Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0224(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0183/2008

Testi mressqa :

A6-0183/2008

Dibattiti :

PV 04/06/2008 - 26
CRE 04/06/2008 - 26

Votazzjonijiet :

PV 05/06/2008 - 6.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0246

Testi adottati
PDF 425kWORD 125k
Il-Ħamis, 5 ta' Ġunju 2008 - Brussell
Il-protezzjoni ta' ekosistemi tal-baħar vulnerabbli *
P6_TA(2008)0246A6-0183/2008

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' ekosistemi tal-baħar vulnerabbli f'ibħra internazzjonali mill-impatti ħżiena ta' l-irkaptu tas-sajd tal-qiegħ (COM(2007)0605 – C6-0453/2007 – 2007/0224(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0605),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema Artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0453/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0183/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tibdel il-proposta f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  L-identifikazzjoni ta" ekosistemi vulnerabbli tal-baħar f'żoni mhux irregolati minn organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd huwa xogħol li għadu qed isir u l-informazzjoni xjentifika f'dan ir-rigward hija relattivament limitata. Limitu ta" fond għall-użu ta' l-irkaptu tal-qiegħ jipprovdi konfini prekawzjonali protetta għall-qroll u l-isponoż tal-baħar fond fi ħdan il-kolonna ta" l-ilma. Fond ta" 1 000 m jirrappreżenta għażla raġonevoli li tipprovdi livell xieraq ta" protezzjoni u li hu fl-istess ħin kompatibbli mat-tkomplija tas-sajd tal-qiegħ għall-ispeċi tal-qiegħ misjuba ġeneralment f'fond aktar qasir bħall-marlozz u l-klamar. Din ir-restrizzjoni tal-fond hija kompatibbli wkoll ma" l-iżvilupp progressiv, taħt dan ir-regolament, ta" miżuri bbażati fuq iż-żona biex jiġu mħarsa bis-sħiħ is-siti fejn hu magħruf li jinsabu jew li x'aktarx ikun hemm ekosistemi vulnerabbli.
(10)  L-identifikazzjoni ta" ekosistemi vulnerabbli tal-baħar f'żoni mhux irregolati minn organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd huwa xogħol li għadu qed isir u l-informazzjoni xjentifika f'dan ir-rigward hija relattivament limitata.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 12 a (ġdida)
(12a)  Dan ir--regolament jagħti każ tad-direttivi internazzjonali dwar il-ġestjoni tas-sajd tal-qiegħ f'ibħra internazzjonali ta' l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-ikel u l-agrikultura (FAO). Każijiet ta' dubju dwar l-interpretazzjoni ta' dan ir-regolament, għandhom jiġi interpretati fid-dawl tad-direttivi tal-FAO.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Artikolu 1 - paragrafu 1
1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji li jkunu qed iwettqu attivitajiet tas-sajd b'irkaptu tal-qiegħ f'ibħra internazzjonali.
1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji li jkunu qed iwettqu attivitajiet tas-sajd b'irkaptu tal-qiegħ f'ibħra internazzjonali meta dan l-irkaptu jkun f'kuntatt mal-qiegħ tal-baħar waqt it-twettiq abitwali ta' l-attivitajiet tas-sajd.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Artikolu 1, paragrafu 2, punt (a)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(a) taħt ir-responsabbiltà ta" organizzazzjoni jew arranġament reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd bil-kompetenza li jirregola tali attivitajiet tas-sajd;
(a) taħt ir-responsabbiltà ta" organizzazzjoni regjonali għall-ġestjoni tas-sajd bil-kompetenza ġuridika li tirregola tali attivitajiet tas-sajd;
Emenda 6
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt (b)
b) 'ekosistema tal-baħar vulnerabbli' tfisser kull ekosistema tal-baħar li l-istruttura u l-funzjoni speċifika tagħha x'aktarx ikunu, skond l-aqwa informazzjoni xjentifika disponibbli u l-prinċipju prekawzjonali, soġġetti li jiġu kompromessi mill-istress permezz tal-kuntatt fiżiku ma' l-irkaptu tal-qiegħ waqt attivitajiet tas-sajd, inklużi inter alia skollijiet, muntanji tal-baħar, bokok idrotermali, qroll tal-baħar kiesaħ jew qigħan ta" sponoż tal-baħar kiesaħ;
b) 'ekosistema tal-baħar vulnerabbli' tfisser kull ekosistema tal-baħar li l-istruttura u /jew il-funzjonijiet speċifiċi tagħha x'aktarx ikunu kompromessi mill-azzjoni ta" kwalunkwe aġent estern,
Emenda 7
Proposta għal regolament
Artikolu 2, punt (c)
(c) 'irkaptu tal-qiegħ' ifisser xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, ħammiela, għeżul tal-qiegħ, konzijiet tal-qiegħ, u nases.
(c) 'irkaptu tal-qiegħ' ifisser it-tgħamir tas-sajd użat għas-sajd tal-qiegħ u li jmiss mal-qiegħ bħal xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, ħammiela, għeżul tal-qiegħ, konzijiet tal-qiegħ, u nases.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt (b)
(b) l-ispeċi mmirati;
(b) l-ispeċi mmirati u l-ispeċijiet li jistgħu jinqabdu fil-qbid sekondarju;
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 4 - paragrafu 1 - punt (c)
(c) il-fond li fih ikun se jintuża l-irkaptu, u
(c) l-irkapru użat u l-fond li fih se jintuża;
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 4 - paragrafu 1 - punt (d)
(d) il-konfigurazzjoni tal-profil batimetriku ta" qiegħ il-baħar fit-territorji tas-sajd li fihom isiru l-attivitajiet.
(d) il-konfigurazzjoni tal-profil batimetriku ta" qiegħ il-baħar fit-territorji tas-sajd li fihom isiru l-attivitajiet f'dawk il-każijiet fejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li l-bastimenti li jbaħħru taħt il-bandiera tiegħu ikun għad m'għandhomx dan it-tagħrif;
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 4, paragrafu 1, punt (d a) (ġdid)
(d a) kemm se jdumu l-attivitajiet.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – Paragrafu 2
2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu permess tas-sajd speċjali wara li jkunu għamlu valutazzjoni ta" l-impatti potenzjali ta' l-attivitajiet tas-sajd li bi ħsiebu jagħmel il-bastiment u jkunu kkonkludew li tali attivitajiet mhux probabbli li jħallu impatti ħżiena sinifikanti fuq l-ekosistemi tal-baħar vulnerabbli.
2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu permess tas-sajd speċjali wara li jkunu għamlu valutazzjoni ta" l-impatti potenzjali ta' l-attivitajiet tas-sajd li bi ħsiebu jagħmel il-bastiment u jkunu kkonkludew li tali attivitajiet mhux probabbli li jħallu impatti ħżiena sinifikanti fuq l-ekosistemi tal-baħar vulnerabbli. It-tul tal-permss tas-sajd speċjali m'għandux ikun itwal minn dak tal-pjan tas-sajd.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 4– paragrafu 4
4.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw kriterji prekawzjonali fit-twettiq tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. F'każ ta" dubju dwar jekk l-impatti ħżiena humiex sinifikanti jew le, huma għandhom iqisu li l-impatti ħżiena probabbli li jirriżultaw mill-pariri xjentifiċi mogħtija huma sinifikanti. 5.
4.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw kriterji prekawzjonali fit-twettiq tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 6
Artikolu 6
Limiti ta" fond
L-użu ta' l-irkaptu tal-qiegħ f'fond ta" aktar minn 1 000 m għandu jkun projbit.
imħassar
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 7– paragrafu 1
1.  Fejn, waqt l-operazzjonijiet tas-sajd, bastiment tas-sajd jiskopri ekosistema tal-baħar vulnerabbli, hu għandu jieqaf jistad immedjatament, jew jirrinunzja milli jistad fis-sit ikkonċernat. Dan għandu jissokta bl-operazzjonijiet tiegħu biss meta jkun wasal f'sit alternattiv f'distanza minima ta" 5 mili nawtiċi lil hinn mis-sit li fih ikun iltaqa" maż-żona prevista fil-pjan tas-sajd tiegħu msemmi fl-Artikolu 4 (1).
1.  Fejn, minkejja l-miżuri addottati skond l-Artikolu 4, osservatur xjentifiku li jkun abbord bastiment skond l-Artikoli 12, jsib provi biżżejjed li jindikaw li waqt l-operazzjonijiet tas-sajd, bastiment tas-sajd setgħa skopra ekosistema tal-baħar li tista' tkun vulnerabbli, dan il-bastiment għandu jieqaf jistad minnufih, jew jirrinunzja milli jistad fis-sit ikkonċernat. Dan għandu jissokta bl-operazzjonijiet tiegħu biss meta jkun wasal f'sit alternattiv f'distanza minima ta" 5 mili nawtiċi lil hinn mis-sit li fih ikun iltaqa" maż-żona prevista fil-pjan tas-sajd tiegħu msemmi fl-Artikolu 4 (1).
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 7 - paragrafu 2 a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2 a.   Jekk ikun hemm inċertezza sostanzjali dwar il-preżenza ta' ekosistema tal-baħar vulnerabbli, iż-żona għandha titqies bħala ekosistema tal-baħar vulnerabbli sakemm ikun hemm biżżejjed evidenza għall-kuntrarju.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – Paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3.  Il-bastiment tas-sajd għandu jirrapporta kull skoperta ta" ekosistema tal-baħar vulnerabbli lill-awtoritajiet kompetenti bla dewmien, u jagħti informazzjoni preċiża dwar in-natura, il-lokalizzazzjoni, il-ħin u kull ċirkostanza oħra rilevanti.
3.  Il-bastiment tas-sajd għandu jirrapporta kull skoperta bħal din ta" ekosistema tal-baħar vulnerabbli lill-awtoritajiet kompetenti, li, min-naħa tagħhom, għandhom jirrapportaw dan lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kemm jista' jkun malajr, u jagħtu informazzjoni preċiża dwar in-natura, il-lokalizzazzjoni, il-ħin u kull ċirkostanza oħra rilevanti.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 7 - paragrafu 3 a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
3 a.  Is-sejbiet aċċidentali għandhom jiġu reġistrati fuq sistema elettronika għall-immappjar 'online' sabiex tinbena ġabra ta' data permanenti ta' l-ekosistemi tal-baħar vulnerabbli
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 8– paragrafu 1
1.  Abbażi ta" l-aqwa informazzjoni xjentifika disponibbli dwar l-okkorrenza jew dwar il-probabbiltà ta" okkorrenza ta" ekosistemi tal-baħar vulnerabbli fir-reġjun ta' l-operazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd tagħhom, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw iż-żoni li għandhom jingħalqu għas-sajd bl-irkaptu tal-qiegħ. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw dan l-għeluq mingħajr dewmien fir-rigward tal-bastimenti tagħhom u jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 13.
1.  Abbażi ta" l-aqwa informazzjoni xjentifika disponibbli dwar l-okkorrenza jew dwar il-probabbiltà ta" okkorrenza ta" ekosistemi tal-baħar vulnerabbli fir-reġjun ta' l-operazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd tagħhom, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw iż-żoni li għandhom jingħalqu għas-sajd bl-irkaptu tal-qiegħ. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw dan l-għeluq mingħajr dewmien fir-rigward tal-bastimenti tagħhom u għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni dwar dan l-għeluq. Il-Kummissjoni għandha minnufih tgħaddi din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 11
Il-bastimenti tas-sajd Komunitarji msemmija fl-Artikolu 1(1) u li jistadu għal stokkijiet tal-baħar fond għandhom ikunu soġġetti wkoll għar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2347/2002 tas-16 ta" Diċembru 2002.
Il-bastimenti tas-sajd Komunitarji msemmija fl-Artikolu 1(1) u li jistadu għal stokkijiet tal-baħar fond għandhom ikunu soġġetti wkoll għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3, 5, 7 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 2347/2002 tas-16 ta" Diċembru 2002.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – Titolu
Osservaturi
Osservaturi xjentifiċi
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 12– paragrafu 1
1.  Kull Stat Membru għandu jassenja osservaturi xjentifiċi fuq il-bastimenti li jinħarġilhom il-permess tas-sajd speċjali previst fl-Artikolu 3(1). L-osservaturi għandhom josservaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment matul it-twettiq tal-pjan tas-sajd previst fl-Artikolu 4(1).
1.  Bastimenti li jikkostitwixxu kampjun rappreżentattiv ta' dawk li jinħarġilhom permess tas-sajd speċjali previst fl-Artikolu 3(1) mill-Istati Membri għandhom jieħdu abbord osservatur xjentifiku. In-numru totali ta' osservaturi xjentifiċi huwa ffissat mill-Kummissjoni, fuq proposta tal-kumitat xjentifiku, tekniku u ekonomiku tas-sajd, skond iz-zona u t-tip ta' medda ta' sajd. In-numru ta' osservaturi xjentifiċi abbord huwa proporzjonali għan-numru tal-bastimenti ta' kull Stat Membru li jinħarġilhom permess speċjali tas-sajd. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm rotazzjoni adegwata ta' l-osservaturi xjentifiċi bejn id-diversi bastimenti wara kull kampanja tas-sajd. L-osservaturi xjentifiċi għandhom iwettqu l-monitoraġġ kollu ta' l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment matul it-twettiq tal-pjan tas-sajd previst fl-Artikolu 4(1) u, b'mod partikolari għandom iwettqu l-kompiti definiti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 12 - paragrafu 3 a (ġdid)
3a L-osservatur xjentifiku għandu jkun indipendenti kemm mill-bastiment kif ukoll mill-intrapriża li huwa jkun qed josserva. Huwa m'għandu jkollu l-ebda interess finanzjarju jew ta' tip ieħor f'dan il-bastiment jew f'din l-intrapriża. L-osservatur m'għandux ikollu preċedenti ta" reati kriminali serji, u jrid ikollu livell biżżejjed ta" tagħrif dwar metodi ta" sajd f'baħar fond u dwar l-ispeċi u l-ekosistemi mmirati.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 13 (1) (a a) (ġdid)
(a a)  L-impatti ta" l-attivitajiet tas-sajd skond l-Artikolu 4 (2);
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 13– paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-informazzjoni li jkun fih ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 lill-korpi xjentifiċi rilevanti bla dewmien.
2.  Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-informazzjoni li jkun fih ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 lill-korpi xjentifiċi rilevanti bla dewmien, kif ukoll lill-Istati Membri li jitolbu din l-informazzjoni.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artujiky 14 - titolu
Segwitu
Reviżjoni
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 14
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta" dan ir-Regolament qabel it-30 ta" Ġunju 2010. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat fejn ikun meħtieġ bi proposti għall-emendar ta" dan ir-Regolament.
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta" dan ir-Regolament qabel it-30 ta" Ġunju 2009. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat fejn ikun meħtieġ bi proposti għall-emendar ta" dan ir-Regolament.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 15, paragrafu 1
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba" jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tletin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.
Avviż legali - Politika tal-privatezza