Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0264(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0219/2008

Testi mressqa :

A6-0219/2008

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 17/06/2008 - 7.13

Testi adottati :

P6_TA(2008)0275

Testi adottati
PDF 203kWORD 34k
It-Tlieta, 17 ta' Ġunju 2008 - Strasburgu
Statistika tal-qabda u ta" l-attività tas-sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (tfassil mill-ġdid) ***I
P6_TA(2008)0275A6-0219/2008

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-preżentazzjoni ta" statistika tal-qabda u ta" l-attività tas-sajd mibgħuta mill-Istati Membri fl-Atlantiku tal-Majjistral (tfassil mill-ġdid) (COM(2007)0762 – C6-0444/2007 – 2007/0264(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0762),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6–0444/2007),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta" kitba mill-ġdid ta" l-atti legali(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A6–0219/2008),

A.   billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta" Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sostanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula ta' l-atti preċedenti flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sostanzjali,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda din il-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ieħor;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 77, 28.3.2002, p.1.

Avviż legali - Politika tal-privatezza