Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0097(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0037/2008

Testi mressqa :

A6-0037/2008

Dibattiti :

PV 20/05/2008 - 13
CRE 20/05/2008 - 13

Votazzjonijiet :

PV 21/05/2008 - 5.6
CRE 21/05/2008 - 5.6
PV 05/06/2008 - 6.9
CRE 05/06/2008 - 6.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0249

Testi adottati
PDF 595kWORD 294k
Il-Ħamis, 5 ta' Ġunju 2008 - Brussell
It-twaqqif ta' regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank (tfassil mill-ġdid) ***I
P6_TA(2008)0249A6-0037/2008
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat
 Anness
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank (tfassil mill-ġdid) (COM(2007)0264 – C6-0147/2007 – 2007/0097(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0264),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251 (2) u l-Artikolu 71 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0147/2007),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 għal użu iktar strutturat tat-teknika tat-tfassil mill-ġdid ta' l-atti ġuridiċi(1),

–   wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali ta" l-20 ta" Novembru 2007, skond l-Artikolu 80a(3) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0037/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata hawn taħt u kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Ġunju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li dwar it-twaqqif ta' regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 (tfassil mill-ġdid)
P6_TC1-COD(2007)0097

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni║,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali(1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilta fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3),

Billi:

(1)  Għadd sostanzjali ta' bidliet għandhom isiru fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92 tas-16 ta' Marzu 1992 dwar regoli komuni għat-trasport internazzjonali ta" passiġġieri bil-coach u bix-xarabank(4) u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 12/98 tal-11 ta' Diċembru 1997 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi nazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq fi Stat Membru(5). Dawk ir-Regolamenti għandhom jinkitbu mill-ġdid f'regolament waħdieni fl-interess taċ-ċarezza u s-simplifikazzjoni.

(2)  L-istabbiliment ta' politika komuni ta' trasport jinkludi, inter alia, li jiġu stabbiliti regoli komuni applikabbli għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri bit-triq kif ukoll il- kundizzjonijiet li taħthom trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi nazzjonali ta' trasport fi Stat Membru.

(3)  Biex jiġi żgurat qafas koerenti għat-trasport internazzjonali tal-passiġġiera bil-kowċ u x-xarabank madwar il-Komunità dan ir-Regolament għandu japplika għat-trasport internazzjonali kollu fit-territorju tal-Komunità. It-trasport mill-Istati Membri lejn pajjiżi terzi għadu xorta waħda fil-biċċa l-kbira kopert minn ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri u dawk il-pajjiżi terzi. Għaldaqstant, dan ir-Regolament m'għandhiex tapplika dik il-parti tal-vjaġġ fit-territorju ta" l-Istat Membru minn fejn irikkbu jew iniżżlu sakemm l-ftehimiet neċessarji bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi kkonċernati ma jkunux ġew konklużi. Madankollu, għandu jkun applikabbli għat-territorju ta" Stat Membru ta" tranżitu.

(4)  Il-libertà biex jiġu pprovduti servizzi tikkostitwixxi prinċipju bażiku tal-politika komuni ta" trasport u teħtieġ li trasportaturi mill-Istati Membri kollha jkunu garantiti aċċess għas-swieq ta" trasport internazzjonali mingħajr diskriminazzjoni fuq bażijiet ta" ċittadinanza jew post ta" stabbiliment.

(5)  It-trasport internazzjonali tal-passiġġiera bil-kowċ u x-xarabank jista" jsir bil-kundizzjoni tal-pussess ta' liċenzja Komunitarja. It-trasportaturi huma meħtieġa li jżommu kopja awtentikata tal-liċenzja Komunitarja abbord ta" kull vettura tagħhom sabiex jiffaċilitaw il-kontrolli effettivi mill-korpi ta" l-infurzar, speċjalment f'dawk barra l-Istati Membri fejn it-trasportatur ikun stabbilit. Għandhom jiġu stipulati l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-kwistjonijiet tal-liċenzji Komunitarji, il-perjodi ta" validità u r-regoli dettaljati għall-użu tagħhom. Huwa meħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet fir-rigward tad-disinn u l-elementi l-oħra tal-liċenzja Komunitarja u l-kopji awtentikati.

(6)  Għandu jkun hemm dispożizzjoni għal arranġamenti flessibbli soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet għal servizzi regolari speċjali u ċerti servizzi okkażjonali, sabiex tkun sodisfatta d-domanda tas-suq.

(7)   Dan ir-Regolament ma għandux japplika la għat-trasportaturi li għandhom aċċess biss għas-suq nazzjonali tagħhom tas-servizzi tat-trasport bil-kowċ u x-xarabank u lanqas għal-liċenzji maħruġa għal dawk it-trasportaturi mill-Istati Membri ta' l-istabbiliment.

(8)  Filwaqt li jinżammu arranġamenti ta' awtorizzazzjoni għal servizzi regolari ċerti regoli għandhom jiġu emendati, b'mod partikolari fir-rigward ta' proċeduri ta' awtorizzazzjoni.

(9)  L-awtorizzazzjoni tas-servizzi regolari għandha għalhekk tinħareġ sakemm ma jkunx hemm raġunijiet ċari u speċifiċi għar-rifjut marbuta ma' l-applikant. Għandu jibqa' raġuni waħda biss għar-rifjut marbuta mas-suq rilevanti, dik li s-servizz li għalih saret l-applikazzjoni jeffettwa serjament l-vijabbiltà ta' servizz kumparabbli mħaddem taħt obbligu ta' servizz pubbliku fit-taqsimiet diretti kkonċernati.

(10)  Trasportaturi mhux residenti għandhom jitħallew joperaw ċerti servizzi nazzjonali bit-triq tal-passiġġiera, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi ta' kull forma ta' servizz.

(11)  Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 riġward id-dħul ta' ħaddiema fil-qafas tal-provvista ta' servizzi(6) japplikaw fil-każi fejn, għall-provvista ta' servizzi regolari speċjali, it-trasportaturi, il-ħaddiema postali, li għandhom kull relazzjoni ta' impjegati ma' dawk it-trasportaturi, mill-Istati Membri fejn dawn normalment jaħdmu.

(12)  Fejn jidħlu s-servizzi regolari, huma biss is-servizzi regolari provduti bħala parti minn kull servizzi regolari internazzjonali, minbarra s-servizzi urbani u suburbani, li għandhom ikunu kondizzjonati għal trasportaturi mhux residenti , bla ħsara għal ċerti kundizzjonijiet, u b'mod partikolari għal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-Istat Membru li jospita.

(13)  Hu mixtieq li l-Istati Membri għandhom jagħtu lil xulxin assistenza reċiproka oħra bil-għan li jiġi applikat kif xieraq dan ir-Regolament.

(14)  Formalitajiet amministrattivi għandhom jitnaqqsu kemm jista' jkun mingħajr l-abbandun tal-kontrolli u l-pieni li jiggarantixxu l-applikazzjoni korretta u infurzar effettiv ta' dan ir-Regolament. Għal dan il-għan ir-regoli eżistenti dwar l-irtirar tal-liċenzja Komunitarja għandhom jiġu ċċarati u msaħħa. Ir-regoli attwali għandhom jiġu adattati biex jippermettu s-sanzjonar effettiv ta' ksur serjuimwettaq fi Stati Membri li ma jkunx l-Istat Membru ta' l-istabbilment. Il-pieni m'għandhomx ikunu diskriminatorji u għandhom ikunu fi proporzjon tal-gravità tal-ksur. Għandu jkun hemm il-possibiltà li jsir appell fir-rigward ta' kwalunkwe piena imposta. 

(15)  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fir-reġistru nazzjonali tagħhom ta" l-impriżi tat-trasport bit-triq kull ksur serju ▌mwettaq mit-trasportaturi u li wasslu għall-impożizzjoni ta' pieni.

(16)  Sabiex jissaħħaħ u jiġi faċilitat l-iskambju ta" l-informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti permezz tal-punti nazzjonali ta" kuntatt imwaqqfa skond ir-Regolament (KE) Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati fit-twettiq tax-xogħol ta' operatur tat-trasport bit-triq(7).

(17)  Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta" dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta" Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni(8).

(18)  B'mod partikolari il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tistabilixxi l-format ta" ċerti dokumenti li għandhom jintużaw biex jiġi applikat dan ir-Regolament u biex l-Anness I jiġi aġġornat mal-progress tekniku. Billi dawk il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u huma maħsuba li jemendaw elementi mhux essenzjali ta" dan ir-Regolament, inter alia billi jżidu miegħu elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(19)  Għal raġunijiet ta" effiċjenza, il-limiti ta" żmien normali għall-proċedura regolatorja bi skrutinju għandhom jiġu limitati għall-adozzjoni ta" dawk il-miżuri.

(20)  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jimplimentaw dan ir-Regolament, partikolarment f'dak li jirrigwarda l-pieni effettivi, proporzjonati u diswassivi.

(21)  Billi l-għanijiet ta" l-azzjoni li għandha tittieħed ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għandhekk jistgħu, minħabba raġuni ta" l-iskala u l-effetti ta" l-azzjoni, jintlaħqu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista" tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta" sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hin milli hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(22)  Sabiex jiġu inkoraġġiti l-ġiti bil-kowċis speċifikament għal turisti bi dħul baxx u jiġi promoss it-turiżmu fir-reġjuni, jeħtieġ li terġa' tiddaħħal ir-regola ta' 12-il ġurnata għal vjaġġi bir-ritorn bil-kowċ kif innutat mill-Parlament Ewropew fil-paragrafu 78 tar-Riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Novembru 2007 dwar Politika mġedda ta" l-UE dwar it-Turiżmu: Lejn sħubija aktar b'saħħitha għat-Turiżmu Ewropew(9). Għal din ir-raġuni ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006, dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq(10), għandha tiġi estiża kif meħtieġ,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Skop

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri bil-coach u bix-xarabank ġewwa t-territorju tal-Komunità minn trasportaturi għall-kiri jew għall-ħlas jew trasportaturi indipendenti stabbiliti fi Stat Membru skond il-liġi tiegħu, bl-użu ta' vetturi li huma rreġistrati f'dak l-Istat Membru u huma adegwati, permezz tal-kostruzzjoni u t-tagħmir tagħhom, biex jittrasportaw aktar minn disa' persuni, inkluż ix-xufier, u huma hekk intiżi, u għall-moviment ta' dawn il-vetturi vojta in konnessjoni ma' dan it-trasport.

Il-bdil ta' vettura jew interruzzjoni ta' trasport biex ikun possibbli li parti mill-vjaġġ li għandu jsir b'mezz ieħor ta' trasport ma jaffettwax l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.  Fil-każ ta' trasport minn Stat Membru lejn pajjiż mhux membru u viċi versa, dan ir-Regolament għandu japplika għal l-parti tal-vjaġġ fit-territorju ta" l-Istati Membri ta" tranżitu li jgħaddi minnhom. Mhux applikabbli għal dik il-parti mill-vjaġġ fit-territorju ta' l-Istat Membru li jiġbor jew iniżżel, sakemm il- ftehim neċessarju bejn il-Komunità u l-pajjiż terz ikkonċernat ma jkunx ġie konkluż.

3.  Fl-istennija tal-konklużjoni tal-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 2 bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi kkonċernati, dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa dispożizzjonijiet li jirrelataw mat-trasport minn Stat Membru ta' pajjiż terz u viċeversa kontenut fil-ftehimiet bilaterali konklużi bejn l-Istati Membri ma' dawk il-pajjiżi terzi. Madanakollu, l-Istati Membri għandhom jadattaw dak il-ftehim biex jiżguraw konformità mal-prinċipju ta' nuqqas ta' diskriminazzjoni bejn trasportaturi Komunitarji.

4.  Dan ir-regolament għandu japplika għas-servizzi nazzjonali bit-triq tal-passiġġiera bil-kiri jew b'kumpens fuq bażi temporanja minn trasportatur mhux residenti kif ipprovdut fil-Kapitolu V.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

   a) "servizzi regolari" tfisser servizzi li jipprovdu għall-ġarr tal-passiġġieri f'intervalli speċifikati f'rotot speċifiċi, filwaqt li l-passiġġieri jitrikkbu u jitniżżlu f'punti ta' waqfien predeterminati;
   b) "servizzi regolari speċjali" tfisser servizzi regolari, organizzati minn min ikun, li jipprovdu għat-trasport ta' kategoriji speċifikati ta' passiġġieri bl-esklużjoni ta' passiġġieri oħrajn;
   c) "servizzi okkażjonali" tfisser servizzi li ma jaqgħux fl-ambitu tad-definizzjoni ta' servizzi regolari, inklużi s-servizzi regolari speċjali u li l-karatteristika ewlenija tagħhom hija li dawn iġorru gruppi ta' passiġġieri maħluqa fuq l-inizjattiva tal-klijent jew tat-trasportatur innifsu;
  d) "operazzjonijiet tat-trasportgħal rashom" tfisser operazzjonijiet li jsiru għal skopijiet mhux kummerċjali u mhux bi qligħ minn persuna fiżika jew ġuridika fejn 
   l-attività tat-trasport tkun biss attività anċillari għal dik il-persuna naturali jew legali,
   il-vetturi wżati jkunu l-proprjeta ta' dik il-persuna naturali jew legali jew ikunu ġew akkwistati b'xiri fit-tul minnhom jew ikunu suġġetti għal kuntratt ta' kiri fit-tul u jkunu misjuqa minn membru tal-persunal tal-persuna naturali jew legali jew mill-persuna naturali nfisha;
   e) "operazzjonijiet ta" kabotaġġ" tfisser servizzi nazzjonali bit-triq tal-passiġġiera għall-kiri u kumpens imwettqa fuq bażi temporanja minn trasportatur fi Stat Membru ospitanti;

(f)  "Stat Membru ospitanti" tfisser Stat Membru ieħor fejn l-operatur ikun jopera barra dan l-Istat Membru fejn it-trasportatur ikun stabbilit;

   g) "ksur serju ▌tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq" tfisser ksur li, wara li jkunu nġiebu quddiem qorti, jista' jwasslu għat-telf tal-kondotta tajba skond l-Artikolu 6(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru .../2008 [li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati fit-twettiq tax-xogħol ta' operatur tat-trasport bit-triq].

Artikolu 3

Il-libertà li jiġu provduti servizzi

1.  Kull trasportatur għal kiri jew għal ħlas imsemmi fl-Artikou 1 għandu skond dan ir-Regolament jitħalla jagħti servizzi regolari inkluż servizzi regolari speċjali u servizzi okkażjonali bil-kowċ jew xarabank mingħajr diskriminazzjoni dwar ċittadinanza jew post ta' stabbiliment jekk:

   a) ikun awtorizzat fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit biex jidħol għat-trasport permezz ta' servizzi regolari inklużi servizzi regolari speċjali jew servizzi okkażjonali bil-kowċ u x-xarabank skond il-kundizzjonijiet ta' aċċess għas-suq stabbiliti bil-leġiżlazzjoni nazzjonali;
   b) jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti skond ir-regoli Komunitarji dwar dħul għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport ta' passiġġieri tat-triq f'operazzjonijiet ta' trasport nazzjonali u internazzjonali;
   c) jissodisfa l-ħtiġiet legali rigward l-istandards għal xufiera u vetturi kif stipulat, partikolarment fid-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE ta' l-10 ta' Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta' apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta' vetturi tal-mutur fil-Komunità(11), id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali(12), u d-Direttiva tal-Kunsill 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiggieri(13).

2.  Kull trasportatur għal rasu msemmi fl-Artikolu 1 għandu jitħalla jagħti s-servizzi ta' trasport definiti fl-Artikolu 5(5) mingħajr diskriminazzjoni għaċ-ċittadinanza jew għall-post ta' stabbiliment jekk ikun:

   a) awtorizzat fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit jieħu fuqu t-trasport bil-kowċ u bix-xarabank skond il-kundizzjonijiet ta' aċċess għas-suq stabbiliti bil-leġiżlazzjoni nazzjonali;
   b) jissodisfa r-rekwiżiti legali rigward l-istandards għal xufiera u vetturi kif stipulat, partikolarment fid-Direttivi 92/6/KEE, 96/53/KE u 2003/59/KE. 

Kapitolu II

 Il-liċenzja Komunitarja u l-aċċess għas-suq 

Artikolu 4

Il-liċenzja Komunitarja

1.  It-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank, għandu jsir skond il- liċenzja Komunitarja maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-istabbiliment.

2.  L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-istabbiliment għandhom joħorġu lid-detentur l-oriġinali tal-liċenzja Komunitarja, li għandha tinżamm mit-trasportatur, u għandhom joħorġu wkoll l-għadd ta' kopji awtentikati li jikkorrispondu ma' l-għadd tal-vetturi wżati għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri għad-dispożizzjoni tad-detentur tal-liċenzja Komunitarja, jew f'pussess assolut, jew f'forma oħra, b'mod speċjali bis-saħħa ta' kuntratt ta' xiri bin-nifs, kuntratt ta' kiri jew kuntratt twellija.

Il-liċenzja Komunitarja u l-kopji awtentikati għandhom ikunu fil-format stipulat fl-Anness I.

Dawn għandhom juru timbru jew siġill mill-awtorità tal-ħruġ kif ukoll firma u numru tas-serje. In-numri tas-serje tal-liċenzja Komunitarja u l-kopji awtentikati għandhom jiġu reġistrati fir-reġistru elettroniku nazzjonali ta" l-impriżi tat-trasport bit-triq previst fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru .../2008 [li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati fit-twettiq tax-xogħol ta operatur tat-trasport bit-triq] bħala parti mill-ġabra tad-dejta tat-trasportatur.

Il-Kummissjoni għandha tadatta l-Anness I għall-progress tekniku. Billi dawn il-miżuri huma mafassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2).

3.  Il-liċenzja Komunitarja għandha tiġi stabbilita f'isem it-trasportatur u ma tistax tiġi trasferita. Kopja awtentika tal-liċenzja Komunitarja għandha tinżamm fuq il-vettura u għandha tiġi ppreżentata malli tintalab minn uffiċjal ta' l-ispettorat awtorizzat.

4.  Il-liċenzja Komunitarja għandha tinħareġ għal perjodu ta' ħames snin li jistgħu jiġġeddu.

Liċenzji Komunitarji u kopji ċertifikatiawtentiċi maħruġa qabel id-data ta" l-applikazzjoni ta" dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi sa dak inhar li jiskadu.

5.  Meta tiġi mressqa applikazzjoni għal liċenzja, u ta' lanqas kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-istabbiliment għandhom jivverifikaw jekk it-trasportatur ikunx konformi u jibqax ikun konformi mal-kundizzjonijiet kif stabbiliti fl-Artikolu 3(1).

6.  Meta l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1) ma jiġux osservati, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-istabbiliment għandhom jirrifutjaw li joħorġu jew iġeddu jew għandhom jirtiraw liċenzja Komunitarja permezz ta' deċiżjoni b'raġunijiet.

7.  L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu d-dritt ta' l-applikant, jew tad-detentur, tal-liċenzja Komunitarja għall-appell kontra d-deċiżjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-istabbiliment li jirrifjuta jew jirtira l-liċenzja.

8.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-liċenzja Komunitarja għandha tkun valida wkoll għal operazzjonijiet ta' trasport nazzjonali.

Artikolu 5

L-aċċess għas-suq

1.  Is-servizzi regolari jkunu miftuħin għal kulħadd, soġġetti, meta jkun il-każ, għal prenotazzjoni ta' bilfors.

Għandu jkollhom bżonn awtorizzazzjoni skond id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III.

In-natura regolari tas-servizz ma tiġix effettwata minn xi aġġustament fil-kundizzjonijiet operattivi tas-servizz.

L-organizzazzjoni ta' servizzi paralleli jew temporanji, li jservu l-istess pubbliku bħas-servizzi regolari eżistenti, l-użu ta' vetturi addizzjonali u intervalli iqsar, in-non-serving ta' ċerti waqfiet u s-servizz ta' waqfiet addizzjonali fuq is- servizzi regolari eżistenti għandhom ikunu rregolati mill-istess regoli bħal għas-servizzi regolari eżistenti.

2.  Servizzi regolari speċjali għandhom jitħaddmu skond il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1. Huma għandhom jinkludu:

   a) it-trasport ta' ħaddiema bejn id-dar u x-xogħol,
   b) it-trasport lejn u mill-istituzzjoni edukattiva għal tfal ta' l-iskola u studenti.

Il-fatt li servizz speċjali jista' jiġi mibdul skond il-ħtiġiet ta' l-utenti m'għandux jaffettwa l-klassifika tiegħu bħala servizz regolari.

Is-servizzi regolari speċjali m'għandhomx bżonn l-awtorizzazzjoni jekk dawn ikunu koperti b'kuntratt konkluż bejn l-organizzatur u t-trasportatur.

3.  Is-servizzi okkażjonali ma għandhomx bżonn l-awtorizzazzjoni.

Madankollu, l-organizzazzjoni ta' servizzi paralleli jew temporanji komparabbli ma' servizzi regolari eżistenti u li jaqdu lil l-istess pubbliku bħal dawn ta' l-aħħar għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni skond il-proċedura stabbilita Kapitolu III.

Is-servizzi okkażjonali m'għandhomx jieqfu milli jibqgħu servizzi okkażjonali biss minħabba li jkunu provduti f'ċerti intervalli.

Servizzi okkażjonali jistgħu jingħataw minn grupp ta' trasportaturi li jaġixxi għan-nom ta' l-istess kuntrattur, u dawk li jivvjaġġaw jistgħu jaqbdu konnessjoni fi triqithom, ma' trasportatur differenti ta' l-istess grupp, fit-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-proċeduri għat-trażmissjoni ta' l-ismijiet ta' dawn it-trasportaturi u l-punti ta' kuntatt en route lejn l-awtoritajiet kompetenti ta" l-Istati Membri kkonċernati. Ladarba dawn il-miżuri huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2).

4.  Il-vjaġġi battala minn vetturi b'konessjoni ma' l-operazzjonijiet tat-trasport imsemmija fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu, u fil-paragrafu 3 bl-istess mod m'għandhomx bżonn ta' l-awtorizzazzjoni.

5.  Operazzjonijiet ta' trasport għalrashom għandhom ikunu eżentati minn kull sistema ta' awtorizzazzjoni iżda għandhom ikunu soġġetti għal sistema ta' ċertifikati fl-Artikolu 2(d).

Iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu mill- awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih il-vettura tkun reġistrata u għandhom ikunu validi għall-vjaġġ kollu inkluż it-tranżitu.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-format taċ-ċertifikati. Ladarba dawn il-miżuri huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2).

Kapitolu III

Servizzi regolari soġġetti għall-awtorizzazzjoni

Artikolu 6

In-natura ta' l-awtorizzazzjoni

1.  Awtorizzazzjonijiet għandhom jinħarġu f'isem it-trasportatur . Dawn ma għandhomx jiġu trasferiti minn din ta' l-aħħar lil partijiet terzi. Madanakollu, trasportatur li jkun irċieva awtorizzazzjoni jista', bil-kunsens ta' l-awtorità msemmija fl-Artikolu 7(1), jopera s-servizz permezz ta' subkuntrattur. F'dan il-każ, l-isem ta' l-intrapriża ta' l-aħħar u r-rwol tagħha bħala sub-kuntrattur għandhom jiġu ndikati fl-awtorizzazzjoni. Is-subkuntrattur għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1).

Fil-każ ta' impriżi assoċjati bl-iskop li jiġi operat servizz regolari, l-awtorizzazzjoni għandha tinħareġ f'isem l-impriżi kollha. Din għandha tingħata lill- impriża li timmaniġġa l-operazzjoni u kopji għandhom jingħataw lill-oħrajn. L-awtorizzazzjoni għandha tagħti l-ismijiet ta' l-operaturi kollha.

2.  Il-perjodu tal-validità ta' awtorizzazzjoni ma għandux jiskorri l-ħames snin. Dan jista' jiġi stabbilit jew fuq talba ta' l-applikant jew permezz ta' kunsens reċiproku ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri li fit-territorju tagħhom il-passiġġieri jinġabru jew jitniżżlu.

3.  L-awtorizzazzjonijiet għandhom jispeċifikaw dan li ġej:

   a) it-tip ta' servizz;
   b) ir-rotta tas-servizz, fejn jingħata b'mod partikolari il-post ta' tluq u l-post ta' destinazzjoni;
   c) il-perjodu ta' validità ta' l-awtorizzazzjoni;
   d) il-waqfiet u l-iskeda tal-ħinijiet.

4.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-format ta' l-awtorizzazzjonijiet. Ladarba dawn il-miżuri huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2).

5.  L-awtorizzazzjonijiet għandhom jintitolaw lid-detentur(i) biex joperaw servizzi regolari fit-territorji ta' l-Istati Membri kollha li minnhom jgħaddu r-rotot tas-servizz.

6.  L-operatur ta' servizz regolari jista' juża vetturi addizzjonali biex ilaħħaq ma' sitwazzjonijiet temporanji u eċċezzjonali. Huwa għandu jinforma lill-Istat Membru li minnu jkun se jsir it-tluq, bir-raġunijiet għal din is-sitwazzjoni temporanja u eċċezzjonali.

F'dan il-każ, it-trasportatur għandu jiżgura li d-dokumenti li ġejjin ikunu fil-vettura:

   a) kopja ta' l-awtorizzazzjoni tas-servizz regolari;
   b) kopja tal-kuntratt bejn l-operatur tas-servizz regolari u l-impriża li tkun tipprovdi l-vetturi addizzjonali jew dokumnet ekwivalenti;
   c) kopja tawtentikata tal-liċenzja Komunitarja maħruġa lill-operatur tas-servizz regolari.

7.  L-Istati Membri jistgħu ma japplikawx il-proċedura ta' awtorizzazzjoni, għass-servizzi regolari transkonfinali li ma jmorrux lil hinn minn 50 km mill-fruntiera. Huma għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni kif ukoll lill-pajjiżi ġirien.

Artikolu 7

Is-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni

1.  L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-servizzi regolari għandhom jiġu mressqa lejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ikun jinsab il-post tat-tluq.

2.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-format ta' l-applikazzjonijiet. Ladarba dawn il-miżuri huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2).

3.  Il-persuni li japplikaw għall-awtorizzazzjoni għandhom jipprovdu kull informazzjoni oħra li jikkunsidraw li tista' tkun relevanti jew li tkun ġiet mitluba mill-awtorità awtorizzanti, b'mod partikolari skeda tas-sewqan biex tagħmilha possibli li tiġi monitorjata l-konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar is-sewqan u l-perjodi tal-mistrieħ u kopja tal-liċenzja Komunitarja għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bit-toroq għal kiri jew kumpens kif provdut fl-Artikolu 4.

Artikolu 8

Proċedura ta' awtorizzazzjoni

1.  L-awtorizzazzjonijiet għandhom jinħarġu bi ftehim ma' l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri kolllha li fit-territorju tagħhom jitrikkbu jew jitniżżlu l-passiġġieri. L-awtorità awtorizzanti għandha tibgħat lil dawn l-awtoritajiet, kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri li t-territorji tagħhom jiġu traversati mingħajr ma l-passiġġieri jitrikkbu jew jitniżżlu, kopja ta' l-applikazzjoni, flimkien ma" kopji ta' xi dokumenti relevanti oħra, u l-valutazzjoni tagħha.

2.  L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri li l-qbil tagħhom ikun ġie mitlub, għandhom jgħarrfu lill-awtorità awtorizzanti dwar id-deċiżjoni tagħhom rigward l-applikazzjoni fi żmien xahrejn. Dan iż-żmien stipulat għandu jiġi kkalkulat mid-data tal-wasla tat-talba għal ftehim kif tkun tidher fl-ittra li tirrikonoxxi li waslet. Jekk l-awtorità awtorizzanti ma tirċievi ebda tweġiba fi żmien xahrejn l-awtoritajiet ikkonsultati għandhom jitqiesu li jkun taw il-kunsens tagħhom u l-awtorità awtorizzanti tista" toħroġ l-awtorizzazzjoni.

3.  L-awtorità awtortizzanti għandha tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni fi żmien tliet xhur mid-data tas-sottomissjoni ta' l-applikazzjoni mit-trasportatur.

4.  L-awtorizzazzjoni għandha tingħata sakemm:

   a) l-applikant ikun inkapaċi li jipprovdi s-servizz li jkun is-suġġett ta' l-applikazzjoni b'tagħmir li jkollu direttament għad-dispożizzjoni tiegħu;
   b) fl-imgħoddi l-applikant ma jkunx qagħad għall-leġiżlazzjoni nazzjonali u internazzjonali dwar it-trasport bit-toroq u b'mod partikolari għall-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li għandhom x'jaqsmu ma' l-awtorizzazzjonijiet għas-servizzi stradali internazzjonali tal-passiġġieri ▌b'mod partikolari fir-rigward tar-regoli applikabbli għal vetturi kif ukoll għal sewqan u perijodi ta' mistrieħ tax-xufiera, liema ksur wassal għal telf tar-reputazzjoni tajba fit-tifsira tar-Regolament (KE) Nru .../2008 [li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq];
   c) fil-każ ta' applikazzjoni għat-tiġdid ta' l-awtorizzazzjoni, il-kundizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni ma jkunux ġew osservati;
   d) l-Istat Membru jiddeċiedi fuq il-bażi ta' analiżi dettaljat li is-servizz ikkonċernat se jaffettwa serjament il-vijabilità tas-servizz komparabbli, imħaddem b'kuntratt pubbliku li jistipula obbligu ta" servizz pubbliku, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007║dwar is-servizz tat-trasport pubbliku tal-passiġġiera bil-ferrovija u bit-triq║(14) fuq is-sezzjonijiet diretti kkonċernati.

Il-fatt li trasportatur joffri prezzijiet orħos minn dawk offruti minn trasportatur bit-triq oħra jew il-fatt li r-rotta f'dak il-każ tkun diġa mħaddma minn trasportaturi bit-triq oħra ma għandux minnu nnifisu jikkostitwixxi ġustifikazzjoni biex tiġi miċħuda l-applikazzjoni.

5.  L-awtorità awtorizzanti u l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kollha nvoluti fil-proċedura biex jintlaħaq il-qbil provdut fil-paragrafu 1 jistgħu jiċħdu l-appikazzjonijiet biss fuq il-bażi tar-raġunijiet previsti f'dan ir-Regolament.

6.  Wara li tkun temmet il-proċedura stabbilità f'dan il-paragrafi 1 sa 5, l-awtorità awtorizzanti għandha jagħti l-awtorizzazzjoni jew ir-rifjut formali ta" l-applikazzjoni.

Id-deċiżjonijiet li jirrifjutaw applikazzjoni għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li impriżi tat-trasport jingħataw l-opportunità li jagħmlu rappreżentazzjonijiet fl-eventwalità li l-applikazzjoni tagħhom tiġi rifjutata.

L-awtorità awtorizzanti għandha tinforma lill-awtoritaitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 dwar id-deċiżjoni tagħha, filwaqt li tibgħatilhom kopja ta' xi awtorizzazzjoni. 

7.  Jekk il-proċedura biex jintlaħaq il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 ma tagħmilhiex possibli li l-awtorità awtorizzanti tiddeċiedi dwar applikazzjoni, il-kwistjoni tista' tiġi riferuta lill-Kummissjoni fiż-żmien stipulat ta' xahar ikkalkulat mid-data tal-komunikazzjoni tad-deċiżjoni negattiva minn Stat Membru wieħed jew aktar ikkonsultata skond il-paragrafu 1.

8.  Wara li tkun ikkonsultat l-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni għandha fi żmien għaxar ġimgħat minn meta tirċievi l-komunikazzjoni mill-awtorità awtorizzanti tieħu deċiżjoni li tidħol fis-seħħ wara tletin jum min-notifika lill- Istat Membru kkonċernat.

9.  Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tibqa" fis-seħħ sa dak iż-żmien meta jintlaħaq qbil bejn l-Istati Membri kkonċernati.

Artikolu 9

It-tiġdid u l-modifika ta' l-awtorizzazzjoni

L-Artikolu 8 għandu japplika, mutatis mutandis, għal applikazzjonijiet għat-tiġdid ta' l-awtorizzazzjonijiet jew għall-alterazzjoni tal-kundizzjonijiet li taħthom għandhom jitwettqu s-servizzi soġġetti għal awtorizzazzjoni.

Fil-każ ta' alterazzjoni minuri għall-kundizzjonijiet ta' l-operazzjoni, b'mod partikolari aġġustament 1 ta" intervalli ta' tariffi u orarji, l-awtorità li tagħti awtorizzazzjoni teħtieġ biss li tagħti lill-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati informazzjoni marbuta ma' l-alterazzjoni .

L-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiftiehmu li l-awtorità awtorizzanti weħidha tiddeċiedi dwar l-alterazzjonijiet għall-kundizzjonijiet li taħthom huwa rregolat servizz.

Artikolu 10

Skadenza ta' awtorizzazzjoni

1.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007║, awtorizzazzjoni għal servizz regolari għandha tiskadi fl-aħħar tal-perjodu ta' validità tagħha jew tlett xhur wara li l-awtorità awtorizzanti tirċievi mid-detentur tagħha notifika ta' l-intenzjoni tiegħu li jirtira s-servizz. Din in-notifika għandu jkollha dikjarazzjoni xierqa tar-raġunijiet.

2.  Meta d-domanda għal servizz tieqaf teżisti, il-perjodu ta" notifika previst fil-paragrafu 1 għandu jkun għal xahar.

3.  L-awtorità li tagħti awtorizzazzjoni għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati li l-awtorizzazzjoni tkun skadiet.

4.  Id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni għandu jinnotifika lil utenti tas-servizz ikkonċernati bl-irtirar tiegħu xahar qabel permezz ta' pubbliċità xierqa .

Artikolu 11

Obbligi tat-trasportaturi

1.  Ħlief fil-każ ta' force majeure, l-operatur ta' servizz regolari għandu, sakemm tiskadi l-awtorizzazzjoni, jieħu l-miżuri kollha biex jiggarantixxi servizz ta' trasport li jissodisfa l-istandards ta' kontinwità, regolarità u kapaċità u jikkonforma ma' kundizzjonijiet oħrajn stabbiliti mill-awtorità kompetenti skond l-Artikolu 6(3).

2.  It-trasportatur għandu juri r-rotta tas-servizz, il-bus stops, l-orarju, it-tariffi u l-kundizzjonijiet tat-trasport b'mod li jiġi żgurat li din l-informazzjoni tkun disponibbli malajr għall-utenti kollha.

3.  Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 ║, għandu jkun possibbli għall-Istati Membri kkonċernati, permezz ta' ftehim komuni u bi ftehim mid-detentur ta' l-awtorizzazzjoni, li jsiru tibdiliet għall-kundizzjonijiet ta' l-operazzjoni li jirregolaw servizz regolari.

Kapitolu IV

Servizzi okkażjonali u servizzi oħra eżenti mill-awtorizzazzjoni

Artikolu 12

Dokumenti tal-kontroll 

1.  Is-servizzi okkażjonali għandhom ikunu koperti minn formola tal-vjaġġ bl-eċċezzjoni tas-servizzi msemmija fit-tieni subparagrafu ta" l-Artikolu 5(3) .

2.  Trasportatur li jkun jopera s-servizzi okkażjonali għandu jimla formola tal-vjaġġ qabel kull vjaġġ.

3.  Il-formola tal-vjaġġ għandu jkun hemm fiha ta' l-anqas din l-informazzjoni:

   a) it-tip ta' servizz;
   b) l-itinerarju prinċipali;
   c) it-trasportatur(i) involuti.

4.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-format tal-formola tal-vjaġġ u l-mod kif ser tintuża. Ladarba dawn il-miżuri huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2)

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom biex jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-formola tal-vjaġġ liema dispożizzjonijiet joriġinaw minn ftehimiet oħra ma' pajjiżi terzi isiru konformi, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2010, mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

5.  Il-kotba tal-formoli tal-vjaġġi għandhom jiġu pprovduti b'mod effiċjenti u li jintużaw faċilment mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri meta l-impriża tat-trasport tkun stabbilita jew minn korpi maħtura minn dawk l-awtoritajiet.

6.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-format tal-ktieb tal-formoli tal-vjaġġ u l-mod kif ser jintuża. Ladarba l-miżuri huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2)

7.  Fil-każ tas-servizzi regolari speċjali koperti bit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 5(2), il-kuntratt jew kopja tiegħu awtentikata għandhom iservi bħala dokument ta' kontroll. 

Artikolu 13

Ħarġiet lokali

Fil-qafas ta' servizz okkażjonali internazzjonali, trasportatur jista' jwettaq servizzi okkażjonali (ħarġiet lokali) fi Stat Membru minbarra f'dak li fih ikun stabbilit.

Dawn is-servizzi għandhom ikunu ntiżi għal passiġġieri ▌ li qabel kienu ttrasportati mill-istess trasportatur fuq waħda mis-servizzi internazzjonali msemmija fl-ewwel paragrafu u għandhom jitwettqu bl-istess vettura jew vettura oħra bl-istess trasportatur jew grupp ta' trasportaturi.

Kapitolu V

Kabotaġġ 

Artikolu 14

Prinċipju 

1.  Kull trasportatur li jopera servizzi tal-ġarr tal-passiġġieri fit-toroq b'kiri jew kumpens u li jkollu liċenzja tal-Komunità , għandu jitħalla, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu u bla diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità jew il-post fejn ikun stabbilit it-trasportatur, jopera l-kabotaġġ kif speċifikat fl-Artikolu 15.

2.  Kopja awtentikata tal-liċenzja Komunitarja għandha tinżamm fil-vettura u tiġi ppreżentata meta tintalab minn uffiċjal awtorizzat ta' l-ispettorat.

Artikolu 15

Operazzjonijiet ta" kabotaġġ awtorizzati 

L-operazzjonijiet tal-kabotaġġ għandhom jiġu awtorizzati għal dawn is-servizzi:

   a) is-servizzi regolari speċjali kemm-il darba jkunu koperti b'kuntratt konkluż bejn l-organizzatur u t-trasportatur;
   b) is-servizzi okkażjonali;
   c) is-servizzi regolari, imwettqa minn kull trasportatur mhux residenti fl-Istat Membru ospitanti fil-kors ta' kull servizz internazzjonali regolari b'konformità ma" dan ir-Regolament bl-eċċezzjoni tas-servizzi tat-trasport li jaqdu l-ħtiġijiet taċ-ċentru urban jew konurban, jew ħtiġijiet tat-trasport dawn ta" l-aħħar u l-inħawi tal-madwar . L-operazzjonijiet ta" kabotaġġ ma għandhomx isiru indipendentement minn servizz internazzjonali bħal dan.

Artikolu 16

Regoli applikabbli għall-operazzjonijiet ta" kabotaġġ 

1.  It-twettiq ta' operazzjonijiet ta' kabotaġġ fit-trasport li għaliħ saret referenza fl-Artikolu 15 għandhom ikunu soġġetti, kemm-il darba ma jkunx provdut mod ieħor fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità, għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti kif relatati ma' dawn l-oqsma li ġejjin:

   a) il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-kuntratt tat-trasport;
   b) il-piżijiet u l-qisien tal-vetturi tat-triq;
   c) ir-rekwiżiti relatati mat-trasport ta' ċerti kategoriji ta' passiġġieri, jiġifieri t-tfal ta' l-iskola, tfal u l-persuni b'nuqqas ta' mobilità;
   (d) ▌ħin tas- sewqan u perjodi tal-mistrieħ;
   e) il-VAT (it-taxxa fuq il-valur miżjud) fuq is-servizzi tat-trasport;
   f) fil-każ ta' l-impjieg tal-ħaddiema kif stabbilit fid-Direttiva 96/71/KE.

Il-piżijiet u l-qisien imsemmija fil-punt (b) ta' l-ewwel subinċiż jistgħu, meta jkun xieraq, jeċċedu dawk applikabbli fl-Istat Membru ta' l-istabbiliment, iżda dawn ma jistgħu taħt l-ebda ċirkostanzi jeċċedu l-limiti stipulati mill-Istat Membru ospitanti għat-traffiku nazzjonali jew il-karatteristiċi tekniċi msemmija fil-provi msemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 96/53/KE.

2.  Minbarra kif provdut mod ieħor fil-leġislazzjoni Komunitarja, l-operazzjonijiet tal kabotaġġ fit-trasport li jifformaw parti mis-servizzi tat-trasport kif provdut fl-Artikolu 15(c) għandhom ikunu suġġetti għal-liġijiet, ir-regolamenti u d dispożizzjonijiet amministrattivi li jkunu fis-seħħ fl-Istat Membru ospiti rigward l awtorizzazzjonijiet, il-proċeduri ta' l-offerti, ir-rotot li għandhom jiġu operati, ir-regolarità, il-kontinwità u l-frekwenza tas-servizzi kif ukoll l-itinerarji.

3.  L-istandards tekniċi dwar il-kostruzzjoni u t-tagħmir li jridu jintlaħqu fil-vetturi li jintużaw biex iwettqu ħidmiet ta' kabotaġġ fit-trasport għandhom ikunu dawk stabbiliti għal vetturi li jiddaħħlu fiċ-ċirkolazzjoni fit-trasport internazzjonali.

4.  Id-dispożizzjonijiet amministrattivi, liġijiet u regolamenti nazzjonali li għalihom saret referenza fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri fuq it-trasportaturi mhux residenti taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk imposti fuq dawk ta' l-istess nazzjonalità tagħhom, biex jevitaw b'mod effettiv kull diskriminazzjoni miftuħa jew moħbija minħabba nazzjonalità jew post fejn ikunu stabbiliti.

Artikolu 17

Dokumenti ta" kontroll għall-operazzjonijiet ta" kabotaġġ 

1.  L-operazzjonijiet ta' kabotaġġ tat-trasport fil-forma ta' servizzi okkażjonali għandha ssir billi waqt li tkun koperta b' formola tal-vjaġġ kif imsemmi fl-Artikolu 12 li għandha tinżamm fil-vettura u tiġi ppreżentata meta tintalab minn uffiċjal awtorizzat ta' l-ispettorat.

2.  L-informazzjoni li ġejja għandha tiddaħħal fil-formola tal-vjaġġ:

   a) il-punti tat-tluq u l-wasla tas-servizz;
   b) id-data tat-tluq u d-data li fiha jintemm is-servizz.

3.  Il-formoli tal-vjaġġ għandhom jiġu provduti f'kotba kif imsemmi fl-Artikolu 12 ċertifikati minn awtorità jew aġenzija kompetenti fl-Istat Membru fejn ikun hemm l-istabbiliment.

4.  Fil-każ ta' servizzi regolari speċjali, il-kuntratt konkluż bejn it-trasportatur u l-organizzatur tat-trasport, jew kull kopja awtentikat tal-kuntratt, għandha sservi bħala dokument ta' kontroll.

Madankollu, formola tal-vjaġġ għandha timtela bħala dikjarazzjoni ta' kull xahar.

5.  Il-formoli tal-vjaġġ użati għandhom jiġu ritornati lill-awtorità jew lill-aġenzija kompetenti fl-Istat Membru ta' l-istabbiliment b' mod konformi ma' proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti minn dik l-awtorità jew l-aġenzija.

Artikolu 18

Miżuri ta' salvagwardja

1.  Fl-eventwalità ta' tfixkil serju tas-suq tat-trasport nazzjonali f'zona ġeografika partikolari minħabba kabotaġġ jew aggravata minnu, kull Stat Membru jista' jirreferi l-każ lill-Kummissjoni bil-għan li jiġu adottati miżuri ta' salvagwardja, u għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa u jinnotifikaha bil-miżuri li jkun beħsiebu jieħu fir-rigward tat-trasportaturi residenti.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1:

   - "tfixkil serju tas-suq tat-trasport nazzjonali f'zona ġeografika partikolari" tfisser l-eżistenza fis-suq ta' problemi speċifiċi għalih, b'mod li jkun hemm eċċess serju, u potenzjalment persistenti, ta' provvista aktar mid-domanda li timplika theddida għall-istabilità finanzjarja u għas-sopravivenza ta' numru sinifikanti ta' impriżi li jwettqu servizzi ta' trasport ta' ġarr tal-passiġġieri;
   - "zona ġeografika" tfisser zona li tkopri t-territorju kollu ta' Stat Membru, jew ta' parti minnu, jew li testendi lejn it-territorju kollu ta' Stati Membri oħra, jew parti minnu.

3.  Il-Kumissjoni għandha teżamina s-sitwazzjoni u, wara li tikkonsulta l-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 27, tiddeċiedi fi żmien xahar minn meta tirċievi t-talba relevanti ta' l-Istat Membru jekk il-miżuri ta' ħarsien ikunux meħtieġa jew le u għandha tadottahom jekk dawn ikunu meħtieġa. Il-miżuri introdotti b'konformità ma' dan l-Artikolu għandhom jibqgħu fis-seħħ għal perjodu li ma jaqbiżx is-sitt xhur, u li jiġġedded darba biss. Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tinnotifika lill-Istati Membri u lill-Kunsill dwar kull deċiżjoni li tkun ittieħdet kif previst minn dan il-paragrafu.

4.  Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tieħu miżuri ta' salvagwardja rigward Stat Membru wieħed jew aktar, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kkonċernati jridu jieħdu miżuri ta' applikazzjoni ekwivalenti fir-rigward ta' trasportaturi residenti u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dawn. Dawn il-miżuri għandhom ikunu applikati mhux aktar tard mill-istess data tal-miżuri ta' salvagwardja li tkun iddeċidiet dwarhom il-Kummissjoni.

5.  Kull Stat Membru jista' jressaq deċiżjoni tal-Kummissjoni kif imsemmi fil-paragrafu 3 lill-Kunsill fi żmien 30 jum min-notifika tagħha. Il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata fi żmien 30 jum minn meta ssir ir-referenza minn Stat Membru jew minn meta ssir l-ewwel referenza, f'każ li jkun hemm sottomissjonijiet minn diversi Stati Membri, jista' jieħu deċiżjoni differenti.

Il-limitu ta' żmien imniżżel fil-paragrafu 3 għandu japplika għad-deċiżjoni tal-Kunsill. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kkonċernati għandhom ikunu mitluba li jieħdu miżuri b'applikazzjoni ekwivalenti fir-rigward ta' trasportaturi residenti u għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni. Jekk il-Kunsill ma jieħu l-ebda deċiżjoni fil-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha ssir finali.

6.  Meta l-Kummissjoni tqis li l-miżuri msemmija fil-paragrafu 3 jeħtieġ li jiġu mtawla, hija għandha tissottometti proposta lill-Kunsill, li għandu jieħu deċiżjoni b'maġġoranza kwalifikata.

Kapitolu VI

Ispezzjonijiet u Pieni

Artikolu 19

Biljetti tat-trasport

1.  Trasportaturi li joperaw servizz regolari, eskluzi s-servizzi regolari speċjali, għandhom joħorġu biljetti tat-trasport, jew individwalment jew kollettivament, li juru:

   a) il-punti ta' tluq u destinazzjoni u, meta applikabbli, il-vjaġġ ta' ritorn;
   b) il-perjodu ta' validità tal-biljett;
   c) il-prezz tat-trasport.

2.  Il-biljett tat-trasport ipprovdut fil-paragrafu 1 għandu jkun ippreżentat meta mitlub minn kull uffiċjal awtorizzat ta' l-ispezzjoni.

Artikolu 20

Spezzjonijiet matul it-triq u fl-impriżi

1.  Id-dokument ta' awtorizzazzjoni jew ta' kontroll għandu jinġarr fuq il-vettura u għandu jiġi ppreżentat fuq it-talba ta' kull uffiċjal awtorizzat li jispezzjona.

2.  It-trasportaturi li joperaw il-kowċis u x-xarabanks fit-trasport internazzjonali tal-passiġġieri għandhom jippermettu l-ispezzjonijiet kollha maħsuba biex jiżguraw li l-operazzjonijiet jitwettqu sew, b'mod partikolari dwar is-sewqan u l-perjodi ta' mistrieħ. Fil-kuntest ta' l- implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, uffiċjali awtorizzati li jispezzjonaw għandhom ikollhom l-awtorità li:

   a) jikkontrollaw il-kotba u dokumentazzjoni oħra li tirreferi għall-operazzjoni ta' impriża ta' trasport;
   b) jagħmlu kopji ta', jew jieħdu estratti minn, kotba u dokumentazzjoni li jinsabu fil-post;
   c) ikollhom aċċess għall-postijiet kollha ta' l-impriża ta' trasport, siti u vetturi;
   d) jeħtieġu li jingħataw kull informazzjoni li tinsab fil-kotba, dokumentazzjoni jew databases.

Artikolu 21

Assistenza reċiproka 

L-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Huma għandhom jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti permezz tal-punti nazzjonali ta" kuntatt imwaqqfa skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru .../2008 [li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni tat-trasportatur bit-triq].

Artikolu 22

Irtirar tal-liċenzja Komunitarja u l-awtorizzazzjoni 

1.  L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn it-trasportatur ikun stabbilit għandhom jirtiraw il-liċenzja Komunitarja kif ipprovdut fl-Artikolu 4 meta d-detentur:

   a) m'għadux jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1);
   b) ikun ta informazzjoni skorretta rigward id-data li kienet meħtieġa għall-ħruġ tal-liċenzja Komunitarja.

2.  L-awtorità awtorizzanti għandha tirtira l-awtorizzazzjoni jekk id-detentur m'għadux jikkonforma mal-kundizzjonijiet li fuqhom tkun inħarġet l-awtorizzazzjoni skond dan ir-Regolament, b'mod partikolari meta l-Istat Membru li fih ikun stabbilit it-trasportatur ikun qiegħed hekk jesiġi. L-awtorità għandha immedjatament tinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċcernat.

Artikolu 23

 Sanzjonar tal-ksur mill-Istat Membru ta" l-istabbiliment 

1.  Fil-każ ta' ksur serju ▌tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq, imwettqa jew aċċertati minn kwalunkwe Stat Membru, b'mod partikolari għar-rigward tar-regoli applikabbli għall-vetturi, il-ħin tas-sewqan u l-perjodi tal-mistrieħ tas-sewwieqa u l-provvista mingħajr awtorizzazzjoni ta' servizz parallel jew temporanju, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) fir-raba' subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-istabbiliment tat-trasportatur li jkun ikkommetta dan il-ksur għandu joħroġlu twissija u jista', inter alia, jimponi l-pieni amministrattivi li ġejjin:

   a) jirtira temporanjament jew permantament il-kopji awtentikati kollha jew parti minnhom, tal-liċenzja Komunitarja;
   b) jirtira temporanjament jew permanentament il-liċenzja Komunitarja;
   c) multi.

Dawn il-pieni għandhom jiġu determinati billi titqies il-gravità tal-ksur li tiegħu jkun ħati d-detentur tal-liċenzja Komunitarja u billi jitqiesu l-għadd ta' kopji awtentikati li jkollu fir-rigward tas-servizzi internazzjonali tiegħu tat-trasport.

2.  L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu lit-trasportatur milli jopera servizz internazzjonali tal-passiġġieri skond dan ir-Regolament jekk huwa jkun ikkommetta ksur serju tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq, u meta tkun ingħatat deċiżjoni finali wara li jkunu eżawriti l-possibilitajiet legali kollha li jistgħu jkunu riveduti u li huma miftuħa għat-trasportatur, b'mod partikolari għar-rigward tar-regoli applikabbli għall-vetturi u l-ħin tas-sewqan u tal-mistrieħ tax-xufiera. L-awtorità għandha immedjatament tinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat.

3.  Meta jkun aċċertat ksur gravi, fil-każ imsemmi fl-Artikolu 24(1) hawn taħt, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-istabbilment għandhom jiddeċiedu liema tip ta' piena għandhiex tiġi imposta fuq it-trasportatur ikkonċernat. Huma għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn ikunu ġew ivverifikati l-ksur minnufih u mhux aktar tard minn tliet xhur minn meta jkunu mgħarrfa dwar il-ksur li għalihom ġew imposti l-pieni previsti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. Fil-każ li ma kienx possibli li jiġu imposti tali pieni, dawn għandhom jagħtu r-raġunijiet.

4.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu kwalunkwe piena diġà imposta fl-Istat Membru fejn ġie aċċertat il-ksur u jiżguraw li l-pieni imposti fuq it-trasportatur ikkonċernat jkunu, fit-totalità tagħhom, proporzjonali għall-ksur jew il-ksur li jkunu wasslu għal dawk il-pieni.

Il-pieni imposti mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-istabbilment, wara konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ospitanti, fil-każ imsemmi fl-Artikolu 24(1) hawn taħt, tista' tinkludi l-irtirar ta' l-awtorizzazzjoni għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq.

5.  L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-istabbilment tat-trasportatur jistgħu wkoll, skond il-liġijiet nazzjonali tagħhom, iressqu lit-trasportatur ikkonċernat quddiem qorti kompetenti jew tribunal nazzjonali. Huma għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ospitanti dwar id-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu f'dan ir-rigward.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trasportaturi jkollhom id-dritt li jappellaw kontra kull piena amministrattiva imposta fuqhom skond dan l-Artikolu.

Artikolu 24

Sanzjonar tal-ksur mill-Istat Membru ospitanti

1.  Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jkunu jafu dwar ksur gravi ▌ta' dan ir-Regolament jew tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq marbuta ma' trasportatur li mhux residenti, l-Istat Membru fit-territorju fejn ġiet ivverifikata l-ksur għandu jittrażmetti l-informazzjoni sussegwenti lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-istabbilment minnufih imma mhux aktar tard minn xhar wara li jkun mgħarraf dwar il-ksur:

   a) deskrizzjoni tal-ksur u l-jum u l-ħin meta twettqet;
   b) il-kategorija, it-tip u l-gravità tal-ksur;
   c) il-pieni imposti u l-pieni eżegwiti.

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ospitanti jista' jitlob lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-istabbilment tat-trasportatur biex jimponi pieni amministrattivi skond l-Artikolu 23.

2.  Mingħajr preġudizzju għal prosekuzzjoni kriminali, l-Istat Membru ospitanti jista' jimponi pieni fuq it-trasportaturi mhux residenti li jkunu kkommettew ksur ta' dan ir-Regolament jew tal-Komunità jew regolementi nazzjonali jew tal-Komunità tat-trasport fit-territorju tiegħu waqt ħidmiet tat-trasport bil-kabotaġġ. Il-pieni għandhom jiġu imposti fuq bażi mhux diskriminatorja u jistgħu, inter alia, jikkonsistu fi twissija, u/ jew, fil- każ ta' ksur serju ▌f'impediment temporanju fuq trasport b'kabotaġġ ġewwa t-territorju ta' l-Istat Membru li jospita fejn ikun seħħ il-ksur, u/jew l-impożizzjoni ta' multa.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trasportaturi jkollhom id-dritt jappellaw kontra kull piena amministrattiva imposta fuqhom skond dan l-Artikolu. 

Artikolu 25

Entrati fir-reġistru nazzjonali

L-Istati Membri għandhom jiżġuraw, permezz tal-punti nazzjonali ta' kuntatt, li ksur serju ▌tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq, imwettqa minn trasportaturi stabbiliti fit-territorju tagħhom, li wasslu għall-impożizzjoni ta' piena kif ikoll il-pieni imposti għandhom jiġu rreġistrati fir-reġistru nazzjonali ta' l-impriżi tat-trasport bit-triq kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru .../2008 [li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati fit-twettiq tax-xogħol ta' operatur tat-trasport bit-triq]. Dawk l-entraturi fir-reġistru li jikkonċernaw irtirar temporanju jew permanenti tal-liċenzja Komunitarja għandhom jibqgħu fid-database għal ta' lanqas sentejn.

Kapitolu VII

Implimentazzjoni

Artikolu 26

Ftehimiet bejn Stati Membri

1.  L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehim bilaterali u multilaterali dwar aktar liberalizzazzjoni tas-servizzi koperti b'dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tas-sistema ta' awtorizzazzjoni u s-simplifikazzjoni jew abolizzjoni ta' dokumenti ta' kontroll.

2.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'kull ftehim konkluż skond il-paragrafu 1.

Artikolu 27

Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħejjuna mill-kumitat stabbilit fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (15).

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u (5)(b) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tagħha.

L-iskadenzi stipulati fl-Artikolu 5a(3)(c), (4)(b) u ║(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu ta' xhar.

Artikolu 28

Pieni 

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, u jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jassiguraw li jiġu implimentati l-pieni hekk ipprovduti ser ikunu effettivi, proporzjonati u diswassivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard minn ...(16) u jinnotifikaw mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.

Huma għandhom jiżguraw li dawn il-miżuri kollha jiġu applikati mingħajr diskriminazzjoni għaċ-ċittadinanza jew għall-post ta' stabbiliment tat-trasportatur.

Artikolu 29

Rappurtaġġ

1.  Mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-għadd ta' awtorizzazzjonijiet għal servizzi regolari maħruġa s-sena ta' qabel u l-għadd totali ta' awtorizzazzjonijiet għal servizzi regolari validi fit-tmiem ta' dan il-perjodu tar-rappurtaġġ. Din l-informazzjoni għandha tingħata separatament għal kull pajjiż destinatarju tas-servizz regolari. L-Istati Membri għandhom ukoll jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dejta dwar l-operazzjonijiet tat-trasport bil-kabotaġġ, fil-forma ta' servizz regolari speċjali u servizzi okkażjonali, imwettqa tul il-perjodu ta' rrappurtaġġ minn trasportaturi residenti.

2.  Mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar ta' kull sena, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ospitanti għandhom jibagħtu lill-Kumissjoni l-istatistiċi dwar l-għadd ta' awtorizzazzjonijiet maħruġa għal operazzjonijiet tat-trasport bil-kabotaġġ fil-forma ta' servizzi regolari msemmija fl-Artikolu 15(c).

3.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-format tat-tabella li ser tintuża għat-trażmissjoni ta' l-istatistika msemmija fil-paragrafu 2. Ladarba dawn il-miżuri huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2).

4.  L-Istat Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar ta' kull sena dwar l-għadd ta' trasportaturi li jkollhom liċenzja Komunitarja sal-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel u dwar l-għadd tal-kopji awtentikati li jkunu jikkorrispondu ma" l-għadd ta' vetturi fiċ-ċirkolazzjoni f'dik id-data.

Artikolu 30

Emenda għar-Reglament (KE) Nru 561/2006

Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006:"

6a.  B'deroga mill-paragrafu 6 u taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin, sewwieq ingaġġjat f'servizz ta' trasport okkażjonali internazzjonali kif definit fir-Regolament (KE) Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-... [regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank]*, jista' jipposponi l-perjodu ta' mistrieħ ta' kull ġimgħa sa tnax-il perjodu konsekuttiv ta' 24 siegħa wara perjodu ta' mistrieħ preċedenti regolari ta' kull ġimgħa, kemm-il darba:

   is-servizz ta' trasport okkażjonali internazzjonali għandu jinkludi għallinqas 24 siegħa fi Stat Membru jew pajjiż terz barra minn dak il-pajjiż fejn beda s-servizz, u
   il-perijodu ta' mistrieħ kull ġimgħa wara l-użu tad-deroga għandu dejjem ikun mhux inqas minn perijodu regolari ta' mistrieħ kull ġimgħa ta' 45 siegħa; perjodu ta' mistrieħ ta' kumpens ta' 24 siegħa għandu jittieħed f'daqqa qabel ma tintemm it-tielet ġimgħa wara l-applikazzjoni tad-deroga; il-modalitajiet u t-termini biex jittieħed dan il-perjodu ta' mistrieħ ta' kumpens għandhom jiġu stabbiliti kif inhu xieraq fil-livell nazzjonali minn dawk interessati, u
   fil-każ ta' sewqan li jsir tul il-perjodu sħiħ bejn l-22:00 u s-06:00, il-vettura għandha titmexxa minn żewġ persuni l-ħin kollu jew il-perjodu ta' sewqan li jirreferi għalih l-Artikolu 7 għandu jinżel għal tliet sigħat, u
   mill-1 ta' Jannar 2014 'l quddiem, l-applikazzjoni ta' din id-deroga tkun possibbli biss meta jintużaw vetturi attrezzati b'tagħmir li jirrekordja b'konformità mar-rekwiżiti ta' l-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85.
  

_____________________

  

* ĠU L ...

"

Kapitolu VIII

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 31

Tħassir

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 684/92, u (KE) Nru 12/98 huma revokati.

Ir-referenzi għar-Regolamenti revokati għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta" korrelazzjoni li tinsab fl-Anness II.

Artikolu 32

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu jkun japplika mill-1 ta' Jannar 2009.

Dan ir- Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ║

Għall-Parlament Ewropew Għall- Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 10, 15.1.2008, p. 44.
(2) ĠU C ...
(3) Pożizzjoni tal-Parlment Ewropew tal-5 ta' Ġunju 2008.
(4) ĠU L 74, 20.3.1992, p. 1. ║
(5) ĠU L 4, 8.1.1998, p. 4.
(6) ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1.
(7) ĠU L ...
(8) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. ║
(9) Testi Adottati, P6_TA(2007)0575.
(10) ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1.
(11) ĠU L 57, 2.3.1992, p. 27.
(12) ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59.
(13) ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4.
(14) ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1.
(15) ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8.
(16)* 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.


ANNESS I

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

(a)

( Ikħal, format DIN A4 karta sintetika, 150g/m2 jew aktar )

(L-ewwel paġna tal-liċenzja)

(It-test bil-lingwa(i) uffiċjali jew b'waħda mill-lingwi uffiċjali ta' l-Istati Membri li qed joħorġu l-liċenzja)

IS-SIMBOLU DISTINTIV TA' L-ISTAT MEMBRU(1) LI QED JOĦROĠ IL-LIĊENZJA

NOMINA TA' L-AWTORITAJIET JEW KORP KOMPETENTI

LIĊENZJA Nru ...

 KOPJA VERA AWTENTIKATA Nru ...

 għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ jew bix-xarabank b'kera jew b'kumpens u għal attivitajiet ta" trasport bil-kabutaġġ

Id-detentur ta" din il-liċenzja(2)……………………………………………………………………………….

………………………………………………………………………………………………………….

………………………………………………………………………………………………………….

huwa awtorizzat biex jopera trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ jew bix-xarabank fuq it-toroq b'kiri jew b'kumpens fit-territorju tal-Komunità skond il-kundizzjonijiet stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-... [dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank](3) u b'konformità mad-dispożizzjonijiet ġenerali ta' din il-liċenzja.

Kummenti: ……………………………………………………………………………………………..

………………………………………………………………………………………………………….

Din il-liċenzja hija valida minn ……………………………….. sa …………….…………………………….

Maħruġa fi ……………………………………………….. nhar …………………………………………….(4)

________________________

(1) Il-marki distintivi ta' l-Istat Membri huma: (A) l-Awstrija, (B) il-Belġju, ║ (BG) il-Bulgarija, ║ (CZ) ir-Repubblika Ċeka, (CY) Ċipru, (DK) id-Danimarka, (D) il-Ġermanja, ║ (EST) l-Estonja, (GR) il-Greċja, (E) Spanja, (F) Franza, (FIN) il-Finlandja, ║ (H) l-Ungerija, (IRL) l-Irlanda, (I) l-Italja, (L) il-Lussemburgu, ║ (LT) il-Litwanja, (LV) it-Latvja, (M) Malta, (NL) l-Olanda, (P) il-Portugall, ║ (PL) il-Polonja, ║ (RO) ir-Rumanija, (SLO) is-Slovenja (SK) l-Islovakkja (S) l-Iżvezja, (UK) ir-Renju Unit.

(2) L-isem sħiħ jew l-isem tad-ditta u l-indirizz sħiħ tat-trasportatur .

(3) ĠU L

(4) Il-firma u t-timbru ta' l-awtorità jew il-korp kompetenti li qed joħroġ il-liċenzja.

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.  Din il-liċenzja qed tinħareġ b'konformità mar-Regolament (KE) Nru .../2008 ║dwar regoli komuni dwar l-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabankaccess to the market for coach and bus services .

2.  Din il-liċenzja qed tinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-istabbiliment tat-trasportatur għall-kiri jew kumpens li:

   a) ikun awtorizzat fl-Istat fejn ikun stabbilit biex jidħol għall-ġarr permezz ta' servizzi regolari inklużi servizzi regolari speċjali jew servizzi okkażjonali bil-kowċ u x-xarabank;
   b) jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti skond ir-regoli Komunitarji dwar dħul għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport ta' passiġġieri f'operazzjonijiet ta' trasport nazzjonali u internazzjonali;
   c) jissodisfa l-ħtiġiet legali dwar l-istandards għal xufiera u vetturi.

3.  Il-liċenzja tippermetti it-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank għall-kiri jew kumpens fuq ir-rotot kollha għal vjaġġi li jsiru fit-territorju tal-Komunità:

   a) meta l-post tat-tluq u l-post tad-destinazzjoni jkunu qegħdin f'żewġ Stati Membri diversi, bit-transitu jew mingħajru, minn Stat Membru wieħed jew iżjed jew minn pajjiżi terzi;
   b) minn Stat Membru lejn pajjiż terz u viċi versa, bit-transitu jew mingħajru, minn Stat Membru wieħed jew aktar jew minn pajjiżi terzi;
   c) bejn pajjiżi terzi bi traversata minn territorju ta' Stat Membru wieħed jew iżjed in transitu,
  

u vjaġġi battala b'konnessjoni ma' operazzjonijiet ta' trasport skond il-kundizzjonijiet stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru …/2008 [dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank].

Fil-każ ta' operazzjoni tat-trasport minn Stat Membru għal pajjiż terz u viċiversa, ir-Regolament (KE) Nru …/2008 [dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank], huwa applikabbli, għall- parti tal-vjaġġ fit-territorju ta" Stati Membri li wieħed jgħaddi minnhom fit-tranżitu. Mhux applikabbli għal dik il-parti tal- vjaġġ li jsir fit-territorju ta' l-Istat Membru mnejn isir l-irkib u l-inżul, sakemm il-ftehim meħtieġ bejn il-Komunità u l-pajjiż terz ikkonċernat ma jkunx ġie konkluż.

4.  Din il-liċenzja hija personali u mhux trasferibbli.

5.  Il-liċenzja tista' tiġi rtirata mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Menmbru li ħariġha partikolarment meta t-trasportatur:

   a) ma jkunx għadu jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1), tar-Regolament (KE) Nru …/2008 [dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank
   b) ikun ta informazzjoni skorretta rigward id-dettalji li kienu meħtieġa għall-ħruġ jew it-tiġdid tal-liċenzja
   c) ikun wettaq ksur gravi ▌tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-trasport bit-triq, fi Stat Membru wieħed jew iktar, b'mod partikolari rigward ir-regoli applikabbli għall-vetturi, il-ħin tas-sewqan u l-perijodi tal-mistrieħ tas-sewwieqa u l-provvista mingħajr awtorizzazzjoni ta' servizz parallel jew temporanju, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1), ir-raba' subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru .../2008 [dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank]. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-istabbiliment tat-trasportatur li jkun ikkommetta dan il-ksur jistgħu fost affarijiet oħra jirtiraw l-liċenzja Komunitarja,jew jirtiraw temporanjament jew permanentament kopji awtentikati tal-liċenzja Komunitarja.

Dawn il-pieni għandhom jiġu deċiżi skond is-serjetà tal-ksur li tiegħu jkun ħati d-detentur tal-liċenzja Komunitarja u skond l-għadd ta' kopji awtentikati li jkollu rigward is-servizzi internazzjonali tat-trasport tiegħu.

6.  Il-kopja oriġinali tal-liċenzja għandha tinżamm mit-trasportatur. Il-kopja aawtentikata tal-liċenzja għandha tinżamm fuq il-vettura li biha tkun titwettaq operazzjoni ta' trasport internazzjonali.

7.  Din il-liċenzja għandha tiġi murija malli tintalab minn uffiċjali ta' l-ispettorat.

8.  Id-detentur għandu, fit-territorju ta' kull Stat Membru, jikkonforma mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri amministrattivi fis-seħħ f'dak l-Istat, partikolarment fir-rigward tat-trasport u t-traffiku.

9.  "Servizzi regolari" tfisser servizzi li jipprovdu għat-trasport tal-passiġġieri f'intervalli speċifikati f'rotot speċifiċi, filwaqt li l-passiġġieri jitrikkbu u jitniżżlu f'waqfiet predeterminati , u li huma miftuħa għal kulħadd, bla ħsara, fejn ikun xieraq, għal prenotazzjoni obbligatorja.

In-natura regolari tas-servizz ma tiġix effettwata minn xi aġġustament fil-kundizzjonijiet operattivi tas-servizz.

Is-servizzi regolari jeħtieġu l-awtorizzazzjoni.

"Servizzi regolari speċjali" tfisser servizzi regolari li jipprovdu għat-trasport ta' kategoriji speċifiċi ta' passiġġieri, bl-esklużjoni ta' passiġġieri oħra, f'intervalli speċifiċi, matul rotot speċifiċi, filwaqt li l-passiġġieri jitrikkbu u jitniżżlu f'waqfiet predeterminati.

Servizzi regolari speċjali għandhom jinkludu:

   a) it-trasport ta' ħaddiema bejn id-dar u x-xogħol;
   b) it-trasport lejn u minn istituzzjonijiet edukattivi għal tfal ta' l-iskola u studenti,;

Il-fatt li servizz speċjali jista' jiġi mibdul skond il-ħtiġiet ta' l-utenti m'għandux jaffettwa l-klassifika tiegħu bħala servizz regolari.

Is-servizzi regolari speċjali m'għandhomx bżonn l-awtorizzazzjoni jekk dawn ikunu koperti b'kuntratt konkluż bejn l-organizzatur u t-trasportatur.

L-organizzazzjoni ta' servizzi paralleli jew temporanji, li jaqdu lill-istess pubbliku bħal servizzi regolari eżistenti, jeħtieġu l-awtorizzazzjoni.

"Servizzi okkażjonali" tfisser servizzi li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta' servizzi regolari, inklużi s-servizzi regolari speċjali, u li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun li dawn jġorru gruppi kostitwiti bl-inizjattiva ta' klijent jew tat- trasportatur innifsu. L-organizzazjoni ta' servizzi paralleli jew temporanji komparabbli ma' servizzi regolari eżistenti u li jaqdu lill-istess pubbliku bħal ta' l-aħħar għandhom ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni skond il-proċedura stabbilita fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru …/2008 [dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank]. Dawn is-servizzi ma jispiċċawx minn servizzi okkażjonali biss minħabba li dawn jiġu provduti f'ċerti intervalli.

Is-servizzi okkażjonali ma jeħtieġux awtorizzazzjoni.


ANNESS II

Tabella tal-korrelazzjoni

Regolament (KEE) Nru 684/92

Regolament (KE) Nru 12/98

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1) emendat

-

Artikolu 1(4) ġdid

Artikolu 2, punt 1.1

Artikolu 2(a), Artikolu 5(1)

Artikolu 2, punt 1.2

Artikolu 2(b), Artikolu 5(2)

Artikolu 2, punt 1.3

Artikolu 5(3)

Artikolu 2, punt 3.1

Artikolu 2(c), Artikolu 5(3)

Artikolu 2, punt 3.3

Artikolu 5(3)

Artikolu 2, punt 3.4

Artikolu 5(3)

Artikolu 2, punt 4

Artikolu 2(d), Artikolu 5(5)

-

Artikolu 2 (e), (f), (g). ġdid, punt 4, ġdid

Artikolu 3

Artikolu 3 emendat, Artikolu 29

Artikolu 3a

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5 emendat

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8 emendat

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10 emendat

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 13

Artikolu 5(5) emendat

Artikolu 1

Artikolu 14 emendat

Artikolu 2

Artikolu 2, Artikolu 5

Artikolu 3

Artikolu 15

Artikolu 4(1)

Artikolu 16(1) emendat

Artikolu 4(2)

Artikolu 16(2)

Artikolu 4(3)

Artikolu 16(3)

Artikolu 4(4)

Artikolu 16(4)

Artikolu 4(5)

-

Artikolu 5

Artikolu 4(3)

Artikolu 6

Artikolu 17

Artikolu 7

Artikolu 29(3) emendat

Artikolu 8

Artikolu 27 emendat

Artikolu 9

-

Artikolu 10

Artikolu 27 emendat

-

-

Artikolu 18

Artikolu 14

Artikolu 19 emendat

Artikolu 15

Artikolu 12, Artikolu 20

Artikolu 11(1)

Artikolu 21 emendat

Artikolu 16(1)

Artikolu 22(1)

Artikolu 16(2)

Artikolu 22(2)

Artikolu 16(3)

Artikolu 23(1) emendat

Artikolu 16(4)

Artikolu 23(2) emendat

Artikolu 16(5)

Artikolu 25

Artikolu 24(1) ġdid

Artikolu 11(2)

Artikolu 24(2)

Artikolu 11(3)

Artikolu 24(2)

Artikolu 11(4)

-

Artikolu 12

Artikolu 23, Artikolu 24

Artikolu 13

-

Artikolu 16a

-

Artikolu 17

-

Artikolu 18

Artikolu 26

Artikolu 19

Artikolu 14

Artikolu 28

-

-

Artikolu 30

Artikolu 21

Artikolu 31

Artikolu 22

Artikolu 15

Artikolu 32

Anness I

Anness I

Anness II ġdid

Avviż legali - Politika tal-privatezza