Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Mejju 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-restituzzjoni ta" oġġetti ta" kultura mneħħija illegalment mit-territorju ta" Stat Membru (verżjoni kkodifikata) (COM(2007)0873 – C6-0025/2008 – 2007/0299(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0873),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema Artikoli l-Kummissjoni ippreżentat il-proposta lill-Parlament(C6–0025/2008),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċelerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0152/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni;
2. Jagħti istruzzjoni lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.