Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0009(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0236/2008

Testi mressqa :

A6-0236/2008

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 17/06/2008 - 7.5

Testi adottati :

P6_TA(2008)0267

Testi adottati
PDF 200kWORD 32k
It-Tlieta, 17 ta' Ġunju 2008 - Strasburgu
Mergers ta' kumpanniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata (verżjoni kkodifikata) ***I
P6_TA(2008)0267A6-0236/2008

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mergers ta' kumpanniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata (verżjoni kkodifikata) (COM(2008)0026 – C6-0045/2008 – 2008/0009(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0026),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 44 (2)(g) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0045/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0236/2008),

A.   billi skond il-Grupp ta' Ħidma konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta in kwistjoni fiha kodifikazzjoni ċara tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni hekk kif ġiet adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-pożizzjoni tal-Parlament;

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.

Avviż legali - Politika tal-privatezza