Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0099(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0038/2008

Testi mressqa :

A6-0038/2008

Dibattiti :

PV 20/05/2008 - 13
CRE 20/05/2008 - 13

Votazzjonijiet :

PV 21/05/2008 - 5.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0218

Testi adottati
PDF 589kWORD 314k
L-Erbgħa, 21 ta' Mejju 2008 - Strasburgu
Trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq (tfassil mill-ġdid) ***I
P6_TA(2008)0218A6-0038/2008
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat
 Anness
 Anness
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Mejju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq (tfassil mill-ġdid) (COM(2007)0265 – C6-0146/2007 – 2007/0099(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM (2007)0265),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251 (2) u l-Artikolu 71 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0146/2007),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 għal użu iktar strutturat tat-teknika tat-tfassil mill-ġdid ta' l-atti ġuridiċi(1),

–   wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali ta" l-20 ta" Novembru 2007, b'konformità ma' l-Artikolu 80 a(3) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0038/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata hawn taħt u kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Mejju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq (tfassil mill-ġdid)
P6_TC1-COD(2007)0099

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni║,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali(1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3),

Billi:

(1)  Għandu jsir għadd ta' bidliet sostanzjali lir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 881/92 tas-26 ta' Marzu 1992 dwar l-aċċess għas-suq tat-trasport ta' merkanzija bit-triq fil-Komunità lejn jew mit-territorju ta' Stat Membru jew li jgħaddi mit-territorju ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri(4), lir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3118/93 tal-25 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi ta' skariġġ bit-triq ġewwa Stat Membru(5), u lid-Direttiva 2006/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment ta' regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ta' merkanzija bit-triq(6). Fl-interess taċ-ċarezza u s-simplifikazzjoni, dawk l-atti legali għandhom jiġu rriformulati u inkorporati f'regolament uniku.

(2)  L-istabbiliment ta' politika komuni tat-trasport jinvolvi, inter alia, li jsiru regoli komuni applikabbli għall-aċċess għas-suq fit-trasport internazzjonali ta' merkanzija bit-triq fit-territorju tal-Komunità  , kif ukoll jistipula l-kundizzjonijiet li bihom trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi tat-trasport fi ħdan Stat Membru . Dawk ir-regoli għandhom jiġu stabbiliti b'mod li jikkontribwixxu għall-  operat bla xkiel  tas-suq intern tas-trasport.

(3)  Dawn l-arranġamenti uniformi għall-aċċess għas-suq jinvolvu wkoll l-introduzzjoni tal-libertà tal-provvediment tas-servizzi permezz ta' l-eliminazzjoni tar-restrizzjonijiet imposti fuq il-fornituri tas-servizzi minħabba n-nazzjonalità tagħhom jew minħabba l-fatt li jkunu stabbiliti fi Stat Membru differenti minn dak li fih is-servizz sejjer ikun ipprovdut.

(4)  Sabiex jiġi żgurat qafas koerenti għat-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq madwar il-Komunità, dan ir-regolament għandu japplika għat-trasport internazzjonali tal-merkanzija kollu fuq it-territorju tal-Komunità. It-trasport tal-merkanzija mill-Istati Membri għall-pajjiżi mhux membri għadu fil-biċċa l-kbira kopert minn ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri u dawk il-pajjiżi terzi. B'hekk, dan ir-Regolament ma japplikax għal dik il-parti tal-vjaġġ fit-territorju ta' l-Istat Membru tat-tagħbija jew tal-ħatt sakemm il-ftehimiet meħtieġa bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi kkonċernati ma jkunux ġew konklużi. Għandu, madankollu, japplika għat-territorju ta' Stat Membru li wieħed jgħaddi minnu waqt il-vjaġġ.

(5)  It-trasport ta' merkanzija bit-triq li tkun dieħla jew ħierġa bħala parti waħda minn vjaġġ ta' trasport kombinat taħt il-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta" Diċembru 1992 dwar l-istabbiliment ta" regoli komuni għal ċerti tipi ta" trasport ta" oġġetti bejn Stati Membri(7), u għalhekk trasport kombinat bil-ferrovija/bit-triq u/jew trasport fuq l-ilma/bit-triq fiż-żewġ direzzjonijiet, ma jaqax taħt id-definizzjoni ta' kabotaġġ.

(6)  Permezz tad-Direttiva 2006/94/KE, ċertu numru ta' tipi ta' tagħbija  huma eżentati minn awtorizzazzjoni Komunitarja u minn kwalunkwe sistema oħra ta' awtorizzazzjoni tat-trasport; fil-qafas ta' l-organizzazzjoni tas-suq  pprovduta  b'dan ir-Regolament, is-sistema ta' l-eżenzjoni mil-  liċenzja  mill-Komunità jew minn xi awtorizzazzjoni ta' trasport oħra għandhatinżamm għal xi wħud minn dawk it-tipi  ta' trasport, minħabba n-natura speċjali tagħhom.

(7)  Skond id-Direttiva 2006/94/KE, it-trasport tal-merkanzija bl-użu ta' vetturi b'piż massimu ta' bejn 3,5 tunnellati u 6 tunnellati kien eżenti mill-ħtieġa ta' liċenzja Komunitarja. Ir-regoli Komunitarji fil-qasam tat-trasport fuq it-triq tal-merkanizja u tal-passiġġieri, madankollu, japplika b'mod ġenerali għal vetturi b'piż massimu ta' 3,5 tunnellati jew aktar. B'hekk, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu allinjati ma' l-ambitu ġenerali ta' l-applikazzjoni tar-regoli tal-Komunità dwar it-trasport bit-triq u jipprovdu biss eżenzjoni għall-vetturi b'piż massimu ta' inqas minn 3,5 tunellati.

(8)  It-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq għandu jkun ikkundizzjonat mill-pussess ta'  liċenzja  bla kwota mill-Komunità; It-trasportaturi għandhom ikunu rikjesti jkollhom kopja tal-liċenzja Komunitarja, attesta bħala kopja vera, fuq kull waħda mill-vetturi tagħhom sabiex ikun ffaċilitati l-kontrolli effettivi mill-korpi ta' l-infurzar, speċjalemnt dawk barra mill-Istat Membru fejn huwa stabbilit it-trasportatur. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġu stipulati speċifikazzjonijiet aktar dettaljati fir-rigward tat-tfassil u karattersitċi oħrajn tal-liċenzja Komunitarja u tal-kopji attestati.

(9)  Il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-kwistjoni u l-irtirar tal-liċenzji Komunitarji  u t-tipi ta'  trasport  li għalihom japplikaw, il-perjodi tal-validità tagħhom u r-regoli dettaljati għall-użu tagħhom għandhom jiġu stabbiliti.

(10)  Ċertifikazzjoni ta' xufier għandha wkoll tiġi stabbilita, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jivverifkaw b'mod effettiv jekk xufier minn pajjiżi terzi humiex impjegati legalment jew għad-dispożizzjoni tat-trasportatur responsabbli għal operazzjoni partikolari ta' trasport. Din iċ-ċertifikazzjoni tax-xufiera għandha tkun tiftiehem minn kull persuna li tagħmel kontrolli bħal dawn.

(11)  Trasportaturi li jkollhom  liċenzji  tal-Komunità kif ipprovdut fir-Regolament u trasportaturi awtorizzati li joperaw ċerti kategoriji ta' servizzi internazzjonali ta'  trasport ta' merkanzija   għandhom   ikunu permessi li jwettqu servizzi nazzjonali ta' trasport fi ħdan Stat Membru mingħajr ma jkollhom uffiċju rreġistrat jew stabbiliment ieħor fih 

(12)  Fl-imgħoddi, servizzi ta' trasport nazzjonali bħal dawn kienu awtorizzati fuq bażi temporanja. Fil-prattika, kien diffiċli li jiġi aċċertat liema servizzi kienu awtorizzati. Huma għalhekk meħtieġa regoli ċari u faċilment infurzabbli. Fuq perjodu ta' żmien twil, madankollu, ir-restrizzjonijiet dwar il-kabotaġġ m'għadhomx aktar ġustifikati. Dawn għandhom jitneħħew kompletament, peress li dawn ir-restrizzjonijiet ma jaqblux mal-prinċipji ta' suq intern mingħajr fruntieri interni fejn il-moviment ħieles tal-merkanzija u s-servizzi għandhom ikunu garantiti. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li r-regoli jiġu infurzati b'mod uniformi madwar l-UE.

(13)  Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi(8) japplikaw f'każijiet fejn, għall-għoti ta' operazzjonijiet ta' kabotaġġ, it-trasportaturi jibagħtu ħaddiema, li għandhom relazzjoni ta' impjieg ma' dawk it-trasportaturi, mill-Istat Membru fejn is-soltu jaħdmu.

(14)  Ir-restrizzjonijiet dwar in-numru u d-dewmien ta' operazzjonijiet ta' kabotaġġ huma fażi meħtieġa iżda intermedja, immirata biex tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jarmonizzaw kemm jista' jkun il-kundizzjonijiet fiskali u tax-xogħol. Ir-restrizzjonijiet imposti taħt dan ir-Regolament, għalhekk, huma temporanji u għandhom jiġu revokati b'effett mill-1 ta' Jannar 2014.

(15)  Xi Stati Membri ġirien għandhom rabtiet ekonomiċi qawwija li ilhom stabbiliti. Għalhekk dawn l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprovdu aċċess ikbar għall-kabotaġġ lit-trasportaturi ta' dawn il-pajjiżi ġirien.

(16)  Hu mixtieq li l-Istati Membri għandhom jagħtu lil xulxin assistenza reċiproka oħra bil-għan li jiġi applikat  ir-Regolament.

(17)  Għandu jkun possibbli li jkun żgurat li l-kummerċ bejn pajjiż u ieħor - jiġifieri l-operazzjonijiet ta' trasport internazzjonali imwettqa minn trasportatur bejn żewġ Stati Membri li l-ebda wieħed minnhom ma jkun l-Istat Membru fejn ikun stabbilit it-trasportatur - ma jwassalx għal sitwazzjonijiet fejn ir-regolarità, il-kontinwità u/jew l-aspett sistematiku tiegħu, ixekklu s-suq billi japplikaw fih kundizzjonijiet ta' impjieg u ta' xogħol inqas favorevoli minn dawk applikabbli fiż-żewġ Stati Membri li bejniethom isir il-kummerċ bejn pajjiż u ieħor.

(18)  Il-formalitajiet amministrattivi għandhom jitnaqqsu kemm jista' jkun mingħajr l-abbandun tal-kontrolli u l-pieni li jiggarantixxu l-applikazzjoni korretta u l-infurzar effettiv ta' dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, ir-regoli eżistenti dwar l-irtirar tal-liċenzja Komunitarja għandhom jiġu ċċarati u msaħħa. Ir-regoli kurrenti għandhom jiġu adattati sabiex jippermettu s-sanzjonar effettiv ta' ksur serju ▐imwettaq fi Stat Membru għajr l-Istat Membru ta' l-istabbiliment. Il-pieni m'għandhomx ikunu diskriminatorji u jridu jkunu proporzjonati għas-serjetà tal-ksur. Għandu jkun possibbli li jsir appell▐.

(19)  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fir-reġistru nazzjonali tagħhom ta' l-impriżi tat-traspport bit-triq kull ksur serju ▐mwettaq mit-trasportaturi u li wasslu għall-impożizzjoni ta' piena.

(20)  Sabiex jissaħħaħ u jiġu ffaċilitat l-iskambju ta' l-informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni relevanti permezz tal-punti nazzjonali ta' kuntatt imwaqqfa skond ir-Regolament (KE) Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati fit-twettiq tax-xogħol ta' operatur tat-trasport bit-triq](9).

(21)  Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni(10).

(22)  B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadatta l-Annessi I u II għall-progress tekniku u tfassal modell waħdieni armonizzat ta' lista tat-tagħbija. Billi dawn il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissuplimentawh b'elementi mhux essenzjali ġodda, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(23)  Għal raġunijiet ta' effiċjenza, il-limiti taż-żmien normali għall-proċedura regolatorja bi skrutinju għandhom jitnaqqsu għall-adozzjoni ta' dawk il-miżuri.

(24)  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jimplimentaw dan ir-Regolament, partikolarment f'dak li jirrigwarda pieni effettivi, proporzjonati u diswassivi.

(25)  Billi l-għanijiet ta' l-azzjoni li għandha tittieħed ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti ta' l-azzjoni, jinkisbu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proprzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

 Ambitu 

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għat-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq bil-kiri jew b'kumpens għall-vjaġġi li jsiru fit-territorju tal-Komunità.

2.  Fil-każ ta' trasport minn Stat Membru lejn pajjiż  terz  u viċiversa, dan ir-Regolament għandu japplika għal  dik il-parti tal-vjaġġ fit-territorju ta' Stat Membru li jinqasam waqt il-vjaġġ.   M'għandux japplika għal  dik il-parti  ta' kwalunkwe  vjaġġ li ssir fit-territorju ta' l-Istat Membru tal-ħatt  jew  tat-tagħbija  sakemm  il-ftehim meħtieġ bejn il-Komunità u l-pajjiż  terz   ma jkunx ġie konkluż.

3.  Sakemm jintlaħqu l-ftehimiet  imsemmija fil-paragrafu 2  bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi  kkonċernati , dan ir-Regolament m'għandux jeffettwa:

   a) id-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mat-trasport  minn Stat Membru għal pajjiż terz u viċiversa  li huma inklużi fil-ftehimiet bilaterali li ntlaħqu mill-Istati Membri ma' dawk il-pajjiżi terzi;
   b) id-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mat-trasport  minn Stat Membru lejn pajjiż terz u viċiversa  li huma inklużi fil-ftehimiet bilaterali li saru bejn l-Istati Membri, li, jew permezz ta' l-awtorizzazzjonijiet bilaterali jew permezz ta' l-arranġamenti għal-liberalizzazzjoni, jippermettu t-tagħbija jew il-ħatt fi Stat Membru minn trasportaturi li ma humiex stabbiliti f'dak l-Istat Membru.

B'dankollu, l-Istati Membri għandhom jadattaw il-ftehimiet imsemmija fil-punt (a) ta' l-ewwel subparagrafu biex jiżguraw li l-prinċipju  ta' non-diskriminazzjoni jkun imħares bejn it-trasportaturi tal-Komunità,

4.  Dan ir-Regolament għandu japplika għat-trasport tat-tip kabotaġġ.

5.  Dan ir-Regolament ma japplikax għat-tipi ta' trasport u vjaġġi mingħajr tagħbija li ġejjin, magħmula b'rabta ma' tali trasport, peress li dawn huma eżentati mill-iskema ta' liċenzjar tal-Komunità:

   (a) It-trasport tal-posta bħala servizz universali;
   (b) It-trasport ta' vetturi li jkunu ġarrbu ħsarat jew li m'għadhomx jaħdmu;
   (c) It-trasport ta' merkanzija fuq vetturi bil-mutur li l-piż mgħobbija permissibbli tagħhom, li jinkludi anke t-toqol tat-trejlers, ma jeċċedix  it-3,5  tunnellati;
  (d) Trasport ta' merkanzija bil-vetturi bil-magna sakemm jitħarsu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
   i) il-merkanzija li tinġarr tkun il-proprjetà ta' l-impriża jew kienet mibjugħa, mixtrija, mikrija lill- jew mikrija mill-, prodotta, estratta, ipproċessata jew imsewwija mill-impriża;
   ii) l-għan tal-vjaġġ għandu jkun il-ġarr tal-merkanzija lejn jew mill-impriża jew biex jiġu mċaqalqa, kemm jekk ġewwa l-impriża kif ukoll 'il barra minnha, għall-ħtiġijiet tagħha;
   iii) il-vetturi bil-mutur li jintużaw għal dan it-trasport għandhom ikunu misjuqa mill-impjegati ta' l-impriża;
   iv) il-vetturi li jġorru l-merkanzija għandhom ikunu jappartjenu lill-impriża jew ikunu ġew mixtrija minnha bi ħlas bin-nifs jew mikrijin, sakemm fil-każ ta' l-aħħar dawn ikunu jilħqu l-kundizzjonijiet tad-Direttiva 2006/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta" Jannar 2006 dwar l-użu ta" vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta" merkanzija bit-triq(11);║
   v) dan  it-trasport ma jridx ikun aktar milli anċillari għall-attivitajiet kollha ta' l-impriża.
   e) it-trasport ta' prodotti mediċinali, appliances, tagħmir jew artikoli oħra li huma meħtieġa għall-kura medika, partikolarment fil-każi ta' diżastri naturali.

Il-punt (d) (iv) ta' l-ewwel subinċiż ma għandux japplika għall-użu ta' vettura li tintuża minflok vettura oħra li normalment tintuża u li għal żmien qasir tkun bil-ħsara.

6.  Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 5 m'għandhomx jaffettwaw l-kundizzjonijiet li taħthom kull Stat Membru jawtorizza liċ-ċittadini tiegħu biex jingaġġaw fl-attivitajiet imsemmija f'dak il-paragrafu.

Artikolu 2

 Definizzjonijiet 

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament:

   1. "vettura' tfisser vettura bil-mutur irreġistrata fi Stat Membru jew grupp magħqud ta' vetturi  (żewġ vetturi)  li jkollu għallinqas vettura waħda mill-grupp irreġistrata fi Stat Membru u li huma użati esklussivament fit-trasport tal-merkanzija;
  2. "trasport internazzjonali'  tfisser:
   a) vjaġġ  mgħobbi  magħmul minn vettura li l-post tat-tluq u tal-wasla tagħha jkunu f'żewġ Stati Membri differenti, billi jgħaddi jew bla ma jgħaddi minn xi Stat Membru wieħhed jew aktar minn wieħed jew minn pajjiżi terzi;
   b) vjaġġ  mgħobbi  li jsir minn vettura minn Stat Membru lejn pajjiż  terz  jew viċiversa, sew jekk igħaddi kif ukoll jekk ma jgħaddix minn Stat Membru wieħed jew aktar jew minn pajjiżi terzi;
   c) vjaġġ  mgħobbi  li jsir minn vettura bejn pajjiżi terzi, bla ma jgħaddu mit-territorju ta' Stat Membru wieħed jew aktar minn wieħed;
   d) vjaġġ bla tagħbija li huwa involut ma' trasport  imsemmi f'(a), (b) u (c);

3.  "Stat Membru ospitanti' tfisser Stat Membru li fih it-trasportatur jopera għajr l-Istat fejn it-trasportatur huwa stabbilit;

   4. "trasportatur mhux residenti' tfisser impriża tat-trasport tal-merkanzija bit-triq li topera fi Stat Membru ospitanti;
   5. "xufier  tfisser   kull  persuna li ssuq  il-vettura  anki għal perjodu qasir , jew li tinġarr f'vettura bħala parti  mid-dmirijiet tagħha  biex tkun disponibbli għal sewqan jekk meħtieġ;
   6. "operazzjonijiet ta' kabotaġġ' tfisser trasport nazzjonali għall-kiri jew għall-kumpens imwettaq fuq bażi temporanja fi Stat Membru ospitanti jiġifieri skond id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III;
   7. "ksur serju ▐tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq' tfisser ksur li jwassal għat-telf ta' reputazzjoni tajba skond l-Artikolu 6(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru …/2008 [li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati fit-twettiq tax-xogħol ta' operatur tat-trasport bit-triq];
   8) 8. "kummerċ bejn pajjiż u ieħor' ifisser l-operazzjonijiet ta' trasport internazzjonali imwettqa minn trasportatur bejn żewġ Stati Membri li l-ebda wieħed minnhom ma jkun l-Istat Membru fejn ikun stabbilit it-trasportatur.

Kapitolu II

Trasport internazzjonali

Artikolu 3

 Prinċipju 

Trasport internazzjonali għandu jkun soġġett għal liċenzja  tal-Komunità  u, jekk ix-xufier huwa ċittadin ta' pajjiż terz,  flimkien ma' l-attestazzjoni ta' xufier.

Artikolu 4

 Il-liċenzja Komunitarja 

1.  Il-liċenzja  tal-Komunità għandha tiġi maħruġa minn Stat Membru, bi qbil mad-dispozizzjonijiet ta'  dan ir-Regolament, lil kwalunkwe trasportatur li qed iġorr merkanzija bit-triq b'kera jew b'kumpens li:

   a) huwa stabilit fi Stat Membru, skond  il-leġiżlazzjoni Komunitarja u l-leġiżlazzjoni nazzjonali  ta' dak l-Istat Membru;
   b) huwa intitolat, fl-Istat Membru  ta' l-istabbiliment , bi qbil mal- leġiżlazzjoni  tal-Komunità u  l-leġiżlazzjoni nazzjonali  ta' l-Istat  Membru  li jirregolaw id-dħul fil-mestier ta' operatur tat-trasport bit-triq biex iwettaq it-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq.

2.  Il-liċenzja  tal-Komunità għandha tinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' fejn huma stabbiliti  għal perjodu li jiġġedded ta' ħames snin . Il-liċenzji Komunitarji u l-kopji attestati maħruġa qabel id-data ta' l-applikabbiltà tagħhom għandhom jibqgħu validi sad-data ta' l-iskadenza tagħhom. 

3.  L-Istat Membru ta' l-istabbiliment għandu jagħti  lid-detentur il-liċenzja oriġinali tal-Komunità, li għandha tinżamm mill-impriża tat-trasportaturi, u n-numru ta' kopji attestati veri li jikkorrispondi għan-numru ta' vetturi li d-detentur tal-liċenzja  tal-Komunità ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu, kemm jekk ikunu proprijeta sħiħa tiegħu, u kemm jekk, per eżempju, ikunu taħt titlu ta' xiri bin-nifs, kera jew kuntratti ta' twellija.

4.  Il-liċenzja tal-Komunità u l-kopji attestati bħala veri għandhom jikkorrispondu  għall-mudell li jinstab fl-Anness 1, li jesiġi wkoll il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-użu ta' din l-awtorizzazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-Anness I għall-progress tekniku. Peress li dawn il-miżuri huma intiżi sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, dawn għandhom jiġu adottati bil-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 16(2)

5.  Il-liċenzja Komunitarja u l-kopji attestati għandhom ikollhom timbru jew siġill inċiż ta' l-awtorità tal-ħruġ kif ukoll firma oriġinali u numru tas-serje. In-numri tas-serje tal-liċenzja Komunitarja u l-kopji attestati bħala veri għandhom jitniżżlu fir-reġistru elettroniku nazzjonali ta' l-impriżi tat-trasport bit-triq ipprovdut fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE Nru .../2008 [li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati fit-twettiq tax-xogħol ta' operatur tat-trasport bit-triq] bħala parti mis-sett ta' data tat-trasportatur. 

6.  Il-liċenzja  tal-Komunità għandha tingħata f'isem it-trasportatur. It-trasportatur  m'għandux  jittrasferiha  lil ebda  terza persuna Kopja attestata tal-liċenzja Komunitarja  għandha tinżamm f'kull  vettura  tat-trasportatur  u għandha tiġi murija meta dan ikun mitlub minn uffiċjal awtorizzat li jagħmel dawn l-ispezzjonijiet.

Fil-każ ta' grupp magħqud ta' vetturi  il-kopja attestata bħala vera  għandha takkumpanja l-vettura bil-mutur. Hija  għandha tkopri  għall-grupp magħqud ta' vetturi anke jekk it-trejler jew is-semi-trejler ma jkunx irreġistrat jew awtorizzat biex juża t-toroq fl-isem ta' min għandu il-liċenzja  jew jekk huwa reġistrat jew awtorizzat li juża t-toroq fi Stat Membru ieħor.

Artikolu 55

 Attestazzjoni tax-xufier 

1.  Attestazzjoni ta' xufier għandha tinħareġ minn Stat Membru, bi qbil ma' dan l-Artikolu, lil trasportatur li:

   a) huwa detentur ta'  liċenzja  tal-Komunità;
  b) f'dak l-Istat Membru li legalment jimpjega xufiera li huma ċittadini ta' pajjiżi  terzi  jew li legalment juża xufiera li huma ċittadini ta' pajjiżi  terzi  magħmula għad-dispożizzjoni tiegħu bi qbil mal-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-taħriġ vokazzjonali kif stabbilit fl-istess Stat Membru:
   i) minn liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi, u, kif xieraq;
   ii) minn ftehim  iet  kollettiv, bi qbil mar-regoli applikabbli f'dak l-Istat Membru.

2.  Attestazzjoni ta' xufier għandha tkun maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru  fejn hi stabbilita l-impriża tat-trasport tal-merkanzija  fuq talba ta' min għandu l-  liċenzja  tal-Komunità għal kull xufier li hu ċittadin ta' pajjiż  terz  li jimpjegah legalment jew li hu legalment mqiegħed għad-dispożizzjoni tiegħu . Kull attestazzjoni ta' xufier għandha tiċċertifika li x-xufier imsemmi hemmhekk ikun impjegat bi qbil mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

3.  L-attestazzjoni tax-xufier għandha tkun konformi mal-mudell muri fl-Anness II.

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-Anness II għall-progress tekniku. Peress li dawn il-miżuri huma intiżi sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, dawn għandhom jiġu adottati bil-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 16(2).

5.  L-attestazzjoni tax-xufier għandha jkollha timbru jew siġill inċiż ta' l-awtorità tal-ħruġ kif ukoll firma oriġinali u numru tas-serje. In-numru tas-serje ta' l-attestazzjoni tax-xufier għandhom jitniżżlu fir-reġistru elettroniku nazzjonali ta' l-impriżi tat-trasport bit-triq ipprovdut fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru .../2008 [li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati fit-twettiq tax-xogħol ta' operatur tat-trasport bit-triq] bħala parti mis-sett ta' data tat-trasportatur li jqiegħda għad-dispożizzjoni tax-xufier innominat fih. 

6.  L-attestazzjoni tax-xufier għandha tkun tappartjeni lit-trasportatur, li jagħmilha għad-dispożizzjoni tax-xufier imsemmi hemmhekk meta dak ix-xufier isuq vettura li tuża l-  liċenzja  tal-Komunità maħruġa lil dak it-trasportatur. Kopja attestata  ta' l-attestazzjoni tax-xufier  maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn hu stabbilit it-trasportatur  għandha tinżamm fil-bini tat-trasportatur. L-attestazzjoni tax-xufier għandha tkun murija kull meta meħtieġ minn xi uffiċjal ta' l-ispezzjoni awtorizzat.

7.  L-attestazzjoni tax-xufier għandha tkun maħruġa għall-perjodu li għandu jkun iddeterminat mill-Istat Membru li joħroġha, soġġetta għal validità massima ta' ħames snin. L-attestazzjonijiet tax-xufiera maħruġa qabel id-data ta' l-applikabbilta' dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi sad-data ta' l-iskadenza tagħhom. 

L-attestazzjoni tax-xufier għandha tkun valida biss sakemm il-kundizzjonijiet li taħthom tkun maħruġa huma sodisfatti. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li jekk dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux jintlaħqu aktar, it-trasportatur għandu jibgħat lura l-attestazzjoni immedjatament lejn l-awtoritajiet li jkunu ħarġuha.

Artikolu 6

 Il-verifika tal-kundizzjonijiet 

1.  Meta ssir applikazzjoni  għal-liċenzja  tal-Komunità, mhux aktar tard minn ħames snin wara li tingħata l-imsemmija awtorizzazzjoni u sussegwentement għallinqas kull ħames snin, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri ta' fejn hu stabbilit, għandhom jivverifikaw jekk it-trasportatur jissodisfax, jew għadux jissodisfa il-kundizzjonijiet li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 4(1).

2.  L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-istabbiliment għandhom jivverifikaw regolarment, billi jagħmlu kontrolli kull sena, li jkopru minn ta' lanqas 20% ta' l-attestazzjonijiet validi f'dak l-Istat Membru, jekk il-kundizzjonijiet li hemm referenza dwahom fl-Artikolu 5(1) li permezz tagħhom l-attestazzjoni tax-xufier tkun inħarġet, ikunu għandhom jiġu sodisfatti.

Artikolu 7

 Iċ-ċaħda tal-ħruġ u l-irtirar ta' liċenzja Komunitarja u attestazzjoni tax-xufier

1.  Jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) jew dawk li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 5(1) mhumiex sodisfatti, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-istabbiliment għandhom jiċħdu l-applikazzjoni għall-ħruġ jew għat-tiġdid  tal-liċenzja  tal-Komunità jew ta' l-attestazzjoni tax-xufier, permezz ta' deċiżjoni li tiddikjara r-raġunijiet għal dan.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirtiraw il-liċenzja tal-Komunità jew l-attestazzjoni tax-xufier meta d-detentur:

   a) ma jissodisfax aktar il-kundizzjonijiet stabiliti fl-Artikolu 4(1) jew dawk li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 5(1), jew
   b) ikun forna informazzjoni żbaljata fir-rigward ta" applikazzjoni għal liċenzja  tal-Komunità jew għall-attestazzjoni ta' xufier.

L-Artikolu 8

Kummerċ bejn pajjiż u ieħor u impjieg ta" ħaddiema

Meta l-kummerċ bejn żewġ Stati Membri jitwettaq fuq bażi regolari, kontinwa u/jew sistematika, minn trasportatur tal-merkanzija, wieħed mill-Istati Membri ospitanti jista' jitlob li jiġu applikati l-kundizzjonijiet ta' xogħol u ta' impjieg imsemmija fl-Artikolu 10.

Kapitolu III

Kabotaġġ

Artikolu 9

 Prinċipju 

1.  Kull trasportatur b'kiri jew qliegħ, li huwa detentur ta'  liċenzja  tal-Komunità u li x-xufier tiegħu, jekk ikun ċittadin ta' pajjiż li mhuwiex membru, ikollu l-attestazzjoni tax-xufier, ikun intitolat, permezz tal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu, iwettaq operazzjonijiet ta' kabotaġġ. 

2.  It-trasportaturi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikun permessi jwettqu, bl-istess vettura, sa tliet operazzjonijiet ta' kabotaġġ konsekuttivi għal trasport internazzjonali minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terz għall-Istat Membru ospitanti darba li tkun saret il-kunsinna tal-merkanzija ttrasportata waqt il-vjaġġ internazzjonali li jkun dieħel. L-awtorizzazzjoni għat-twettiq ta' dan it-trasport tat-tip kabotaġġ ma għandux jiddependi fuq il-ħatt totali tal-vetturi. L-aħħar ħatt ta' tagħbija tul trasport tat-tip kabotaġġ qabel it-tluq mill-Istat Membru ospitanti għandha sseħħ fi żmien sebat ijiem mill-aħħar ħatt fl-Istat Membru ospitanti waqt il-vjaġġ internazzjonali li jkun dieħel.

3.  It-trasport tat-tip kabotaġġ jista' wkoll jiġi mwettaq fi Stat Membru li l-vettura għandha tgħaddi minnu wara l-ħatt fl-Istat Membru ta' ħruġ matul operazzjoni ta' trasport internazzjonali, bil-kundizzjoni li l-iqsar rotta lura tgħaddi minn dan l-Istat Membru u titwettaq fi żmien 7 ijiem mill-ġurnata tal-ħatt magħmul fil-pajjiż ta' ħruġ.

4.  Ir-restrizzjonijiet fuq in-numru u t-tul ta' operazzjonijiet ta' kabotaġġ għandhom jitneħħew gradwalment. Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, in-numru ta' operazzjonijiet ta' kabotaġġ imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiżdiedu għal sebgħa. Fl-1 ta' Jannar 2014, ir-restrizzjonijiet kollha fuq in-numru u t-tul ta' operazzjonijiet ta' kabotaġġ għandhom jitneħħew.

5.  Servizzi nazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq imwettqa fl-Istat Membru ospitanti minn trasportatur mhux residenti għandhom jitqiesu konformi ma' dan ir-Regolament biss jekk it-trasportatur jista' jipproduċi prova ċara tat-trasport internazzjonali li waqtu jkun wasal fl-Istat Membru ospitanti u ta' kull operazzjoni konsekuttiva ta' kabotaġġ imwettqa fl-Istat Membru ospitanti.

Prova bħal din għandha tinkludi ▐id-dettalji li ġejjin għal kull operazzjoni:

   a) l-isem, l-indirizz u l-firma ta' min qed jibgħat;
   b) l-isem, l-indirizz u l-firma tat-trasportatur;
   c) l-isem u l-indirizz tad-destinatarju kif ukoll il-firma u d-data tal-kunsinna ladarba l-merkanzija tkun waslet;
   d) il-post u d-data tat-teħid tal-merkanzija u l-post fejn għandhom jitwasslu;
   (e) Id-deskrizzjoni użata s-soltu dwar in-natura tal-merkanzija u l-metodu ta' l-imballaġġ, u, fil-każ ta' merkanzija perikoluża, id-deskrizzjoni ġeneralment rikonoxxuta tagħhom kif ukoll l-għadd ta' pakketti u l-marki speċjali u n-numri tagħhom;
   f) il-piż gross tal-merkanzija jew il-kwantità tagħhom espressa mod ieħor;
   g) il-pjanċi tan-numru tal-vettura u t-trejler.

L-ittra tal-kunsinna jew kull dokument ta' trasport ieħor jistgħu jintużaw għal dan il-għan.

6.  L-Istati Membri m'għandhomx jeżiġu dokument speċifiku addizzjonali jew dokumenti duplikati li jagħtu xhieda tal-fatt li t-termini u l-kundizzjonijiet kif stipulati fil-paragrafu 5 ġew rispettati. Sa l-1 ta' Jannar 2010, il-Kummissjoni għandha tfassal skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju imsemmija fl-Artikolu 16(2) mudell wieħed u armonizzat għal lista tat-tagħbija (waybill) valida fl-Unjoni Ewropea għat-trasport internazzjonali, it-trasport nazzjonali u t-trasport tat-tip kabotaġġ. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'konvenzjonijiet oħra ma" pajjiżi terzi jiġu allineati mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

7.  Trasportatur li jkun intitolat fl-Istat Membru li fih ikun stabbilit, skond il-leġislazzjoni ta' dak l-Istat Membru, li jagħmel l-operazzjonijiet ta'  trasport tal-merkanzija  bit-triq għal kiri jew bi ħlas li huma  speċifikati  fl-Artikolu 1(5) fil-punti (a), (b) u (c) għandu jkun imħolli, skond il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu, li jagħmel, skond ma jkun il-każ, operazzjonijiet ta' kabotaġġ ta' l-istess għamla jew l-operazzjonijiet ta' kabotaġġ permezz ta' vetturi fl-istess kagegorija.

8.  Permess biex isiru l-operazzjonijiet ta' kabotaġġ, fil-qafas tat-tipi ta' tagħbija msemmija fl-Artikolu 1(5) punt (e), m'għandux ikun ristrett.

9.  Kull impriża li tkun intitolata fl-Istat Membru li fih tkun stabbilita, skond il-leġislazzjoni ta' dak l-Istat Membru, li tagħmel operazzjonijiet ta'  trasport tal-merkanzija  bit-triq għan-nom tagħha stess  kif definit fl-Artikolu 1(5) punt (d)  għandha tkun imħollija tagħmel l-operazzjonijiet ta' kabotaġġ għan-nom tagħha stess.

10.  Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament m'għandhomx iżommu Stat Membru milli jawtorizza t-trasportaturi tal-merkanzija ta' Stat Membru ieħor jew iktar li jwettqu fit-territorju tiegħu numru ta' operazzjonijiet ta' kabotaġġ illimitati jew li jeċċedi dak stabbilit fil-paragrafu 2, u bla limitu ta' żmien sa mill-aħħar ħatt jew f'iktar żmien minn dak stabbilit fil-paragrafu 2. L-awtorizzazzjonijiet mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jibqgħu jiġu applikati. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet eżistenti u l-awtorizzazzjonijiet li huma jagħtu wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

11.  Id-dħul jew il-ħruġ tat-trasport ta' merkanzija fuq it-toroq bħala parti waħda minn vjaġġ ta' trasport kombinat skond il-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 92/106/KEE ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta' kabotaġġ.

Artikolu 10

Regoli applikabbli għall-operazzjonijiet ta' kabotaġġ 

1.  It-twettiq ta' l-operazzjonijiet ta' kabotaġġ għandu jkun suġġett, sakemm mhux provdut mod ieħor  il-leġiżlazzjoni  tal-Komunità, għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru li jospita f'dawn l-oqsma segwenti:

   a) il-kundizzjonijiet li jiggwidaw il-kuntratt tat-trasport;
   b) il-piżijiet u l-qisien ta' vetturi tat-triq;
   c) il-ħtiġijiet li jirreferu għat-tagħbija ta' ċerti kategoriji ta merkanzija, b'mod partikolari merkanzija perikoluża, affarijiet ta' l-ikel li jiħżienu, annimali ħajjin;

(d)  ▐il-ħin tas-sewqan u l-perjodi ta' mistrieħ;

   e) taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fuq servizzi ta' trasport;
   f) l-impjieg ta" ħaddiema kif stabbilit mid-Direttiva 96/71/KE.

Il-piżijiet u d-dimensjonijiet  imsemmija fil-punt (b) ta' l-ewwel subinċiż jistgħu, meta jkun xieraq, jeċċedu dawk applikabbli fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit it-trasportatur, iżda dawn ma jistgħu taħt l-ebda ċirkostanza jeċċedu  l-limiti stipulati mill-Istat Membru ospitanti għat-traffiku nazzjonali jew  l-karatteristiċi tekniċi ċċertifikati mix-xhieda li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (12) .

2.  Il-liġijiet, ir-regoli u  d-dispożizzjonijiet  amministrattivi  msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu applikati għat-trasportaturi  mhux residenti bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk li huma imposti fuq iċ-ċittadini ta' dak l-Istat Membru, sabiex ma jitħalliex li ssir diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' nazzjonalità jew post fejn wieħed jistabbilixxi ruħu.

Kapitolu IV

Assistenza reċiproka, miżuri ta' salvagwardja u pieni

Artikolu 11

 Assistenza reċiproka 

L-Istati Membri għandhom jgħinu 'l xulxin biex jassiguraw l-applikazzjoni u l-monitoraġġ ta' dan ir-Regolament. Għandhom jiskambjaw informazzjoni permezz tal-punti nazzjonali ta' kuntatt imwaqqfa skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru .../2008 [li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati fit-twettiq tax-xogħol ta' operatur tat-trasport bit-triq]. 

L-Artikolu 12

Miżuri ta' salvagwardja

1.  Wara t-tneħħija tar-ristrizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9, paragrafu 3, fil-każ li jkun hemm interruzzjoni serja tas-suq tat-trasport nazzjonali f'zona ġeografika partikulari minħabba kabotaġġ jew li tkun aggravata minn kabotaġġ, kwalunkwe Stat Membru jista" jirreferi l-kwistjoni lill-Kummissjoni bit-tama li jiġu adottati miżuri ta" salvagwardja u għandu jipprovdi lill-Kummissjoni t-tagħrif meħtieġ u jgħarrafha bil-miżuri li jkun biħsiebu jieħu fir-rigward tat-trasportaturi residenti.

2.  Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1:

   'xkiel serju tas-suq tat-trasport nazzjonali f'zona ġeografika partikulari' tfisser l-eżistenza fis-suq ta' problemi speċifiċi għalih, b'tali mod li jkun hemm eċċess serju jew potenzjalment persistenti ta' forniment akbar mid-domanda li timplika theddida għall-istabilità finanzjarja u għas-sopravivenza ta' numru sinifikanti ta' trasportaturi tal-merkanzija,
   'zona ġeografika' tfisser zona li tkopri t-territorju ta' Stat Membru kollu jew parti minnu jew li testendi lejn it-territorju kollu jew parti mit-territorju ta' Stati Membri oħra.

3.  Il-Kummissjoni għandha teżamina s-sitwazzjoni, b'mod partikulari fuq il-bażi ta' l-aħħar informazzjoni ta' kull tliet xhur kif hemm riferenza dwarha fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3916/90 tal-21 ta' Diċembru 1990 dwar miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta' kriżi fis-suq tat-trasport ta' merkanzija bit-triq(13) u, wara li tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv stabbilit permezz ta' l-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament, għandha tiddeċiedi fi żmien xahar minn meta tirċievi t-talba rilevanti ta' l-Istat Membru jekk ikunux meħtieġa miżuri ta' salvagwardja u għandha tadottahom jekk dawn ikunu meħtieġa. Miżuri bħal dawn jistgħu jinvolvu l-esklużjoni temporanja taz-zona kkonċernata mill-iskop ta" dan ir-Regolament. Il-miżuri mdaħħla skond dan l-Artikolu għandhom jibqgħu fis-seħħ għal perjodu ta" mhux aktar minn sitt xhur, u jkunu jistgħu jiġġeddu għal darba waħda fi żmien l-istess limiti ta" validità. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf mingħajr dewmien lill-Istati Membri u lill-Kunsill b'kull deċiżjoni li tittieħed skond dan il-paragrafu.

4.  Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tieħu miżuri ta" salvagwardja rigward Stat Membru wieħed jew aktar, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri involuti għandhom jiġu meħtieġa li jieħdu miżuri ta' ambitu ekwivalenti fir-rigward tat-trasportaturi residenti u għandhom jgħarrfu b'dan lill-Kummissjoni. Dawn il-miżuri għandhom ikunu applikati sa mhux aktar tard mill-istess data bħal tal-miżuri ta" salvagwardja li jkunu ġew deċiżi mill-Kummissjoni.

5.  Kull Stat Membru jista' jressaq deċiżjoni tal-Kummissjoni kif stipulat fil-paragrafu 3 lill-Kunsill fi żmien 30 jum min-notifika tagħha. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fi żmien 30 jum mir-riferenza li tkun saret minn Stat Membru jew, jekk ikun hemm riferenzi minn diversi Stati Membri, fi żmien 30 jum mill-ewwel referenza, jista" jieħu deċiżjoni differenti.

Il-limiti taż-żmien stipulati fil-paragrafu 3 għandhom japplikaw għad-deċiżjoni tal-Kunsill. L-awtoritajiet kompetenti ta" l-Istati Membri kkonċernati għandhom jintalbu jieħdu miżuri ta" ambitu ekwivalenti fir-rigward tat-trasportaturi residenti u għandhom jgħarrfu b'dan lill-Kummissjoni. Jekk il-Kunsill ma jieħu l-ebda deċiżjoni fi żmien il-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni ssir waħda finali.

6.  Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżuri msemmija fil-paragrafu 3 jeħtieġ li jittawlu, hija għandha tissottometti proposta lill-Kunsill, li għandu jieħu deċiżjoni b'maġġoranza kwalifikata.

Artikolu 13

Sanzjonijiet fuq ksur minn Stat Membru ta' l-istabbiliment

1.  Fil-każ ta' ksur serju ▐leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq li jkunu saru jew ġew aċċertati fi kwalunkwe Stat Membru,  l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' fejn ikun stabbilit it-trasportatur li ikkommetta dan il-ksur għandhom joħorġu twissja u jistgħu, fost l-oħrajn, jimponu l-pieni amministrattivi li ġejjin: 

   a) l-irtirar temporanju jew parzjali ta' xi wħud jew kollha mill-kopji attestati tal-liċenzja tal-Komunità; 
   b) l-irtirar temporanju jew permanenti tal-liċenzja tal-Komunità; 
   c) multi.

Dawn il-pieni għandhom ikunu determinati, wara li tkun ingħatat deċiżjoni finali u wara li l-possibilitajiet legali kollha għar-reviżjoni miftuħa għat-trasportaturi ikunu ġew eżawriti b'konsiderazzjoni għas-serjetà tal-ksur  ▐kommess minn min jippossjedi  liċenzja  tal-Komunità u b'konsiderazzjoni għan-numru totali ta' kopji  attestati  ta' dik il-liċenzja li hu jżomm fir-rigward tat-traffiku internazzjonali.

2.  Fil-każ ta' ksur serju ▐dwar xi użu ħażin hu liema hu ta' l-attestazzjonijiet tax-xufiera, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-istabbiliment tat-trasportatur li jkun ikkommetta dan il-ksur għandu jimponi pieni xierqa, bħal ma huma:

   a) is-sospensjoni tal-ħruġ ta' l-attestazzjonijiet tax-xufier;
   b) l-irtirar ta' l-attestazzjonijiet tax-xufier;
   c) jagħmel il-ħruġ ta' l-attestazzjonijiet tax-xufier soġġett għall-kundizzjonijiet addizzjonali sabiex ikun evitat l-użu ħażin;
   d) l-irtirar temporanju jew permanenti ta'  xi wħud jew kollha mill-kopji ċċertifikati veri  tal-liċenzja tal-Komunità;
   e) l-irtirar temporanju jew permanenti tal-liċenzja tal-Komunità;
   f) multi.

Dawn il-pieni għandhom ikunu ddeterminati wara konsiderazzjoni tas-serjetà tal-ksur kommess minn min jippossjedi il-liċenzja  tal-Komunità.

3.  Meta jkun aċċertat ksur serju fil-każ  imsemmi fl-Artikolu 14(1), l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru  ta' l-istabbiliment għandhom jiddeċiedu liema piena għandha tiġi imposta fuq it-trasportatur ikkonċernat, li tvarja minn twissija u tkompli bit-teħid temporanju jew permanenti tal-liċenzja Komunitarja.  Għandhom jikkomunikaw lil l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru 1 fejn il-ksur ġie aċċertat malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn tliet xhur wara li jkun sar jaf bil-ksur li għalih ikunu ġew imposti il-pieni ipprovduti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

Jekk ma kienx possibbli li jiġu imposti dawn il-pieni, għandhom, jiddikjaraw ir-raġunijiet għal dan. 

4.  Id-deċiżjoni dwar l-irtirar temporanju ta' kwalunkwe dokument (liċenzja Komunitarja, attestazzjoni tax-xufier, kopji awtentikati) għandha tistipula:

   a) il-perjodu ta' l-irtirar temporanju;
   b) il-kundizzjonijiet biex jintemm l-irtirar temporanju;
   c) il-każijiet li fihom il-liċenzja Komunitarja għandha tiġi rtirata b'mod permanenti għaliex il-kundizzjonijiet stabbiliti skond punt (b) ma jkunux ġew issodisfati waqt il-perjodu stipulat skond punt (a).

5.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu kull piena imposta fl-Istat Membru fejn ikun kkonstatat l-ksur  u tassigura li l-pieni imposti fuq it-trasportatur ikkonċernat ikunu, fit-totalità tagħhom, proporzjonali għall-ksur jew il-ksur li jkunu wasslu għal dawk il-pieni.

6.  L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-istabbiliment  tat-trasportatur   jistgħu  wkoll, permezz tal-liġijiet nazzjonali tagħhom,  jiftħu proċeduri kontra  t-trasportatur ikkonċernat quddiem qorti kompetenti jew tribunal nazzjonali. Dawn għandhom jinformaw lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li jospita bid-deċiżjoni meħuda  għal dan l-effett.

7.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-trasportaturi jkollhom dritt ta' appell kontra kull piena amministrattiva imposta fuqhom skond dak l-Artikolu.

Artikolu 14

Sanzjonijiet fuq ksur minn Stat Membru ospitanti 

1.  Meta  l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru  huma konxji ta' ksur  serju ▐ta' dan ir-Regolament  jew tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq  li jkun qiegħed isir minn xi trasportatur  mhux residenti  , l-Istat Membru li 1 fih jiġi aċċertat li  qed isir il-ksur għandu  jittrażmetti  lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-  Istat Membru  ta'  l-istabbiliment   kemm jista' jkun malajr iżda mhux aktar tard minn xahar wara d-data tad-deċiżjoni finali li tkun ittieħdet wara li jiġu eżawriti l-possibilitajiet legali kollha għal reviżjoni mogħtija lit-trasportatur li fuqu qed jiġu imposti l-pieni, bl-informazzjoni li ġejja: 

   a) deskrizzjoni tal-ksur u d-data u l-ħin meta twettaq; 
   b) il-kategorija, it-tip u l-gravità tal-ksur; 
   c) il-pieni imposti u l-pieni esegwiti. 

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ospitanti   jistgħu jitolbu  lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih it-trasportatur huwa stabbilit biex jimponu l-pieni amministrattivi li joħorġu mill-Artikolu 13.

2.  Mingħajr preġudizzju għal xi proċeduri  ta' prosekuzzjoni  l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jospita għandhom ikollhom il-jedd li jimponu pieni fuq trasportatur mhux residenti li jkun ikkommetta ksur ta' dan ir-Regolament jew ta' leġiżlazzjoni dwar it-trasport bit-triq  nazzjonali  jew Komunitarja   fit-territorju tagħhom matul operazzjoni ta' kabotaġġ. Dawn għandhom jimponu dawk il-pieni fuq bażi mhux diskriminatorja.  Dawn  il-pieni jistgħu, inter alia, jikkonsistu fi twissija, jew, fl-eventwalità ta' ksur serju ▐, impediment temporanju fuq  operazzjonijiet  b' kabotaġġ ġewwa t-territorju ta' l-Istat Membru li jospita fejn ikun seħħ il-ksur.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trasportaturi għandhom dritt ta' appell kontra kull piena amministrattiva imposta fuqhom skond dak l-Artikolu.

Artikolu 15

Tniżżil fir-reġistru nazzjonali

L-Istati Membri għandhom jiżguraw, permezz tal-punti nazzjonali ta' kuntatt tagħhom, li ksur serju ▐tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq li jsir minn trasportaturi stabbiliti fit-territorju tagħhom li wasslu għall-impożizzjoni ta' piena minn kwalunkwe Stat Membru kif ukoll il-pieni imposti jitniżżlu fir-reġistru nazzjonali ta' l-impriżi tat-trasport bit-triq meta tkun ittieħdet deċiżjoni finali wara li l-possibilitajiet legali kollha għal reviżjoni miftuħa għat-trasportatur ikunu ġew eżawriti, kif stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq]. Dawk l-entrati fir-reġistru li għandhom x'jaqsmu ma' rtirar temporanju jew permanenti ta' liċenzja Komunitarja għandhom jibqgħu fid-database għal mill-inqas sentejn.

 Kapitolu V

Implimentazzjoni 

Artikolu 16

Il-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 18 (1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (14).

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a (1) sa (4) u (5) (b) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tagħha.

Il-limiti ta' żmien ipprovduti fl-Artikolu 5a(3)(c), (4)(b) u ║(e) tad-Deċiżjoni 1999 468/KE għandhom jiġu ffissati għal xahar.

Artikolu 17

Pieni

L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jassiguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni provduti b'dan il-mod għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u diswassivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni fi żmien ...(15) u jinnotifikaw il-bidliet sussegwenti malajr kemm jista' jkun.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-miżuri kollha jiġu applikati mingħajr diskriminazzjoni għaċ-ċittadinanza jew għall-post ta' stabbiliment tat-trasportatur.

Artikolu 18

Rappurtar 

1.  Mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bin-numru ta' trasportaturi li jkollhom  il-liċenzji  mill-Komunità fil-31 Diċembru tas-sena preċedenti u n-numru ta' kopji attestati li jikkorrispondu mal-vetturi li jkun hemm fiċ-ċirkolazzjoni f'dak iż-żmien.

2.  L-Istati Membri għandhom ukoll jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-għadd ta' attestazzjonijiet tax-xufiera fiċ-ċirkolazzjoni fil-31 ta' Diċembru ta' dik is-sena. 

Kapitolu VI

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 19

Revoki

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 881/92 u (KEE) Nru 3118/93 u d-Direttiva 2006/94/KE huma hawnhekk imħassra.

Referenzi għar-Regolamenti u d-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta" korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 20

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ║

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) Opinjoni tat-12 ta' Marzu 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-ĠU).
(2) ĠU C ...
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Mejju 2008.
(4) ĠU L 95, 9.4.1992, p. 1. ║
(5) ĠU L 279, 12.11.1993, p. 1. ║
(6) ĠU L 374, 27.12.2006, p. 5.
(7) ĠU L 368, 17.12.1992, p. 38.
(8) ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1.
(9) ĠU L ...
(10) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. ║
(11) ĠU L 33, 4.2.2006, p. 82.
(12) ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59.
(13) ĠU L 375, 31.12.1990, p. 10.
(14) ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8.
(15)* 12-il xahar mid-data li fiha dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ.


ANNESS I

KOMUNITÀ EWROPEA

(a)

(Ċelesti, karta sintetika format DIN A4 , 150g/m2 jew aktar)

(L-ewwel paġna tal-liċenzja)

(Test (fl-ilsna uffiċjali) (f'wieħed mill-ilsna) ta' l-Istat Membru li joħroġ  il-liċenzja)

L-Istat li joħroġ il-liċenzja 

Sinjal ta' distinzjoni (1) L-isem ta" l-awtorità jew tal-korp kompetenti

 LIĊENZJA  Nru

KOPJA ATTESTATA BĦALA VERA Nru 

għat-trasport ta' merkanzija bit-triq b'kera jew b'kumpens

 Il-liċenzja  tintitola (2) .........................................................................

.........................................................................................................................

biex ikun jista' jidħol fit-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq, b'kera jew b'kumpens, bi kwalunkwe rotta, għall-vjaġġi sħaħ jew parti minn vjaġġi li jsiru b'kera jew b'kumpens fit-territorju tal-Komunità, kif stabbilit fir-Regolament  KE Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq](3)  u bla ħsara għall-kundizzjonijiet ġenerali ta' din  il-liċenzja.

Rimarki partikolari: ................................................................................................

Din il-liċenzja  għandha tkun valida minn ............................sa .....................................

Maħruġa fi .........................................., data .................................................

   4) .................................................................
  

_______________________________

  

(1) Is-sinjali ta' distinzjoni ta' l-Istat Membru huma; (B) il-Belġju, ║ (BG) il-Bu;garija,  ║(CZ) ir-Repubblika Ċeka,  (DK) id-Danimarka, (D) il-Ġermanja, ║(EST) l-Estonja,  (IRL) l-Irlanda, (GR) il-Greċja, (E) Spanja, (F) Franza, (I) l-Italja, ║(CY) Ċipru, (LV) il-Latvja, (LT) il-Litwanja,  (L) il-Lussemburgu, ║ (H) l-Ungerija, (MT) Malta,  (NL) l-Olanda, ║ (A) l-Awstrija,  ║(PL) il-Polonja,  (P) il-Portugall, ║ (RO) ir-Rumanija, ║ (SLO) is-Slovenja, (SK) is-Slovakkja,  ║ (FIN) il-Finlandja, (S) l-Iżvezja,  (UK) ir-Renju Unit.

  

(2) L-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz sħiħ tal-burdnar  /trasportatur 

   3) ĠU L ... .
   4) Il-firma u t-timbru ta' l-awtorità jew il-korp kompetenti tal-ħruġ ta' l-awtorizzazzjoni.

(b)

(L-ewwel paġna tal-liċenzja)

(Test (fl-ilsna uffiċjali) (f'wieħed mill-ilsna) ta' l-Istat Membru li joħorġ il-liċenzja  )

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Il-liċenzja  tinħareġ permezz tar-Regolament  KE Nru .../2008 [dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq].

Din tintitola lil pussessur ta' l-awtorizzazzjoni li jinvolvi ruħhu fit-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq b'kera jew b'kumpens jew bi kwalunkwe rotta, għall-vjaġġi sħaħ jew parti minn vjaġġi li jsiru fit-territorju tal-Komunità, meta xieraq, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti hawnhekk:

   - meta l-punt tat-tluq u l-punt tal-wasla huma f'żewġ Stati Membri differenti, sew jekk ikun hemm kif ukoll jekk ma jkunx hemm passaġġ minn Stat Membru wieħed jew aktar, jew minn pajjiżi terzi,
   - minn Stat Membru lejn pajjiż terz jew viċiversa, sew jekk igħaddi kif ukoll jekk ma jgħaddix minn Stat Membru wieħed jew aktar jew mill-pajjiżi terzi,
   - bejn pajjiżi terzi billi jgħaddu mit-territorju ta' Stat Membru wieħed jew aktar,
  

u vjaġġi mingħajr tagħblija li huma marbuta ma' dan it-trasport.

Fil-każ tat-trasport minn Stat Membru lejn pajjiż  terz  jew viċiversa, din l-awtorizzazzjoni hija valida għal dik il-parti tal-vjaġġ li ssir fit-territorju  tal-Komunità. Għandha tkun valida  fl-Istat Membru ta' fejn isiru it-tagħbija jew il-ħatt kif  biss wara li  jintlaħaq il-ftehim meħtieġ bejn il-Komunità u l-pajjiżi  terzi  f'dan il-każ bi qbil mar-Regolament  KE Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq].

Il-liċenzja  hija personali għal min tkun ġiet mogħtija u mhiex trasferibbli.

Tista' tiġi rtirata mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li jkun ħarġiha, partikolarment meta d-detentur:

   - ma jkunx konformi mall-kundizzjonijiet kollha għall-użu  tal-liċenzja,
   - ikun forna l-informazzjoni li ma kenitx korretta fr-rigward ta' l-informazjoni meħtieġa biex tingħata jew tiġi mġedda il-liċenzja;

L-oriġinal tal-liċenzja  għandha tinżamm mill-impriża tat-trasportatur.

Kopja attestata tal-liċenzja  għandha tinżamm fil-vettura (1). Fil-każ ta' grupp magħqud ta' vetturi għandha takkumpanja l-vettura bil-mutur. Hija tgħodd għall-grupp magħqud ta' vetturi anke jekk it-trejler jew is-semi-trejler ma jkunx irreġistrat jew awtorizzat biex juża t-toroq fl-isem ta' min għandu l-liċenzja  jew jekk huwa reġistrat jew awtorizzat li juża t-toroq fi Stat Membru ieħor.

Il-liċenzja  għandha tiġi prodotta meta jkun meħtieġ minn uffiċjal awtorizzat ta' l-ispezzjoni.

Fit-territorju ta' kull Stat Membru, dak li għandu l-awtorizzazzjoni għandu jħares il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministativi fis-seħħ f'dak l-Istat, partikolarment fir-rigward tat-trasport u tat-traffiku.

__________________________

"Vettura', tfisser vettura bil-mutur irreġistrata fi Stat Membru jew għaqda ta" vetturi, li vettura bil-mutur minnhom ta' mill-anqas tkun irreġistrata fi Stat Membru, użata esklussivament għat-trasport tal-merkanzija.


ANNESS II

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

(a)

(Kulur roża -  format  DIN A4; karta sintetika, 150g/m2 jew aktar)

(L-ewwel paġna ta" l-attestazzjoni)

(Test (fl-ilsna uffiċjali) (f'wieħed mill-ilsna) ta' l-Istat Membru li joħroġ l-attestazzjoni)

Timbru li jiddistingwi l-Istat Membru (1) li joħroġ l-attestazzjoni

L-isem ta" l-awtorità jew tal-korp kompetenti

ATTESTAZZJONI TAX-XUFIER Nru. . .

għat-trasport ta" merkanzija bit-triq għal kiri jew għall-qliegħ permezz  tal-liċenzja  tal-Komunità

(Regolament  KE Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq](2))

Din l-attestazzjoni tiċċertifika li fuq il-bażi tad-dokumenti ppreżentati minn:

(3) …………………………………………………………………………………....................................................…….............

.........................................................................................................................................................................................................

ix-xufier segwenti:

Isem u kunjom ………………....................................................…………………………………………………………………

Data u post tat-twelid .......................................................... Nazzjonalità ...................................................................................

Tip u numru tar-referenza tal-karta ta" l-identità ...........................................................................................................................

Data tal-ħruġ ....................................................................... Post tal-ħruġ ....................................................................................

Numru tal-liċenzja tas-sewqan ......................................................................................................................................................

Data tal-ħruġ ....................................................................... Post tal-ħruġ ....................................................................................

Numru tas-sigurtà soċjali ..............................................................................................................................................................

huwa impjegat, bi qbil mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi u, kif xieraq, mal-ftehim kollettiv, bi qbil mar-regoli applikabbli fl-Istat Membru segwenti, bil-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-taħriġ vokazzjonali ta" xufiera applikabbli f'dak l-Istat Membru sabiex jagħmel operazzjonijiet tat-trasport tat-triq f'dak l-Istat:

……………………………………………….....................................................……………………………………………… (4)

Rimarki partikolari:............................................................................................................................................................................…………………………………………………………………………………………….....................................................……

Din l-attestazzjonigħandha tkun valida minn ................................................................ sa ...........................................................

Maħruġa fil-......................................................................, nhar ........................................................................

........................................................ (5)

_______________

(1) Is-sinjali ta' distinzjoni ta' l-Istat Membru huma  (B) il-Belġju, ║ (BG) il-Bulgarija,  ║ (CZ) ir-Repubblika Ċeka, (DK) id-Danimarka, (D) il-Ġermanja, ║ (EST) l-Estonja,  (IRL) l-Irlanda, (GR) il-Greċja, (E) Spanja, (F) Franza, (I) l-Italja, ║ (CY) Ċipru, (LV) il-Latvja, (LT) il-Litwanja,  (L) il-Lussemburgu, ║ (H) l-Ungerija, (MT) Malta,  (NL) l-Olanda, ║ (A) l-Awstrija,  ║ (PL) il-Polonja, (P) il-Portugall, ║(RO) ir-Rumanija,  ║ (SLO) is-Slovenja, (SK) is-Slovakkja, ║ (FIN) il-Finlandja, (S) l-Iżvezja,  (UK) ir-Renju Unit.

(2) ĠU L ...

(3) L-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz sħiħ tat-trasportatur.

(4) L-isem ta' l-Istat Membru ta' l-istabbiliment tat-trasportatur.

(5) Il-firma u t-timbru ta" l-awtorità jew tal-korp kompetenti tal-ħruġ.

(It-tieni paġna ta' l-attestazzjonii)

(Test (fl-ilsna uffiċjali) (f'wieħed mill-ilsna) ta' l-Istat Membru li joħroġ l-attestazzjoni

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

L-attestazzjoni hi maħruġa permezz tar-Regolament (KE) Nru .../2008 ║[dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq].  

Tiċċertifika li x-xufier imsemmi hawnhekk hu impjegat, bi qbil mal-liġijiet, ir-regolament jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi u, kif xieraq, ftehim kollettiv, bi qbil mar-regoli applikabbli fl-Istat Membru msemmi fl-attestazzjoni, dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u jew tat-taħriġ vokazzjonali tax-xufiera applikabbli f'dak l-istess Stat Membru sabiex jagħmel l-operazzjonijiet tat-trasport bit-triq f'dak l-Istat.

L-attestazzjoni tax-xufier għandha tkun tappartieni  għat-trasportatur  , li jagħmilha għad-dispożizzjoni tax-xufier imsemmi hemmhekk meta dak ix-xufier isuq vettura (1) ikun impjegat fit-trasport bl-użu ta" liċenzja tal-Komunità maħruġa lil dak it-trasportatur. L-attestazzjoni tax-xufier mhix trasferibbli. L-attestazzjoni tax-xufier tkun valida biss sakemm il-kundizzjonijiet li permezz tagħhom tkun inħarġet għandhom ikunu sodisfatti u trid tkun mibgħuta lura immedjatament mit-trasportatur lejn l-awtoritajiet kompetenti jekk dawn il-kundizzjonijiet ma għadhomx aktar jintlaħqu.

Tista' tiġi rtirata mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li jkun ħarġiha, partikolarment meta d-detentur:

   ma jkunx ikkonforma mal-kundizzjonijiet kollha għall-użu ta" l-attestazzjoni;
   ikun issupplixxa informazzjoni mhix korretta fir-rigward tad-dettalji meħtieġa għall-ħruġ jew l-estensjoni ta" l-attestazzjoni;

Kopja ċċertifikata vera ta" l-attestazzjoni trid tinżamm mill-impriża tat-trasportatur,

Attestazzjoni oriġinali trid tinżamm fil-vettura u trid tiġi prodotta mix-xufier meta meħtieġa mill-uffiċjal awtorizzat ta" l-ispezzjoni.

_____________________

(1) "Vettura', tfisser vettura bil-mutur irregistrata fi Stat Membru jew għaqda ta" vetturi, li vettura bil-mutur minnhom ta' mill-anqas tkun irreġistrata fi Stat Membru, użata esklussivament għat-trasport tal-merkanzija.


ANNESS III

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Regolament (KEE) Nru 881/92

Regolament (KEE) Nru 3118/93

Direttiva 2006/94/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(4) ġdid

Artikolu 1(1), 1(2), Anness I; Artikolu 2

Artikolu 1(5)

Artikolu 2

Artikolu 1(6)

Artikolu 2

Artikolu 2 emendat

Artikolu 3(1)

Artikolu 3

Artikolu 3(2)

Artikolu 4(1) emendat

Artikolu 3(3)

Artikolu 5(1) emendat

Artikolu 4

-

Artikolu 5(1)

Artikolu 4(2) emendat

Artikolu 5(2)

Artikolu 4(3) emendat

Artikolu 5(3)

Artikolu 4(4) emendat

Artikolu 4(5) ġdid

Artikolu 5(4), Anness I it-tieni paġna, is-7 parag, it-2ni u t-3et sentenza

Artikolu 4(6) emendat

Artikolu 5(5)

Artikolu 4(2)

Artikolu 6(1)

Artikolu 5(2) emendat

Artikolu 6(2)

Artikolu 5(2) emendat

Artikolu 6(3)

Artikolu 5(3) emendat

Artikolu 6(4)

Artikolu 5(4)

Artikolu 6(5)

Artikolu 5(5)

Artikolu 7

Artikolu 6

Artikolu 8(1)

Artikolu 7(1)

Artikolu 8(2)

Artikolu 7(2)

Artikolu 8 ġdid

Artikolu 8(3)

Artikolu 13(1) emendat

Artikolu 8(4)

Artikolu 13(2)

Artikolu 9(1)

Artikolu 13(7) emendat

Artikolu 9(2)

Artikolu 13(7) emendat

Artikolu 1(1)

Artikolu 9(1)

Artikolu 9(2)

Artikolu 9(3) ġdid

Artikolu 9(4) ġdid

Artikolu 9(5)

Artikolu 9(6) ġdid

Artikolu 1(2)

Artikolu 9(7)

Artikolu 1(3)

Artikolu 9(8)

Artikolu 1(4)

Artikolu 9(9)

Artikolu 9(10) ġdid

Artikolu 2

-

Artikolu 3

-

Artikolu 4

-

Artikolu 5

-

Artikolu 6(1)

Artikolu 10(1) emendat

Artikolu 6(2)

-

Artikolu 6(3)

Artikolu 10(2)

Artikolu 6(4)

-

Artikolu 7

-

Artikolu 10

Artikolu 18(1) emendat

Artikolu 11(1)

Artikolu 11 emendat

Artikolu 11(2)

Artikolu 14(1) emendat

Artikolu 11(3)

Artikolu 13(3) emendat

L-Artikolu 11a

-

Artikolu 12 ġdid

Artikolu 8(1)

Artikolu 11 emendat

Artikolu 8(2)

Artikolu 14(2) emendat

Artikolu 8(3)

Artikolu 14(2) emendat

Artikolu 8(4) sub-inċiżi 1 u 3

-

Artikolu 13(4) ġdid

Artikolu 8(4) sub-inċiż 2

Artikolu 13(5) emendat

Artikolu 8(4) sub-inċiżi 4 u 5

Artikolu 13(6) emendat

Artikolu 9

Artikolu 14(3) emendat

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 12

Artikolu 19

Artikolu 13

-

Artikolu 14

Artikolu 10

-

Artikolu 11

-

Artikolu 15

Artikolu 12

Artikolu 20

Artikolu 3

-

Artikolu 4

-

Artikolu 5

-

Anness II, III

-

Anness I

Anness I

Anness II

Artikolu 1(5)

Anness III

Anness II

Anness I

-

Anness II

-

Anness III

-

Anness IV

-

Avviż legali - Politika tal-privatezza