Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (kontroll statiku) (verżjoni kkodifikata) (COM(2008)0025 – C6-0044/2008 – 2008/0008(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0025),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0044/2008),
– wara li kkunsidra l-ftehima interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0234/2008),
A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta in kwistjoni hija limitata għal kodifikazzjoni ċara tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom,
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni hekk kif ġiet adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-pożizzjoni tal-Parlament.