Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti ta' Ġustizzja biex jiġu speċifikati r-regoli lingwistiċi li japplikaw għall-proċedura ta' reviżjoni (5953/2008 – C6-0066/2008 – 2008/0801(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (5953/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 245, it-tieni inċiż, tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 160, it-tieni inċiż tat-Trattat Euratom, li b'konformità magħhom ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0066/2008),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 245, it-tieni inċiż, tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 160, it-tieni inċiż, tat-Trattat Euratom dwar il-proposta li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti ta' Ġustizzja biex jiġu speċifikati r-regoli lingwistiċi li japplikaw għall-proċedura ta' reviżjoni, ippreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja, b'konformità ma' l-Artikolu 64 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja (SEC(2008)0345),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0211/2008),
1. Japprova l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill;
2. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.