Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0268(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0214/2008

Testi mressqa :

A6-0214/2008

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 17/06/2008 - 7.14

Testi adottati :

P6_TA(2008)0276

Testi adottati
PDF 202kWORD 33k
It-Tlieta, 17 ta' Ġunju 2008 - Strasburgu
Statistika nominali dwar il-qabda mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal ta" l-Atlantiku (riformulazzjoni) ***I
P6_TA(2008)0276A6-0214/2008

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta" Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sottomissjoni ta" statistika nominali dwar il-qabda mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal ta" l-Atlantiku (riformulazzjoni) (COM(2007)0763 – C6-0440/2007 – 2007/0268(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni - riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0763),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6-0440/2007),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta" Novembru 2001 dwar użu iktar strutturat tat-teknika ta" riformulazzjoni għal atti legali(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0214/2008),

A.   billi skond il-Grupp ta" Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta li qed tkun eżaminata ma tinkludi l-ebda emenda sostantiva minbarra dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, rigward il-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula ta" l-atti preċedenti flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta tinkludi kodifikazzjoni ċara tat-testi eżistenti mingħajr l-ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta" Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk għandha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 77, 28.3.2002, p.1.

Avviż legali - Politika tal-privatezza