkunx hemm provi leġittimi biex dan ma jseħħx skond kull każ individwali;

37.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tagħmel reviżjoni fil-fond tal-kompożizzjoni tal-gruppi esperti tagħha qabel tmiem l-2008 u tieħu azzjoni biex tiżgura rappreżentazzjoni bilanċjata tal-gruppi interessati fis-sħubija tal-gruppi ta' esperti.

38.  Jinsisti li qabel l-aħħar ta' l-2008, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa proċess trasparenti u inklużiv għall-għażla ta' membri ta' gruppi ġodda ta' esperti, u għandha tinforma lill-Parlament mhux aktar tard minn Frar 2009 dwar il-kriterji l-ġodda ta' l-għażla;

Tmexxija fl-istituzzjonijiet u r-rapporti ta' attività annwali tagħhom

39.  Jirrikonoxxi li element importanti ta' tmexxija tajba ta' entitajiet korporattivi jew istituzzjonijiet ta' l-UE hija d-disponibilità għall-partijiet ikkonċernati kollha u għall-pubbliku ġenerali ta' informazzjoni dwar immaniġġjar finanzjarju li tkun tinftiehem faċilment mill-qarrej medju;

40.  Jirrikonoxxi li l-pożizzjoni ġiet trasformata mid-dħul fis-seħħ fl-2003 tar-Regolament Finanzjarju rivedut permezz ta' l-obbligu li jiġu preparati rapporti ta' attività annwali, li fil-prattika jipprovdu informazzjoni ddettaljata tal-ħidma interna ta' l-istituzzjonijiet;

41.  Jifraħ lill-Kummissjoni għall-pubblikazzjoni tar-rapporti ta' attività annwali (2004, 2005, 2006) tad-Diretturi Ġenerali tagħha u servizzi oħra u r-Rapport fil-Qosor tal-Kummissjoni: Riżultati tal-Politika fl-2006 (COM(2007) 0067) fuq il-websajt tagħha http://ec.europa.eu/atwork/synthesis/aar/index_en.htm;

42.  Jiġbed l-attenzjoni li skond il-Kummissjoni, ir-Rapport fil-Qosor u r-rapporti ta' attività annwali huma l-bażijiet u l-pilastri ta' l-istruttura ta' kontabilità tal-Kummissjoni (COM(2006)0277), u, minħabba li d-Diretturi Ġenerali u l-Kummissjoni bħala kulleġġ jassumu r-responsabilità politika tagħhom għall-immaniġġjar ta' dawn ir-rapporti, jinkoraġġixxi bil-qawwa lill-Kummissjoni biex tieħu miżuri serji biex tagħti informazzjoni sħiħa dwar kif jintużaw 80% tal-fondi ta' l-UE (immaniġġjar komuni), minħabba li kuntrarju għal dan, is-sistema ta' kontabilità tagħha tkun tidher defiċjenti;

43.  Iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-ħruġ ta' Stqarrijiet Nazzjonali ta' Assigurazzjoni mill-Istati Membri li se jippermettulha li tassumi responsabilità politika sħiħa ta' l-immaniġġjar finanzjarju kollu ta' l-UE; iħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni biex tiddependi iktar fuq ix-xogħol ta' l-uffiċċji tal-verifika nazzjonali u fuq il-verifiki esterni;

44.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Ombudsman Ewropew kollha jissottomettu rapport ta' attività annwali lill-awtorità ta' kwittanza;

45.  Huwa ta' l-opinjoni li r-rapporti ta' attività annwali ta' l-istituzzjonijiet l-oħra, inkluż il-Kunsill u l-Parlament Ewropew għandhom jitpoġġew fuq il-websajts pubbliċi fl-interess ta' trasparenza ikbar;

Lista sewda ta' frodisti

46.  Ifakkar li waħda mill-kwistjonijiet eżaminati mill-Kummissjoni fix-xogħol preparatorju tagħha dwar trasparenza (SEC(2005)1300) kienet jekk il-frodi jistgħux jiġu evitati jekk ikun hemm trasparenza ikbar dwar ir-riżultati ta' investigazzjonijiet u jekk il-Kummissjoni għandhiex tistabbilixxi u tippubblika "lista sewda" ta' każijiet ikkonfermati ta' frodi għad-diżunur ta' l-individwu kkonċernat;

47.  Jiġbed l-attenzjoni li filwaqt li l-lista s-sewda ta' frodisti qed tiġi trattata b'mod estensiv fid-dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni (SEC(2005)1300), hija ma kinetx inkluża kemm fil-Green Paper tal-Kummisjoni dwar l-Inizjattiva Ewropea dwar it-Trasparenza u kemm fil-komunikazzjoni li segwiet;

48.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tikkunsidra kif "lista sewda" pubblika ta' każijiet ta' frodi kkonfermati u l-entitajiet warajhom tista' titwaqqaf għad-diżunur ta' l-isem ippublikat kif ukoll biex il-pubbliku jkun infurmat dwar ir-riżultati ta' l-isforzi tal-Komunità kontra l-frodi;

49.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, għall-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji ta' l-UE, il-Kummissjoni, fuq talba tal-Parlament Ewropew fl-1997, introduċiet sistema ta' twissija bikrija (EWS) b'ħames livelli differenti ta' twissija biex tassisti lis-servizzi tal-Kummissjoni fl-identifikazzjoni ta' entitajiet li jippreżentaw riskji finanzjarji u oħrajn; jiġbed l-attenzjoni li din is-sistema tkopri kemm "l-immaniġġjar ċentralizzat" (kuntratti u għotjiet immaniġġjati direttament mis-servizzi tal-Kummissjoni) u kemm l-"immaniġġjar deċentralizzat" (immaniġġjat minn pajjiżi terzi); madanakollu, l-EWS għadha ma tkoprix la l-fondi ta' l-UE immaniġġjati minn sħubija ma' Stati Membri ("immaniġġjar komuni", prinċiparjament il-politika agrikola komuni u l-fondi strutturali) u lanqas fondi delegati lil organizzazzjonijiet internazzjonali ("immaniġġjar konġunt");

50.  Jiġbed l-attenzjoni li skond is-sejbiet ewlenin tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri fir-rapport annwali ta' l-2006, żbalji ta' konformità (pereżempju l-proċedura ta' l-għoti ta' kuntratti kienet nieqsa jew mhux valida) kienu l-kawża ewlenija ta' irregolaritajiet fil-qasam tal-politiki strutturali u minħabba li l-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji ta' l-UE huwa objettiv essenzjali, jitlob lill-Kummissjoni u lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri biex jirrapportaw lill-awtorità ta' kwittanza dwar it-tipi ta' irregolaritajiet jew frodi li huma l-iktar komuni waqt il-proċeduri ta' l-għoti ta' kuntratti u dwar ir-raġunijiet għalihom;

51.  Jiġbed l-attenzjoni li għal raġunijiet ta' protezzjoni ta' dejta, sabiex jiġu ssalvagwardjati l-interessi leġittimi ta' l-entitajiet ikkonċernati, u fin-nuqqas ta' kwalunkwe dispożizzjoni fir-Regolament Finanzjarju li jawtorizza l-pubblikazzjoni, ir-reġistrazzjonijiet EWS huma strettament kunfidenzjali;

52.  Ifakkar li skond l-Artikolu 95 tar-Regolament Finanzjarju, għandha titwaqqaf bażi ta' dataċentrali tal-kandidati u l-entitajiet li tefgħu offerta (tenderers) li ġew esklużi (b'konformità mar-regoli tal-Komunità dwar il-protezzjoni tad-datapersonali), bażi ta' datali għandha tkun immaniġġjata mill-istituzzjoniet u l-aġenziji kollha u li għandha l-għan li tibda topera mill-1 ta' Jannar 2009;

53.  Jerġa' jtenni l-bżonn urġenti għall-kodiċi ta' l-etika għall-OLAF, bil-għan li tkun garantita l-preżunzjoni ta' l-innoċenza f'każ ta' benefiċjarji li kienu suġġetti għal proċedura ta' investigazzjoni twila u preġudizzjarja u li nħellsu minn kull akkuża mill-qrati iżda li ma jirċievu l-ebda kumpens għad-dannu li jkun sar għar-reputazzjoni tagħhom u għat-telf li jkunu ġarrbu;

54.  Jiġbed l-attenzjoni li l-Istati Membri jeħtieġu jikkomunikaw informazzjoni lill-uffiċjal ta' awtorizzazzjoni kompetenti dwar kandidati u entitajiet li tefgħu offerti li ġew esklużi; barra minn hekk, jiġbed l-attenzjoni li l-bażi ta' datamhux se tkun pubblika, iżda se tkun limitata għall-istituzzjonijiet ta' l-UE, għall-aġenziji eżekuttivi u għall-aġenziji regolatorji (Artikolu 95(2) tar-Regolament Finanzjarju);

o
o   o

55.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-istituzzjonijiet.

(1) Regolament tal-Kunsill (EC Euratom) Nru 1995/2006 tat-13 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 390, 30.12.2006, p.1).
(2) Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali
(3) Fond Ewropew għall-Garanzija ta' l-Agrikoltura.
(4) Proposta għal Ftehima bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti ta' l-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat għar-Reġjuni biex jitwaqqaf Grupp Konsultattiv dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika (SEC(2000)2077).
(5) ĠU C 223, 22.9.07, p. 1.
(6) ĠU C 313 E, 20.12.2006, p. 125.
(7) ĠU C 273, 15.11.2007, p.1.
(8) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta" Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' datapersonali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data(ĠU L 8 tat-12.1.2001, p. 1).


Il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet - Il-ġlieda kontra l-frodi – Rapporti annwali 2005 u 2006
PDF 353kWORD 129k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-Protezzjoni ta" l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet – Il-ġlieda kontra l-frodi – Rapporti annwali 2005 u 2006 (2006/2268(INI))
P6_TA(2008)0052A6-0009/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar ir-rapporti annwali preċedenti tal-Kummissjoni u ta' l-Uffiċċju Ewropew għall-Ġlieda Kontra l-Frodi (OLAF),

–   wara li kkunsidra r-rapport tat-12 ta' Lulju 2006, mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill intitolat 'Il-protezzjoni ta" l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet – Il-ġlieda kontra l-frodi – Rapport annwali 2005' (COM(2006)0378), inklużi l-annessi (SEC(2006)0911 u SEC(2006)0912) tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tas-6 ta' Lulju 2007, mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill intitolat 'Il-protezzjoni ta" l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet – Il-ġlieda kontra l-frodi – Rapport annwali 2006' (COM(2007)0390), inklużi l-annessi (SEC(2007)0930 u SEC(2007)0938) tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali ta' l-Attività ta' l-OLAF għall-2005(1),

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali ta' l-Attività ta' l-OLAF għall-2006(2),

–   wara li kkunsidra r-Rapport ta' l-Attività tal-Kumitat ta' Sorveljanza ta' l-OLAF għall-perjodu Diċembru 2005 sa Mejju 2007(3),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2005(4),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006(5),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 276(3) u 280(5) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006 tat-13 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u kontra irregolarijiet oħra(7),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6–0009/2008),

A.   wara li kkunsidra s-sustanza ta' l-Artikolu 280(1) u (2) tat-Trattat KE,

B.   billi l-Artikolu 53(b)(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Gunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej(8) (ir-Regolament Finanzjarju) jistipula dan li ġej:"

2.  Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet komplementari inklużi fir-regolamenti rilevanti speċifiċi skond is-settur, u sabiex fl-amministrazzjoni kondiviża jiġi żgurat li l-fondi jiġu użati skond ir-regoli u l-prinċipji applikabbli, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri leġislattivi, regolatorji u amministrattivi kollha meħtieġa jew miżuri oħrajn meħtieġa biex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet. Għal dan il-għan huma għandhom partikolarment:

   a) jaċċertaw lilhom infushom li l-azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit fil-fatt jitwettqu u jiżguraw li dawn jiġu implimentati b'mod korrett;
   b) jipprevjenu u jindirizzaw l-irregolaritajiet u l-frodi;
   ( ċ) jirkupraw fondi mħallsa b'mod ħażin jew użati b'mod mhux korrett jew fondi mitlufin bħala riżultat ta" irregolaritajiet jew żbalji;
   d) jiżguraw, permezz ta" regolamenti rilevanti speċifiċi għas-settur u f'konformità ma" l-Artikolu 30(3), il-pubblikazzjoni annwali ex post adegwata tal-benefiċjarji tal-fondi li ġejjin mill-baġit.

Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli u għandhom iwaqqfu sistema effettiva u effiċjenti ta" kontroll intern, (...)

"

Ammont ta' irregolaritajiet notifikati

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li r-rapporti dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, u b'mod partikolari r-rapport dwar is-sena finanzjarja 2006, saru aktar analitiċi; madankollu, jinnota li l-istatistiki joqogħdu fuq strutturi nazzjonali li huma differenti ħafna, b'sistemi amministrattivi u ġudizzjarji u sistemi ta' sorveljanza u ta' spezzjonijiet differenti;

2.  Jitlob li r-rapporti annwali dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet u r-rapporti mfassla mill-Parlament fuq il-bażi ta' dawk ir-rapporti jiġu inklużi fl-aġenda tal-Kunsill, u li l-Kunsill sussegwentement jgħaddi l-osservazzjonijiet tiegħu lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni;

3.  Jinnota li fl-oqsma tar-riżorsi proprji, in-nefqa agrikola u l-azzjonijiet strutturali ta' l-Istati Membri, l-irregolaritajiet li ġew innotifikati fl-2006 ammontaw għal EUR 1,143 miljun (ikkumparati ma' EUR 1,024 miljun fl-2005, EUR 982.3 miljuni fl-2004, EUR 922 miljun fl-2003 u EUR 1,150 miljun fl-2002); l-ammonti nnotifikati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni fl-2006 jistgħu jiġu kklassifikati kif ġej:

   ri¿orsi proprji: EUR 353 miljun (EUR 328,4 miljuni fl-2005, EUR 212,4 miljuni fl-2004, EUR 269,9 miljuni fl-2003 u EUR 367 miljun fl-2002),
   garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (EAGGF): EUR 87 miljun (EUR 102 miljun fl-2005, EUR 82,1 miljun fl-2004, EUR 169,7 miljuni fl-2003 u EUR 198,1 miljun fl-2002),
   azzjonijiet strutturali: EUR 703 miljun (EUR 601 miljun fl-2005, EUR 694,5 miljuni fl-2004, EUR 482,2 miljuni fl-2003 u EUR 614,1 miljun fl-2002);

jinnota wkoll li fil-qasam tal-fondi ta' qabel l-ade¿joni, l-irregolaritajiet li ġew notifikati ammontaw għal EUR 12,32 miljuni (EUR 17,6 miljuni fl-2005);

4.  Jikkunsidra li hemm ħafna fatturi li jistgħu jinfluwenzaw il-varjazzjonijiet annwali fl-impatt finanzjarju ta' l-irregolaritajiet;

5.  Jenfasizza li n-numru kbir ta' irregolaritajiet li jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni mhux neċessarjment jimplika livell għoli ta' frodi; jista' juri wkoll li l-arranġamenti tas-sorveljanza li hemm fis-seħħ huma effettivi u li hemm koperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, fir-rapport annwali tagħha għall-2006, il-Kummissjoni enfasizzat l-importanza ta' din il-koperazzjoni;

Anali¿i ġenerali

6.  Jinnota li, fir-rigward tar-ri¿orsi proprji, l-ammont affetwat mill-irregolaritajiet ¿died b'7% minn EUR 328 miljun fl-2005 għal EUR 353 miljun fl-2006; il-prodotti li kienu affettwati l-aktar mill-irregolaritajiet kienu t-televixins (EUR 69 miljun fl-2005; EUR 62.3 miljuni fl-2006) u s-sigaretti (EUR 30.9 miljuni fl-2005; EUR 27.6 miljuni fl-2006); in-numru ta' ka¿ijiet fl-Italja (+122%) u fl-Olanda (+81%) ¿died b'mod konsiderevoli; EUR 113.4 miljuni (32%) ġew irkuprati fl-2006;

7.  Jinnota li, fir-rigward tan-nefqa agrikola, l-ammont affetwat mill-irregolaritajiet naqas b'EUR 105 miljun fl-2005 għal EUR 87 miljun fl-2006; Spanja, Franza u l-Italja kienu responsabbli għal 57.2% ta' l-irregolaritajiet, jew total ta' EUR 64.9 miljuni, filwaqt li s-setturi li kienu affettwati l-aktar kienu l-i¿vilupp rurali, iċ-ċanga u l-vitella, u l-frott u l-ħxejjex;

8.  Jilqa" l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005, dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni(9) (CAP) li għandu l-għan li jipprovdi qafas legali ssimplifikat u iktar effettiv sabiex l-Istati Membri jirkupraw il-ħlasijiet irregolari; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tevalwa l-applikazzjoni ta" dak l-att u sabiex tippreżenta rapport lill-Parlament;

9.  Huwa inkuraġġut li s-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll (IACS), li permezz tagħha jiġu pproċessati 68% ta' l-operazzjonijiet, qed taħdem tajjeb u għamlitha possibbli li jiġi identifikat proporzjon kbir ta' irregolaritajiet;

10.  Jinnota, bi tħassib, li l-livell ta" rkupru tas-somom imħallsa bla b¿onn għadu baxx u jvarja bejn l-Istati Membri u, minħabba li ċ-ċans ta" rkupru jonqos ma¿-¿mien, jistieden lill-Kummissjoni sabiex i¿¿id l-isforzi tagħha biex ittejjeb ir-rata ta" rkupru tas-somom imħallsa bla b¿onn;

11.  Huwa ta' l-opinjoni li, meta fi Stat Membru speċifiku l-irkupru jibqa' baxx b'mod sistematiku, il-Kummissjoni għandha tapplika mi¿uri korrettivi;

12.  Ji¿gura lill-Kummissjoni dwar l-appoġġ sħiħ tiegħu fl-applikazzjoni stretta tal-leġi¿lazzjoni dwar is-sospensjoni ta' pagamenti, u jħeġġeġ li l-iffinanzjar tal-CAP għandu jkun suġġett ukoll għall-istess proċedura bħall-mi¿uri li diġà bdew (10) fil-ka¿ tan-nuqqas ta' trasferiment ta' fondi fejn il-Kummissjoni m'għandhiex garanzija assoluta ta' l-affidabilità tas-sistemi ta' mmaniġġjar u kontroll ta' l-Istat Membru li jkun il-benefiċjarju ta' dawn il-fondi;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-effiċjenza u t-trasparenza tas-sistemi ta' monitoraġġ relatati mal-pagamenti tal-bdiewa fil-kuntest tar-rapport annwali tagħha dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet;

14.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħidma tat-Task Force Irkupru(11), li rnexxielha ssolvi numru kbir ta' irregolaritajiet mis-snin preċedenti (mill-1971 sa l-2006: EUR 3,061 miljun); għaldaqstant, l-Istati Membri rkupraw EUR 898 miljun, u EUR 1,200 miljun ġew imħallsa permezz tal-proċedura ta" 'approvazzjoni tal-kontijiet'; madankollu, jenfasizza li l-Istati Membri għandhom ikunu iktar viġilanti sabiex jiġu evitati l-irregolaritajiet u sabiex jiġu rkuprati l-flus;

15.  Jinnota l-adozzjoni mill-Kummissjoni tat-tieni rapport tagħha dwar in-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tas-sistema tal-'blacklist' (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1469/95(12)), u jistieden dibattitu usa', fl-istituzzjonijiet ta' l-UE, dwar il-prospettivi għall-futur, b'¿ieda sostanzjali fil-pieni għall-Istati Membri li jonqsu milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-pagament lura ta' somom imħallsa bla b¿onn minħabba li dan huwa l-aktar approċċ ovvju;

16.  Jinnota li l-ammont affetwat mill-irregolaritajiet rigward l-azzjonijiet strutturali ¿died bi 17%, minn EUR 601 miljun fl-2005 għal EUR 703 miljun fl-2006 (Fondi Strutturali EUR 517 miljun, Fondi ta' Koe¿joni EUR 186 miljun); dawn l-irregolaritajiet kienu prinċipalment (75%) relatati mal-Fond Ewropew għall-I¿vilupp Reġjonali (l-ERDF); Il-Ġermanja, Spanja, l-Italja, il-Portugall u r-Renju Unit kienu responsabbli għal madwar 85% ta' l-ammont affetwat (EUR 438.1 miljun) relatat mal-Fondi Strutturali 2006; f'ħafna ka¿ijiet il-benefiċjarji kienu ffatturaw għal spejje¿ mhux eliġibbli; id-dettalji ġew ¿velati wara l-verifika tad-dokumenti;

17.  Jiddispjaċih li, mill-95 proġett iffinanzjat mill-Fondi Strutturali u vverifikati matul il-perjodu ta" għoti ta" programmazzjoni attwali, 60 kienu affettwati minn żbalji materjali fl-infiq iddikjarat tal-proġett, li jirrappreżentaw żieda fin-numru ta' irregularitajiet meta mqabbla mas-sena ta' qabel; jikkunsidra li għandu jiġi vverifikat numru ikbar ta" proġetti sabiex il-konklużjonijiet miksuba jippermettu l-formulazzjoni ta" rakkomandazzjonijiet ċari sabiex jittejjeb l-immaniġġjar finanzjarju;

18.  Jinnota li EUR 266.5 miljuni minn total ta' EUR 703 miljun għad iridu jiġu rkuprati għall-2006, filwaqt li għas-snin preċedenti għad iridu jiġu rkuprati EUR 762 miljun; jistieden lill-Kummissjoni biex tinforma lill-kumitati kompetenti tal-Parlament darbtejn fis-sena dwar il-progress li jkun sar u dwar il-miżuri speċifiċi meħuda sabiex jiġi aċċellerat l-irkupru ta' l-ammonti pendenti;

19.  Jinnota li, fir-rigward tal-fondi ta' qabel l-ade¿joni, l-impatt finanzjarju naqas minn EUR 26.5 miljuni fl-2005 għal EUR 12.3 miljuni fl-2006; l-iktar ¿balji frekwenti kienu l-iffatturar għal spejje¿ mhux eliġibbli u n-nuqqas ta' konformità mal-kundi¿¿jonijiet kuntrattwali jew regolatorji; EUR 11-il miljun ġew irkuprati minn meta ddaħħlu l-fondi, i¿da għad iridu jiġu rkuprati EUR 14-il miljun;

20.  Il-Parlament għadu konvint li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet ta' l-UE, inklu¿a l-Qorti ta' l-Awdituri, iridu jaslu għal ftehim politiku dwar 'rata ta' ¿balji tollerabbli' jekk qatt trid tinlaħaq dikjarazzjoni po¿ittivi ta' assigurazzjoni;

Punti dgħajfa

21.  Jistieden lill-Kummissjoni biex fir-rapport annwali ta' l-2008 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, tinkludi anali¿i ta' l-istrutturi ta' l-Istati Membri li huma involuti fil-ġlieda kontra l-irregolaritajiet; din l-anali¿i għandha tagħti tweġibiet, fost affarijiet oħra, għall-mistoqsijiet li ġejjin sabiex il-Parlament ikollu stampa iktar ċara ta' l-implimentazzjoni tal-qafas leġi¿lattiv tan-netwerk għal kontra l-frodi:

   liema huma l-awtoritajiet nazzjonali fl-Istati Membri involuti f'dan l-e¿erċizzju?
   kif jorganizzaw il-koperazzjoni tagħhom?
   x'setgħat ta' spezzjoni għandhom l-awtoritajiet nazzjonali ?
   dawn l-awtoritajiet nazzjonali joperaw fuq ba¿i ta' pprogrammar annwali?
   huma obbligati li jfasslu rapport dwar l-objettivi li għandhom jintlaħqu fl-attività ta' monitoraġġ tagħhom?
   l-awtoritajiet nazzjonali huma obbligati li jfasslu rapport dwar l-u¿u tal-fondi ta' l-UE?
   kif jikkoperaw ma' l-OLAF u b'liema mod jiġu kkomunikati s-sejbiet tagħhom lill-Kummissjoni?
   għal-liema databases Ewropej għandhom aċċess dirett?
   liema huma d-databases nazzjonali li l-Kummissjoni għandha aċċess għalihom?
   x'inhuma l-ispejje¿ stmati tal-kontrolli?
   x'inhuma l-mekkani¿mi għar-rapportaġġ ta' l-irregolaritajiet?
   x'hini s-sitwazzjoni attwali rigward l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96

22.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tindika, fir-rigward tas-settur tar-ri¿orsi proprja, liema huma l-azzjonijiet ulterjuri tagħha li bi ħsiebha twettaq biex jintemmu l-importazzjonijiet frodulenti tat-televi¿jonijiet, tas-sigaretti u tal-prodotti ffalsifikati b'mod ġenerali; f'dan il-kuntest, jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-OLAF irnexxielu jiftaħ uffiċċju fiċ-Ċina; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tintensifika l-ġlieda kontra l-iffalsifikar; jistieden lill-Kummissjoni biex tirrapporta lura fil-kuntest tar-rapport annwali għall-2007 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, li se jiġi ppubblikat f'Lulju ta' l-2008, dwar l-inizjattivi u l-azzjonijiet meħuda fuq il-ba¿i tar-ri¿oluzzjoni tal-Parlament tal-11 ta' Ottubru 2007 dwar l-implikazzjonijiet tal-ftehim bejn il-Komunità, l-Istati Membri u l-kumpanija Philip Morris dwar l-intensifikar tal-ġlieda kontra l-frodi u l-kuntrabandu tas-sigaretti u dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta' Inkjesta tal-Parlament dwar is-Sistema tat-Tran¿itu Komunitarju (13);

23.  Iqis li huwa fatt kompletament inaċċettabbli li għal ħafna snin il-Ġermanja u Spanja ma għaddewx l-informazzjoni lill-Kummissjoni, f'forma elettronika, dwar l-irregolaritajiet rigward in-nefqa agrikola; barra minn hekk, jinnota li dawn i¿-¿ewġ pajji¿i huma responsabbli għal 38% (EUR 33.2 miljuni) ta' l-irregolaritajiet u li l-Ġermanja m'għadhiex tipprovdi dettalji dwar l-individwi u l-kumpaniji involuti, minkejja l-obbligu biex tagħmel hekk; b'konsegwenza ta' dan, iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tibda proċeduri ta' ksur kontra dawn i¿-¿ewġ Stati Membri u biex i¿¿omm 10% tal-ħlasijiet agrikoli sakemm issir il-proċedura; jistieden liċ-chairman tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit biex jibgħat ittra lir-Rappre¿entazzjonijiet Permanenti kkonċernati u jitlobhom spjegazzjoni;

24.  Iqis li l-perjodu ta' 39 xahar bejn meta titwettaq irregolarità u meta din tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni m'huwiex aċċettabbli, minħabba li dan id-dewmien iwassal biex l-irkupru jkun aktar diffiċli; jistaqsi lill-Kummissjoni dwar x'kienu l-mi¿uri li ħadet biex isejjaħ għall-ordni lill-Istati Membri; jinnota li l-azzjonijiet ta' l-Istati Membri jindikaw ċertu livell ta' kompjaċenza;

25.  Jistaqsi x'kienu l-mi¿uri li ħadet il-Kummissjoni biex tnaqqas in-numru ta' irregolaritajiet fis-setturi ta' l-i¿vilupp rurali, iċ-ċanga u l-vitella, u l-frott u l-ħxejjex;

26.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu pożizzjoni soda jekk il-Greċja tonqos milli tikkonforma mal-pjan ta' azzjoni għall-introduzzjoni tal-IACS(14); jixtieq li jkun infurmat dwar l-ammont totali ta' għotjiet/għajnuniet li tħallsu s'issa mill-baġit tal-Komunità lill-Greċja biex twaqqaf l-IACS u dwar jekk dan l-ammont jistax jiġi rkuprat jekk is-sistema ma tkunx kompletament operazzjonali sa Settembru 2008;

27.  Jinnota li, fir-rigward ta' l-azzjonijiet strutturali, 84% ta' l-irregolaritajiet kollha ġew irreġistrati fl-Italja (2006: EUR 228.2 miljuni), fi Spanja (2006: EUR 85.7 miljuni), fir-Renju Unit (2006: EUR 59.8 miljuni), fil-Portugall (2006: EUR 37.2 miljuni), u fil-Ġermanja (2006: EUR 27.2 miljuni); barra minn hekk, jinnota li la l-Ġermanja u l-anqas Spanja ma jużaw il-modulu elettroniku tas-sistema ta" informazzjoni għal kontra l-frodi u li l-Ġermanja ma tibgħatx data dwar l-individwi u l-kumpaniji involuti; jistieden liċ-chairman tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit biex jibgħat ittra lir-Rappreżentazzjonijiet Permanenti kkonċernati u jitlobhom spjegazzjoni;

28.  F'dan il-kuntest, iqis li l-perjodu ta' pprogrammar 2000-2006 wera li r-regoli kkumplikati wisq u s-sitemi ineffettivi ta' supervi¿joni u kontroll ikkontribwew għall-irregolaritajiet li ġew aċċertati; barra minn hekk, jinnota li l-benefiċjarji ta' sikwiet irċevew il-pagamenti tard; għaldaqstant, jilqa' b'sodisfazzjon it-titjib li ġab ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006, li jistipula d-dispozizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-I¿vilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koe¿joni(15); b'mod ġenerali, jitlob sabiex l-awtoritajiet reġjonali u lokali jkunu involuti aktar fl-ipprogrammar u fl-implimentazzjoni ta' dawn il-fondi;

29.  Jinnota li fil-paragrafu 11 tar-ri¿oluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Ġunju 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet u l-ġlieda kontra l-frodi - rapport annwali 2004 (16), il-Parlament iddikjara li: "(...) fil-perjodu ta' rapportaġġ 2005, għandha tingħata attenzjoni partikulari għall-irregolaritajiet fir-rigward ta' l-azzjonijiet strutturali"; madankollu, jinnota li s-sitwazzjoni tidher li marret għall-agħar;

30.  Iqis li l-Kummissjoni għandha tagħti importanza partikulari għan-netwerks kriminali li jispeċjalizzaw fil-misapporprijazzjoni tal-fondi ta' l-UE;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi lill-Kumitat tal-Parlament għall-Kontroll Baġitarju b'analiżi dettaljata tas-sistema jew sistemi użata/i mill-kriminalità organizzata, kemm jekk b'mod mafjuż u kif ukoll jekk le, biex jiddgħajfu l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet;

32.  Jesprimi t-tħassib l-aktar serju tiegħu dwar is-sejba li ġejja tal-President tal-Qorti ta' l-Awdituri: "Is-sistemi ta' kontroll u supervi¿joni fl-Istati Membri ġeneralment kienu ineffettivi jew moderatament ineffettivi, u s-supervi¿joni tat-tħaddim tagħhom mill-Kummissjoni kienet biss moderatament effettiva(17);

33.  Għalhekk, jistieden lill-Istati Membri biex jiggarantixxu l-kwalità tas-sistemi ta' supervi¿joni u kontrol tagħhom billi jadottaw, fuq livell politiku xieraq, dikjarazzjoni nazzjonali dwar l-immaniġġjar rigward l-infiq kollu tal-Komunità taħt tmexxija komuni; jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti appoġġ attiv lil din l-idea u biex tirrapporta dwar il-progress miksub fir-rapport annwali tagħha dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet;

34.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu miżuri xierqa, possibilment bl-inklużjoni ta' proċeduri ta' ksur, kontra dawk l-Istati Membri li ma jgħinux lis-servizzi tal-Kummissjoni fit-twettiq ta' l-ispezzjonijiet fuq il-post kif stipulat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2185/96;

35.  F'dan il-kuntest, jistieden lill-Kummissjoni biex iqis l-inklu¿joni ta' elementi li jorbtu u ta' prekawzjoni fil-leġi¿lazzjoni futura tal-KE fir-rigward tat-tmexxija komuni sabiex il-ħlasijiet irregolari jkunu jistgħu jiġu rkuprati fit-tmiem tal-proċedura ta' rkupru, pere¿empju billi Stat Membru jpoġġi garanzija mal-Komunitajiet sabiex il-benefiċjarji jkunu jistgħu ju¿aw il-fondi Ewropej;

36.  Jinnota li, fir-rigward ta' l-azzjonijiet strutturali, għad fadal iktar minn EUR 1,000 miljun li jridu jiġu rkuprati għall-2006 u s-snin ta' qabel;

37.  Jenfasizza r-responsabilità diretta ta" l-Istati Membri biex jiġu rkuprati fondi li l-ħlas tagħhom huwa affetwat b'irregolaritajiet; itenni l-inkoraġġiment tiegħu lill-Kummissjoni sabiex tissospendi l-ħlasijiet interim lil Stati Membri f'ka¿ijiet ta' irregolarità serja; jirrikonoxxi l-ħtieġa li jkun hemm reazzjoni xierqa għall-insuffiċjenza tas-sistemi ta' kontroll u mmaniġġar fl-Istati Membri u jfakkar li l-frodi u l-irregolaritajiet jippreġudikaw il-ħidma ta' l-Unjoni Ewropea, b'mod partikulari l-proġetti strutturali;

38.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, bħala parti mill-Inizjattiva Ewropea għat-Trasparenza, se tiġi ppubblikata informazzjoni dwar min jibbenefika mill-Fondi Strutturali, u jħeġġeġ sabiex fl-Istati Membri jiġi introdott obbligu li jorbot li tiġi ppubblikata informazzjoni dwar proġetti u dwar dawk li jibbenefikaw mill-fondi kollha Komunitarji taħt tmexxija komuni;

39.  Jistieden lill-Istati Membri biex jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar it-telf finanzjarju li jirri¿ulta minn ammonti mitlufa b'mod definittiv, li l-Kummissjoni għandha tinkludi fir-rapport annwali tagħha;

40.  Jistieden ukoll lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri biex jinfurmaw lill-Kummissjoni, inklu¿ l-OLAF, darba fis-sena, dwar is-sentenzi tal-qorti dwar l-u¿u qarrieqi tal-Fondi Strutturali;

41.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu po¿izzjoni fir-rigward ta' l-evalwazzjoni negattiva tal-ħidma tagħha mill-Qorti ta' l-Awdituri u biex tispjega x'passi ħadet biex ittejjeb, fl-Istati Membri, sitwazzjoni li tipperikola l-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet;

42.  Fl-istess ħin jistieden lill-Kummissjoni biex tirrapporta lura aktar spiss lill-Istati Membri, filwaqt li tagħti dettalji kemm dwar kif użat l-informazzjoni rrapportata u kif ukoll dwar kif segwiet l-irregolaritajiet irrapportati;

43.  Jinnota li, rigward l-u¿u ta' fondi għal qabel l-ade¿joni, il-Bulgarija (2006: EUR 1.7 miljuni), il-Polonja (2006: EUR 2.4 miljuni), il-Rumanija (2006: EUR 5.5 miljuni), u s-Slovakkja (2006: EUR  1.9 miljuni) kienu responsabbli għal 94% ta' l-irregolaritajiet; jinnota li, f'dan il-kuntest, il-Kummissjoni enfasizzat il-b¿onn ta' interpretazzjoni komuni u applikazzjoni uniformi tal-linji gwida u d-dokumenti ta' ħidma; għalhekk, jitlob lill-Kummissjoni biex tindika x'kienu l-mi¿uri li ħadet f'dan ir-rigward;

44.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmilha possibbli għall-Istati Membri sabiex jidentifikaw b'mod aktar ċar, u mill-bidu nett, dawk l-irregolaritajiet li hemm suspett li jinvolvu approprazzjonijiet bla dritt u qarrieqa, minħabba li l-Istati Membri għad għandhom diffikultjiet minħabba li ma jafux b'mod preċiż x'jikkostitwixxi irregolarità jew frodi u x'hemm bżonn li jiġi rrapportat lill-Kummissjoni/OLAF, minkejja li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' rapportaġġ trimestrali;

45.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tgħin lill-Istati Membri fl-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni għal Kontra l-Frodi CIGinfo (strument ta' komunikazzjoni ta' tagħrif dwar qbid ta' sigaretti) ta' l-OLAF; jemmen li dan is-sit amministrattiv uniku jista' jtejjeb l-iskambju tad-data (speċjalment dwar l-irregolaritajiet) bejn l-OLAF u l-Istati Membri ladarba s-sistemi nazzjonali u dawk Ewropej ikunu kompatibbli;

46.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit diġà ltaqa' darbtejn mal-kontropartijiet tiegħu mill-parlamenti nazzjonali; jemmen li l-laqgħat annwali tal-kumitati għall-kontroll tal-baġit tal-parlamenti nazzjonali u tal-Parlament Ewropew jistgħu jkunu ta' importanza massima għat-titjib tas-sistemi ta' kontroll u ta' monitoraġġ ta' l-Istati Membri u biex tinkiseb dikjarazzjoni nazzjonali dwar l-immaniġġjar;

47.  Jixtieq jara l-aktar koperazzjoni mill-qrib bejn il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u l-korpi nazzjonali u reġjonali ta' verifika bil-għan li jiżdied l-użu tar-rapporti tagħhom għall-monitoraġġ ta' l-użu tal-fondi ta' l-UE fl-Istati Membri;

Rapporti ta' l-attività ta' l-OLAF

48.  Jinnota li l-OLAF ġie strutturat mill-ġdid fl-2006, filwaqt li ġie meqjus ir-Rapport Speċjali 1/2005 tal-Qorti ta' l-Awdituri; iqis li l-operazzjonijiet ta' l-OLAF għandhom jiġu evalwati mill-Parlament bħala parti mill-proċedura biex jiġi revedut ir-Regolament OLAF;

49.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li d-database imsemmija fl-Artikolu 95 tar-Regolament Finanzjarju tkun kompletament operazzjonali sa mill-1 ta' Jannar 2009;

50.  Jinnota li l-OlAF irċieva 802 notifika ġdida fl-2005, u 826 fl-2006; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li s-sitema ta' evalwazzjoni għamlitha possibbli li jonqos in-numru ta' investigazzjonijiet miftuħa għal 254 ka¿, u fil-fatt, barra minn hekk, li, skond l-istatistiki, il-maġġoranza ta' l-investigazzjonijiet mitmuma kienu segwiti minn azzjoni amministrattiva, dixxiplinarja, finanzjarja, ġudizjarja jew leġi¿lattiva; jinnota li l-impatt finanzjarju tal-ka¿ijiet kollha li hemm għaddejjin bħalissa u dawk magħluqa kien EUR 6,600 miljun fl-aħħar ta' l-2005 u EUR 7,400 miljun fl-aħħar ta' l-2006, u s-setturi affettwati l-aktar kienu l-Fondi Strutturali (2006: EUR 1,606.7 miljuni), is-sigaretti (2006: EUR 1,320.1 miljun), id-dwana (2006: EUR 989.8 miljuni), u l-VAT (2006: EUR 727.8 miljuni);

51.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tipprepara l-bażi legali xierqa għall-pubblikazzjoni ta' l-ismijiet tal-kumpaniji u ta' l-individwi li qarrqu bil-Komunità;

52.  Jilqa' l-mod kif l-OLAF informa lill-Parlament dwar is-segwitu ta' l-investigazzjonijiet magħluqa tiegħu; madankollu, jinnota li l-uffiċċji ta' prosekuzzjoni kkonċernati rrifjutaw li jieħdu azzjoni ta' segwitu f'20 ka¿ (mill-134 ka¿ fejn kien intalab segwitu ġudizzjarju) minħabba l-istatut ta' limitazzjonijiet jew minħabba nuqqas ta' provi;

53.  Madankollu, jiddispjaċih li l-OLAF ma reġax nieda d-djalogu dwar l-informazzjoni bil-miktub li l-kumitat kompetenti tal-Parlament jirċievi regolarment, kif kien mitlub fir-ri¿oluzzjoni hawn fuq msemmija tal-Parlament tal-15 ta' Ġunju 2006;

54.  Jinnota li, bħal fis-snin ta' qabel, il-maġġoranza tal-ka¿i ġew irreġistrati fil-Belġju, fil-Ġermanja u fl-Italja;

55.  Jiġbed l-attenzjoni għar-riżoluzzjoni tiegħu hawn fuq imsemmija tal-11 ta' Ottubru 2007;

56.  Jinnota li fl-2006, ammont li jisboq EUR 450 miljun kien identifikat għall-irkupru b'konnessjoni ma' l-investigazzjonijiet ta' l-OLAF, u li dan l-ammont ġie minn ka¿ijiet li ngħalqu fl-2006 (madwar EUR 114 miljun) u minn mi¿uri ta' segwitu li għaddejjin bħalissa (madwar EUR 336 miljun, prinċipalment mis-settur ta' l-agrikoltura (EUR 134.6 miljuni));

57.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-koperazzjoni bejn l-OLAF, l-Europol, l-Eurojust u ċerti organizzazzjonijiet internazzjonali, li wieħed mill-għanijiet tagħhom huwa l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata; fl-istess ħin, jenfasizza li koperazzjoni bħal din trid tkun trasparenti u m'għandiex taffettwa l-indipendenza ta' l-OLAF;

58.  Jifhem li l-Kummissjoni tixitieq tillimita n-numru ta' ver¿jonijiet lingwistiċi tar-rapporti tiegħu minħabba raġunijiet ta' ekonomija; madankollu, jinsisti li kemm l-Anness 2 tar-rapporti annwali dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet u kif ukoll ir-rapporti ta' l-attività għandhom ikunu disponibbli ta' l-anqas darba fis-sena bl-Ingli¿, bil-Franċi¿ u bil-Ġermani¿;

Revi¿joni tar-Regolament OLAF

59.  Ifakkar lill-Kummissjoni li fil-paragrafu 30 tar-riżoluzzjoni hawn fuq imsemmija tal-15 ta' Ġunju 2006 l-Parlament kien favur li "(...) is-setgħat investigattivi kollha ta' l-OLAF jingħaqdu f'regolament wieħed", fl-istess ħin jenfasizza li l-grupp ta' ħidma tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi ukoll jidher favur is-simplifikar tal-bażijiet legali attwali(18); għalhekk jistieden lill-OLAF biex jippreżenta, bħala kwistjoni ta' urġenza, analiżi ta' l-interoperabilità tal-bażijiet legali differenti li jagħtuh is-setgħa fil-kuntest tar-rapport ta' attività annwali ta' l-OLAF 2007, bil-għan li possibilment jiġu integrati s-sejbiet ta' din l-analiżi fir-reviżjoni futura tar-Regolament OLAF; f'dan il-kuntest jinnota l-fatt li t-Trattat ta' Liżbona(19) jemenda wkoll l-Artikolu 280 tat-Tratta UE li jittratta l-ġlieda kontra l-frodi;

60.  Jinnota li l-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem fis-27 ta' Novembru 2007 qatatha, fil-każ Tillack kontra l-Belġju (rikors Nru 20477/05) li l-istat Belġjan kiser l-Artikolu 10 (il-libertà ta' l-espressjoni) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem meta wettaq tfiċċija fis-sede tal-ġurnalist; madankollu jinnota li la l-investigazzjonijiet amministrattivi preċedenti ta' l-OLAF u l-anqas dawk tal-Kummissjoni ma kienu s-suġġett tas-sentenza; f'dan il-kuntest, huwa tal-fehma li, b'mod ġenerali, għandha tittieħed kull miżura xierqa biex jitħarsu d-drittijiet tal-persuni li jkunu qed jiġu investigati;

Il-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT

61.  Huwa ferm imħasseb minħabba t-telf finanzjarju kkaw¿at mit-tran¿azzjonijiet tat-tip 'karu¿ell'; pere¿empju, jinnota li l-Istitut Ġermani¿ għar-Riċerka Ekonomika jpoġġi t-telf ta' dħul nazzjonali mill-VAT għall-2003 sa l-2005 għal bejn EUR 17,000 miljun u EUR 18,000 miljun kull sena; li, fl-estrapolazzjoni ġenerali, l-Istati Membri jistmaw li jitilfu madwar 10% mid-dħul tal-VAT tagħhom kull sena; u li terz ta' dan it-telf huwa attribwit għal tran¿azzjonijiet transkonfinali tat-tip 'karu¿ell';

62.  Barra minn hekk, jinnota li l-'House of Lords' tistma t-telf ta' dħul nazzjonali mill-VAT fir-Renju Unit għall-2005 sa l-2006 għal madwar GBP 3,500 miljun u GBP 4,750 miljun, u dan ifisser ta' l-anqas GBP 9.6 miljuni kuljum; jikkwota r-rapport li jiddikjara li: "Il-mekkani¿mu attwali għat-tran¿azzjonijiet fil-Komunità m'huwiex sostenibbli."(20);

63.  Jinnota li l-irċevuti proprja biss jistgħu jitqiesu għall-ġbir tar-ri¿orsi proprji relatati mal-VAT;

64.  Huwa mħasseb ħafna minħabba li ħafna Stati Membri għadhom mhux qed juru ħeġġa biex i¿idu l-koperazzjoni bejn is-servizzi nazzjonali kompetenti u bejn il-Kummissjoni, inklu¿ l-OLAF, u s-servizzi nazzjonali;

65.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill rigward ċerti elementi essenzjali li jikkontribwixxu għat-twaqqif ta' l-istrateġija kontra l-frodi tal-VAT fi ħdan l-UE (COM(2007)0758); għalhekk, jistieden lill-kumitat kompetenti tiegħu biex jieħu passi attivi għall-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni tagħha;

66.  Jikkritika l-fatt li l-Kunsill għadu ma adottax po¿izzjoni dwar il-proposta għal Regolament dwar assistenza amministrattiva reċiproka għall-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità kontra l-frodi u kontra kwalunkwe attività illegali oħra(21), li kienet is-suġġett ta' l-ewwel qari fil-Parlament fit-23 ta' Ġunju 2005(22); jistieden lill-President tiegħu biex jagħmel kuntatt mal-Presidenza tal-Kunsill bil-għan li jsir progress dwar din il-kwistjoni;

67.  Iqis li l-koperazzjoni mtejba bejn is-servizzi konċernati u mal-Kummissjoni (l-OLAF) hija essenzjali biex tiġi indirizzata l-frodi transkonfinali tat-tip 'karu¿ell'; iqis li, f'dan il-kuntest, għandha tissaħħaħ is-sistema ta' skambju ta' informazzjoni rigward il-VAT u l-koperazzjoni fil-qasam ta' l-anali¿i tad-data, bl-assistenza tal-Kummissjoni (l-OLAF);

o
o   o

68.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti ta' l-Awdituri, lill-Kumitat ta' Sorveljanza ta' l-OLAF u lill-OLAF.

(1) http://ec.europa.eu/atwork/synthesis/aar/aar2005/doc/olaf_aar.pdf.
(2) http://ec.europa.eu/atwork/synthesis/aar/doc/olaf_aar.pdf.
(3) http://ec.europa.eu/anti_fraud/reports/sup-com_en.html.
(4) ĠU C 263, 31.10.2006, p. 1.
(5) ĠU C 273, 15.11.2007, p.1.
(6) ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1.
(7) ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.
(8) ĠU L 248, 16.9.2002, p.1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(9) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1437/2007 (ĠU L 322, 7.12.2007., p.1.).
(10) Il-Membru tal-Kummissjoni Danuta Hübner iddikkjarat, fi tweġiba bil-miktub lill-Kumitat fuq il-Kontroll Baġitarju, li "fl-2006, il-klejms ta' pagament ta' l-ERDF ġew miżmuma minn Spanja fi stennija għar-riżultati ta' verifiki tal-miżuri ta' rimedju. Eżempji oħrajn huma l-interruzzjonijiet ta' pagamenti ESF fl-2005 għal programmi kollha fl-Ingilterra, għal programmi ta' l-Objettiv 3 u għal xi programmi reġjonali fi Franza, u għal programmi fir-reġjuni tal-Calabria u ta' Sqallija fl-Italja, u fl-2006 għall-EQUAL fi Spanja u l-Italja".
(11) It-Task Force Irkupru (TFI) ġiet ikkreata kif imħabbar fil-Komunicazzjoni tal-Kummissjoni "It-Titjib ta' l-Irkupru ta' jeddijiet li jqumu mill-immanniġġar dirett u konġunt ta' l-infiq tal-Komunità" (COM(2002)0671 finali). It-TFI hija inizjattiva konġunta OLAF?AGRI preseduta mill-OLAF.
(12) Ir-Regolament (KE) Nru 1469/95 tal-Kunsill tat-22 ta" Ġunju 1995, relatat mal-miżuri li jridu jittieħdu fir-rigward ta" benefiċjarji ta" operazzjonijiet iffinanzjati mill-EAGGF, Taqsima ta" Garanzija, (ĠU L 145, 29.6.1995, p. 1).
(13) Testi adottati, P6_TA(2007)0432.
(14) Ir-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar is-sena finanzjarja 2006: "5.11. Għall-ħames sena konsekuttiva id-dikjarazzjioni tad-Direttur Ġenerali fiha riservazzjoni dwar implimentazzjoni mhux biżżejjed ta' l-IACS fil-Greċja. Għall-2006 il-Qorti ikkonfermat in-nuqqas kontinwu li jiġu implimentati kontrolli ewlenin, jiġifieri: l-immaniġġar ta' pretensjonijiet, il-proċeduri ta' spezzjoni, l-integrità tad-database ta' l-annimali u s-Sistema ta' Identifikazzjoni ta' Biċċiet ta' Art.
(15) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1989/2006 (ĠU L 411, 30.12.2006, p. 6.).
(16) ĠU C 300E, 9.12.2006, p.508.
(17) Preżentazzjoni lill-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju fit-12 ta' Novembru 2007.
(18) Ittra lid-Direttur ta' l-OLAF tat-2 ta' April 2007.
(19) ĠU C 306, 17.12.2007, p. 127.
(20) Punt 52 tar-rapport mill-'House of Lords' - Kumitat ta' l-Unjoni Ewropea, 'Stopping the Carousel:' Frodi minn negozjanti mitlufin li ssir fl-UE, Dokument tal-HL 101, 25 ta' Mejju 2007.
(21) COM(2004)0509, wara emendata b'COM(2006)0473.
(22) ĠU C 133 E, 8.6.2006, p.105.


Aċċess għas-suq għall-kumpaniji Ewropej
PDF 331kWORD 102k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar l-Istrateġija ta' l-Unjoni Ewropea li tiżgura aċċess għas-suq għall-kumpaniji Ewropej (2007/2185(INI))
P6_TA(2008)0053A6-0002/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "L-Ewropa Globali: Partenarjat aktar b'saħħtu biex itejjeb l-aċċess għas-swieq għall-esportaturi Ewropej (COM(2007)0183),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "L-Ewropa Globali: kompetizzjoni dinjija. Kontribut lill-Istrateġija ta' l-UE għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi" (COM(2006)0567),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu "Ewropa Globali: Strumenti għad-Difiża tal-Kummerċ ta" l-UE f'ekonomija dinjija li qed tinbidel. Green Paper għal konsultazzjoni pubblika" (COM(2006)0763),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta" Settembru 2006 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali ta' l-UE ma" l-Indja(1),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta" Ottubru 2006 dwar ir-rapport annwali mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew dwar attivitajiet ta' anti-dumping, ta' kontra s-sussidji u ta' salvagwardja ta' pajjiżi terzi kontra l-Komunità (2004)(2),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta" l-4 ta" April 2006 dwar il-valutazzjoni tar-Round ta" Doha wara l-Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Hong Kong(3),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta" Ottubru 2006 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn l-UE u l-MERCOSUR għall-konklużjoni ta' Ftehima ta' Assoċjazzjoni Interreġjonali(4),

   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta" l-1 ta" Ġunju 2006 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi translatlantiċi bejn l-UE u l-Istati Uniti(5),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta" Ottubru 2005 dwar il-prospetti għar-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u ċ-Ċina(6),

–   wara li kkunsidra d-dokument ta" ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titlu "Riformi ekonomiċi u kompetittività: il-messaġġi ewlenin tar-Rapport dwar il-Kompetittività Ewropea 2006 (SEC(2006)1467),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu "L-Implimentazzjoni tal-Programm Komunitarju ta" Liżbona: Qafas ta" Politika għat-Tisħiħ ta' l-industrija tal-manifattura ta" l-UE – lejn strateġija aktar integrata għall-politika industrijali" (COM(2005)0474),

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Marzu 2006,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2006 dwar il-kontribut għall-Kunsill tar-Rebbiegħa ta" l-2006 fir-rigward ta" l-Istrateġija ta" Liżbona(7),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu: "L-UE u ċ-Ċina: Partenarjat Imsaħħaħ, Responsabbiltajiet Ikbar" (COM(2006)0631) u d-dokument ta" ħidma li jakkumpanja bit-titlu "Partenarjat Imsaħħaħ, Responsabbiltajiet Ikbar: Dokument ta" politika dwar il-kummerċ u l-investiment bejn l-UE u ċ-Ċina: Kompetizzjoni u Partnerjat" (COM(2006)0632),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu "L-implimentazzjoni tal-Programm Komunitarju ta" Liżbona – Politika Moderna ta" l-SMEs għat-Tkabbir u l-impjiegi" - (COM(2005)0551),

–   wara li kkonsidra r-Regola 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0002/2008),

A.   billi l-Unjoni Ewropa hija attur ewlieni fil-kummerċ dinji, u għandha tkompli turi tmexxija fis-sistema ekonomika dinjija sabiex tagħmilha aktar ġusta u li tirrispetta aktar id-drittijiet ambjentali u soċjali,

B.   billi l-Unjoni Ewropea hija l-akbar esportatur u l-akbar fornitur ta" servizzi fid-dinja, u għaldaqstant għandha interess qawwi li tiżgura li jinfetħu swieq ġodda għall-prodotti, servizzi u investimenti,

C.   billi l-Unjoni Ewropea jeħtieġ li timplimenta strateġiji aktar ambizzjużi u li jaħsbu fil-ġejjieni sabiex jilqgħu l-isfidi tal-globalizzazzjoni u jikkonfrontaw kompetizzjoni akbar minn ekonomiji ewlenin li qed jitfaċċaw, filwaqt li jippreservaw il-mudell ekonomiku, reġjonali u soċjali Ewropew, u jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali,

D.   billi l-ftuħ ekonomiku, kemm intern kif ukoll estern, huwa vitali għall-ħolqien ta" l-impjiegi u t-tkabbir kif ukoll sabiex tinżamm il-kompetittività internazzjonali; billi għaldaqstant l-Unjoni Ewropea għandha, fil-qafas ta" l-istrateġija ta" l-aċċess għas-swieq, tkompli x-xogħol tagħha li tiftaħ is-swieq ta" l-UE kif ukoll li tinkoraġġixxi l-imsieħba kummerċjali tagħha sabiex ineħħu l-ostakoli tagħhom stess, filwaqt li jkompli jiftħu s-swieq tagħhom,

E.   billi l-aċċess adegwat għas-swieq ta" pajjiżi terzi ser jagħmilha possibbli li l-produtturi domestiċi ta' l-UE jibqgħu mexxejja fir-rigward ta' prodotti u servizzi b'valur miżjud għoli, sabiex titjieb l-innovazzjoni tal-prodotti tagħhom, tiġi promossa l-kreattività, jiġu mħarsa d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPRs) u jintlaħqu ekonomiji ta" skala sinjifikanti,

F.   billi żviluppi fil-kummerċ internazzjonali jagħmel l-aċċess għas-swieq ta" pajjiżi terzi importanti daqs id-difiża tas-swieq ta" l-UE minn prattiki kummerċjali inġusti,

G.   billi l-liberalizzazzjoni tas-suq u l-volum dejjem jikber ta' kummerċ jippromwovi l-kompetizzjoni internazzjonali, iżda jżid ukoll ir-riskju li l-esportazzjonijiet ikunu suġġetti għal ostakoli kummerċjali, li jkollhom impatt negattiv fuq il-kompetittività internazzjonali ta" kumpaniji ta" l-UE,

H.   billi l-kompetittività ta" l-ekonomija ta" l-UE hi indubbjament affettwata minn aġir protezzjonist li mhux ibbażat fuq ir-regoli tad-WTO, kemm jekk fil-Komunità u kemm jekk barra minnha,

I.   billi t-tneħħija ta" l-ostakoli għall-kummerċ ċertament ser itejbu l-esportazzjonijiet Ewropej ta" prodotti u servizzi u jiggarantixxu tkabbir sod fl-ekonomija ta" l-UE,

J.   billi jeħtieġ jitqies il-ħarsien ineffettiv tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inklużi l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta" orġini, mill-imsieħba kummerċjali dinjija ta" l-Unjoni Ewropea,

K.   billi huwa importanti ħafna li ssir distinzjoni bejn ostakoli a priori u mhux ġustifikati għall-kummerċ, li jirriżultaw minn implimentazzjoni mhux koerenti ta" regoli tal-kummerċ bilaterali u multilaterali stabbiliti, u ostakoli għall-kummerċ li jirriżultaw mill-attività leġiżlattiva u amministrattiva leġittima ta" awtoritajiet pubbliċi li tkun tirriżulta minn oqsma oħra apparti l-kummerċ iżda li jkollha konsegwenzi mhux intenzjonati fuq il-kummerċ,

L.   billi proċeduri tad-dwana tqal għall-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-tranżitu, restrizzjonijiet sanitarji u fito-sanitarji mhux ġustifikati fi ħdan ir-regoli eżistenti tad-WTO, l-użu inġust ta" strumenti ta" difiża kummerċjali (TDIs), u ħarsien dgħajjef tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali huma b'mod ċar ostakoli a priori u mhux ġustifikati għall-kummerċ li jeħtieġ li jiġu indirizzati sabiex jiġi faċilitat l-aċċess għas-swieq għal kumpaniji tal-UE,

M.   billi, minkejja d-diffikulta kbira li ssir stima b'eżattezza ta" l-ammont ta" kummerċ ta" l-UE li jiġi ostakolat minħabba restrizzjonijiet tas-suq ta" pajjiżi barranin, jidher ċar li l-ostakoli għall-kummerċ għandhom impatt sinjifikanti fuq il-prestazzjoni ġenerali ta" l-esportazzjoni ta" l-UE,

N.   billi l-preżenza ekonomika ta" l-Unjoni Ewropea b'mod ġenerali hija aktar b'saħħitha fil-pajjiżi industrijalizzati fejn id-domanda hija statika, iżda ħafna aktar dgħajfa f'inħawi li qed jikbru b'rata mgħaġġla u fi swieq li qed jitfaċċaw bħaċ-Ċina u l-Indja,

O.   billi l-Unjoni Ewropea b'mod ġenerali hija meqjusa li hi suq miftuħ ħafna u trasparenti li jaħdem b'mod serju kontra l-aġir anti-kompetittiv u jiggarantixxi kundizzjonijiet ġusti għall-importazzjonijiet kollha indipendentement mill-oriġini tagħhom,

P.   billi t-tariffi għoljin għadhom jirrappreżentaw ostakolu sinifikanti għall-kummerċ, b'mod speċjali fir-rigward ta' pajjiżi ġodda ewlenin,

Q.   billi d-WTO hi l-unika forum effettiv għall-iżgurar ta" aċċess għas-swieq u għall-kisba ta" kummerċ ġust u ekwu globalment, għadha mhix regolata biżżejjed, u għadha ma torbotx biżżejjed; billi l-projezzjoni tal-mudell tal-governanza Ewropew għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp ulterjuri ta" regoli xierqa u ġusti u jiżgura sistema regulatorja aktar stabbli u aktar komprensiva għall-kummerċ dinji,

R.   billi hu fl-interess ġenerali tal-Kummissjoni li tiżgura li l-leġiżlazzjoni u l-prattiki kummerċjali adottati mill-imsieħba tagħha jkunu konformi sa fejn hu possibbli mar-regoli tad-WTO u ma" regoli oħra internazzjonali,

S.   billi l-ostakoli għall-kummerċ u l-ostakoli interni ma jolqtux biss lill-kummerċ tal-prodotti iżda wkoll jeffettwaw b'mod sinjifikanti lill-kummerċ fis-servizz u lill-appalt pubbliku,

T.   billi s-soluzzjoni għall-problemi u effettività akbar fid-difiża ta" l-interessi u l-aspettattivi leġittimi ta" l-industrija ikunu ta" benefiċċju għall-Unjoni Ewropea wkoll f'termini ta" viżibilità u kredibilità,

U.   billi biex jintlaħqu l-objettivi ta' l-Aġenda ta' Liżbona riveduta, l-industriji fl-UE jeħtieġ jiżviluppaw u jżommu pożizzjonijiet kompetittivi u stabbli fis-suq globali,

V.   billi din il-kompetittività, speċjalment għal impriżi żgħar u ta" daqs medju (SMEs), tiddependi dejjem aktar mir-riċerka, mill-iżvilupp, mill-innovazzjoni u mill-IPRs,

W.   billi żewġ prerekwiżiti ta' din il-kompetittività huma min-naħa waħda l-forniment sikur u assigurat ta' l-enerġija u min-naħa l-oħra l-aċċess mingħajr xkiel għan-negozji ta' l-UE għal iktar teknoloġiji moderni ta' l-informatika u tal-komunikazzjoni;

Ħarsa ġenerali

1.  Jenfasizza li l-implimentazzjoni b'suċċess ta" strateġija aktar ambizzjuża ta" aċċess għas-swieq, maħsuba sabiex tiftaħ swieq dinjija ġodda għall-prodotti u s-servizzi Ewropej, aktarx li mhux biss se tkabbar l-irwol dinji ta" l-UE, iżda wkoll ser tipproteġi l-impjiegi eżistenti u toħloq impjiegi oħra fl-Ewropa, ittejjeb il-kompetittività ta" l-Unjoni Ewropea u tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-kisba ta" l-għanijiet ta" l-Istrateġija ta" Liżbona;

2.  Ifakkar li l-istrateġija ta" l-Unjoni Ewropea li tipprovdi aċċess għas-swieq hija maħsuba speċifikament sabiex tindirizza ekonomiji żviluppati u ekonomiji li qed jitfaċċaw;

3.  Jenfasizza li l-prestazzjoni ta" l-Unjoni Ewropea fl-esportazzjonijiet lejn ekonomiji żviluppati kif ukoll dawk li qed jitfaċċaw, sikwit hija mxekkla minn nuqqas ta" reċiproċità rigward il-kundizzjonijiet ta" aċċess għas-swieq, grad insuffiċjenti ta" konformità mar-regoli tal-kummerċ internazzjonali u l-proliferazzjoni ta" prattiki kummerċjali inġusti;

4.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-interessi kummerċjali leġittimi ta" l-Unjoni Ewropea jiġu mħarsa mill-prattiki kummerċjali abbużivi jew inġusti ta" pajjiżi terzi; hu tal-fehma li meta pajjiżi terzi jirristrinġu b'mod mhux ġustifikabbli lill-kumpaniji ta" l-Unjoni Ewropea mill-aċċess għas-swieq tagħhom, l-Unjoni Ewropea għandha tirreaġixxi b'mod rapidu u sod;

5.  Jinnota l-importanza dejjem akbar ta" kwistjonijiet regulatorji fil-kummerċ internazzjonali; jitlob għal aktar konsistenza bejn ir-regoli u l-prattiki ta" l-Unjoni Ewropea u dawk ta" l-imsieħba kummerċjali ewlenin tagħha; jenfasizza li l-armonizzazzjoni tar-regoli u r-regolamenti m'għandhiex twassal li jiddgħajjfu l-liġijiet tas-saħħa, tas-sikurezza, ta" l-ambjent u dawk soċjali fl-Ewropa, iżda li minflok twassal sabiex jibda l-proċess għall-adozzjoni ta" regoli aħjar mill-imsieħba kummerċjali ewlenin ta" l-Unjoni Ewropea;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jadottaw approċċ fuq medda twila ta" żmien dwar it-tagħwiġ strutturali li, min-natura tiegħu, aktarx se jkompli jew ser jerġa" jfeġġ anke wara li l-Kummissjoni tkun ħadet passi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex ma tinjorax każijiet fejn ma tantx ikun hemm ċans ta" eliminazzjoni bikrija ta' l-ostakoli meta t-tneħħija tagħhom madankollu tkun meħtieġa sabiex terġa' toħloq kundizzjonijiet kummerċjali ekwi fi swieq barranin ewlenin;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tqis il-ksur serju u sistematiku tar-regoli tad-WTO jew tal-liġijiet kummerċjali internazzjonali oħra bħala li jirrikjedu rimedju f'waqtu u li tiżgura li l-infurzar ta" dan it-tip ta" regoli ma jkunx subordinat għal kunsiderazzjonijiet politiċi u ekonomiċi oħra ħlief dawk relevanti għall-każ innifsu;

8.  Iħeġġeġ lill-pajjiżi terzi sabiex ineħħu r-restrizzjonijiet fuq is-sjieda barranija għal kumpaniji Ewropej u li jneħħu regoli diskriminatorji;

9.  Jilqa" b'sodisfazzjon l-approċċ suġġerit mill-Kummissjoni għall-identifikazzjoni ta" prijoritajiet għall-aċċess għas-swieq, iżda jħeġġeġ li jitqiesu kriterji oħra li jiżguraw li din l-inizjattiva ġdida tgħin lill-akbar numru possibbli ta" operaturi ekonomiċi fl-Unjoni Ewropea u b'mod partikulari lill-SMEs, li s-sopravivenza tagħhom b'mod inevitabbli tiddependi fuq id-definizzjoni ċara u l-infurzar effettiv tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u fuq restrizzjonijiet definittivi fuq il-qligħ ġenerat minn kumpaniji li jgawdu monopolji;

10.  Jenfasizza li suċċess fil-ġlieda kontra l-ostakoli kummerċjali ser tistimula l-investiment, il-produzzjoni u l-kummerċ fl-Unjoni Ewropea u fid-dinja billi inter alia, tagħmel il-kundizzjonijiet ta" l-aċċess għas-swieq aktar trasparenti, prevedibbli u kompetittivi u tistabbilixxi jew issaħħaħ ir-rabta bejn l-Unjoni Ewropea u s-swieq internazzjonali;

11.  Jemmen li Ftehimiet ta" Kummerċ Ħieles (FTAs) mal-pajjiżi li huma fil-mira ta" l-Unjoni Ewropea mhumiex se jkollhom valur sakemm dawn ma jiżgurawx l-aċċess għas-swieq u progress reali għat-tnaqqis u għall-eleminazzjoni ta" ostakoli li mhumiex tariffi li, tajjeb li wieħed jiftakar, sikwit jgħawġu l-kummerċ aktar mill-ostakoli fil-forma ta" tariffi;

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni

12.  Jilqa" b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tistabbilixxi sħubija aktar b'saħħitha sabiex tipprovdi aċċess għas-swieq għall-esportaturi Ewropej, u b'mod partikulari sabiex jinkisbu riżultati konkreti għan-negozji Ewropej billi jitjieb l-aċċess għas-swieq fi swieq li qed jitfaċċaw fejn in-negozji Ewropej jiltaqgħu ma" ostakoli ġodda u kumplessi għan-negozju u l-investiment; u jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tikkoordina l-objettivi u l-għodod tal-politika tal-kummerċ ta" l-Unjoni Ewropea u ta' l-istrateġija għall-aċċess għas-swieq b'tali mod li din l-inizjattiva tikkontrolla b'mod effettiv il-potenzjal ta' l-Unjoni Ewropea fl-oqsma tal-kummerċ internazzjonali u tal-kompetittività globali;

13.  Jilqa" b'sodisfazzjon, b'mod partikulari, il-proposti tal-Kummissjoni sabiex tiġi stabbilita sħubija aktar b'saħħitha bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri, u n-negozji ta" l-UE bil-għan li tgħin b'mod dirett lill-operaturi ekonomiċi jegħlbu d-diffikultajiet konkreti li jsibu sabiex ikollhom aċċess għas-swieq ta" pajjiżi terzi b'mod u f'qafas ta" żmien li jkun kompatibbli mar-realtà tan-negozju;

14.  Hu tal-fehma li l-Kummissjoni jista" jkollha rwol sinjifikanti fl-implimentazzjoni ta" l-istrateġija ġdida ta' aċċess għas-swieq billi tiżgura grad xieraq ta' koordinazzjoni bejn l-azzjonijiet fil-livell nazzjonali u dak Komunitarju, tikkontrolla riżorsi li kieku kienu jitferrxu u tiżgura difiża aktar effiċjenti tad-drittijiet u l-interessi ta' l-esportaturi Ewropej;

15.  Hu tal-fehma li l-Unjoni Ewropea għandha irwol indispensabbli sabiex tiggarantixxi kundizzjonijiet indaqs fil-kummerċ internazzjonali, b'koperazzjoni mill-qrib ma" l-Istati Membri u b'konsiderazzjoni għall-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-bilanċ ta" kompetenzi eżistenti;

16.  Jenfasizza l-importanza ta" evalwazzjonijiet perjodiċi kwalitattivi u kwantitattivi tar-riżultati ta" l-istrateġija ta" l-aċċess għas-swieq, sabiex tkun evalwata l-effettività tagħha; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa pjan ta' azzjoni xieraq għall-aċċess għas-swieq, u tippreżenta rapport annwali dwar l-aċċess għas-suq lill-Parlament li jkun simili għal dak li ġie ppreżentat diġà rigward it-TDIs;

17.  Iħeġġeġ lill-kumpaniji Ewropej, li b'mod leġittimu qed jikkompetu ma" xulxin fl-Unjoni Ewropea u barra minnha, sabiex jadottaw approċċ ta" koperazzjoni għall-istrateġija l-ġdida ta" aċċess għas-swieq, filwaqt li jqis li l-ftuħ ta" swieq barranin u ċ-ċertezza ta' kummerċ ħieles u ġust jaqdi l-interessi komuni tagħhom u b'hekk jirrikjedi sforzi komuni u koordinati;

18.  Jiddispjaċih li diversi rakkomandazzjonijiet raġonevoli u bbażati fuq esperjenza mill-komunità tan-negozju, trade-unions, għaqdiet tal-konsumaturi, u s-soċjetà ċivili ma ġewx meqjusa fil-Komunikazzjoni msemmija hawn fuq bit-titlu "Ewropa Globali: sħubija aktar b'saħħitha biex jingħata aċċess għas-suq lil esportaturi Ewropej"; u jħeġġeġ lill-Kummissjoni li tqis dawn ir-rakkomandazzjonijiet waqt l-implimentazzjoni ta" din il-Komunikazzjoni;

Inizjattivi ta" aċċess għas-swieq fl-Unjoni Ewropea

19.  Jenfasizza l-ħtieġa għal koperazzjoni ulterjuri bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri bil-għan li jaqsmu bejniethom l-informazzjoni u l-prattiki tajba; jistieden lill-Istati Membri sabiex joħolqu netwerks ta" helpdesks nazzjonali jew, jekk huwa xieraq, reġjonali, sabiex jiċċentralizzaw l-informazzjoni u l-pretensjonijiet, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-interessi u l-ħtiġijiet ta" l-SMEs;

20.  Hu tal-fehma li l-effikaċja ta" dan it-tip ta" networks titjieb b'mod sinjifikanti jekk l-assoċjazzjonijiet ta" l-industrija nazzjonali u lokali, il-kmamar tal-kummerċ u aġenziji oħra għall-promozzjoni tal-kummerċ jipparteċipaw fil-proċess ta" stabbiliment ta" dawn in-networks;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex itejbu l-irwol tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Aċċess għas-Swieq (Market Access Advisory Committee - MAAC) u jiżguraw kuntatt permanenti mal-Kumitat ta" l-Artikolu 133 tat-Trattat KE), il-Kumitat ta' Regolamentazzjoni ta' l-Ostakoli għall-Kummerċ u kumitati relevanti oħra;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex toħloq sistema ta" djalogu permanenti li jippermetti lill-Istati Membri, u, meta jkun xieraq, lir-reġjuni u lill-partijiet konċernati oħra Ewropej li jaqsmu l-informazzjoni u jiddefinixxu l-istrateġiji u l-prijoritajiet;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra dan li ġej meta timplimenta l-istrateġija tagħha ta" aċċess għas-swieq:

   li jinħatar aktar persunal ibbażat fi Brussell għall-unità li titratta kwistjonijiet ta" aċċess għas-swieq;
   toħloq reġistru ta" l-ilmenti effettiv fi ħdan id-DĠ għall-Kummerċ;
   tiżviluppa linji gwida strutturati għall-itrattar ta" kull kategorija ta" ostakoli li mhumiex tariffi;
   toħloq help-desk għall-Istati Membri u l-kumpaniji (b'taqsima dedikata għall-SMEs) fi ħdan id-DĠ għall-Kummerċ;
   tirrevedi u ttejjeb il-politika tal-komunikazzjoni relatata ma" servizzi ta" aċċess għas-swieq provduta mill-Kummissjoni, b'enfasi partikulari fuq l-SMEs;
   iżżid in-numru ta" utenti potenzjali billi toffri informazzjoni bażika (pereżempju brochures u fuljetti) fil-lingwi uffiċjali kollha ta" l-Unjoni Ewropea;
   ittejjeb il-Bażi tad-Data ta" l-Aċċess għas-Swieq (Market Access Database - MADB) sabiex din taqbel aktar mal-ħtiġijiet tan-negozju u jagħmluha aktar faċli għall-utenti;
   ittejjeb il-koperazzjoni, il-koerenza u l-komunikazzjoni interni fost is-servizzi tal-Kummissjoni li jitrattaw kwistjonijiet ta" aċċess għas-swieq;
   tiżgura l-parteċipazzjoni ta" rappreżentanti tal-komunità tan-negozju fl-MAAC;
   l-iżvilupp ta" linji gwida strutturati għall-prijoritajiet, fosthom liema swieq, setturi u barrieri għandha ssir enfasi fuqhom;
   issaħħaħ il-pożizzjoni tagħha f'korpi internazzjonali ta" standardizzazzjoni, bħall-Organizazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO);

Inizjattivi ta" aċċess għas-swieq f'pajjiżi terzi

24.  Jitlob li jkun hemm koordinazzjoni aktar strutturata bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri f'pajjiżi terzi li tagħmel possibbli użu aktar effiċjenti tar-riżorsi diplomatiċi u governattivi li jitrattaw kwistjonijiet ta' aċċess għas-swieq;

25.  Jenfasizza l-ħtieġa li jingħata mandat ċar u ambizzjuż lid-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni kif ukoll lit-Timijiet ta" Aċċess għas-Swieq li nħalqu issa li jinsabu f'pajjiżi terzi; itenni li l-istrateġija ta" aċċess għas-swieq ser tkun ta" suċċess biss jekk l-Istati Membri huma lesti li jikkontribwixxu bir-riżorsi tagħhom stess, kemm umani kif ukoll finanzjarji, bi proporzjon għall-mezzi, l-interessi u l-objettivi tagħhom;

26.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex itejbu l-koperazzjoni ma" kmamar tal-kummerċ Ewropej u aġenziji tal-promozzjoni tal-kummerċ ta" l-Istati Membri li qegħdin f'pajjiżi terzi u sabiex jiżguraw skambju ta" informazzjoni xieraq bejn id-delegazzjonijiet, l-ambaxxati ta" l-Istati Membri, korpi governattivi oħra tal-kummerċ barrani u assoċjazzjonijiet tan-negozju Ewropej li jkunu interessati;

27.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex terġa" tagħti prijorità lill-iskjerament u eventwalment liż-żieda tar-riżorsi umani disponibbli għad-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni, sabiex ikun hemm aktar staff disponibbli biex jistabbilixxu u jiżguraw l-iffunzjonar tat-timijiet ta" aċċess għas-suq, b'mod partikulari f'delegazzjonijiet ewlenin bħal, inter alia, Beijing, New Delhi, Moska u Brasilia;

Kwistjonijiet settorjali

28.  Jappoġġja l-ħolqien ta" inizjattivi dedikati, fil-qafas ta" l-istrateġija ta" aċċess għas-swieq, sabiex jitrattaw l-ostakoli b'mod partikulari fl-oqsma tas-servizzi, l-appalt pubbliku, l-investiment u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-proċeduri doganali, l-għajnuna statali u sussidji oħra u sabiex jiġu stabbiliti regoli dwar il-kompetizzjoni u l-implimentazzjoni xierqa tagħhom f'pajjiżi terzi;

29.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li l-SMEs ikunu jistgħu igawdu b'mod konsistenti mill-inizjattivi l-ġodda ta" aċċess għas-swieq; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiddefinixxi azzjonijiet ad hoc li jkollhom l-għan li jsaħħu l-preżenza tal-prodotti ta" l-SMEs fis-swieq ta" pajjiżi terzi u jiddefendu d-drittijiet leġittimi tagħhom fil-konfront ta" prattiki ta" pajjiżi barranin li jaħsbu fihom infushom biss;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tittratta b'mod speċifiku r-restrizzjonijiet kollha għall-għoti ta' l-Internet u ta' servizzi tas-soċjetà ta' l-informazzjoni minn kumpaniji Ewropej f'pajjiżi terzi bħala parti mill-politika tal-kummerċ estern tagħha u biex tqis il-limitazzjonijiet żejda kollha għall-għoti ta' dawn is-servizzi bħala ostakoli għall-kummerċ;

L-approċċ multilaterali

31.  Jenfasizza l-ħtieġa li jinħolqu sinerġiji ma" l-imsieħba kummerċjali ewlenin ta" l-Unjoni Ewropea (bħall-Istati Uniti ta" l-Amerika, il-Kanada u l-Ġappun) bil-għan li jiddefinixxu strateġija komuni ta" aċċess għas-swieq u li jwittu t-triq għal ftehima multilaterali meħtieġa ħafna dwar l-aċċess għas-swieq;

32.  Jenfasizza l-ħtieġa għal aktar promozzjoni ta' koperazzjoni u approssimazzjoni regulatorji internazzjonali aktar profondi sabiex titneħħa d-duplikazzjoni fil-ħela u tnaqqas l-ispejjeż għall-konsumaturi, l-industrija u l-gvernijiet; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippromwovi t-tqarrib progressiv ta" l-istandards u tar-regoli ta" l-Unjoni Ewropea u l-imsieħba kummerċjali tagħha, kemm b'mod multilaterali u bilaterali;

33.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tippromwovi mekkaniżmi dedikati tad-WTO li jippermettu kunsiderazzjoni aktar malajr sabiex tindirizza ostakoli ġodda u li qed jitfaċċaw li mhumiex tariffi; f'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi lill-imsieħba kummerċjali oħra sabiex jagħmlu aktar użu mill-proċeduri ta" notifika skond il-Ftehimiet dwar l-Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ (TBTs);

34.  Jinsisti li għandu jinżamm fokus ċar dwar l-infurzar u l-iżgurar tal-konformità ta" pajjiżi terzi ma" l-obbligi tagħhom tad-WTO, billi jsegwu dan id-dritt permezz tal-Mekkaniżmu ta' Riżoluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO;

Il-ġejjieni

35.  Hu tal-fehma li, sakemm ma jkunx ġustifikat minħabba kwistjonijiet relatati ma" l-iżvilupp, l-Unjoni Ewropea għandha tagħmel l-aħjar sforzi tagħha sabiex tikseb konċessjonijiet mill-imsieħba kummerċjali tagħha li jkunu proporzjonali għal-livell ta' żvilupp tagħhom;

36.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tinkludi fil-ġenerazzjoni l-ġdida ta" Ftehimiet ta" Kummerċ Ħieles u fi ftehimiet oħra bl-implikazzjonijiet kummerċjali, dispożizzjonijiet ċari dwar l-infurzar u l-ilħuq ta" ftehim f'każ ta" tilwim, li jkunu mfassla b'mod speċjali sabiex jitrattaw ostakoli 'interni' ("behind-the-border" barriers);

37.  Jistieden lill-imsieħba kummerċjali ta" l-Unjoni Ewropea sabiex inaqqsu jew ineħħu b'mod progressiv l-ostakoli li jillimitaw l-aċċess għas-swieq ta" prodotti u servizzi, u minflok itejbu l-opportunitajiet kummerċjali reċiproċi fuq il-bażi tar-reċiproċità, inkluż permezz ta" l-implimentazzjoni sodisfaċenti ta" miżuri għall-ftuħ tas-suq li jirriżultaw minn negozjati bilaterali, reġjonali u multilaterali;

38.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex kull sena tirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar il-progress u r-riżultati ta" l-istrateġija ta" aċċess għas-swieq, filwaqt li tagħti attenzjoni partikulari lill-prijoritajiet li ġew stabbiliti;

o
o   o

39.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri.

(1) ĠU C 306 E, 15.12.2006, p. 400.
(2) ĠU C 313 E, 20.12.2006, p. 276.
(3) ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 155.
(4) ĠU C 308 E, 16.12.2006, p. 182.
(5) ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 235.
(6) ĠU C 233 E, 28.9.2006, p. 103.
(7) ĠU C 291 E, 30.11.2006, p. 321.


Abbuż ta' poter minn supermarkets kbar li joperaw fl-Unjoni Ewropea
PDF 218kWORD 57k
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-investigazzjoni u r-rimedju ta' l-abbuż ta' poter minn supermarkets kbar li joperaw fl-Unjoni Ewropea
P6_TA(2008)0054P6_DCL(2007)0088

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 116 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi, fl-UE kollha, il-bejgħ bl-imnut kull ma jmur qiegħed jaqa' f'idejn għadd żgħir ta' ktajjen ta' supermarkets,

B.   billi dawn id-distributuri kull ma jmorru qegħdin isiru "l- gatekeepers" tas-settur, u qegħdin jikkontrollaw l-uniku aċċess li għandhom il-bdiewa u fornituri oħra għall-konsumaturi ta' l-UE,

C.   billi hemm provi mill-UE kollha li juru li s-supermarkets il-kbar qegħdin jabbużaw mill-poter tagħhom tax-xiri biex ibaxxu l-prezzijiet lill-fornituri ( dawk ibbażati fl-UE u barra minnha) għal livelli insostenibbli u biex jimponu fuqhom kundizzjonijiet inġusti,

D.   billi pressjoni bħal din fuq il-fornituri jkollha effetti negattivi li jirriflettu kemm fuq il-kwalità ta' l-impjiegi kif ukoll fuq il-ħarsien ta' l-ambjent,

E.   billi jista' jkun li l-konsumaturi jsibu ma' wiċċhom tnaqqis fid-diversità tal-prodotti, fil-wirt kulturali u fil-ħwienet li jbigħu bl-imnut,

F.   billi xi Stati Membri daħħlu leġiżlazzjoni nazzjonali biex jippruvaw iwaqqfu abbużi bħal dawn, u madankollu l-operat tas-supermarkets il-kbar qegħdin dejjem iżjed jaqbżu l-fruntieri nazzjonali, u għalhekk leġiżlazzjoni fl-UE hija mixtieqa,

1.  Jistieden lid-DĠ Kompetizzjoni biex jinvestiga dwar l-effetti li l-konċentrazzjoni tas-settur tas-supermarkets fl-UE qiegħed ikollha fuq in-negozji ż-żgħar, il-fornituri, il-ħaddiema u l-konsumaturi u, b'mod partikulari, biex jevalwa l-abbużi tal-poter tax-xiri li huma frott ta' konċentrazzjoni bħal din;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tipproponi miżuri xierqa, fosthom regolamenti, biex jitħarsu l-konsumaturi, il-ħaddiema u l-produtturi minn kull abbuż li joħroġ minn xi pożizzjoni dominanti jew minn effetti negattivi li jiġu identifikati matul din l-investigazzjoni;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien ma' l-ismijiet tal-firmatarji, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlamenti ta' l-Istati Membri.

Lista ta' firmatarji

Adamos Adamou, Vittorio Agnoletto, Vincenzo Aita, Gabriele Albertini, Jim Allister, Roberta Alma Anastase, Georgs Andrejevs, Alfonso Andria, Laima Liucija Andrikienė, Emmanouil Angelakas, Roberta Angelilli, Alfredo Antoniozzi, Kader Arif, Stavros Arnaoutakis, Richard James Ashworth, Francisco Assis, John Attard-Montalto, Elspeth Attwooll, Marie-Hélène Aubert, Jean-Pierre Audy, Margrete Auken, Inés Ayala Sender, Liam Aylward, Pilar Ayuso, Peter Baco, Mariela Velichkova Baeva, Enrique Barón Crespo, Etelka Barsi-Pataky, Alessandro Battilocchio, Katerina Batzeli, Edit Bauer, Jean Marie Beaupuy, Zsolt László Becsey, Angelika Beer, Ivo Belet, Irena Belohorská, Jean-Luc Bennahmias, Monika Beňová, Pervenche Berès, Sergio Berlato, Giovanni Berlinguer, Thijs Berman, Šarūnas Birutis, Jana Bobošíková, Sebastian Valentin Bodu, Jens-Peter Bonde, Guy Bono, Mario Borghezio, Josep Borrell Fontelles, Umberto Bossi, Costas Botopoulos, Bernadette Bourzai, Sharon Bowles, Iles Braghetto, Frieda Brepoels, Hiltrud Breyer, André Brie, Danutė Budreikaitė, Paul van Buitenen, Kathalijne Maria Buitenweg, Ieke van den Burg, Colm Burke, Niels Busk, Cristian Silviu Buşoi, Philippe Busquin, Joan Calabuig Rull, Mogens Camre, Luis Manuel Capoulas Santos, Marco Cappato, Marie-Arlette Carlotti, Carlos Carnero González, Giorgio Carollo, Paulo Casaca, Françoise Castex, Giuseppe Castiglione, Giusto Catania, Alejandro Cercas, Giulietto Chiesa, Sylwester Chruszcz, Luigi Cocilovo, Carlos Coelho, Richard Corbett, Dorette Corbey, Giovanna Corda, Titus Corlăţean, Jean Louis Cottigny, Michael Cramer, Corina Creţu, Gabriela Creţu, Brian Crowley, Magor Imre Csibi, Marek Aleksander Czarnecki, Ryszard Czarnecki, Daniel Dăianu, Joseph Daul, Dragoş Florin David, Chris Davies, Antonio De Blasio, Bairbre de Brún, Arūnas Degutis, Véronique De Keyser, Gérard Deprez, Proinsias De Rossa, Harlem Désir, Nirj Deva, Mia De Vits, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Jolanta Dičkutė, Gintaras Didžiokas, Alexandra Dobolyi, Brigitte Douay, Mojca Drčar Murko, Bárbara Dührkop Dührkop, Árpád Duka-Zólyomi, Constantin Dumitriu, Michl Ebner, Saïd El Khadraoui, Maria da Assunção Esteves, Edite Estrela, Harald Ettl, Jill Evans, Robert Evans, Richard Falbr, Claudio Fava, Szabolcs Fazakas, Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari, Anne Ferreira, Elisa Ferreira, Ilda Figueiredo, Petru Filip, Věra Flasarová, Hélène Flautre, Alessandro Foglietta, Hanna Foltyn-Kubicka, Nicole Fontaine, Glyn Ford, Armando França, Monica Frassoni, Duarte Freitas, Sorin Frunzăverde, Kinga Gál, Vicente Miguel Garcés Ramón, José Manuel García-Margallo y Marfil, Iratxe García Pérez, Giuseppe Gargani, Jas Gawronski, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Claire Gibault, Adam Gierek, Maciej Marian Giertych, Neena Gill, Ioannis Gklavakis, Béla Glattfelder, Gian Paolo Gobbo, Bogdan Golik, Bruno Gollnisch, Ana Maria Gomes, Donata Gottardi, Genowefa Grabowska, Dariusz Maciej Grabowski, Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf, Luis de Grandes Pascual, Louis Grech, Elly de Groen-Kouwenhoven, Lilli Gruber, Ambroise Guellec, Pedro Guerreiro, Umberto Guidoni, Zita Gurmai, Catherine Guy-Quint, András Gyürk, Fiona Hall, David Hammerstein, Benoît Hamon, Małgorzata Handzlik, Gábor Harangozó, Marian Harkin, Rebecca Harms, Satu Hassi, Adeline Hazan, Anna Hedh, Gyula Hegyi, Erna Hennicot-Schoepges, Edit Herczog, Esther Herranz García, Jim Higgins, Mary Honeyball, Milan Horáček, Richard Howitt, Ján Hudacký, Ian Hudghton, Stephen Hughes, Alain Hutchinson, Jana Hybášková, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Monica Maria Iacob-Ridzi, Mikel Irujo Amezaga, Marie Anne Isler Béguin, Carlos José Iturgaiz Angulo, Lily Jacobs, Mieczysław Edmund Janowski, Lívia Járóka, Elisabeth Jeggle, Pierre Jonckheer, Ona Juknevičienė, Jelko Kacin, Gisela Kallenbach, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Metin Kazak, Tunne Kelam, Wolf Klinz, Jaromír Kohlíček, Maria Eleni Koppa, Magda Kósáné Kovács, Miloš Koterec, Sergej Kozlík, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Ģirts Valdis Kristovskis, Urszula Krupa, Wiesław Stefan Kuc, Sepp Kusstatscher, Zbigniew Krzysztof Kuźmiuk, Joost Lagendijk, André Laignel, Jean Lambert, Stavros Lambrinidis, Romano Maria La Russa, Vincenzo Lavarra, Johannes Lebech, Stéphane Le Foll, Roselyne Lefrançois, Bernard Lehideux, Lasse Lehtinen, Jörg Leichtfried, Jo Leinen, Katalin Lévai, Bogusław Liberadzki, Marcin Libicki, Eva Lichtenberger, Kartika Tamara Liotard, Alain Lipietz, Pia Elda Locatelli, Andrea Losco, Caroline Lucas, Elizabeth Lynne, Linda McAvan, Arlene McCarthy, Mary Lou McDonald, Mairead McGuinness, Edward McMillan-Scott, Jamila Madeira, Ramona Nicole Mănescu, Mario Mantovani, Marian-Jean Marinescu, Helmuth Markov, David Martin, Hans-Peter Martin, Jean-Claude Martinez, Miguel Angel Martínez Martínez, Jan Tadeusz Masiel, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Ana Mato Adrover, Mario Mauro, Erik Meijer, Íñigo Méndez de Vigo, Emilio Menéndez del Valle, Willy Meyer Pleite, Rosa Miguélez Ramos, Marianne Mikko, Miroslav Mikolášik, Francisco José Millán Mon, Claude Moraes, Eluned Morgan, Luisa Morgantini, Philippe Morillon, Jan Mulder, Roberto Musacchio, Cristiana Muscardini, Joseph Muscat, Francesco Musotto, Sebastiano (Nello) Musumeci, Riitta Myller, Pasqualina Napoletano, Robert Navarro, Cătălin-Ioan Nechifor, Catherine Neris, Rareş-Lucian Niculescu, Ljudmila Novak, Vural Öger, Cem Özdemir, Péter Olajos, Jan Olbrycht, Seán Ó Neachtain, Gérard Onesta, Dumitru Oprea, Josu Ortuondo Larrea, Csaba Őry, Siiri Oviir, Reino Paasilinna, Justas Vincas Paleckis, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Vladko Todorov Panayotov, Marco Pannella, Pier Antonio Panzeri, Dimitrios Papadimoulis, Atanas Paparizov, Neil Parish, Ioan Mircea Paşcu, Bogdan Pęk, Maria Petre, Tobias Pflüger, Rihards Pīks, João de Deus Pinheiro, Józef Pinior, Mirosław Mariusz Piotrowski, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Zita Pleštinská, Rovana Plumb, Anni Podimata, Zdzisław Zbigniew Podkański, Bernard Poignant, Adriana Poli Bortone, José Javier Pomés Ruiz, Mihaela Popa, Nicolae Vlad Popa, Christa Prets, Pierre Pribetich, Vittorio Prodi, Miloslav Ransdorf, Karin Resetarits, José Ribeiro e Castro, Teresa Riera Madurell, Giovanni Rivera, Marco Rizzo, Michel Rocard, Bogusław Rogalski, Zuzana Roithová, Luca Romagnoli, Raül Romeva i Rueda, Wojciech Roszkowski, Mechtild Rothe, Libor Rouček, Martine Roure, Christian Rovsing, Luisa Fernanda Rudi Ubeda, Heide Rühle, Eoin Ryan, Guido Sacconi, Aloyzas Sakalas, Katrin Saks, María Isabel Salinas García, Antolín Sánchez Presedo, Manuel António dos Santos, Daciana Octavia Sârbu, Amalia Sartori, Gilles Savary, Luciana Sbarbati, Pierre Schapira, Karin Scheele, Carl Schlyter, Frithjof Schmidt, Pál Schmitt, György Schöpflin, Adrian Severin, Czesław Adam Siekierski, Brian Simpson, Kathy Sinnott, Marek Siwiec, Alyn Smith, Csaba Sógor, Bogusław Sonik, María Sornosa Martínez, Bart Staes, Grażyna Staniszewska, Petya Stavreva, Struan Stevenson, Catherine Stihler, Theodor Dumitru Stolojan, Dimitar Stoyanov, Daniel Strož, Robert Sturdy, Margie Sudre, László Surján, Gianluca Susta, József Szájer, Konrad Szymański, Csaba Sándor Tabajdi, Antonio Tajani, Andres Tarand, Salvatore Tatarella, Marianne Thyssen, Silvia-Adriana Ţicău, Gary Titley, Patrizia Toia, László Tőkés, Ewa Tomaszewska, Witold Tomczak, Antonios Trakatellis, Catherine Trautmann, Kyriacos Triantaphyllides, Helga Trüpel, Claude Turmes, Feleknas Uca, Inese Vaidere, Johan Van Hecke, Anne Van Lancker, Geoffrey Van Orden, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Yannick Vaugrenard, Armando Veneto, Riccardo Ventre, Donato Tommaso Veraldi, Bernadette Vergnaud, Marcello Vernola, Oldřich Vlasák, Johannes Voggenhuber, Sahra Wagenknecht, Diana Wallis, Henri Weber, Renate Weber, Anders Wijkman, Glenis Willmott, Janusz Wojciechowski, Francis Wurtz, Luis Yañez-Barnuevo García, Zbigniew Zaleski, Mauro Zani, Andrzej Tomasz Zapałowski, Stefano Zappalà, Tomáš Zatloukal, Tatjana Ždanoka, Dushana Zdravkova, Vladimír Železný, Roberts Zīle, Gabriele Zimmer, Marian Zlotea, Tadeusz Zwiefka

Avviż legali - Politika tal-privatezza