Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0291(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0245/2008

Testi mressqa :

A6-0245/2008

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 17/06/2008 - 7.1
CRE 17/06/2008 - 7.1

Testi adottati :

P6_TA(2008)0263

Testi adottati
PDF 285kWORD 34k
It-Tlieta, 17 ta' Ġunju 2008 - Strasburgu
L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni ***I
P6_TA(2008)0263A6-0245/2008
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) nru 460/2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni f'dak li jirrigwarda l-perjodu effettiv (COM(2007)0861 – C6-0003/2008 – 2007/0291(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0861),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema Artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6-0003/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 u l-Artikolu 43(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0245/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' Ġunju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru.../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) nru 460/2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni f'dak li jirrigwarda l-perjodu effettiv
P6_TC1-COD(2007)0291

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 1007/2008.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza