Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema Komunitarja biex timpedixxi, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU) (COM(2007)0602 – C6-0454/2007 – 2007/0223(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0602),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0454/2007),
– wara li kkunsidra r-Regola 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0193/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentament tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 2 a (ġdida)
(2a)Sabiex ikun kompatibbli mar-regoli tad-WTO dwar in-nondiskriminazzjoni u t-trattament nazzjonali, xejn f'dan ir-regolament m'għandu jwassal għal trattament diskriminatorju fir-rigward ta' miżuri meħuda biex jiġi kkumbattut is-sajd illeċitu, mhux dikjarat u mhux regolamentat (IUU).
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 3 a (ġdida)
(3a)L-ibgħad reġjuni ta" l-Unjoni Ewropea, deskritti fl-Artikolu 299 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u fl-Artikolu 349 tat-Trattat ta" dwar il-Funzjonament ta' l-unjoni Ewropea, jeħtieġu attenzjoni partikolari fil-ġlieda kontra sajd illegali IUU, minħabba l-fraġilità eċċezzjonali ta" l-ekosistemi tagħhom.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 5
(5) Skond il-Pjan Internazzjonali ta" Azzjoni biex jiġi impedut, skoraġġut u eliminat is-sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat, li ġie adottat fl-2001 mill-Organizzazzjoni ta" l-Ikel u l-Biedja (FAO), is-sajd IUU jfisser attivitajiet ta" sajd ikkunsidrati bħala illegali, mhux irrapportati jew mhux irregolati, fejn: 1.Sajd illegali jirreferi għal attivitajiet: – immexxija minn bastimenti nazzjonali jew barranin fl-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta" xi Stat, mingħajr il-permess ta" dak l-Istat, jew b'kontravenzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu; – immexxija minn bastimenti li jtajru bandiera ta" Stati msieħba f'xi organizzazzjoni reġjonali rilevanti tal-ġestjoni tas-sajd imma li joperaw b'kontravenzjoni tal-miżuri għal konservazzjoni u mmaniġġjar adottati minn dik l-organizzazzjoni u li bihom l-Istati huma marbutin, jew dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi internazzjonali applikabbli; – bi vjolazzjoni tal-liġijiet nazzjonali u l-obbligi internazzjonali, inklużi dawk assunti minn Stati f'kooperazzjoni ma" xi organizzazzjoni reġjonali rilevanti tal-ġestjoni tas-sajd. 2.Sajd mhux irrapportat jirreferi għal attivitajiet ta" sajd: – li ma jkunux ġew irrapportati, jew ikunu ġew irrapportati ħażin, lill-awtorità nazzjonali rilevanti, b'kontravenzjoni tal-liġijiet u regolamenti nazzjonali; – imwettqa fiż-żona tal-kompetenza ta" xi organizzazzjoni reġjonali rilevanti tal-ġestjoni tas-sajd li ma jkunux ġew irrapportati jew ikunu ġew irrapportati ħażin, b'kontravenzjoni tal-proċeduri ta" l-irrapportar ta" dik l-organizzazzjoni. 3.Sajd mhux irregolat jirreferi għal attivitajiet ta" sajd: – fiż-żona ta" l-applikazzjoni ta" xi organizzazzjoni reġjonali rilevanti tal-ġestjoni tas-sajd li jitmexxew minn bastimenti mingħajr nazzjonalità, jew minn dawk li jtajru bandiera ta" Stat mhux imsieħeb f'dik l-organizzazzjoni, jew minn entità tas-sajd, b'manjiera inkonsistenti jew li tikkontraveni l-miżuri ta" konservazzjoni u mmaniġġjar ta" dik l-organizzazzjoni; – f'żoni jew għal stokkijiet tal-ħut li fir-rigward tagħhom ma jkun hemm ebda miżura applikabbli għal konservazzjoni jew immaniġġjar u fejn dawn l-attivitajiet tas-sajd jitmexxew b'manjiera inkonsistenti mar-responsabbiltajiet Statali għall-konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar ħajjin skond il-liġi internazzjonali;
(5) Skond il-Pjan Internazzjonali ta" Azzjoni biex jiġi impedut, skoraġġut u eliminat is-sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat, li ġie adottat fl-2001 mill-Organizzazzjoni ta" l-Ikel u l-Biedja (FAO), is-sajd IUU jfisser attivitajiet ta" sajd ikkunsidrati bħala illegali, mhux irrapportati jew mhux irregolati.
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 13
(13) L-importazzjoni fil-Komunità ta" prodotti tas-sajd li jkunu ġejjin mis-sajd IUU għandha tkun ipprojbita; bl-intenzjoni li din il-projbizzjoni ssir waħda effettiva u li tiżgura li l-prodotti importati kollha jkunu nqabdu bl-osservanza tal-miżuri ta" konservazzjoni u mmaniġġjar internazzjonali u, fejn ikun xieraq, regoli rilevanti oħrajn li jkunu japplikaw għall-bastiment tas-sajd ikkonċernat, għandha titħaddem skema ta" ċertifikazzjoni li tkun tapplika għall-importazzjonijiet tal-prodotti tas-sajd kollha fil-Komunità.
(13) L-importazzjoni fil-Komunità ta" prodotti tas-sajd li jkunu ġejjin mis-sajd IUU għandha tkun ipprojbita; Bl-intenzjoni li din il-projbizzjoni ssir waħda effettiva, li jkun żgurat ir-rintraċċjament u li jkun żgurat li l-prodotti importati kollha jkunu nqabdu bl-osservanza tal-miżuri ta" konservazzjoni u mmaniġġjar internazzjonali u, fejn ikun xieraq, regoli rilevanti oħrajn li jkunu japplikaw għall-bastiment tas-sajd ikkonċernat, għandha titħaddem skema ta" ċertifikazzjoni li tkun tapplika għall-importazzjonijiet tal-prodotti tas-sajd kollha fil-Komunità.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 14
(14) Il-Komunità għandha tikkundsidra r-restrizzjonijiet tal-kapaċità ta" pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw fl-implimentazzjoni ta" l-iskema ta" ċertifikazzjoni;
(14) Il-Komunità għandha tikkundsidra r-restrizzjonijiet kollha tal-kapaċità ta" pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw fl-implimentazzjoni ta" l-iskema ta" ċertifikazzjoni u għandha tgħinhom jevitaw ostakli potenzjali mhux tariffarji għall-kummerċ.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 14 a (ġdida)
(14a)L-għajnuna tista' tkun disponibbli, inter alia, fil-forma ta' għajnuna finanzjarja u assistenza teknika kif ukoll bħala programmi ta' taħriġ.
Emenda7 Proposta għal regolament Premessa 34
(34) Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni, u ma" Stati terzi hija essenzjali biex jiġi żgurat li s-sajd IUU ikun investigat kif suppost u li l-miżuri istitwiti fir-Regolament preżenti jkunu jistgħu jiġu applikati. Għandha tiġi stabbilita sistema ta" assistenza reċiproka biex titkabbar din il-kooperazzjoni;
(34) Il-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni u l-iskambju ta" l-aħjar prattika bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni, u ma" Stati terzi huma essenzjali biex jiġi żgurat li s-sajd IUU ikun investigat kif suppost u li l-miżuri istitwiti fir-Regolament preżenti jkunu jistgħu jiġu applikati fil-ġejjieni. Għandha tiġi stabbilita sistema ta" assistenza reċiproka biex titkabbar din il-kooperazzjoni;
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 37
(37) Dan ir-regolament jidentifika s-sajd IUU bħala vjolazzjonijiet ta" gravità partikolari tal-liġijiet, r-regoli u r-regolamenti applikabbli, billi dawn jimminaw b'mod serju l-kisba ta" l-għanijiet tar-regoli miksura u jqiegħdu f'periklu s-sostenibbiltà ta" l-istokkijiet ikkonċernati jew il-konservazzjoni ta" l-ambjent tal-baħar. Meta jitqies l-ambitu ristrett tiegħu, l-implimentazzjoni ta" dan ir-Regolament għandha tissejjes fuq ir-Regolament tal-Kunsill 2847/93, u tkun komplementari għalih, li jistabbilixxi l-qafas bażiku għall-kontroll u l-monitoraġġ ta" l-attivitajiet tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd. Proprju għalhekk, dan ir-Regolament jirrinforza r-regoli tar-Regolament 2847/93 fil-qasam ta" l-ispezzjonar ta" bastimenti ta" pajjiżi terzi fil-portijiet (l-Artikolu 28e, 28f u 28g), li llum ġew abrogati u ssostitwiti bl-iskema ta" l-ispezzjonar tal-portijiet fil-Kapitolu II ta" dan ir-Regolament. Barra minn hekk, dan ir-Regolament jipprevedi skema ta" sanzjonijiet fil-Kapitolu X li japplika speċifikament għal attivitajiet tas-sajd IUU. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament 2847/93 relatati mas-sanzjonijiet (l-Artikolu 31) b'dan il-mod jibqgħu applikabbli għall-vjolazzjonijiet tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd għajr għal dawk indirizzati b'dan ir-Regolament.
(37) Dan ir-regolament jidentifika s-sajd IUU bħala vjolazzjonijiet ta" gravità partikolari tal-liġijiet, r-regoli u r-regolamenti applikabbli, billi dawn jimminaw b'mod serju l-kisba ta" l-għanijiet tar-regoli miksura u jqiegħdu f'periklu is-sopravivenza tas-sajjieda li jwettqu xogħolhom b'mod legali, s-sostenibbiltà tas-settur u ta" l-istokkijiet ikkonċernati ul-konservazzjoni ta" l-ambjent tal-baħar. Meta jitqies l-ambitu ristrett tiegħu, l-implimentazzjoni ta" dan ir-Regolament għandha tissejjes fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93, u tkun komplementari għalih, li jistabbilixxi l-qafas bażiku għall-kontroll u l-monitoraġġ ta" l-attivitajiet tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd. Proprju għalhekk, dan ir-Regolament jirrinforza r-regoli tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 fil-qasam ta" l-ispezzjonar ta" bastimenti ta" pajjiżi terzi fil-portijiet (l-Artikolu 28e, 28f u 28g), li llum ġew abrogati u ssostitwiti bl-iskema ta" l-ispezzjonar tal-portijiet fil-Kapitolu II ta" dan ir-Regolament. Barra minn hekk, dan ir-Regolament jipprevedi skema ta" sanzjonijiet fil-Kapitolu X li japplika speċifikament għal attivitajiet tas-sajd IUU. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 relatati mas-sanzjonijiet (l-Artikolu 31) b'dan il-mod jibqgħu applikabbli għall-vjolazzjonijiet tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd għajr għal dawk indirizzati b'dan ir-Regolament.
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 1, paragrafu 2
2. Għal din il-fini, kull wieħed mill-Istati Membri għandu jieħu miżuri xierqa, skond il-liġi Komunitarja, biex tkun żgurata l-effikaċja tas-sistema. Dan għandu jqiegħed mezzi suffiċjenti għad-dispożizzjoni ta" l-awtoritajiet kompetenti tiegħu biex dawn ikunu jistgħu jwettqu l-ħidmiet tagħhom kif istitwiti f'dan ir-Regolament.
2. Għal din il-fini, kull wieħed mill-Istati Membri għandu jieħu miżuri xierqa, skond il-liġi Komunitarja u skond l-obbligi internazzjonali kemm dawk multilaterali u kif ukoll dawk bilaterali,, biex tkun żgurata l-effikaċja tas-sistema. Dan għandu jqiegħed mezzi suffiċjenti għad-dispożizzjoni ta" l-awtoritajiet kompetenti tiegħu biex dawn ikunu jistgħu jwettqu l-ħidmiet tagħhom kif istitwiti f'dan ir-Regolament.
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 2 - punt -a (ġdid)
- a) is-sajd IUU jfisser sajd ikkunsidrat illegali, mhux dikjarat jew mhux irregolat, fejn: 1.Sajd illegali jirreferi għal attivitajiet: – imwettqa minn bastimenti nazzjonali jew barranin fl-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta" xi Stat, mingħajr il-permess ta" dak l-Istat, jew bi ksur tal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu; – imwettqa minn bastimenti li jtajru bandiera ta" Stati msieħba f'xi organizzazzjoni reġjonali rilevanti tal-ġestjoni tas-sajd imma li joperaw bi ksur tal-miżuri għal konservazzjoni u mmaniġġjar adottati minn dik l-organizzazzjoni u li bihom l-Istati huma marbutin, jew dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi internazzjonali applikabbli, jew – bi ksur tal-liġijiet nazzjonali u l-obbligi internazzjonali, inklużi dawk meħuda minn Stati f'kooperazzjoni ma" xi RFMO rilevanti. 2.Sajd mhux irrapportat jirreferi għal attivitajiet ta" sajd: – li ma jkunux ġew irrappurtati, jew ikunu ġew irrappurtati ħażin, lill-awtorità nazzjonali rilevanti, bi ksur tal-liġijiet u regolamenti nazzjonali; – imwettqa fiż-żona ta" kompetenza ta" xi RFMO rilevanti li ma jkunux ġew irrapportati jew ikunu ġew irrapportati ħażin, bi ksur tal-proċeduri ta" l-irrapportar ta" dik l-organizzazzjoni. 3.Sajd mhux irregolat jirreferi għal attivitajiet ta" sajd: – fiż-żona ta" l-applikazzjoni ta" xi RFMO rilevanti li jitwettqu minn bastimenti mingħajr nazzjonalità, jew minn dawk li jtajru bandiera ta" Stat mhux imsieħeb f'dik l-organizzazzjoni, jew minn entità tas-sajd, b'mod mhux konsistenti ma' jew li jikser il-miżuri ta" konservazzjoni u mmaniġġjar ta" dik l-organizzazzjoni. – f'żoni jew għal stokkijiet tal-ħut li fir-rigward tagħhom ma jkun hemm ebda miżura applikabbli għal konservazzjoni jew immaniġġjar u fejn dawn l-attivitajiet tas-sajd jitwettqu b'mod mhux konsistenti mar-responsabbiltajiet ta" l-Istat għall-konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar ħajjin skond il-liġi internazzjonali.
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt a
a) "Bastiment tas-sajd": kull bastiment ta" kull daqs użat jew maħsub għal użu bl-iskop ta" sfruttament kummerċjali tar-riżorsi tas-sajd, inklużi vapuri ta" sostenn, bastimenti tat-tagħbija, bastimenti għall-ipproċessar tal-ħut u bastimenti fit-trasbord;
a) "Bastiment tas-sajd": "Bastiment tas-sajd" tfisser kull bastiment ta" kull daqs użat jew maħsub għal użu bl-iskop ta" sfruttament kummerċjali tar-riżorsi tas-sajd, tar-refriġerazzjoni, ta" l-iffriżar jew ta" l-iproċessar tagħhom abbord jew tat-trasport, inklużi vapuri ta" sostenn, bastimenti tat-tagħbija, bastimenti għall-ipproċessar tal-ħut u bastimenti fit-trasbord;
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt h)
h) "Organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd" tfisser : organizzazzjoni jew arranġament b'kompetenza sottoreġjonali jew reġjonali, kif irrikonoxxut mil-liġi internazzjonali, biex jistabbilixxi miżuri ta" konservazzjoni u mmaniġġjar għal stokkijiet ta" ħut transżonali jew stokkijiet ta" ħut migratorju ħafna li jkunu fiż-żona ta" baħar internazzjonali li tkun taħt ir-responsabbiltà tiegħu bis-saħħa tal-konvenzjoni jew il-ftehim li jkun jikkostitwixxih;
h) "Organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd" tfisser : organizzazzjoni jew struttura b'kompetenza sottoreġjonali jew reġjonali, kif irrikonoxxut mil-liġi internazzjonali, b'kompetenza biex tistipola miżuri ta" konservazzjoni u mmaniġġjar ta" l- stokkijiet ta" ħut li jgħixu fiż-żona ta" baħar internazzjonali rilevanti li tkun taħt ir-responsabbiltà tagħhu bis-saħħa tal-konvenzjoni jew il-ftehim li jkun jikkostitwixxih;
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt j
j) ħa jew żbarka ħut prematur; jew
j) żbarka ħut prematur jew; jew
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a
a) wettaq xi attivitajiet ta" sajd fiż-żona ta" Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd b'manjiera inkonsistenti mal-miżuri għall-konservazzjoni u l-immaniġġjar ta" dik l-organizzazzjoni jew b'kontravenzjoni tagħhom u jkun ta" bandiera ta" Stat mhux imsieħeb f'dik l-organizzazzjoni, jew jew
a) wettaq xi attivitajiet ta" sajd fiż-żona ta" Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd b'manjiera inkonsistenti mal-miżuri għall-konservazzjoni u l-immaniġġjar ta" dik l-organizzazzjoni jew b'kontravenzjoni tagħhom jewikun ta" bandiera ta" Stat mhux imsieħeb f'dik l-organizzazzjoni; jew
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 a (ġdid)
1a L-aċċess għal portijiet ta" l-Istati Membri, il-forniment ta" servizzi portwali, u t-twettiq operazzjonijiet ta" żbark, ta' trasbord jew ta" proċessar abbord f'tali portijiet għandhom jiġu pprojbiti għal bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi li jkunu inklużi fil-lista Komunitarja ta' bastimenti tas-sajd IUU skond l-Artikoli 26 u 29.
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2
2. Ħlief f'każi ta" xi forza maġġuri, l-aċċess għall-portijiet ta" l-Istati Membri, il-provvediment ta" servizzi tal-port, u t-tmexxija ta" operazzjonijiet ta" żbarkar, trasbord jew ipproċessar abbord għandhom ikunu pprojbiti għall-bastimenti tas-sajd ta" pajjiżi terzi jekk ma jkunux jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija f'dan il-Kapitolu u dispożizzjonijiet rilevanti oħrajn ta" dan ir-Regolament.
2. L-aċċess għall-portijiet ta" l-Istati Membri, il-provvediment ta" servizzi tal-port, u t-tmexxija ta" operazzjonijiet ta" żbarkar, trasbord jew ipproċessar abbord għandhom ikunu pprojbiti għall-bastimenti tas-sajd ta" pajjiżi terzi, ħlief għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1a, jekk ma jkunux jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija f'dan il-Kapitolu u dispożizzjonijiet rilevanti oħrajn ta" dan ir-Regolament.
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a F'każijiet ta" forza maġġuri jew ta" diffikulta, il-bastimenti tas-sajd imsemmija fil-paragrafi 1 a u 2 jistgħu jidħlu fil-portijiet ta" Stati Membri biex jagħmlu użu mis-servizzi portwali u mill-miżuri li huma strettament meħtieġa sabiex jitrattaw l-emerġenza.
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 3
3. Trasbordi bejn bastimenti tas-sajd ta" pajjiżi terzi jew bejn dawn ta" l-aħħar u bastimenti li jtajru l-bandiera ta" Stat Membru għandhom ikunu pprojbiti fl-ilmijiet Komunitarji u għandhom isiru biss fil-port, skond id-dispożizzjonijiet ta" dan il-Kapitolu.
3. Fl-ibħra Komunitarji, l-operazzjonijiet ta" trasbord bejn bastimenti tas-sajd ta" pajjiżi terzi jew bejn dawn ta" l-aħħar u bastimenti li jtajru l-bandiera ta" Stat Membru għandhom ikunu pprojbiti ħlief f'dawk il-portijiet identifikati għal dan il-għan,, skond id-dispożizzjonijiet ta" dan il-Kapitolu.
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 4
4. Bastimenti li jtajru l-bandiera ta" Stat Membru ma jkunux awtorizzati li jittrasbordaw fuq il-baħar ħut maqbud minn bastimenti tas-sajd ta" pajjiżi terzi barra mill-ilmijiet Komunitarji.
4. 'Lil hinn mill-ibħra Komunitarji, l-operazzjonijiet ta' trasbord fuq il-baħar bejn bastimenti li jtajru l-bandiera ta" Stat Membru jew bejn bastimenti li jtajru l-bandiera ta" Stat Membru u bastimenti tas-sajd ta" pajjiżi terzi huma pprojbiti.
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw post biex jintuża għall-iżbarki jew post viċin ix-xatt (portijiet speċifikati) fejn ikunu permessi żbarki jew operazzjonijiet ta" trasbord ta" ħut imsemmija fil-paragrafu 2.
1. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw portijiet biex jintużaw għall-iżbark jew viċin ix-xatt (portijiet speċifikati) fejn is-servizzi portwali u l-operazzjonijiet ta" żbark u ta" trasbord ta" ħut imsemmija fil-paragrafu 2 jkunu awtorizzati.
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Il-kaptani ta" bastimenti tas-sajd ta" pajjiżi terzi jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta" l-Istati Membri tal-port jew faċilitajiet ta" żbarkar li jkunu jridu jużaw mill-anqas 72 siegħa qabel il-ħin mistenni tal-wasla fil-port, bl-informazzjoni li ġejja:
1. Ħlief fil-każi ta" forza maġġuri, il-kaptani ta" bastimenti tas-sajd ta" pajjiżi terzi jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta" l-Istati Membri tal-port jew faċilitajiet ta" żbarkar li jkunu jridu jużaw mill-anqas 72 siegħa qabel il-ħin mistenni tal-wasla fil-port, bl-informazzjoni li ġejja:
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt g a (ġdid)
ga) il-kwantitajiet li għandhom jinħattu jew jiġu trasbordati.
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 3
3.Il-Kummissjoni, skond il-proċedura istitwita fl-Artikolu 52, tista" teżenta ċerti kategoriji ta" bastimenti tas-sajd ta" pajjiżi terzi mill-obbligu stipulat fil-paragrafu 1 għal perjodu limitat u li jiġġedded, jew tipprevedi perjodu ta" notifika ieħor fejn tikkunsidra, fost oħrajn, id-distanza bejn iż-żoni tas-sajd, il-postijiet ta" l-iżbark u l-portijiet fejn il-bastimenti msemmija huma rreġistrati jew elenkati.
imħassar
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 4
4. Permezz ta" deroga għall-paragrafi 2 u 3 l-Istat Membru tal-port jista" jawtorizza aċċess għall-port u żbark sħiħ jew parti minnu f'każi fejn l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx kompleta jew il-verifika tagħha tkun pendenti, imma f'każi bħal dawn għandu jżomm il-ħut ikkonċernat merfugħ taħt il-kontroll ta" l-awtoritajiet kompetenti. Il-ħut għandu jiġi rrilaxxat biss biex jinbiegħ, jiġi kkonfiskat jew ittrasportat meta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun ingħatat jew il-proċess ta" verifika jkun ġie fi tmiemu. Jekk dan il-proċess ikun għadu ma ntemmx fi żmien 14-il jum mill-iżbark, l-Istat Membru tal-port jista" jikkonfiska l-ħut u jiddisponi minnu skond ir-regoli nazzjonali.
4. Permezz ta" deroga mill-paragrafi 2 u 3 l-Istat Membru tal-port jista" jawtorizza aċċess għall-port u żbark sħiħ jew parti minnu f'każi fejn l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx kompleta jew il-verifika tagħha tkun pendenti, imma f'każi bħal dawn għandu jżomm il-ħut iffriżat ikkonċernat merfugħ taħt il-kontroll ta" l-awtoritajiet kompetenti. Il-ħut għandu jiġi rrilaxxat biss biex jinbiegħ, jiġi kkonfiskat jew ittrasportat meta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun ingħatat jew il-proċess ta" verifika jkun ġie fi tmiemu. Jekk dan il-proċess ikun għadu ma ntemmx fi żmien 14-il jum mill-iżbark, l-Istat Membru tal-port jista" jikkonfiska l-ħut u jiddisponi minnu skond ir-regoli nazzjonali. L-ispejjeż tal-ħżin għandhom jitħallsu mill-operatur.
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 4 a (ġdid)
4a Jekk il-ħut li hemm referenza għalih fil-paragrafu 4 huwa frisk, dan għandu inbiegħ permezz tal-mezzi regolari. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu kontroll fuq il-qligħ mill-bejgħ sa l-aħħar tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 4.
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sena spezzjonijiet fil-portijiet tagħhom fuq mill-anqas 15 % ta" l-iżbarki, trasbordi, u operazzjonijiet ta" pproċessar abbord minn bastimenti tas-sajd ta" pajjiżi terzi.
1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sena spezzjonijiet fil-portijiet tagħhom fuq mill-anqas 50 % ta" l-iżbarki, trasbordi, u operazzjonijiet ta" pproċessar abbord minn bastimenti tas-sajd ta" pajjiżi terzi.
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt (d)
d) il-bastimenti tas-sajd li jkunu jidhru fil-lista ta" bastimenti presunti bħala IUU adottata minn Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd u nnotifikata skond l-Artikolu 29.
d) il-bastimenti tas-sajd li jkunu jidhru fil-lista ta" bastimenti presunti bħala IUU adottata minn Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd u nnotifikata skond l-Artikolu 29, u li jkunu għadhom ma ġewx inklużi fil-lista tal-Komunità ta" bastimenti tas-sajd ta" l-IUU prevista fl-Artikolu 26.
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 3 a (ġdid)
3a Dawn l-ispezzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-regoli u ma" l-objettivi stabbiliti minn qabel mill-Kummissjoni u għandhom jitwettqu u jiġu implimentati fl-Istati Membri differenti. Kull Stat Membru għandu joħloq il-ġabra ta' data tiegħu, fuq il-bażi ta" kriterji stabbiliti mill-Kummissjoni, li fiha għandhom jiġu rreġistrati l-ispezzjonijiet kollha mwettqa fit-territorju tiegħu. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni aċċess għal-bażi ta' data tagħhom, fuq it-talba ta" l-istess Kummissjoni.
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 10
Artikolu 10 – Spetturi
imħassar
1.L-Istati Membri għandhom joħorġu dokument ta" l-identità ta" kull wieħed mill-ispetturi. L-ispetturi għandhom iġorru fuqhom u jipproduċu dan id-dokument meta jkunu qegħdin jispezzjonaw bastiment tas-sajd.
2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispetturi jwettqu dmirijiethom skond ir-regoli istitwiti f'din is-sezzjoni.
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Jekk spettur ikollu raġuni serja għalfejn għandu jemmen li bastiment tas-sajd kien imdaħħal f'attività ta" sajd IUU skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3, dan għandu:
1. Jekk l-informazzjoni miġbura matul l-ispezzjoni tagħti lill-ispettur raġuni biżżejjed għalfejn għandu jissuspetta li bastiment tas-sajd kien imdaħħal f'attività ta" sajd IUU skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3, dan għandu:
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt a
a) jinnota t-trasgressjoni fir-rapport ta" l-ispezzjoni;
a) jinnota t-trasgressjoni presunta fir-rapport ta" l-ispezzjoni;
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt a a (ġdid)
(aa) iwaqqaf l-operazzjonijiet ta" żbarkar, trasbord jew ipproċessar abbord;
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1
1. L-importazzjoni ta" prodotti tas-sajd fil-Komunità akkwistati b'sajd illegali, mhux irrapportat jew mhux irregolat għandha tkun ipprojbita.
1. L-importazzjoni ta" prodotti tas-sajd fil-Komunità akkwistati b'sajd illegali, mhux irrapportat jew mhux irregolat, bi qbil mal-kriterji msemmija fl-artikoli 3, għandha tkun ipprojbita.
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 4
4. Kull persuna jkollha d-dritt li tappella d-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti konformament mal-paragrafu 1 jew 2 li jkunu jikkonċernaw lilha direttament u individwalment. Id-dritt ta" l-appell għandu jitħaddem skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istati Membri kkonċernati.
4. Kull persuna naturali u ġuridika għandu jkollha d-dritt li tappella d-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti konformament mal-paragrafu 1 jew 2 li jkunu jikkonċernaw lilha direttament u individwalment. Id-dritt ta" l-appell għandu jitħaddem skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istati Membri kkonċernati.
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 20
Artikolu 20 – Rijesportazzjoni
imħassar
1.Ir-rijesportazzjoni ta" prodotti importati taħt ċertifikat tal-qabda tal-ħut skond dan il-kapitolu tkun awtorizzata bis-saħħa tal-konvalidazzjoni ta" ċertifikat tar-rijesportazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta" l-Istat Membru minn fejn ir-rijesportazzjoni għandha ssir, fuq talba mir-rijesportatur.
2.Iċ-ċertifikati tar-rijesportazzjoni għandu jkun fihom l-informazzjoni kollha mitluba fil-forma mehmuża fl-Anness 2 u għandhom ikunu akkumpanjati b'kopja taċ-ċertifikati tal-qabda tal-ħut li jkunu ġew aċċettati għall-importazzjoni tal-prodotti.
3.L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti għall-konvalidazzjoni u l-verifika taċ-ċertifikati tar-rijesportazzjoni.
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 3 – punt b
b) tavża lill-Istat tal-bandiera u, jekk ikun il-każ, lill-Istat tar-rijesportazzjoni bl-annullament, u
b) tavża lill-Istat tal-bandiera bl-annullament; u
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 4 – punt b
b) tavża lill-Istat tal-bandiera u, jekk ikun il-każ, lill-Istat tar-rijesportazzjoni;
b) tavża lill-Istat tal-bandiera, u
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 24 – titolu
Artikolu 24 – Attivitajiet ta" sajd allegati bħala IUU
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Il-Kummissjoni, jew korp maħtur minnha, għandha tiġbor u tanalizza l-informazzjoni dwar attivitajiet ta" sajd IUU:
1. Il-Kummissjoni, jew korp maħtur minnha, għandha tiġbor u tanalizza l-informazzjoni dwar attivitajiet ta" sajd IUU, bi qbil mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 3:
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt b a (ġdid)
(ba)Informazzjoni dwar sanzjonijiet u multi imposti fuq bastimenti IUU.
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 25 – titolu
Artikolu 25 – Attivitajiet tas-sajd presunti bħala IUU
Artikolu 25 – Investigazzjoni dwar l-attivitajiet ta" sajd IUU
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 2 – punt -a (ġdid)
-a) tipprovdi l-informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni dwar l-allegati attivitajiet ta" sajd IUU, u stqarrija dettaljata tar-raġunijiet li jiġġustifikaw l-inklużjoni ta" bastimenti tas-sajd IUU fil-lista tal-Komunità;
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta" bastimenti IUU tal-Komunità Ewropea. Din il-Lista tkun tinkludi l-bastimenti li fir-rigward tagħhom, barra l-passi li jkunu ttieħdu konformament ma" l-Artikoli 24 u 25, l-informazzjoni miksuba skond dan ir-Regolament tistabbilixxi li dawn kienu mdaħħlin f'attivitajiet ta" sajd IUU u li l-Istati tal-Bandiera tagħhom ma jkunu ħadu ebda azzjoni effettiva b'reazzjoni għal dawk l-attivitajiet.
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta" bastimenti IUU tal-Komunità Ewropea. Din il-Lista tkun tinkludi l-bastimenti li fir-rigward tagħhom, barra l-passi li jkunu ttieħdu konformament ma" l-Artikoli 24 u 25, l-informazzjoni miksuba skond dan ir-Regolament tistabbilixxi li dawn kienu mdaħħlin f'attivitajiet ta" sajd IUU bi qbil mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 3, u li l-Istati tal-Bandiera tagħhom ma jkunu ħadu ebda azzjoni effettiva b'reazzjoni għal dawk l-attivitajiet.
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 1 a (ġdid)
1a Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istat tal-bandiera bl-inklużjoni ta" bastiment fil-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità u għandha tinnotifikah fid-dettall bir-raġunijiet għall-inklużjoni ta" dak il-bastiment fil-lista.
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 4 a (ġdid)
4a.Meta sid ikollu bastiment imnizzel fil-lista Komunitarja ta" bastimenti IUU, il-bastimenti kollha li jippossjedi ssirilhom ispezzjoni bir-reqqa.
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt h
h) id-data ta" l-ewwel inklużjoni fil-Lista ta" Bastimenti IUU;
(h) id-data ta" l-ewwel inklużjoni fil-Lista ta" Bastimenti IUU tal-Komunità u, jekk applikabbli, id-data ta" l-ewwel inklużjoni fil-lista tal-bastimenti IUU ta" RFMO waħda jew aktar;
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 28 - paragrafu 1 - punt i a (ġdid)
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 2
2. Il-Kummissjoni għandha tieħu kull miżura meħtieġa biex tiżgura l-pubbliċità tal-lista ta" bastimenti IUU tal-Komunità Ewropea, anka billi titqiegħed fuq il-websajt tad-DĠ Sajd.
2. 2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-bastimenti IUU tal-Komunità fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea u għandha tieħu kull miżura meħtieġa biex tiżgura l-pubbliċità tal-lista ta" bastimenti IUU tal-Komunità, anka billi titqiegħed fuq il-websajt tad-DĠ Sajd.
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 1
1. Il-Kummissjoni, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 52, għandha tidentifika l-Istati terzi li hija tikkunsidra bħala Stati li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra l-attivitajiet ta" sajd IUU.
1. Il-Kummissjoni, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 52, għandha tidentifika l-Istati terzi li hija tikkunsidra bħala Stati li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra l-attivitajiet ta" sajd IUU, fuq il-bażi ta" kriterji ċari, trasparenti u oġġettivi..
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 6 – punt b a (ġdid)
(ba) jekk l-Istat konċernat qatt kienx is-suġġett ta" miżuri kummerċjali ristrettivi fir-rigward ta' prodotti tas-sajd adottati minn RFMO;
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 7
7. Fejn ikun xieraq, restrizzjonijiet speċifiċi ta" pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, b'mod partikolari fejn jidħol monitoraġġ, kontroll u sorveljanza ta" l-attivitajiet tas-sajd, għandhom ikunu kkunsidrati b'mod korrett fl-implimentazzjoni ta" dan l-Artikolu.
7. Fejn ikun xieraq, restrizzjonijiet speċifiċi ta" pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, b'mod partikolari fejn jidħol monitoraġġ, kontroll u sorveljanza ta" l-attivitajiet tas-sajd, għandhom ikunu kkunsidrati b'mod korrett fl-implimentazzjoni ta" dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament, tippubblika analiżi dwar l-impatt probabbli tiegħu fuq il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u tippubblika proposta għall-iffinanzjar ta" programmi speċifiċi biex tappoġġja l-implimentazzjoni tiegħu u telimina l-impatti negattivi possibbli.
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 34
Il-Kummissjoni għandha tieħu kull miżura meħtieġa biex tiżgura l-pubbliċitàtal-lista ta" Stati li ma jikkooperawx, b'manjiera konsistenti ma" kull rekwiżit applikabbli dwar ir-riżervatezza, inkluż it-tqegħid tagħha fuq il-websajt tad-DĠ Sajd. Il-lista għandha tiġi aġġornata regolarment u l-Kummissjoni għandha tipprovdi sistema awtomatika ta" notifika ta" l-aġġornamenti għall-Istati Membri, l-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd u kull membru tas-soċjetà ċivili li jista" jitlobha. Barra dan, il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-lista ta" Stati li ma jikkooperawx lill-Organizzazzjoni ta" l-Ikel u l-Biedja tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd bl-iskop li titkattar il-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u dawn l-organizzazzjonijiet immirati li jimpedixxu, jiskoraġġixxu u jeliminaw is-sajd IUU.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-Istati li ma jikkooperawx fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea u għandha tieħu kull miżura meħtieġa biex tiżgura l-pubbliċità ta" din il-lista ta" Stati li ma jikkooperawx, inkluż it-tqegħid tagħha fuq il-websajt tad-DĠ Sajd b'mod konsistenti ma" kull rekwiżit applikabbli għall-kunfidenzjalità. Il-lista għandha tiġi aġġornata regolarment u l-Kummissjoni għandha tipprovdi sistema awtomatika ta" notifika ta" l-aġġornamenti għall-Istati Membri, l-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd u kull membru tas-soċjetà ċivili li jista" jitlobha. Barra dan, il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-lista ta" Stati li ma jikkooperawx lill-Organizzazzjoni ta" l-Ikel u l-Biedja tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd bl-iskop li titkattar il-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u dawn l-organizzazzjonijiet immirati li jimpedixxu, jiskoraġġixxu u jeliminaw is-sajd IUU.
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 36 – punt h a (ġdid)
(ha)L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jħallu l-esportazzjoni ta" bastiment li jtajjar il-bandiera tagħhom li jkun fuq il-lista ta" IUU;
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 36 – punt j a (ġdid)
(ja)L-Istati Membri m' għandhom taħt l-ebda ċirkostanza jagħtu appoġġ jew sussidji lil bastimenti IUU.
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 37 – punt h)
h) l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-importaturi, t-trasbordaturi, ix-xerrejja, il-fornituri ta" tagħmir, il-banek, u l-operaturi li joffru servizzi oħrajn, bir-riskji assoċjati mat-tmexxija ta" operazzjonijiet kummerċjali marbutin ma" attivitajiet ta" sajd ma" ċittadini minn dawn l-Istati;
h) Kull Stat membru għandu jinforma lill-importaturi, t-trasbordaturi, ix-xerrejja, il-fornituri ta" tagħmir, il-banek, u l-operaturi li joffru servizzi oħrajn ibbażati fit-territorju tiegħu, bir-riskji assoċjati mat-tmexxija ta" operazzjonijiet kummerċjali marbutin ma" attivitajiet ta" sajd ma" ċittadini minn dawn l-Istati;
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 37 – punt i
i) Il-Kummissjoni għandha tipproponi l-kundanna fil-pubbliku ta" kull ftehim ta" sajd bilaterali eżistenti jew ftehim ta" sħubija ta" sajd ma" dawn l-Istati;
i) il-Kummissjoni għandha tipproponi l-kundanna fil-pubbliku ta" kull ftehim ta" sajd bilaterali eżistenti jew ftehim ta" sħubija ta" sajd ma" l-Istati li ma jikkoperawxfejn it-test tal-ftehima kkonċernata jinkludi impenji fir-rigward tal-ġlieda kontra sajd IUU;
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 41 – punt a
a) l-attivitajiet ikkunsidrati li jikkostitwixxu attivitajiet ta" sajd IUU skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3;
a) l-attivitajiet ikkunsidrati li jikkostitwixxu attivitajiet ta" sajd IUU skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3 u li jidhru fil-lista li hemm fl-Anness (...) dwar ksur serju;
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna naturali li tkun wettqet trasgressjoni serja jew li għaliha persuna ġuridika tinstab ħatja tkun ippenalizzata b'sanzjonijieteffettivi, proporzjonati u dissważivi, li jkunu jinkludu multi ta" massimu ta" mill-anqas EUR 300 000 għal persuni naturali u ta" mill-anqas EUR 500 000 għal persuni ġuridiċi.
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna naturali li tkun wettqet trasgressjoni serja jew li għaliha persuna ġuridika tinstab ħatja jkunu sottoposti għal sanzjonijiet amministrattivaeffikaċji, proporzjonati u dissważivi, fil-forma ta" multi ta" massimu ta" mill-anqas EUR 300 000 għal persuni naturali u ta" mill-anqas EUR 500 000 għal persuni ġuridiċi.
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħżlu li jimponu sanzjonijiet penali kemm-il darba l-ammont ta" sanzjonjiet bħal dawn ikun għallinqas ekwivalenti għal dak tas-sanzjonijiet amministrattivi.
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 45a (ġdid)
Artikolu 45a . Sanzjonijiet oħrajn
Is-sanzjonijiet previsti f'dan il-Kapitolu għandhom ikunu akkumpanjati minn sanzjonijiet jew miżuri oħrajn, b'mod partikolari:
a) projbizzjoni temporanja għal matul ta" l-anqas il-perjodu ta" programmazzjoni, jew projbizzjoni permanenti;
b) ir-rimbors ta" għajnuna pubblika jew sussidji li jkunu rċevew bastimenti IUU matul il-perjodu finanzjarju rilevanti.
– 1.Matul l-ewwel sena wara d-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament, għandhom isiru kontrolli kull sitt xhur sabiex jiġi stabbilit l-istat ta" tħejjija ta" l-Istati Membri ħalli jikkonformaw b'mod sħiħ mad-dispożizzjonijiet tiegħu; f'każ li jiġu identifikati xi każijiet ta' nuqqas ta' konformità, l-Istati Membri jintalbu jagħmlu l-aġġustamenti meħtieġa.