Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0020(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0164/2008

Testi mressqa :

A6-0164/2008

Dibattiti :

PV 19/05/2008 - 24
CRE 19/05/2008 - 24

Votazzjonijiet :

PV 20/05/2008 - 8.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0204

Testi adottati
PDF 322kWORD 86k
It-Tlieta, 20 ta' Mejju 2008 - Strasburgu
Fond tal-Komunità għat-Tabakk *
P6_TA(2008)0204A6-0164/2008

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Mejju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward tat-trasferiment ta" għajnuna tat-tabakk lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk għas-snin 2008 u 2009 u r-Regolament (KE) (Nru) 1234/2007 fir-rigward ta" finanzjament tal-Fond tal-Komunità għat-Tabakk (COM(2008)0051 – C6-0062/2008 – 2008/0020(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0051),

–   wara li kkunsidra t-tielet inċiż ta" l-Artikolu 37(2) tat-Trattat KE, li b'konformità miegħu huwa ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0062/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat tal-Baġit (A6-0164/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jikkunsidra li kwalunkwe ammont imbassar għandu jkun kompatibbli mal-limitu ta' l-Intestatura 2 tal-qafas finanzjarju plurijennali (MFF) 2007-2013, u juri li l-ammont annwali se jiġi deċiż fil-proċedura baġitarja annwali u se jiġi evalwat f'kuntest plurijennali;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

4.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

5.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament - att li jemenda
Titolu
Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward tat-trasferiment ta" għajnuna tat-tabakk lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk għas-snin 2008 u 2009 u r-Regolament (KE) (Nru) 1234/2007 fir-rigward ta" finanzjament tal-Fond tal-Komunità għat-Tabakk
Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward tat-trasferiment ta" għajnuna tat-tabakk lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk għall-perjodu 2009-2012 u r-Regolament (KE) (Nru) 1234/2007 fir-rigward ta" finanzjament tal-Fond tal-Komunità għat-Tabakk
Emenda 2
Proposta għal regolament - att li jemenda
Premessa 1
Skond l-Artikolu 110j tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta" Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta" appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta" appoġġ għall-bdiewa u li jemenda ċerti Regolamenti għajnuna għat-tabakk tingħata lill-produttiri ta" tabakk mhux irfinat għas-snin ta" ħsad ta" l-2006 sa l-2009.
(1)  Skond l-Artikolu 110j tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta" Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta" appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta" appoġġ għall-bdiewa u li jemenda ċerti Regolamenti għajnuna għat-tabakk tingħata lill-produttiri ta" tabakk mhux irfinat sas-sena ta" ħsad 2012.
Emenda 3
Proposta għal regolament - att li jemenda
Premessa 1 a (ġdida)
(1a)  Wara li kkunsidra l-bosta riformi li saru mill-2004, b'mod partikulari fil-qasam tal-frott u tal-ħaxix, jaqbel li l-produtturi tat-tabakk mhux irfinat ma jitpoġġewx f'sitwazzjoni diskriminatorja meta mqabbla ma' bdiewa oħra Ewropej.
Emenda 4
Proposta għal regolament - att li jemenda
Premessa 3
(3)  L-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk taw prova li huma ta' suċċess kbir kif ukoll li huma eżempju pożittiv ta' koooperazzjoni bejn politiki agrikoli u tas-saħħa. Sabiex jiġi żgurat li dawk l-azzjonijiet ikomplu filwaqt li nqisu li l-Fond kien dejjem iffinanzjat permezz ta' trasferiment mill-għajnuna għat-tabakk, huwa xieraq li nittrasferixxu ammont ugwali għal 5% ta' l-għajnuna għat-tabakk mogħtija għas-snin kalendarji 2008 u 2009 lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk.
(3)  L-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk taw prova li huma ta' suċċess kbir kif ukoll li huma eżempju pożittiv ta' koperazzjoni bejn politiki agrikoli u tas-saħħa. Sabiex jiġi żgurat li dawk l-azzjonijiet ikomplu filwaqt li nqisu li l-Fond kien dejjem iffinanzjat permezz ta' trasferiment mill-għajnuna għat-tabakk, huwa xieraq li nittrasferixxu ammont ugwali għal 6 % ta' l-għajnuna għat-tabakk mogħtija għas-snin kalendarji mill-2009 sa l-2012 lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk.
Emenda 5
Proposta għal regolament - att li jemenda
Artikolu 1 - punt -1 (ġdid)
Regolament (KE) nru 1782/2003
Artikolu 110 j
Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jiġi emendat kif ġej:
-1)  L-Artikolu 110 j għandu jiġi sostiwit b'dan li ġej:
"Artikolu 110 j
Kamp ta" applikazzjoni
Għas-snin ta" ħsad sa l-2012, tista" tingħata għajnuna lill-bdiewa li jipproduċu t-tabakk mhux irfinat tal-kodiċi NC 2401, skond il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-kapitolu."
Emenda 6
Proposta għal regolament - att li jemenda
Artikolu 1 - punt -1 a (ġdid)
Regolament (KE) nru 1782/2003
Artikolu 110 l tabella
-1a)  Fl-Artikolu 11 l, it-tabella għandha tiġi sostitwita bit-tabella li ġejja:
(f'miljun EUR)
2009-2012
Ġermanja p.m.
Spanja p.m.
Franza p.m.
L-Italja (minbarra l-Puglia) p.m.
Portugal p.m.
Emenda 7
Proposta għal regolament - att li jemenda
Artikolu 1
Regolament (KE) nru 1782/2003
Artikolu 110m
L-Artikolu 110m tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jinbidel b'dan li ġej:
-1b)  L-artikolu 110 m jinbidel b'dan li ġej:
"Artikolu 110m
"Artikolu 110m
Trasferiment lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk
Trasferiment lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk
Ammont ugwali għal 4% għas-sena kalendarja 2006 u għal 5% għas-snin kalendarji 2007, 2008 u 2009 ta' l-għajnuna mogħtija skond dan il-Kapitolu għandu jiffinanzja azzjonijiet informattivi taħt il-Fond tal-Komunità għat-Tabakk pprovdut fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92."
Ammont ugwali għal 4% għas-sena kalendarja 2006, għal 5% għas-sena kalendarja 2007 u għal 6% għas-snin kalendarji mill-2009 sa l-2012 ta' l-għajnuna mogħtija skond dan il-Kapitolu għandu jiffinanzja azzjonijiet informattivi taħt il-Fond tal-Komunità għat-Tabakk pprovdut fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92."
Emenda 8
Proposta għal regolament - att li jemenda
Artikolu 1 - punt -1 c (ġdid)
Regolament (KE) nru 1782/2003
Artikolu 143 e
-1 c)  L-Artikolu 143 e huwa mħassar.
Emenda 9
Proposta għal regolament - att li jemenda
Artikolu 1 - punt -1 d (ġdid)
Regolament (KE) nru 1782/2003
Anness VII - punt I - inċiż 2
-1 d)  L-Anness VII, punt I, inċiż 2 huwa mħassar.
Emenda 10
Proposta għal regolament - att li jemenda
Artikolu 2
Regolament (CE) nru 1234/2007
Artikolu 104 - paragrafu 2 - punt b
"b) għas-snin kalendarji 2006 sa 2009, skond l-Artikolu 110m tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003."
"b) għas-snin kalendarji 2006 u 2007 u mill- 2009 sa l-2012, skond l-Artikolu 110 m tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003."
Avviż legali - Politika tal-privatezza