Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0283(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0194/2008

Testi mressqa :

A6-0194/2008

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 17/06/2008 - 7.16
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0278

Testi adottati
PDF 280kWORD 42k
It-Tlieta, 17 ta' Ġunju 2008 - Strasburgu
L-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja inkonnessjoni ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati *
P6_TA(2008)0278A6-0194/2008

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar ir-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Konvenzjoni tat-23 ta' Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja inkonnessjoni ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati (COM(2007)0839 – C6-0028/2008 – 2007/0283(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0839),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 3(4) ta" l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0028/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0194/2008),

1.  Japprova r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex meta jiddeċiedi dwar id-data ta" applikazzjoni tal-Konvenzjoni tat-23 ta" Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja relatata ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati, hu jikkonsidra t-tħassib tal-Parlament rigward il-bżonn li jitnaqqas il-piż ta" taxxa minn fuq min iħallas it-taxxa;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Rumanija u ta" l-Istati Membri l-oħra.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Rakkomandazzjoni għal deċiżjoni
Artikolu 3
Il-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ, kif emendata mill-Protokoll tal-25 ta' Mejju 1999, mill-Konvenzjonijiet tal-21 ta' Diċembru 1995 u tat-8 ta' Diċembru 2004 u minn din id-Deċiżjoni, tidħol fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2007 bejn il-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Istati Membri l-oħra li għandhom fis-seħħ il-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ. Din tidħol fis-seħħ bejn il-Bulgarija, ir-Rumanija u kull Stat Membru ieħor fil-jum li l-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ tidħol fis-seħħ għall-Istati Membri l-oħra kkonċernati.
Il-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ, kif emendata mill-Protokoll tal-25 ta' Mejju 1999, mill-Konvenzjonijiet tal-21 ta' Diċembru 1995 u tat-8 ta' Diċembru 2004 u minn din id-Deċiżjoni, tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea bejn il-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Istati Membri l-oħra li għandhom fis-seħħ il-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ. Din tidħol fis-seħħ bejn il-Bulgarija, ir-Rumanija u kull Stat Membru ieħor fil-jum li l-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ tidħol fis-seħħ għall-Istati Membri l-oħra kkonċernati.
Avviż legali - Politika tal-privatezza