Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta" Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sottomissjoni ta" statistika nominali dwar il-qabda mill-Istati Membri li jistadu f'ċerti zoni barra dawk ta" l-Atlantiku tat-Tramuntana (riformulazzjoni) (COM(2007)0760 – C6-0443/2007 – 2007/0260(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0760),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0443/2007),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid ta' l-atti legali(1),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0218/2008),
A. billi, skond il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, din il-proposta ma fiha ebda emenda sostantiva ħlief dawk li ġew identifikati bħala tali fil-proposta u, billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula ta' l-atti preċedenti flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni ċara tat-testi eżistenti mingħajr ebda tibdil fis-sustanza tagħhom,
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex għal darb'oħra tirreferi din il-kwistjoni lill-Parlament jekk għandha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew tissostitwixxiha b'test ieħor;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.