Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta" Ġunju 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell minimu ta" taħriġ tal-baħħara (tfassil mill-ġdid) (COM(2007)0610 – C6-0348/2007 – 2007/0219(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: tfassil mill-ġdid)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0610),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 80(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0348/2007),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' tfassil mill-ġdid ta' l-atti legali(1),
– wara li kkunsidra l-ittra ta' l-24 ta' Jannar 2008 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu skond l-Artikolu 80a(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0178/2008),
A. Billi, skond il-grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta in kwistjoni ma tinkludix emendi ta' sustanza għajr dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux ta' l-atti ta' qabel flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta fiha sempliċi kondifikazzjoni tat-testi eżistenti mingħajr ebda tibdil fis-sustanza tagħhom,
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata hawn taħt u kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' Ġunju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell minimu ta" taħriġ tal-baħħara(tfassil mill-ġdid)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2008/106/KE.)