Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0195(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0191/2008

Testi mressqa :

A6-0191/2008

Dibattiti :

PV 17/06/2008 - 11
CRE 17/06/2008 - 11

Votazzjonijiet :

PV 18/06/2008 - 6.1
CRE 18/06/2008 - 6.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0294

Testi adottati
PDF 669kWORD 331k
L-Erbgħa, 18 ta' Ġunju 2008 - Strasburgu
Il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/54/KE dwar regoli komuni għas-suq intern fil-qasam ta" l-elettriku ***I
P6_TA(2008)0294A6-0191/2008
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta" Ġunju 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/54/KE dwar regoli komuni għas-suq intern fil-qasam ta" l-elettriku (COM(2007)0528 – C6-0316/2007 – 2007/0195(COD))

(Proċedura ta" kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0528),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55 u 95 tat-Trattat tal-KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0316/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0191/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Ġunju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/54/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam ta' l-elettriku
P6_TC1-COD(2007)0195

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l- l-Artikoli 47(2), 55 u 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni║,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3),

Billi:

(1)  Is-suq intern ta' l-elettriku, li ilu jiġi implimentat progressivament madwar il-Komunità mill-1999, għandu l-mira li jipprovdi għażla reali lill-konsumaturi kollha ta' ║l-Unjoni Ewropea, kemm jekk huma ċittadini kemm negozji, kif ukoll opportunitajiet ġodda ta' negozju u aktar kummerċ transkonfinali sabiex jiġu żgurati gwadanji f'termini ta' effiċjenza, standards ogħla ta' servizz, kif ukoll sabiex jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista u għas-sostennibbiltà.

(2)  Id-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam ta' l-elettriku ║(4) għamlet kontribut sinifikanti lejn il-ħolqien ta' suq intern ta' l-elettriku.

(3)  Madankollu, bħalissa, id-dritt li jinbiegħ l-elettriku fi kwalunkwe Stat Membru fuq termini ugwali u mingħajr diskriminazzjoni jew żvantaġġ ma jista' jiġi ggarantit lil kumpaniji kollha fl-Istati Membri kollha. B'mod partikolari, aċċess mhux diskriminatorju għan-netwerk, u livell ugwalment effikaċi ta" superviżjoni regolatorja f'kull Stat Membru, għad ma jeżistux minħabba li l-qafas ġuridiku kurrenti mhuwiex suffiċjenti.

(4)  Provvista sigura ta' elettriku hija ta' importanza essenzjali għall-iżvilupp tas-soċjetà Ewropea, għall-implimentazzjoni ta' politika sostenibbli għall-bidla fil-klima, kif ukoll sabiex tinkoraġġixxi l-kompetittivitá fi ħdan is-suq intern. Għal dan il-għan għandhom jiġu żviluppati aktar interkonnessjonijiet transkonfinali sabiex tiġi żgurata l-provvista tas-sorsi kollha ta' enerġija bl-irħas prezz possibbli kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-industrija fl-Unjoni Ewropea.

(5)  Suq intern ta' l-elettriku li jiffunzjona sew għandu jipprovdi kemm lill-produtturi bl-inċentivi xierqa għall-investiment f'ġenerazzjoni ġdida ta' l-enerġija, kif ukoll lill-konsumaturi b'miżuri xierqa biex tiġi promossa aktar effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija, u l-provvista sigura ta' l-enerġija tkun il-prekundizzjoni għal dan.

(6)  Billi sorsi ta' enerġija li jiġġeddu huma sorsi kontinwi ta' enerġija, huwa essenzjali li tiġi żviluppata l-kapaċità ta' interkonnessjoni ta' elettriku fil-livellKommunitarju, waqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-pajjiżi u lir-reġjuni l-aktar iżolati tas-suq ta' l-enerġija ta' l-Kommunita' sabiex l-Istati Membri jingħatawlhom il-mezzi meħtieġa biex jilħqu l-mira ta' 20% ta' enerġija li tiġġedded sa l-2020.

(7)  In-negozju u l-fluss ta' l-elettriku transkonfinali għandu jżid fis-suq intern sabiex jiżgura l-aħjar użu tal-ġenerazzjoni ta' enerġija disponibbli u l-aktar prezzijiet baxxi. Madankollu, din m'għandhiex tkun skuża sabiex l-Istati Membri jew il-produtturi ma jkomplux jinvestu f'teknoloġija ġdida u moderna għall-ġenerazzjoni ta' l-elettriku.

(8)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Jannar 2007 intitolata "Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa"║ saħqet fuq l-importanza li s-suq intern ta' l-elettriku jiġi kkompletat kif ukoll li jinħoloq ambjent ekwu għall-impriżi kollha ta' l-elettriku stabbiliti fil-Komunità. Il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' l-istess data dwar prospetti għas-suq intern tal-gass u l-elettriku u f'relazzjonimar-Rapport finali dwar l-inkjesta settorjali skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 dwar is-swieq tal-gass u ta' l-elettriku wrew li r-regoli u l-miżuri preżenti ma jipprovdux il-qafas meħtieġ biex jinkiseb l-għan ta" suq intern li jiffunzjona tajjeb.

(9)  Sabiex jiġu żgurati l-kompetizzjoni u l-provvista ta' l-elettriku bl-aktar prezz baxx possibbli, filwaqt li fl-istess ħin tiġi evitata dominanza tas-suq minn parteċipanti kbar, l-Istati Membri u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiffaċilitaw aċċess transkonfinali għall-fornituri ġodda ta' sorsi differenti ta' enerġija, kif ukoll għall-fornituri ġodda ta' ġenerazzjoni ta' enerġija.

(10)  Mingħajr separazzjoni effettiva tan-netwerks minn attivitajiet ta' ġenerazzjoni u forniment, hemm ir-riskju inerenti ta" diskriminazzjoni mhux biss fl-operat tan-netwerk iżda wkoll fl-inċentivi għal kumpaniji integrati vertikalment biex jinvestu b'mod adegwat fin-netwerks tagħhom.

(11)  Ir-regoli dwar is-separazzjoni (unbundling) legali u funzjonali li bħalissa huma fis-seħħ ma wasslux għas-separazzjoni effettiva ta" l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni Fil-laqgħa li kellu fi Brussell fit-8 u d-9 ta' Marzu 2007, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni tiżviluppa proposti leġiżlattivi għas-separazzjoni effettiva ta' l-attivitajiet tal-forniment u l-ġenerazzjoni mill-operazzjonijiet tan-netwerk.

(12)  It-tneħħija ta" l-inċentiv inerenti għall-impriżi integrati vertikalment li jiddiskriminaw kontra kompetituri fir-rigward ta" l-aċċess għan-netwerk u l-investiment hija l-unika ħaġa li tista" tiżgura separazzjoni effettiva. Is-separazzjoni tas-sjieda, li timplika li sid in-netwerk jinħatar bħala l-operatur tan-netwerk u jkun indipendenti minn kull interess ta' forniment u ġenerazzjoni, hija b'mod ċar l-aktar mod effettiv u stabbli sabiex jiġi solvut il-kunflitt ta' interess inerenti u tkun żgurata s-sigurtà tal-provvista. Għal din ir-raġuni, il-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta' l-10 ta" Lulju 2007 dwar prospetti għas-suq intern tal-gass u ta' l-elettriku ║irrefera għas-separazzjoni tas-sjieda fil-livell tat-trażmissjoni bħala l-aktar għodda effettiva sabiex jiġu promossi l-investiment fl-infrastrutturi b'mod mhux diskriminatorju, l-aċċess ġust għan-netwerk għall-kompetituri ġodda u t-trasparenza fis-suq. L-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu obbligati jiżguraw li l-istess persuna jew persuni ma jkollhomx id-dritt li jeżerċitaw il-kontroll, inkluż permezz ta' drittijiet minoritarji ta' l-imblukkar fuq deċiżjonijiet ta' importanza strateġika, fuq impriża ta' ġenerazzjoni jew forniment u, fl-istess ħin, ma jkollhomx interessi fi, jew jeżerċitaw ebda dritt fuq, operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jew f'sistema ta' trażmissjoni. Bil-kontra, il-kontroll fuq operatur ta' sistema ta' trażmissjoni għandu jipprekludi l-possibbiltà li dan ikollu xi interess jew jeżerċita xi dritt fuq impriża tal-forniment.

(13)  Kull sistema ta' separazzjoni għandha tkun effettiva fit-tneħħija ta" kull kunflitt ta" interess bejn il-ġeneraturi u l-operaturi tas-sistema ta" trażmissjoni, u m'għandhiex toħloq sistema regolatorja tqila jew ta" tfixkil għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li tkun diffiċli jew għalja biex tiġi implimentata.

(14)  Billi s-separazzjoni tas-sjieda teħtieġ, f'xi każi, ir-ristrutturar ta' l-impriżi, l-Istati Membri għandhom jingħataw żmien addizzjonali biex japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti. Fi-dawl tar-rabtiet vertikali bejn is-setturi tal-gass u l-elettriku, id-dispożizzjonijiet dwar is-separazzjoni għandhom japplikaw, barra minn hekk, għaż-żewġ setturi.

(15)  Sabiex tkun żgurata l-indipendenza sħiħa ta' l-operat tan-netwerk mill-interessi tal-forniment u l-ġenerazzjoni u sabiex ma jkun hemm skambju ta' l-ebda informazzjoni kunfidenzjali, l-istess persuna ma għandhiex tkun membru tal-bordijiet ta' l-amministrazzjoni ta' kemm operatur ta' sistema ta' trażmissjoni u impriża li twettaq kwalunkwe mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni u forniment. Għall-istess raġuni, l-istess persuna ma għandhiex tkun intitolata taħtar membri tal-bordijiet ta' ġestjoni ta' operatur tas-sistema ta' trażmissjoni u jkollha kwalunkwe interess f'impriża ta' provvista.▌

(16)  Meta l-impriża li jkollha s-sjieda ta' sistema ta' trażmissjoni tkun parti minn impriża integrata vertikalment, l-Istati Membri għandhom ║ jingħataw għażla bejn separazzjoni tas-sjieda u, bħala deroga, l-istabbiliment ta' operaturi tas-sistema li jkunu indipendenti mill-interessi ta' forniment u ġenerazzjoni. L-effettività sħiħa tas-soluzzjoni ta' operatur ta' sistema indipendenti trid tiġi assigurata permezz ta' regoli speċifiċi addizzjonali. Sabiex l-interessi ta' l-azzjonisti ta' l-impriżi integrati vertikalment jinżammu bis-sħiħ, l-Istati Membri għandu jkollhom ukoll l-għażla li jimplimentaw separazzjoni tas-sjieda, jew permezz ta' żvestiment dirett, jew inkella billi jinqasmu l-ishma tal-kumpanija integrata f'ishma tal-kumpanija tan-netwerk u f'ishma tan-negozju li jkun baqa' ta' forniment u ta' ġenerazzjoni, sakemm dan ikun konformi mar-rekwiżiti li jirriżultaw mis-separazzjoni tas-sjieda.

(17)  L-implimentazzjoni ta" separazzjoni effettiva għandha tirrispetta l-prinċipju li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat. Għal dan il-għan, l-istess persuna ma għandhiex tkun tista' teżerċita kwalunkwe influwenza, weħida jew b'mod konġunt, fuq il-kompożizzjoni, il-votazzjoni jew id-deċiżjoni tal-korpi sew ta' l-aoperaturi tas-sistema ta' trażmissjoni sew ta' l-impriżi ta' forniment. Dejjem sakemm l-Istat Membru kkonċernat jista' juri li dan ir-rekwiżit qed jiġi osservat, żewġ korpi pubbliċi distinti jistgħu jikkontrollaw minn naħa l-attivitajiet ta' ġenerazzjoni u forniment u mill-oħra attiviatjiet ta' trażmissjoni.

(18)  Is-separazzjoni sħiħa ta' l-attivitajiet tan-netwerk u tal-forniment għandha tapplikaw madwar il-Komunità, sabiex kwalunkwe operatur ta' netwerk fil-Komunità jew il-kumpaniji affiljati tagħha jinżammu milli jkollhom kwalunkwe attività ta' forniment jew ġenerazzjoni fi kwalunkwe Stat Membru. Dan għandu japplika b'mod ugwali għall-impriżi kemm ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll ta' pajjiżi terzi. Sabiex jiġi żgurat li l-attivitajiet ta' netwerk u ta' forniment madwar il-Komunità jinżammu separati, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa jirrifjutaw iċ-ċertifikazzjoni lil operaturi ta' sistema ta' trażmissjoni li ma jikkonformawx mar-regoli tas-separazzjoni. Sabiex tkun żgurata applikazzjoni konsistenti madwar il-Komunità u r-rispett ta' l-obbligi internazzjonali tal-Komunità, l-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija ("l-Aġenzija") imwaqqfa bir-Regolament (KE) Nru.../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5) għandu jkollha d-dritt tisħarreġ id-deċiżjonijiet dwar iċ-ċertifikazzjoni meħuda mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

(19)  Is-salvagwardja tal-forniment ta' l-enerġija hija element essenzjali tas-sikurezza pubblika u hija għalhekk intrinsikament marbuta mat-tħaddim effiċjenti tas-suq ta' l-Unjoni Ewropea ta' l-elettriku u ma' l-eliminazzjoni ta' l-iżolament ġeografiku tas-suq. L-elettriku jista' ║ jilħaq liċ-ċittadini ta' l-Unjoni biss permezz tan-netwerk. Swieq ta' elettriku li jaħdmu kif xieraq u b'mod partikolari n-netwerks u assi oħra assoċjati mal-provvista ta' l-elettriku huma essenzjali għas-sigurtà pubblika, għall-kompetittività ta' l-ekonomija u għall-benessri taċ-ċittadini ta' l-Unjoni. Bla ħsara għall-obbligi internazzjonali tal-Komunità, il-Komunità tqis li s-settur tas-sistema ta' trażmissjoni ta' l-elettriku huwa ta' importanza kbira għall-Komunità u b'hekk huma meħtieġa salvagwardji addizzjonali fir-rigward ta' l-influwenza ta' pajjiżi terzi sabiex jiġu evitati theddidiet għall-ordni pubbliku Komunitarju u s-siġurtà pubblika u l-benessri taċ-ċittadini ta' l-UE. Miżuri bħal dawn huma meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli dwar is-separazzjoni effettiva.

(20)  L-aċċess mhux diskriminatorju għan-netwerk ta' distribuzzjoni jiddetermina l-aċċess mill-qiegħ għall-klijenti fuq il-livell tal-bejgħ bl-imnut. L-ambitu għad-diskriminazzjoni fir-rigward ta' l-aċċess u l-investiment ta' parti terza huwa madankollu inqas snifikanti fuq livell ta' distribuzzjoni milli fuq livel ta' trażmissjoni minħabba li fuq il-livell ta' distribuzzjoni il-konġestjoni u l-influwenza ta' l-interessi tal-ġenerazzjoni huma ġeneralment inqas importanti milli huma fuq il-livell tat-trażmissjoni. Barra minn hekk, is-separazzjoni funzjonali ta' l-operaturi ta' sistema ta' distribuzzjoni, skond id-Direttiva 2003/54/KE, saret obbligatorja biss mill-1 ta' Lulju 2007 u l-effetti tagħha fuq is-suq intern għad iridu jiġu evalwati. Ir-regoli dwar is-separazzjoni legali u funzjonali li bħalissa huma fis-seħħ għalhekk jistgħu jwasslu għal separazzjoni effettiva sakemm dawn jiġu definiti b'mod aktar ċar, implimentati sewwa u sorveljati mill-qrib. Sabiex jinħoloq ambjent ekwu fil-livell tal-bejgħ bl-imnut, l-attivitajiet ta' operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għandhom ukoll jinżammu milli japprofittaw ruħhom mill-integrazzjoni vertikali tagħhom fir-rigward tal-pożizzjoni kompettitiva tagħhom fis-suq, b'mod partikolari fir-relazzjoni tagħhom mal-klijenti żgħar domestiċi u mhux domestiċi.

(21)  Sabiex tiġi żviluppata l-kompetizzjoni fis-suq intern ta" l-elettriku, klijenti mhux ta" residenzi għandhom ikunu jistgħu jagħżlu l-fornituri tagħhom kif ukoll jikkonkludu kuntratti biex jiżguraw il-ħtiġijiet tagħhom ta" l-elettriku ma" diversi fornituri. Tali-klijenti għandhom ikunu mħarsa kontra klawsoli esklussivi f'kuntratti li l-effett tagħhom huwa li jeskludu offerti kumplimentari u/jew kompetittivi.

(22)  Id-Direttiva 2003/54/KE daħħlet rekwiżit għall-Istati Membri biex jistabbilixxu awtoritajiet regolatorji b'kompetenzi speċifiċi. Madankollu, l-esperjenza turi li l-effettività tar-regolamentazzjoni ħafna drabi tkun limitata bin-nuqqas ta" indipendenza ta' l-awtoritajiet regolatorji mill-gvern, kif ukoll minħabba n-nuqqas ta" setgħat u diskrezzjoni. Għal din ir-raġuni, fil-laqgħa tiegħu fi Brussell imsemmija hawn fuq║, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa proposti leġiżlattivi li jipprovdu għal aktar armonizzazzjoni tas-setgħat u t-tisħiħ ta" l-indipendenza ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

(23)  Kwalunkwe armonizzazzjoni tas-setgħat ta" l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandha tinkludi inċentivi li jistgħu jiġu offruti u sanzjonijiet li jistgħu jintużaw kontra l-kumpaniji ta' l-elettriku. L-Aġenzija għandha tingħata s-setgħat xierqa biex tkun minn ta" l-ewwel li tassigura li jkun hemm parità fl-inċentivi u s-sanzjonijiet fl-Istati Membri kollha, u biex tipprovdi linji gwida dwar miżuri bħal dawn.

(24)  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għalhekk jeħtieġ li jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet fuq il-kwistjonijiet regolatorji rilevanti kollha għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, u li jkunu indipendenti bis-sħiħ minn kwalunkwe interess pubbliku jew privat.

(25)  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa li joħorġu deċiżjonijiet li jorbtu fuq l-impriżi ta' l-elettriku u li jimponu sanzjonijiet effettivi, xierqa u disswassivi fuq l-impriżi ta' l-elettriku li ma jikkonformawx ma' l-obbligi tagħhom. Għandhom ukoll jingħataw is-setgħat biex jiddeċiedu, tkun xi tkun l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni, dwar kwalunkwe miżura xierqa li tiżgura benefiċċji għall-konsumatur permezz tal-promozzjoni ta" kompetizzjoni effettiva meħtieġa għall-operat xieraq tas-suq; kif ukoll jiżguraw standards għoljin ta' servizzi universali u pubbliku f'konformità mal-ftuħ tas-suq, il-ħarsien ta' klijenti vunnerabbli, u li l-miżuri tal-ħarsien tal-konsumatur jkunu effettivi għal kollox. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu bla ħsara sew għas-setgħat tal-Kummissjoni fir-rigward ta' l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni inkluż l-eżaminazzjoni tal-fużjonijiet (mergers) b'dimensjoni Komunitarja, sew għar-regoli dwar is-suq intern, bħall-moviment liberu tal-kapital.

(26)  Is-suq intern ta' l-elettriku qed ibati minn nuqqas ta' likwidità u trasparenza li jxekkel l-allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi, il-kopertura tar-riskju tal-kreditu, u d-dħul ta' kompetituri ġodda. Għandhom għalhekk jiżdiedu l-fiduċja fis-suq, il-likwidità tiegħu u n-numru ta' parteċipanti fis-suq ▌.

(27)  L-awtoritajiet regolatorji ta' l-enerġija u tas-suq finanzjarju għandhom jikkoperaw sabiex jagħmluha possibbli lil xulxin li jkollhom deskrizzjoni ġenerali tas-swieqrispettivi. Huma għandu jkollhom is-setgħa li jiksbu tagħrif relevanti mingħand l-impriżi ta' l-elettriku permezz ta" investigazzjonijiet xierqa u suffiċjenti, ir-riżoluzzjoni ta" tilwim, u sanzjonijiet effettivi.

(28)  Qabel l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' linji gwida li jiddefnixxu aktar ir-rekwiżiti taż-żamma tar-reġistri, l-Aġenzija ║u l-Kumitar tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli Finanzjarji (CESR) għandhom jikkooperaw biex jinvestigaw u jagħtu parir lill-Kummissjoni dwar il-kontenut tal-linji gwida. L-Aġenzija u s-CESR għandhom ukoll jikkooperaw biex jinvestigaw aktar fil-fond u jagħtu konsulenza dwar il-kwistjoni ta' jekk it-tranżazzjonijiet fil-kuntratti tal-forniment ta' l-ettriku u d-derivattivi ta' l-elettriku għandhomx ikunu soġġetti għal rewiżiti ta' trasparenza ta' qabel u/jew ta' wara n-negozju u jekk iva, liema għandu jkun il-kontenut ta' dawn ir-rekwiżiti.

(29)  Sabiex jiġi evitat li l-fornituri inkarigati dominanti jżommu l-ftuħ tas-suq milli jseħħ, jeħtieġ li jkun possibbli l-iżvilupp ta' mudelli tan-negozju ġodda, pereżempju l-possibilitá li wieħed jagħmel kuntratti simultanji ma" diversi fornituri.

(30)  Ir-rekwiżiti universali u tas-servizz pubbliku u l-istandards komuni minimi li jitnisslu minnhom, jeħtieġ li jissaħħu aktar biex jiġi żgurat li l-konsumaturi kollha, speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli, ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-kompetizzjoni u minn prezzijiet aktar ġusti. Ir-rekwiżiti tas-servizz pubbliku għandhom jiġu definiti fuq bażi nazzjonali, filwaqt li jittieħed kont taċ-ċirkustanzi nazzjonali. Madankollu, fl-istess ħin, l-Istati Membri jridu jirrispettaw il-liġi Komunitarja u l-istandards minimi komuni. Iċ-ċittadini ta" l-Unjoni kif ukoll l-impriżi żgħar u ta' daqs medju, għandhom ikunu jistgħu igawdu garanziji ta" servizz pubbliku, b'mod partikulari rigward is-sigurtà tal-provvista u ta' tariffi raġonevoli. Aspett prinċipali fil-forniment lill-konsumaturi huwa l-aċċess għad-data objettiva u trasparenti dwar il-konsum; ║ il-konsumaturi jrid ikollhom id-dritt li jaċċessaw id-data tal-konsum tagħhom u l-prezzijiet assoċjati kif ukoll l-ispejjeż tas-servizz sabiex ikunu jistgħu jistiednu l-kompetituri biex jagħmlu offerta bbażata fuq dik id-data. Il-konsumaturi għandu jkollhom ukoll id-dritt li jiġu infurmati sewwa dwar il-konsum ta" l-enerġija tagħhom u l-ħlasijiet minn qabel għandhom ikunu adegwati u jirriflettu l-konsum ta' l-elettriku attwali tagħhom. Tagħrif ipprovdut lill-konsumaturi mill-inqas kull tliet xhur u bbażat fuq kriterji komuni dwar l-ispejjeż ta' l-enerġija għandu joħloq inċentivi għat-tfaddil fl-enerġija għaliex jagħti lura lill-klijenti informazzjoni diretta dwar l-effetti ta" l-investiment fl-użu effiċjenti ta" l-enerġija u fil-bidla fl-imġiba.

(31)  Il-konsumaturi għandhom ikunu fiċ-ċentru ta" din id-Direttiva. Id-drittijiet eżistenti tal-konsumaturi jeħtieġ li jiġu msaħħa u ggarantiti, u għandhom jinkludu aktar trasparenza u rappreżentazzjoni. Il-ħarsien tal-konsumatur għandu jassigura li l-konsumaturi kollha jibbenefikaw minn suq kompetittiv. Id-drittijiet tal-konsumaturi għandhom jiġu infurzati mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali billi jinħolqu inċentivi u jiġu imposti sanzjonijiet fuq kumpaniji li ma jikkonformawx mal-ħarsien tal-konsumaturi u mar-regoli tal-kompetizzjoni.

(32)  Tagħrif ċar u komprensibbli għandu jsir magħmul disponibbli lill-konsumaturi dwar id-drittijiet tagħhom fil-konfront tas-settur ta" l-enerġija. Wara l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta" Lulju 2007 bit-titlu "Lejn l-adozzjoni ta" Karta Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Konsumaturi ta" l-Enerġija", il-Kummissjoni għandha tressaq, wara li tikkonsulta il-partijiet konċernati relevanti li jinkludi l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u l-imsieħba soċjali, karta aċċessibbli u faċli biex tintuża li telenka d-drittijiet tal-konsumaturi ta" l-enerġija li diġà hemm fil-liġi Komunitarja eżistenti inkluża din id-Direttiva. Il-fornituri ta" l-enerġija għandhom jiżguraw li l-konsumaturi kollha jirċievu kopja ta" din il-karta u jiżguraw li tkun disponibbli b'mod pubbliku.

(33)  Il-faqar fl-enerġija huwa problema dejjem tikber fl-Unjoni Ewropea. L-Istati Membri għandhom għaldaqstant jiżviluppaw pjanijiet ta" azzjoni nazzjonali biex jitrattaw din il-problema u jiżguraw il-provvista ta' l-enerġija meħtieġa għall-konsumaturi vulnerabbli. Waqt li jsir dan, hi meħtieġa strateġija integrata kif ukoll miżuri li għandhom jinkludu politiki soċjali, politiki tat-tariffi u titjib fl-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija għad-djar. Din id-Direttiva għandha, mill-inqas, tippermetti politiki ta" nazzjonali favur konsumaturi vulnerabbli, f'termini ta' mudelli ta' prezzijiet.

(34)  Miżuri ta" rikors effiċjenti u aċċessibbli għal kulħadd jiggarantixxu ħarsien akbar tal-konsumaturi. L-Istati Membri għandhom jintroduċu proċeduri rapidi u effettivi ta' arbitraġġ.

(35)  Il-prezzijiet tas-suq għandhom jagħtu l-inċentivi t-tajba għall-iżvilupp ta' network ta' distribuzzjoni u għall-investiment f' ġenerazzjoni ta" elettriċita' ġdida.

(36)  Il-promozzjoni tal-kompetizzjoni u ta" aċċess faċli għal fornituri differenti kif ukoll l-għoti tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni ta' elettriċita' ġdida għandha tkun ta' importanza massima għall-Istati Membri sabiex jippermettu lill-konsumaturi li jaħtfu l-opportunitajiet ta' suq intern liberalizzat ta' l-elettriku. Fl-istess ħin, l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-iżvilupp ta" pjanijiet ta" azzjoni nazzjonali u ta" politiki soċjali.

(37)  ▌Fil-ħolqien ta' suq intern ta' l-elettriku, is-swieq reġjonali ta" l-enerġija jistgħu jkunu l-ewwel pass. L-Istati Membri għandhom għalhekk irawmu, fuq livell Kommunitarju kif ukoll fejn possibbli, fuq livell reġjonali, l-integrazzjoni tas-swieq nazzjonali tagħhom u l-kooperazzjoni ta' l-operaturi tan-network fil-livell Kommunitarju kif ukoll nazzjonali. Inizjattivi għall-integrazzjoni reġjonali huma pass intermedjarju essenzjali għall-kisba ta" integrazzjoni fis-swieq ta" l-enerġija Komunitarji, li tibqa' l-għan aħħari. Il-livell reġjonali jgħin sabiex jaċċelera l-proċess ta" integrazzjoni billi jagħmilha possibbli għall-atturi konċernati, u b'mod partikulari l-Istati Membri, l-awtoritajiet regulatorji nazzjonali u l-operaturi tas-sistemi ta" trażmissjoni, li jikkoperaw fuq kwistjonijiet speċifiċi.

(38)  L-iżvilupp ta" network ta' distribuzzjoni tassew pan-Komunitarju għandu jkun wieħed mill-għanijiet prinċipali ta' din id-Direttiva u għalhekk kwistjonijiet regolatorji dwar l-interkonnessjonijiet bejn il-fruntieri u s-swieq reġjonali għandhom ikunu r-responsabilità ta" l-Aġenzija.

(39)  Il-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mal-partijiet interessati (b'mod partikulari l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u l-Aġenzija), għandha tevalwa l-fattibilità tal-ħolqien ta' operatur tas-sistema ta' trażmissjoni Ewropew uniku u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji rigward l-integrazzjoni tas-suq kif ukoll it-tħaddim effettiv u sigur tan-netwerk ta' trażmissjoni.

(40)  L-iżgurar ta' regoli komuni għal suq intern li jopera tajjeb u l-provvista wiesgħa ta" enerġija aċċessibbli għal kulħadd għandhom ikunu fost l-għanijiet ewlenin ta' din id-Direttiva. Għal dan l-għan, prezzijiet tas-suq mingħajr distorsjoni jistgħu jipprovdu l-aqwa inċentivi għal interkonnessjonijiet transkonfinali u għal investimenti fil-ġenerazzjoni ta" enerġija ġdida filwaqt li jwasslu, fl-aħħar mill-aħħar, għall-konverġenza fil-prezzijiet.

(41)  Koperazzjoni reġjonali akbar għandha tkun l-ewwel pass lejn l-iżvilupp ta" network ta' distribuzzjoni Ewropew għall-elettriku totalment integrata, li finalment jinkorpora l-"gżejjer" ta' l-elettriku li jippersistu fl-Unjoni.

(42)  L-awtoritajiet regolatorji għandhom jipprovdu informazzjoni lis-suq sabiex jippermettu lill-Kummissjoni teżerċita l-irwol tagħha ta' osservazzjoni u sorveljanza tas-suq Ewropew ta' l-elettriku u l-evoluzzjoni tiegħu fuq terminu ta' żmien qasir, medju u fit-tul, inklużi aspetti bħall-kapaċità ta' ġenerazzjoni, għejun differenti ta' ġenerazzjoni ta' l-elettriku, infrastrutturi ta' trażmissjoni u distribuzzjoni, il-kwalità tas-servizz u tal-provvista, negozju transkonfinali, il-ġestjoni tal-konġestjoni, investimenti, prezzijiet bl-ingrossa u għall-konsumaturi, likwidità tas-suq, titjib ambjentali u fl-effiċjenza.

(43)  Peress li l-għan ta' din id-Direttiva, partikolarment il-ħolqien ta' suq intern ta' l-elettriku mħaddem b'mod sħiħ, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk, permezz tal-bilanċ u l-effetti ta' l-azzjoni, ikunu jistgħu jintlaħqu aħjar fuq livell ta' Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Bi qbil mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif iddikjarat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(44)  Ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003 dwar kundizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku(6) jipprovdi lill-Kummissjoni bil-possibbiltà li tadotta linji gwida biex tikseb il-grad ta' armonizzazzjoni meħtieġ. Dawn il-linji gwida, li ║ huma miżuri ta' implimentazzjoni li jorbtu, huma għodda siewja li tista' tiġi adattata malajr fejn meħtieġ.

(45)  Id-Direttiva 2003/54/KE għandha tiġi emendata skond dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2003/54/KE

Id-Direttiva 2003/54/KE hija emendata kif ġej:

(1)  L-Artikolu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli komuni għall-ġenerazzjoni, it-trasmissjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista ta" l-elettriku, flimkien ma' dispożizzjonijiet għall-ħarsien tal-konsumatur, bil-għan li jsiru aħjar u jiġu integrati s-swieq ta' l-enerġija kompetittivi, permezz ta" network ta' distribuzzjoni komuni, fl-Unjoni Ewropea. Din tistabbilixxi wkoll ir-regoli li jikkonċernaw l-organizzazzjoni u t-tħaddim tas-settur ta" l-elettriku, l-aċċess miftuħ għas-suq, il-kriterji u l-proċeduri applikabbli għal sejħat ta' offerti u l-għoti ta' awtorizzazzjonijiet, kif ukoll it-tħaddim ta' sistemi. Hija tiddefinixxi wkoll l-obbligi ta" servizz universali u d-drittijiet tal-konsumaturi ta" l-elettriku u tiċċara l-obbligi tal-kompetizzjoni.

"

(2)  L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

a)  (a) il-punt 12 għandu jiġi miżjud:"

   12. "konsumaturi eliġibbli' tfisser konsumaturi li jistgħu jixtru l-elettriku mingħand fornitur ta' l-għażla tagħhom skond it-tifsira ta' l-Artikolu 21 ta' din id-Direttiva kif ukoll li jistgħu jikkonkludu kuntratti simultanjament ma diversi fornituri;
"

(  b) il-punt 21 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

   21. "impriża integrata vertikalment" tfisser impriża ta' l-elettriku, jew grupp ta' impriżi ta' l-elettriku fejn l-istess persuna jew l-istess persuni huma intitolati, direttament jew indirettament, jeżerċitaw il-kontroll fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ta' l-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (ir-Regolament KE tal-mergers)*, u fejn l-impriża jew il-grupp ta' impriżi jwettqu minn ta' l-anqas waħda mill-funzjonijiet ta' trażmissjoni jew distribuzzjoni, u minn ta' l-anqas waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew forniment ta' elettriku;║
  

_______________________

  

* ĠU L 24, 29.1.2004, p.1";

"

c)   ║il-punti ║li ġejjiin għandhom jiżidiedu:"

   32. "kuntratt għal forniment ta' l-elettriku' ifisser kuntratt għall-forniment ta' l-elettriku, iżda ma jinkludix derivattiva ta' l-elettriku;
   33. "derivattiva ta' l-elettriku' tfisser strument finanzjarju speċifikat f'waħda mis-Sezzjonijiet C5, C6, jew C7 ta' l-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar swieq fi strumenti finanzjarji*, li għandu x'jaqsam ma' l-elettriku;
  34. "kontroll' għandu jfisser kwalunkwe dritt, kuntratt, jew kull mezz ieħor li, separatament jew flimkien, fil-kuntest tal-fatti u tal-liġijiet involuti, jikkonferixxi l-possibbiltà li tkun eżerċitata influwenza deċiżiva fuq l-impriża, b'mod partikolari permezz ta':
   a) sjieda jew dritt ta' użu ta' l-assi kollha jew minn parti mill-assi ta' impriża;
   b) drittijiet jew kuntratti li jikkonferixxu influwenza deċiżiva fuq il-komposizzjoni, il-votazzjoni jew id-deċiżjonijiet ta' l-organi ta' impriża;
   35. "sit industrijali' tfisser zona ġeografika ta' proprjetà privata b'network ta' distribuzzjoni ta' l-enerġija li primarjament hu maħsub biex iforni konsumaturi industrijali f'dik iz-zona;
   36. "kompetizzjoni ġusta u mhux distorta f'suq miftuħ' tfisser opportunitajiet komuni u aċċess ugwali għall-fornituri kollha fl-Unjoni Ewropea, li għalihom L-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kif ukoll l-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija ("l-Aġenzija") imwaqqfa skond ir-Regolament (KE) Nru.../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill** għandhom ikunu responsabbli;
   37. "impriża ta" l-elettriku" tfisser kull persuna naturali jew ġuridika li twettaq ta" l-inqas waħda minn dawn il-funzjonijiet: produzzjoni, trażmissjoni, distribuzzjoni, provvista jew xiri ta" elettriku; u responsabbli għax-xogħlijiet kummerċjali, tekniċi u/jew ta" manutenzjoni marbuta ma" dawn il-funzjonijiet; din m'għandhiex tinkludi l-konsumaturi fina;
   38. "il-faqar fl-enerġija' tfisser sitwazzjoni fejn residenza ma tistax taffordja li ssaħħan id-dar tagħha skond standard aċċettabbli bbażat fuq il-livelli rakkomandati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa;
   39. "impjanti virtwali ta' l-enerġija" tfisser programm ta' trasferiment ta' l-elettriku li permezz tiegħu impriża li tiġġenera l-elettriku tkun obbligata li tbiegħ jew tagħmel disponibbli volum determinat ta' elettriku jew li tipprovdi aċċess għal parti mill-kapaċità ta" ġenerazzjoni tagħha lil fornituri interessati għal perjodu determinat ta' żmien.
  

______________________

  

* ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

  

** ĠU L...

"

(3)  L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

   a) il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:"
2.  B'kunsiderazzjoni sħiħa lejn id-disposizzjonijiet relevanti tat-Trattat, b'mod partikolari l-Artikolu 86 miġjub fih, l-Istati Membri jistgħu jimponu fuq impriżi ║ta' l-elettriku, u fl-interess ekonomiku ġenerali, l-obbligi tas-servizz pubbliku li jistgħu jkunu marbuta mas-sigurtà, inkluża s-sigurtà tal-provvista, ir-regolarità, il-kwalità u l-prezz tal-provvisti u l-protezzjoni ta' l-ambjent, inklużi l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija, l-enerġija li tiġġedded u l-protezzjoni tal-klima. Obbligi bħal dawn għandhom ikunu definiti b'mod ċar, trasparenti, non-diskriminatorji, li jistgħu jiġu verifikati, u għandhom jiggarantixxu l-ugwaljanza ta' l-aċċess lill-impriżi ta' l-elettriku ta' l-UE għall-klijenti nazzjonali. B'rabta mas-sigurtà tal-provvista, l-effiċjenza ta" l-enerġija/amministrazzjoni tax-xiri u bejgħ u għat-twettiq tal-miri ambjentali u tas-sorsi ta' l-enerġija li jiġġeddu, kif imfisser f'dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu l-implimentazzjoni ta" ppjanar għall-żmien twil, waqt li tkun kunsidrata l-possibilità li terzi partijiet jistgħu jitolbu li jkollhom aċċess għas-sistema."

b)   fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:"

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti domestiċi kollha u l-intrapriżi ż-żgħar kif definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgġar u ta' daqs medju* (intrapriżi li jħaddmu inqas minn 50 persuna impjegata u b'turnover annwali u/ jew karta tal-bilanċ annwali li ma jisbqux l-EUR 10 miljun), ikunu jgawdu servizzi universali, jiġifieri d-dritt li jkunu fornuti b'elettriku ta' kwalità speċifikata fit-territorju tagħhom bi prezz kemm sewa u bi prezzijiet li jkunu raġonevoli, kumparabbli b'mod ħafif u ċar u trasparenti u non-diskriminatorji. Dawn il-konsumaturi għandu jkollhom aċċess għall-għażla, għal sens ta' ġustizzja, għar-rappreżentazzjoni u għall-kumpens. Il-kwalità tas-servizz għandha tkun responsabilità prinċipali ta' l-impriżi ta' l-elettriku. Biex tkun żgurata d-disposizzjoni ta' servizz universali, l-Istati Membri jistgħu jaħtru fornitur bħala l-aħħar għażla tagħhom. L-Istati Membri għandhom jimponu fuq il-kumpaniji tad-distribuzzjoni l-obbligu li jgħaqqdu lill-klijenti mal-grid tagħhom taħt termini, kondizzjonijiet u tariffi li jkunu stabbiliti f'konformità mal-proċedura li hemm fl-Artikolu 22(c). Xejn f'din id-Direttiva m'għandu jħalli lill-Istati Membri milli jsaħħu l-pożizzjoni tas-suq tal-konsumaturi domestiċi, żgħar u medji billi jmexxu 'l quddiem il-possibilitajiet ta' aggregazzjoni volontarja tar-rappreżentanza għal din il-klassi ta' konsumaturi.

____________________

* ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.":

"

c)   il-paragrafi li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-paragrafu 3:"

3 bis.  "3a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi kollha jkunu intitolati li jkollhom l-elettriku tagħhom ipprovdut minn fornitur, suġġett għal qbil tal-fornitur, irrispettivament f'liema Stat Membru jkun reġistrat il-fornitur. F'dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li l-impriżi reġistrati fit-territorji tagħhom ikunu jistgħu jfornu lill-konsumaturi tagħhom bla ma jkollhom jissodisfaw kundizzjonijiet oħrajn.

3b.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

   a) fejn konsumatur jixtieq li jbiddel il-fornitur, il-bidla għandha ssir mill-operatur(i) kkonċernat(i) fi żmien ġimgħatejn, u
   b) il-konsumaturi huma intitolati li jirċievu l-informazzjoni relevanti kollha relatata mal-konsum.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet imsemmija f'punti (a) u (b) huma mogħtija lill-konsumaturi kollha b'mod mhux diskriminatorju fir-rigward ta' spiża, ħidma u żmien.

"

d)   il-paragrafu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

5.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jipproteġu lill-klijenti finali, u għandhom jiżguraw b'mod partikolari li jkun hemm salvagwardji adegwati biex jipproteġu lill-klijenti vulnerabbli, inkluża projbizzjoni tal-qtugħ tal-konnettività tal-penzjonanti u persuni b'diżabilitajiet fix-xitwa. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-faqar enerġetiku stipular fl-Artikolu 2 u għandhom jipprovdu definizzjonijiet ta" konsumaturi vulnerabbli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet u l-obbligi marbuta mal-konsumaturi vulnerabbli jkunu applikati, u b'mod partikolari, għandhom jieħdu miżuri biex jipproteġu lill-klijenti finali f'żoni remoti. Dawn għandhom jiżguraw livelli għolja ta' protezzjoni tal-konsumatur, partikolarment fejn jikkonċerna t-trasparenza dwar termini u kondizzjonijiet kuntrattwali, informazzjoni ġenerali, u mekkaniżmi ta' soluzzjoni ta' kwistjonijiet. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijent eliġibbli jkun fil-fatt jista' jaqleb faċilment ma' fornitur ġdid. B'rabta minn ta' l-anqas mal-klijenti domestiċi, dawn il-miżuri għandhom jinkludu dawk stabbiliti fl-Anness A.

"

e)   il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-paragrafu 5:"

5a.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jindirizzaw il-faqar fl-enerġija fil-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali dwar l-enerġija sabiex jiġi żgurat li n-numru ta' nies li jsofru minn faqar fl-enerġija jonqos f'termini reali u huma għandhom jikkomunikaw dawn il-miżuri lill-Kummissjoni. Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli biex jipprovdi, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetá, definizzjoni tal-faqar fl-enerġija fuq livell nazzjonali, f'konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-partijiet interessati skond ir-referenza ta' l-Artikolu 2 (34d). Miżuri bħal dawn jistgħu jinkludu benefiċċji fis-sistemi tas-sigurtá soċjali, appoġġ għal titjib fl-użu effiċjenti ta' l-enerġija u fil-produzzjoni ta' l-enerġija bil-prezzijiet li jkunu l-irħas possibbli. Dawn il-miżuri m'għandhomx iwaqqfu l-ftuħ tas-suq stipulat fl-Artikolu 21. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi indikaturi biex jiġi sorveljat l-impatt ta" miżuri bħal dawn fuq il-faqar fl-enerġija, u fuq il-funzjonament tas-suq.

"

f)   il-paragrafu 6 għandu jiġi emendat kif ġej:

i)   fl-ewwel subparagrafu il-punt (a) għandu jinbidel b'dan li ġej:"

   a) il-kontribuzzjoni ta' kull sors ta' enerġija lejn it-taħlita ġenerali tal-karburant li jkun għamel il-fornitur matul is-sena ta' qabel b'mod armonizzat u li jinftiehem fi ħdan l-Istati Membri biex ikun possibbli paragun faċli;
"

(ii)  Fl-ewwel subparagrafu għandu jiżdied dan il-punt:"

(ba) tagħrif dwar id-drittijiet tagħhom u l-opportunitajiet ta' mezzi ta' rimedju għalihom f'każ ta' tilwim.

"

iii)   it- tielet -subaragrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:"

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-informazzjoni pprovduta mill-fornituri lill-klijenti tagħhom f'konformità ma' dan l-Artikolu tkun waħda ta' min jorbot fuqha. Regoli dwar il-preżentazzjoni ta" l-informazzjoni għandhom ikunu armonizzati fi ħdan l-Istati Membri u s-swieq relevanti.

"

g)   il-paragrafu 7 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

7.  L-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżuri xierqa biex jinkisbu l-għanijiet tal- koeżjoni ekonomika u soċjali li għandhom inaqqsu l-iżpiża ta' l-enerġija għall-familji bi dħul baxx u jiggrantixxu l-istess kundizzjonijiet għal dawk li jgħixu f'zoni remoti kif ukoll l-għanijiet tal-protezzjoni ta' l- ambjent. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu miżuri ta' effiċjenza ta' l-enerġija/amministrazzjoni ta' xiri u bejgħ u mezzi biex jiġi miġġieled il-bdil klimatiku, u s-sigurtà tal-provvista jistgħu jinkludu wkoll, b'mod partikolari, id-disposizzjoni ta' inċentivi ekonomiċi adegwati, bl-użu, meta jkun xieraq, tal-mezzi nazzjonali u tal-Komunità eżistenti kollha, għaż-żamma u l-bini ta' l-infrastruttura meħtieġa ta' networks, inkluża l-kapaċità ta' l-interkonnettività.

"

h)   il-paragrafi li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-paragrafu 7:"

7a.  Sabiex tiġi promossa l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimponu fuq l-impriżi ta' l-elettriku li jintroduċu formuli ta' tariffi li jogħlew f'każ ta' livelli akbar ta' konsum u li għandhom jiżguraw il-parteċipazzjoni attiva tal-konsumaturi u ta' l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni fl-operazzjoni tas-sistema billi jiġu promossi d-dħul ta' miżuri li jagħmlu l-aħjar użu ta' l-enerġija fis-sigħat ta' l-akbar użu ta' l-elettriku. Formuli ta' tariffi bħal dawn, flimkien mad-dħul ta' smart meters u grilji, għandhom jinkoraġġixxu mġiba li tuża l-enerġija b'mod effiċjenti u bl-inqas spejjeż għall-klijenti bid-djar, partikolarment dawk li jsofru minn faqar fl-enerġija.

7b.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni ta" punti singoli ta' kuntatt sabiex jipprovdu lill-konsumaturi bl-informazzjoni kollha meħtieġa dwar id-drittijiet tagħhom, il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, u l-meżżi ta' rimedju li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom f'każ ta" tilwima.

"

i)   il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu:"

9a.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, f'konsultazzjoni mal-partijiet konċernati relevanti inklużi l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u l-imsieħba soċjali, karta li telenka d-drittijiet tal-konsumaturi ta" l-enerġija stipulati fil-Liġi Komunitarja inkluża f'din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta" l-enerġija jieħdu l-passi meħtieġa biex jikkomunikaw kopja ta" dik il-karta lill-konsumaturi kollha tagħhom u jiżguraw li tkun disponibbli b'mod pubbliku. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-fornituri ta" l-enerġija jissodisfaw dawk l-obbligi u jikkonformaw mad-drittijiet tal-konsumaturi stipulati fil-karta.

9b.  Sabiex il-konsumaturi jkunu mgħejjuna jnaqqsu l-ispejjeż għall-enerġija tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jeżiġu li d-dħul mill-elettriku li jkun ġej minn klijenti bid-djar jintefaq fuq programmi għall-effiċjenza ta' l-enerġija u li jkejlu n-naħa tat-talba ffukati fuq klijenti bid-djar.

"

4)   l-Artikolu 4, għandu jinbidel b'dan li ġej:"

L-Istati Membri għandhom jiżguraw is-sorveljanza tas-sigurtà fi kwistjonijiet ta' provvista. Fejn l-Istati Membri jkunu jikkunsidraw bħala xieraq, huma jistgħu jiddelegaw dan il-kompitu lill-awtoritajiet regolatorji li hemm imsemmija fl-Artikolu 22(a). Din is-sorveljanza għandha, b'mod partikolari, tkopri l-bilanċ tal-provvista/domanda fuq is-suq nazzjonali, inkluża l-previżjoni dettaljata tad-domanda mistennija fil-futur u l-provvisti disponibbli, il-kapaċità addizzjonali kontemplata li tkun qed tiġi ppjanata jew f'fażi ta' kostruzzjoni, u l-kwalità u l-livell ta' żamma tan-networks, l-aċċess għall-ġenerazzjoni distribwita u mikro, kif ukoll miżuri li jkopru domanda għolja biex dawn ikunu jistgħu jlaħħqu man-nuqqas ta' wieħed mill-fornituri jew aktar. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw[...], sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju ta' kull sena, rapport li jkun juri fil-qosor it-tisjib li jkun ġej mis-sorveljanza ta' dawn il-kwistjonijiet, kif ukoll kwalunkwe miżuri meħuda jew kontemplati li jkunu indirizzati; dawn għandhom jgħaddu dan ir-rapport lill-Kummissjoni minnufih.

"

(5)  Fl-Artikolu 5 il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal qabel il-paragrafu eżistenti:"

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li kriterji tekniċi operattivi ikunu definiti u li regoli tekniċi li jistabbilixxu affidabilità xierqa u rekwiżiti operattivi għat-tħaddim ta' impjanti ta' ġenerazzjoni, sistemi ta' distribuzzjoni, tagħmir għall-konsumaturi mqabbad direttament, ċirkwiti interkonnetturi u linji diretti jkunu żviluppati u jsiru pubbliċi. Dawn ir-regoli tekniċi għandhom jiżguraw l-interoperabiltà tas-sistemi u għandhom ikunu oġġettivi u mhux diskriminatorji. Fejn l-Aġenzija tqis li l-armonizzazzjoni ta' dawn ir-regoli hija meħtieġa, hija għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rispettivi.

"

(6)  L-artikolu li ġej għandu jiddaħħal:"

Artikolu 5a

Promozzjoni ta" Kooperazzjoni Reġjonali

1.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkoperaw bejniethom bil-għan li jarmonizzaw l-istruttura tas-suq u jintegraw is-swieq nazzjonali tagħhom għall-inqas fuq livell jew livelli reġjonali, bħala l-ewwel pass lejn suq intern ta' l-eletrriku liberalizzat għal kollox. B'mod partikolari, huma għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni ta" l-operaturi tan-network fil-livell reġjonali u jiffaċilitaw l-integrazzjoni tagħhom f'dak il-livell bl-għan li jinħoloq suq Ewropew kompetittiv u titħaffef l-armonizzazzjoni bejn l-oqsfa legali, regolatorji u tekniċi tagħhom u, fuq kollox, ikun integrati il-"gżejjer" ta' l-elettriku li jippersistu fl-Unjoni Ewropea. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni transkonfinali u fil-livell reġjonali fost l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

2.  L-Aġenzija għandha tikkoopera ma" l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u operaturi ta" sistemi ta" trażmissjoni skond il-Kapitolu IV biex tassigura l-konverġenza ta" oqfsa regolatorji bejn ir-reġjuni bil-għan li jinħoloq suq Ewropew kompetittiv. Fejn l-Aġenzija tikkunsidra li hemm bżonn regoli li jorbtu dwar kooperazzjoni bħal din, għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa. Fi swieq reġjonali, l-Aġenzija għandha ssir l-awtorità kompetenti fl-oqsma speċifikati fl-Artikolu 22d.

"

7)   l-Artikolu 6(2), għandu jinbidel b'dan li ġej:

   a) il-parti introduttorja għandha tinbidel b'dan li ġej:"
2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kriterji għall-għoti ta' awtorizzazzjonijiet għall-bini ta' kapaċità ta' ġenerazzjoni fil-konfini tagħhom. Dawn il-kriterji għandhom ikunu marbuta ma:"
   b) il-punti li ġejjin għandhom jiżdiedu:"
(ia) "il-kontribut ta" l-Istati Membri biex jintlaħaq l-għan ta" 20% għall-enerġiji li jiġġeddu sa l-2020;
(ib) il-ħtieġa li l-ġeneraturi ta' l-elettriku jqisu l-iskema ta" skambju tal-kwoti ta" l-emissjonijiet."

(8)  Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ġeneraturi deċentralizzati u/jew ġeneraturi distribwiti jibbenefikaw minn proċeduri simplifikati ta' awtorizzazzjoni. Dawk il-miżuri simplifikati għandhom japplikaw għall-faċilitajiet kollha li jiġġeneraw anqas minn 50 MW u għall-ġeneraturi kollha.

"

(9)  Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

5.  L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità jew entità pubblika jew entità privata li tkun indipendenti mill-ġenerazzjoni, it-trasmissjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista ta' l-elettriku, li tista' tkun awtorità regolatorja nazzjonali kif hemm imfisser fl-Artikolu 22a(1), biex tkun responsabbli mill-organizzazzjoni, is-sorveljanza u l-kontroll tal-proċedura għall-offerti imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4. Din l-awtorità jew entità għandha tieħu l-miżuri neċessarji kollha biex tiżgura l-kunfidenzjalità ta' l-informazzjoni li jkun hemm fl-offerti.

"

(10)  L-Artikolu 8 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

Artikolu 8

Separazzjoni tas-sistemi ta" trażmissjoni u ta" l-operaturi tas-sistemi ta" trażmissjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li minn [id-data ta" traspożizzjoni biż-żieda ta" sena waħda] "il quddiem:

   a) kull impriża li jkollha sistema ta" trażmissjoni taġixxi bħala operatur tas-sistema ta" trażmissjoni;
  b) l-istess persuna jew ║persuni m'humiex intitolati la individwalment u lanqas b'mod konġunt:

jew
   i) jeżerċitaw kontroll direttament jew indirettament fuq impriża li twettaq il-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew forniment, u li jezerċitaw direttament jew indirettament kontroll u li jkollhom xi interessi fi jew jeżerċitaw xi dritt fuq operatur ta' sistema ta' trażmissjoni ▌,
   ii) jeżerċitaw kontroll direttament jew indirettament fuq operatur ta' sistema ta' trażmissjoni ▌, u li jezerċitaw direttament jew indirettament kontroll jew li jkollhom xi interessi fi jew jeżerċitaw xi dritt fuq kwalunkwe mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew forniment;
   c) l-istess persuna jew ║persuni mhumiex intitolati jaħtru membri tal-bord superviżorju, tal-bord amministrattiv jew ta" l-entitajiet li jirrappreżentaw l-impriża b'mod legali, ta" operatur tas-sistema ta" trażmissjoni ▌, u li direttament jew indirettament jeżerċitaw kontroll jew li jkollhom kwalunkwe interessi fi jew jeżerċitaw kwalunkwe dritt fuq impriża li twettaq kwalunkwe mill-funzjonijiet ta" ġenerazzjoni jew ta" forniment;
   d) l-istess persuna mhix intitolata tkun membru tal-bord superviżorju, tal-bord amministrattiv jew ta" l-entitajiet li jirrappreżentaw l-impriża b'mod legali, kemm ta" impriża li twettaq kwalunkwe mill-funzjonijiet ta" ġenerazzjoni jew ta" forniment u operatur tas-sistema ta" trażmissjoni jew ta" sistema ta" trażmissjoni;
   e) l-istess persuna jew persuni m'humiex intitolati li joperaw sistema ta' trażmissjoni permezz ta' kuntratt ta' ġestjoni jew li jeżerċitaw influwenza fi kwalunkwe mod ieħor li ma jinvolvix sjieda, jew li direttament jew indirettament jeżerċitaw kontroll jew ikollhom kwalunkwe interess f'impriża li twettaq kwalunkwe mill-funzjonijiet ta" ġenerazzjoni jew ta" forniment jew jeżerċitaw kwalunkwe dritt fuq impriża ta' dan it-tip.

2.  L-interessi u d-drittijiet imsemmija fil-paragrafi 1(b) għandhom jinkludu, b'mod partikolari:

   a) is-sjieda ta" parti mill-kapital jew ta" l-assi tan-negozju;
   b) is-setgħa għall-eżerċizzju tad-drittijiet ta" votazzjoni;
   c) is-setgħa għall-ħatra tal-membri tal-bord superviżorju, tal-bord amministrattiv jew ta" l-entitajiet li jirrappreżentaw l-impriżi b'mod legali; jew
   d) id-dritt li jiksbu dividendi jew ishma oħra tal-benefiċċji.

3.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1(b), it-terminu "impriża li twettaq kwalunkwe mill-funzjonijiet ta" ġenerazzjoni jew forniment" għandha tkopri "impriża li twettaq kwalunkwe mill-funzjonijiet ta" ġenerazzjoni jew forniment" fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2003/55/KE ║u t-termini "operatur tas-sistema ta' trażmissjoni" u "sistema ta' trażmissjoni" għandhom ikopru "operatur tas-sistema ta' trażmissjoni" u "sistema ta' trażmissjoni" fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2003/55/KE.

4.  L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-proċess biex jiġu separati l-impriżi integrati vertikalment u għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar il-progress li jkun sar.

5.  L-Istati Membri għandhom jippermettu derogi mill-paragrafi 1(b), 1(c) u 1(d) sa [id-data ta" traspożizzjoni biż-żieda ta" sentejn], sakemm l-operaturi tas-sistema ta" trażmissjoni ma jkunux jiffurmaw parti minn impriża integrata vertikalment.

6.  L-obbligu stipulat fil-paragrafu 1(a) jitiqes imwettaq f'sitwazzjoni fejn bosta impriżi sidien ta' sistemi tat-trażmissjoni jkunu ħolqu impriża konġunta li taġixxi bħala operatur ta' sistema ta' trażmissjoni f'bosta Stati Membri għas-sistemi ta' trażmissjoni kkonċernati.▌

7.  Meta l-persuna msemmija fil-paragrafi 1 (b) sa (e) tal-paragrafu 1 tkun l-Istat Membru jew entità pubblika oħra, żewġ entitajiet pubbliċi li jeżerċitaw kontroll fuq operatur ta' sistema ta' trażmissjoni jew fuq sistema ta' trażmissjoni u fuq impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew forniment, mhix meqjusa li hi l-istess persuna jew persuni.

8.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tkun kummerċjalment sensittiva msemmija fl-Artikolu 12 miżmuma minn operatur ta' sistema ta" trażmissjoni li kienet tifforma parti minn impriża integrata vertikalment u mill-persunal tagħha ta' dan l-operatur ta' sistema ta" trażmissjoni, ma tiġix trasferita lil impriżi li jwettqu kwalunkwe mill-funzjonijiet ta" ġenerazzjoni u ta" forniment.

"

(11)  Għandhom jiddaħħlu l-artikolu li ġejjin:"

Artikolu 8a

Kontroll fuq propjetarji ta' sistema ta' trażmissjoni u operaturi ta' sistema ta' trażmissjoni

1.  Bla ħsara għall-obbligi internazzjonali tal-Komunità, sistemi ta' trażmissjoni jew operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni m'gaħndhomx ikunu kkontrollati minn persuna jew persuni minn pajjiżi terzi.

2.  Ftehim konkluż ma' pajjiż terz jew aktar li l-Komunità hija parti minnu jista' jippermetti deroga mill-paragrafu 1.

"Artikolu 8b

Ħatra u ċertifikazzjoni ta" operaturi tas-sistema ta" trażmissjoni

1.  Impriżi proprjetarji ta' sistema ta' trażmissjoni u li ġew iċċertifikati mill-awtorità regolatorja nazzjonali bħala li kkonformaw mar-rekwiżiti ta' l-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 8a, skond il-proċedura ta' ċertifikazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu, għandhom jiġu approvati u maħtura bħala operaturi ta' sistema ta' trażmissjoni mill-Istati Membri. Il-ħatra ta" l-operaturi tas-sistema ta" trażmissjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni u ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.

2.  Bla ħsara għall-obbligi internazzjonali tal-Komunità, meta tintalab ċertifikazzjoni minn proprjetarju ta' sistema ta' trażmissjoni jew operatur ta' sistema ta' trażmissjoni kkontrollata minn persuna jew persuni minn pajjiżi terzi skond l-Artikolu 8a, din għandha tkun miċħuda sakemm is-sid tas-sistema ta' trażmissjoni jew operatur ta' sistema ta' trażmissjoni ma jurix li mhemmx possibbiltà għall-entità kkonċernata li tkun influwenzata, bi ksur ta' l-Artikolu 8(1), direttament jew indirettament, minn kwalunkwe operatur attiv fil-produzzjoni jew il-forniment ta' gass jew elettriku jew minn pajjiż terz.

3.  Operaturi ta' sistema ta' trażmissjoni għandhom jinnotfikaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali bi kwalunkwe tranżazzjoni ppjanata li jkollha mnejn teħtieġ valutazzjoni mill-ġdid tal-konformità tagħha ma' l-Artikoli 8(1) jew l-Artikolu 8a.

4.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw il-konformità kontinwa ta' l-operaturi ta' sistema ta' trażmissjoni ma' l-Artikoli 8(1) u l-Artikolu 8a. Għandhom jiftħu proċedura ta' ċertfikazzjoni sabiex jiżguraw din il-konformità:

   a) man-notifika mill-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni skond il-paragrafu 3;
   b) fuq inizjattiva tagħhom meta jkunu jafu li bidla ppjanata fid-drittijiet jew l-influwenza fuq il-proprjetarji tas-sistema ta' trażmissjoni jew operaturi ta' sistema ta' trażmissjoni tista' twassal għal ksur ta' l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 8a, jew meta jkollhom għala jemmnu li ksur bħal dan ikun seħħ; jew
   c) fuq talba motivata tal-Kummissjoni.

5.  L-awtoritajiet regolatorji għandhom jadottaw deċiżjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' operatur ta' sistema ta' trażmissjoni fi żmien erba' xhur mid-data tan-notifika mill-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jew mid-data tat-talba tal-Kummissjoni. Wara li jiskadi dan il-perjodu, iċ-ċertifikazzjonii titqies bħala mogħtija. Id-deċiżjoni espliċita jew taċita ta' l-awtorità regolatorja tista' ssir effettiva biss wara l-konklużjoni tal-proċedura stipulata fil-paragrafi 6 sa 9 u biss jekk il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet kontriha.

6.  Id-deċiżjoni espliċta jew taċita dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' operatur ta' sistema ta' trażmissjoni għandha tkun innotifikata mingħajr dewmien lill-Kummissjoni mill-awtorità regolatorja, flimkien ma' l-informazzjoni rilevanti kollha fir-rigward ta' din din id-deċiżjoni.

7.  Il-Kummissjoni għandha teżamina n-notifika hekk kif tirċeviha. Fi żmien xahrejn mill-wasla tan-notifika, meta l-Kummissjoni ssib li d-deċiżjoni ta' l-awtorità regolatorja tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha ma' l-Artikoli 8(1), l-Artikolu 8a jew l-Artikolu 8b(2), għandha tiddeċiedi li tibda l-proċeduri. F'dan il-każ, għandha tistieden lill-awtorità regolatorja nazzjonali u lill-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni kkonċernat biex iressqu l-kummenti. Meta titfittex informazzjoni addizzjonali mill-Kummissjoni, il-perjodu ta' xahrejn jista' jiġi estiż b'xahrejn żejda minn meta tkun waslet l-informazzjoni sħiħa.

8.  Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li tibda l-proċeduri, fi żmien ║erba' xhur mid-data ta' dik id-deċiżjoni, għandha toħroġ deċiżjoni finali

   a) li ma tqajjimx oġġezzjonijiet kontra d-deċiżjoni ta' l-awtorità regolatorja nazzjonali;
  

jew

   b) li tirrikjedi lill-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata temenda jew tirtira d-deċiżjoni tagħha jekk tqis li ma kienx hemm konformità ma' l-Artikoli 8(1), 8a jew 8b(2).

9.  Meta l-Kummissjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni biex tibda l-proċeduri jew deċiżjoni finali fil-perjodu ta' żmien stipulat fil-paragrafi 7 u 8 rispettivament, għandu jitqies li ma qajmitx oġġezzjonijiet kontra d-deċiżjoni ta' l-awtorità regolatorja nazzjonali.

10.  L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex temenda jew tirtira d-deċiżjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni fi żmien erba" ġimgħat, u għandha tinforma lill-Kummissjoni skond dan.

11.  Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jitolbu lill-operaturi tas-sistema ta" trażmissjoni u lill-impriżi li jwettqu kwalunkwe mill-funzjonijiet ta" ġenerazzjoni jew ta" forniment kwalunkwe tagħrif rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħha skond dan l-Artikolu.

12.  Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jippreservaw il-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

"

(12)  L-Artikolu 9 ║ għandu jiġi emendat kif ġej:

a)   il-punt (a) għandu jinbidel b'dan li ġej:"

   a) l-iżgurar tal-kapaċità għaż-żmien fit-tul tas-sistema li tissodisfa domanda raġonevoli għat-trażmissjoni ta' l-elettriku, topera, iżżomm u tiżviluppa taħt kundizzjonijiet ekonomiċi sistemi ta' trażmissjoni sikuri, affidabbli u effiċjenti li jagħtu l-attenzjoni dovuta lill-ambjent, ▌ fir-rigward ta' l-integrazzjoni ta' l-għejun enerġetiċi li jiġġeddu u teknoloġija b'livell baxx ta' karbonju fis-sistema tan-network ta' distribuzzjoni u l-promozzjoni ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija u r-riċerka u l-innovazzjoni;
"

b)  (b) il-punt (c) għandu jinbidel b'dan li ġej:"

   c) jikkontrolla ċ-ċirkulazzjoni ta' l-enerġija fuq is-sistema, waqt li jikkunsidra skambji ma' sistemi interkonnessi oħra u standards komuni kkordinati fil-livell Ewropew. Għal dak il-għan, l-operatur tas-sistema tat-trasmissjoni għandu jkun responsabbli biex jiżgura sistema ta' l-elettriku tajba, ta' min jorbot fuqha u effiċjenti u, f'dak il-kuntest, biex jiżgura d-disponibilità tas-servizzi anċillari kollha neċessarji, inklużi dawk ipprovduti bħala reazzjoni għad-domanda fuq il-bażi ta' standards komuni, kemm-il darba din id-disponibilità tkun waħda indipendenti minn kwalunkwe sistema ta' trasmissjoni oħra li magħha s-sistema tiegħu tkun mgħaqqda;
"

c)   il-punt (d) għandu jinbidel b'dan li ġej:"

   ( d) jipprovdi lill-operatur ta' kwalunkwe sistema oħra li magħha s-sistema tiegħu tkun mgħaqqda, informazzjoni biżżejjed biex jiżgura t-tħaddim tajjeb u effiċjenti [...] u l-interoperabilità tas-sistema mgħaqqda, waqt li jsir użu komuni minn din l-informazzjoni;
"

d)   il-punt (f) għandu jinbidel b'dan li ġej:"

   f) jipprovdi lill-utenti tas-sistema bl-informazzjoni li jkunu jeħtieġu għall-aċċess effiċjenti għas-sistema, fuq il-bażi ta' standards komuni;
"

e)   il-punt li ġej għandu jiżdied:"

(fa) il-ġbir ta" kirjiet u pagamenti ta" konġestjoni skond il-mekkaniżmu ta" kumpens ta" l-operatur tas-sistema ta" inter-trażmissjoni, skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003, li jagħti u jimmaniġġja l-aċċess għall-partijiet terzi u l-għoti ta" spjegazzjonijiet raġunati meta dan l-aċċess ikun miċħud, li għandu jkun immonitorjat mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali; filwaqt li jwettqu l-ħidmiet tagħhom skond dan l-Artikolu, l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni għandhom primarjament jiffaċilitaw l-integrazzjoni tas-swieq u jużaw bl-aħjar mod il-kisbiet fil-benessri soċjoekonomiku.

"

(13)  L-Artikolu 10 għandu jitħassar.

14)   l-Artikolu 11 għandu jinbdiel kif ġej:

a)   il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

2.  Id-dispaċċ ta' stallazzjonijiet ta' ġenerazzjoni u l-użu ta' interkonnetturi għandhom jiġu determinati fuq il-bażi ta' kriterji li għandhom jiġu approvati minn awtoritajiet regolatorji nazzjonali u li dawn iridu jkunu oġġettivi, ippubblikati u applikati f'manjiera li ma tkunx diskriminatorja u li tkun tiżgura it-tħaddim proprju tas-suq intern fil-qasam ta' l-elettriku. Dawn għandhom jikkunsidraw il-preċedenza ekonomika ta' l-elettriku minn stallazzjonijiet ta' ġenerazzjoni disponibbli jew trasferimenti ta' interkonnetturi kif ukoll ir-restrizzjonijiet tekniċi fuq is-sistema.

"

b)   il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

3.  Awtorità regolatorja nazzjonali għandha titlob lill-operatur tas-sistema, meta jkun qed jittrassmetti stallazzjonijiet ta' ġenerazzjoni, biex jagħti prijorità lill-istallazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li jkunu qed jużaw għejun ta' enerġija mġedda jew skart jew inkella li jkunu jipproduċu sħana u qawwa kkumbinata ħlief meta r-rekwiżiti ta' bilanċjar tekniku jew is-sikurezza u l-affidabilità tan-network ta' distribuzzjoni jkunu kompromessi.

"

c)   il-paragrafu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

5.  L-Istati Membri għandhom, permezz ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, jitolbu lill-operaturi tas-sistema tat-trasmissjoni biex dawn ikunu konformi ma' l-istandards minimi għall-operat, għaż-żamma u l-iżvilupp tas-sistema tat-trasmissjoni, inkluża l-kapaċità ta' l-interkonnettività. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jingħataw mandat akbar biex ikun żgurat li l-konsumatur Ewropew ikun meqjus fil-ħidma tagħhom.

"

d)   il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu:"

7a.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta' klijenti finali kbar u ta' aggregaturi ta' klijenti finali fi swieq ta' riżerva u ta' bilanċ. Kull meta l-ġenerazzjoni u l-offerti ta' domanda jkollhom l-istess prezz, għandha tingħata prijorita lid-domanda.

7b.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li r-regoli u t-tariffi ta' bilanċ ikunu armonizzati kif xieraq fl-Istati Membri kollha sa...* B'mod partikulari, għandhom jiżguraw li l-klijenti finali kbar, l-aggregaturi ta' klijenti finali u l-ġeneraturi distribwiti jkunu kapaċi li jikkontribwixxu b'mod effettiv għall-bilanċ u għal servizzi anċillari relevanti oħra.

________________

* Sentejn wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva .../.../KE [li temenda d-Direttiva 2003/54/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fl-elettriku].

"

(15)  L-Artikolu 12 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

Artikolu 12

Kontroll fuq proprjetarji ta' sistema ta' trażmissjoni u operaturi ta' sistema ta' trażmissjoni

1.  Bla ħsara għall-Artikolu 18 jew kwalunkwe obbligu legali biex l-informazzjoni tiġi żvelata, kull operatur ta" sistema tad-distribuzzjoni għandu jippreserva l-kunfidenzjalità ta" informazzjoni kummerċjalment sensittiva miksuba fil-kors tat-twettiq tal-kummerċ tiegħu, u għandu jipprevjeni informazzjoni dwar l-attivitajiet proprji li tista" tkun kummerċjalment vantaġġuża milli tiġi żvelata b'mod diskriminatorju, u b'mod partikolari ma għandux jikxef informazzjoni kummerċjalment sensittiva lill-partijiet li jkun baqa' tal-kumpanija, ħlief jekk dan ikun meħtieġ għat-twettiq ta' tranżazzjoni ta' negozju. Sabiex tkun żgurata l-osservanza sħiħa tar-regoli dwar is-seperazzjoni ta' l-informazzjoni, għandu jkun żgurat ukoll l-proprjetarju tat-trażmissjoni jew il-parti li jkun baqa' tal-kumpanija ma jużawx servizzi konġunti, minbarra minn funzjonijiet purament amministrattivi jew ta' l-IT (eż. l-ebda servizzi legali konġunt).

2.  Operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni ma għandhomx, fil-kuntest ta" bejgħ jew xiri tal-gass naturali minn impriżi relatati, jabbużaw minn informazzjoni kummerċjalment sensittiva miksuba minn terzi fil-kuntest tal-fornitura jew in-negozjar ta" l-aċċess għas-sistema.

3.  Informazzjoni kummerċjali ta" importanza essenzjali għall-kompetizzjoni fis-suq, b'mod partikulari għal informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tal-punt ta" tqassim, l-informazzjoni dwar il-kapaċità installata u l-informazzjoni dwar il-kapaċità tar-reġistranti, għandha tkun aċċessibbli għall-fornituri kollha ta" l-elettriku fis-suq. Fejn ikun meħtieġ, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha titlob lill-operaturi li huma responsabbli sabiex jgħaddu din l-informazzjoni lill-persuni kkonċernati.

"

16)   l-Artikolu 14 għandu jkun emendat kif ġej:

a)   il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

1.  L-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni għandu jkun responsabbli li jiżgura l-kapaċità fuq perjodu ta' żmien twil tas-sistema biex tlaħħaq ma' domanda raġonevoli għad-distribuzzjoni ta" l-elettriku, għall-operazzjoni, , manutenzjoni u jżvilupp f'kundizzjonijiet ekonomiċi ta' sistema ta' distribuzzjoni li tkun tajba, ta' min jafdaha u effiċjenti, partikolarment fejn għandu x'jaqsam l-ambjent, u għall-promozzjoni ta" l-effiċjenza enerġetika.

"

b)   il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

3.  L-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni għandu jipprovdi lill-utenti tas-sistema bl-informazzjoni li dawn ikunu jeħtieġu għall-aċċess u l-użu effiċjenti tas-sistema.

"

c)   għandhom jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin wara l-paragrafu 3:"

3a.  L-operatur tas-sistema ta" distribuzzjoni għandu jippreżenta lill-awtorità regolatorja nazzjonali relevanti, fi żmien ...* proposta li tiddeskrivi s-sistemi xierqa ta" informazzjoni u ta' komunikazzjoni li għandhom jiġu implimentati sabiex jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3. Dik il-proposta għandha tiffaċilita, fost affarijiet oħra, l-użu tal-meters ta' l-elettriku bidirezzjonali, li għandhom jitqassmu lill-konsumaturi kollha fi żmien ...**, il-parteċipazzjoni attiva tal-konsumaturi finali u tal-ġeneraturi distribwiti fl-operat tas-sistema u l-fluss ta" l-informazzjoni fil-ħin reali bejn l-operaturi tas-sistema ta" distribuzzjoni u ta" trażmissjoni bl-għan li jsir l-aħjar użu tal-ġenerazzjoni, tan-network u tar-riżorsi tad-domanda kollha disponibbli.

3 ter.  "3b. Fi żmien ...***, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom japprovaw jew jiċħdu l-proposti msemmija fil-paragrafu 3a. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw l-interoperabilità sħiħa tas-sistemi ta" informazzjoni u ta' komunikazzjoni li se jiġu implimentati. Għal dan l-għan, huma jistgħu joħorġu linjiġwida u jistiednu li jsiru emendi għall-proposti msemmija fil-paragrafu 3a.

3c.  Qabel in-notifika lill-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni tad-deċiżjoni tiegħu rigward il-proposta msemmija fil-paragrafu 3, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tinforma lill-Aġenzija jew, jekk din għadha ma bdietx taħdem, lill-Kummissjoni. L-Aġenzija jew il-Kummissjoni għandhom jiżguraw li s-sistemi ta" l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni li se jkunu implimentati, jiffaċilitaw l-iżvilupp tas-suq intern ta" l-elettriku u ma jdaħħlux xi ostakli tekniċi ġodda.

"

_______________

* Sena mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva .../.../KE [li temenda d-Direttiva 2003/54/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam ta' l-elettriku].

** Għaxar snin mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva .../.../KE [li temenda d-Direttiva 2003/54/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam ta' l-elettriku].

*** Sentejn mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva .../.../KE [li temenda d-Direttiva 2003/54/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam ta' l-elettriku].

d)   il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-paragrafu 4:"

4a.  L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-modernizzazzjoni tan-networks ta" distribuzzjoni li għandhom jinbnew b'mod li jinkoraġġixxi l-ġenerazzjoni deċentralizzata u jiżgura l-effiċjenza ta' l-enerġija.

"

(17)  L-Artikolu 15 għandu jkun emendat kif ġej:

(a)  Fil-paragrafu 2(c), għandha tiżdied is-sentenza li ġejja wara l-ewwel sentenza:"

Sabiex jitwettqu dawn il-kompiti, l-operatur tas-sistema ta" distribuzzjoni għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu r-riżorsi neċessarji, inklużi dawk umani, tekniċi, finanzjarji u fiżiċi.

"

(b)  Il-paragrafu 2(d) għandu jkun emendat kif ġej:

i)   l-aħħar sentenza għandha tkun emendata kif ġej:"

Rapport ta" kull sena, li jindika l-miżuri li jkunu ttieħdu, għandu jingħata mill-persuna jew organu responsabbli għas-sorveljanza tal-programm ta" konformità, minn hawn 'il quddiem "l-uffiċjal għall-konformità",lill-awtorità regolatorja nazzjonali msemmija fl-Artikolu 22a(1) u għandu jiġi ppubblikat.

"

(ii)  Is-sentenza li ġejja għandha tiżdied:"

L-uffiċjal għall-konformità għandu jkun indipendenti bis-sħiħ u għandu jkollu aċċess għat-tagħrif kollu neċessarju dwar l-operatur tas-sistema ta" distribuzzjoni u dwar kwalunkwe kumpanija affiljata sabiex iwettaq il-kompitu tiegħu.

"

c)   il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu:"

3.  Fejn l-operatur tas-sistema ta" distribuzzjoni jifforma parti minn impriża integrata vertikalment, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-attivitajiet ta' l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni jiġu ssorveljat sabiex ma jkunx jista" japprofitta ruħu mill-integrazzjoni vertikali tiegħu biex ixekkel il-kompetizzjoni. B'mod partikolari, operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni integrati vertikalment ma għandhomx, fil-komunikazzjonijiet u l-l-użu tal-marka (branding) tagħhom, joħolqu konfużjoni fir-rigward ta' l-identità separata tal-fergħa tal-forniment ta' l-impriża vertikalment integrata.

"

(18)  L-Artikolu 17 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

Din id-direttiva ma għandhiex tipprevjeni l-operazzjoni ta' operatur ta' sistema magħquda ta' trażmissjoni u distribuzzjoni dejjem sakemm, għal kull waħda mill-attivitajiet tagħha, jikkonforma mad-dispożizzjonijiet applikabbli ta' l-Artikoli 8, 10b u 15(1).

"

(19)  Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

3.  L-impriżi ta' l-elettriku għandhom, fis-sistema interna tagħhom ta' kif jinżammu l-kontijiet, iżommu kontijiet separati għal kull waħda mill-attivitajiet ta' trasmissjoni u distribuzzjoni li huma jwettqu daqs li kieku kellhom jagħmlu hekk jekk l-attivitajiet in kwistjoni kellhom jitwettqu minn impriżi separati, bil-ħsieb li jkunu evitati d-diskriminazzjoni, l-inter-sussidjarjetà u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Dawn għandhom iżommu wkoll il-kontijiet, li jistgħu jkunu konsolidati, għal kull attività ta' l-elettriku li ma tkunx marbuta mat-trasmissjoni jew id-distribuzzjoni. Sa l-1 ta' Lulju 2007, dawn għandhom iżommu kontijiet separati dwar attivitajiet ta' provvista għall-klijenti eliġibbli u dwar attivitajiet ta' provvista għall-klijenti li ma jkunux eliġibbli. L-introjtu mill-pusses tas-sistema tat-trasmissjoni/distribuzzjoni għandu jkun speċifikat fil-kontijiet. Fejn ikun xieraq, dawn għandhom iżommu kontijiet konsolidati għal attivitajiet oħra li ma jkunux ta' l-elettriku. Il-Il-kontijiet interni għandhom jinkludu karta bilanċjanti u kont tal-qligħ u t-telf għal kull attività.

"

(20)  Fl-Artikolu 20, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

2.  L-operatur ta' sistema ta' trasmissjoni jew distribuzzjoni jista' jirrifjuta l-aċċess fejn dan tkun tonqsu l-kapaċità disponibbli fiżikament neċessarja. Għal rifjut bħal dan għandhom jingħataw raġunijiet sostanzjati, ibbażati fuq kriterji oġġettivi u ġustifikabbli teknikament u ekonomikament. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tiżgura li dawn il-kriterji huma applikati b'mod konsistenti u li l-utent tas-sistema li ġie rifjutat aċċess għandu jkollu d-dritt li jappella. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tiżgura, fejn ikun xieraq u meta jseħħ dan ir-rifjut ta' l-aċċess, li l-operatur tas-sistema tat-trasmissjoni jew distribuzzjoni jipprovdi l-informazzjoni relevanti fuq miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għall-infurzar tan-networks. Il-parti li tagħmel talba għal tali informazzjoni tista' tiġi ċċarġjata miżata raġonevoli li tkun tirrifletti n-nefqa biex tkun ipprovduta din l-informazzjoni.

"

(21)  Fl-Artikolu 21, għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

2a.  Klijenti eliġibbli għandu jkollhom id-dritt għal kuntratt simultanju ma' bosta fornituri.

2 ter.  "2b. L-Aġenzija għandha timmoniterja fil-ħin reali s-swieq ta' bejgħ bl-ingrossa ta" l-elettriku organizzati kollha stabbiliti fl-Unjoni, fiż-Żona Ekonomika Ewropea u fil-pajjiżi ġirien sabiex jidentifikaw abbużi mill-enerġija jew nuqqasijiet tas-suq u jippromwovu titjib fl-effiċjenza tas-suq intern.".

"

(  22) ║il-Kapitolu ║ li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 22:"

KAPITOLU VIIa

AWTORITAJIET REGOLATORJI NAZZJONALI

Artikolu 22a

Ħatra u indipendenza ta" l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali

1.  Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità regolatorja nazzjonali waħda.

2.  L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza ta" l-awtorità regolatorja nazzjonali u jiżguraw li teżerċita l-poteri tagħha b'mod imparzjali u trasparenti. Għal dan il-għan, Stat Membru għandu jiżgura li, meta twettaq il-kompiti regolatorji kkonferiti fuqha permezz ta" din id-Direttiva u leġiżlazzjoni relevanti oħra, l-awtorità regolatorja:

   a) tkun legalment distinta u funzjonalment indipendenti minn kwalunkwe entità oħra pubblika jew privata oħra; u
   b) li l-persunal tagħha u l-persuni responsabbli għall-ġestjoni tagħha jaġixxu indipendentement minn kull interess tas-suq, u
   c) ma jippruvawx ifittxu jew jieħdu istruzzjonijiet diretti minn kwalunkwe gvern jew entità pubblika jew privata waqt it-twettiq tal-ħidma regolatorja.

3.  Sabiex titħares l-indipendenza ta" l-awtorità regolatorja nazzjonali, l-Istati Membri għandhom b'mod partikolari jiżguraw li:

   a) l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha personalità ġuridika, awtonomija finanzjarja, u riżorsi umani u finanzjarji biżżejjed biex twettaq id-dmirijiet tagħha;
   b) il-membri tal-bord ta' l-awtorità regolatorja nazzjonali jinħatru għal perjodu fiss mhux rinovabbli ta" għall-inqas ħames snin iżda ta' mhux aktar minn seba' snin u li għall-ewwel mandat, dak il-perjodu għandu jkun ta' sentejn u nofs għal nofs il-membri. Il-membri jistgħu biss jitneħħew mill-kariga matul il-mandat tagħhom jekk ma jibqgħux jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu jew minħabba li kienu ħatja ta" mġiba ħażina skond il-liġi nazzjonali; u
   c) il-ħtiġijiet baġitarji ta' l-awtorità regolatorja nazzjonali huma koperti mid-dħul dirett mill-f'operazzjonijiet fis-suq ta' l-enerġija.

Artikolu 22b

L-għanijiet ta" politika ta" l-awtorità regolatorja nazzjonali

Fit-twettiq tal-kompiti regolatorji speċifikati f'din id-Direttiva, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tieħu l-miżuri kollha raġonevoli għall-ksib ta" dawn l-għanijiet:

   a) il-promozzjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, ma" l-Aġenzijau l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta" Stati Membri oħrajn ║ ta" suq intern ta' l-elettriku li jkun kompetittiv, sikur u ambjentalment sostenibbli fi ħdan il-Komunità, u ftuħ effettiv fis-suq għall-konsumaturi u l-fornituri kollha tal-Komunità kif ukoll li jkun żgurat li n-networks tal-provvista ta' l-enerġija joperaw b'mod effettiv u affidabbli waqt li jitqiesu objettivi fuq perjodu ta' żmien twil;
   b) l-iżvilupp ta" swieq ▌ kompetittivi u li jiffunzjonaw tajjeb fi ħdan l-Unjoni Ewropea sabiex jinkiseb l-għan imsemmi fil-punt (a);
   c) it-tneħħija ta" kwalunkwe restrizzjonijiet fuq il-kummerċ fl-elettriku bejn l-Istati Membri, inkluż l-iżvilupp ta" kapaċitajiet xierqa ta" trażmissjoni transkonfinali li jilqgħu d-domanda, u jtejbu l-integrazzjoni ta" swieq nazzjonali u sabiex iħaffu il-fluss bla xkiel ta' l-elettriku madwar l-Unjoni Ewropea;
   d) l-iżvilupp, bl-iktar mod effettiv fir-rigward ta" l-ispiża, ║ta" sistemi ta' networks orjentati lejn il-konsumatur, sikuri, effiċjenti u ta" min joqgħod fuqhom, li jippromwovu ▌l-adegwatezza tas-sistema waqt li jiżguraw l-effiċjenza fl-enerġija u l-integrazzjoni ta' enerġiji li jiġġeddu fuq skala kbira u żgħira u ġenerazzjoni distribwita kemm fin-networks ta" trażmissjoni kif ukoll ta' distribuzzjoni;
   e) il-faċilitazzjoni ta' l-aċċess għan-network ta' kapaċità ta' ġenerazzjoni ġdida, b'mod partikolari t-tneħħija ta' ostakoli li jistgħu jimpedixxu d-dħul ta' kompetituri ġodda fis-suq u ta' enerġiji li jiġġeddu;
   f) li jiġi żgurat li l-operaturi tan-netwerk jingħataw inċentivi xierqa, kemm fit-tul kif ukoll fiż-żmien fil-qosor, sabiex iżidu l-effiċjenzi fil-prestazzjoni tan-netwerk u jġibu 'l quddiem l-integrazzjoni tas-suq;
   g) li jiġi żgurat li l-konsumaturi jibbenefikaw permezz tal-funzjonament effiċjenti tas-suq nazzjonali tagħhom, waqt li tkun promossa kompetizzjoni effettiva f'kooperazzjoni ma" l-awtoritajiet dwar il-kompetizzjoni, u li jkun żgurat il-ħarsien tal-konsumatur;
   h) li tingħata għajnuna għall-kisba ta' standards għolja ta' servizz universali u pubbliku fil-provvista ta' l-elettriku, li jingħata kontribut għall-ħarsien ta' konsumaturi vulnerabbli, u li tingħata għajnuna biex ikun żgurat li l-miżuri għall-ħarsien tal-konsumatur stipulati fl-Anness A jkunu effettivi; u
   i) l-armonizzazjoni meħtieġa tal-proċessi ta' l-iskambju tad-data.

Artikolu 22c

Dmirijiet u setgħat ta" l-awtorità regolatorja nazzjonali

1.  L-awtorità regolatorja nazzjonali għandu jkollha d-dmirijiet li ġejjin li hija għandha twettaq, fejn ikun xieraq, f'konsultazzjoni mill-qrib ma' korpi Komunitarji jew nazzjonali rilevanti oħra, operaturi tas-sistema ta" trażmissjoni u partijiet interessati fis-suq oħra u bla ħsara għall-kompetenzi speċifiċi tagħhom:

   a) l-istabbiliment jew l-approvazzjoni, b'mod indipendenti u skond kriterji trasparenti, ta' tariffi tan-network irregolati u tal-komponenti tat-tariffi tan-network;
   ( b) li tiżgura l-konformità ta' l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u distribuzzjoni, u, meta dan ikun rilevanti, l-proprjetarji tas-sistema, kif ukoll kwalunkwe impriża ta' l-elettriku, ma' l-obbligi tagħhom skond din id-Direttiva u ma' leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Komunità, inkluż f'dak li jirrigwarda l-kwistjonijiet transkonfinali;
   ( c) kooperazzjoni dwar kwistjonijiet transkonfinali ma' l-awtorità regolatorja nazzjonali jew l-awtoritajiet ║ ta' ▌ l-Istati Membri l-oħra u ma' l-Aġenzija inkluż li jkun żgurat li jkuen hemm kapaċità ta' interkonnessjoni biżżejjed bejn l-infrastrutturi ta' trażmissjoni biex tissodisfa evalwazzjoni effiċjenti u globali tas-suq u l-kriterju tas-sigurtà tal-provvista, mingħajr ma ssir diskriminazzjoni bejn l-impriżi ta' forniment fi Stati Membri differenti;
   ( d) il-konformità ma', u l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe deċiżjoni rilevanti li torbot tal-Kummissjoni u ta' l-Aġenzija ║;
   ( e) tirrapporta kull sena dwar l-attività tagħha u dwar il-qadi ta' dmirijietha lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet rilevanti ta" l-Istati Membri u lill-Aġenzija ║. Dawn ir-rapporti għandhom jkopru l-passi kollha li ttieħdu u r-riżultati li nkisbu fir-rigward ta" kull wieħed mill-kompiti elenkati f'dan l-Artikolu;
   ( f) il-monitoraġġ tal-konformità mar-rekwiżiti tas-separazzjoni skond din id-Direttiva u leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti oħra u li jiżguraw li ma jkunx hemm sussidji inkroċati bejn l-attivitajiet ta' trażmissjoni, distribuzzjoni u forniment kif ukoll li jiżguraw li t-tariffi ta" distribuzzjoni u trażmissjoni jiġu ffissati minn qabel tal-perjodi relevanti li matulhom dawn se japplikaw;
   ( g) tirrevedi l-pjanijiet ta" investiment ta" l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, u tipprovdi fir-rapport annwali tagħha valutazzjoni tal-pjan ta" investiment ta" l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fir-rigward tal-konsistenza tiegħu mal-pjan ta" l-investiment fin-network madwar l-Ewropa fuq firxa ta" għaxar snin kif imsemmi fl-Artikolu 2c(1) tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003; il-pjan ta' investiment fuq 10 snin għandu joħloq inċentivi għall-promozzjoni ta' investimenti, u jiżgura li l-kwalità u l-kwantità tal-ħaddiema jkunu biżżejjed biex jissodisfaw l-obbligi tas-servizz; in-nuqqas ta' konformità mal-pjan ta" investiment fuq 10 snin mill-operatur relevanti għandu jirriżulta f'sanzjonijiet proporzjonali imposti mill-awtorita' regulatorja nazzjonali fuq l-operatur skond ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Aġenzija;
   h) l-approvazzjoni tal-pjanijiet ta' investiment annwali ta' l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni;
   ( i) il-monitoraġġ tal-konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà u l-affidabbiltà tan-network, bl-iffissar jew l-approvazzjoni ta" standards u ta' rekwiżiti għall-kwalità tas-servizz u l-provvista u r-reviżjoni tar-prestazzjoni fil-passat f'termini ta' kwalità tas-servizz u tal-forniment u tar-regoli dwar is-sigurtà u l-affidabbiltà tan-network;
   ( j) tissorvelja l-livell ta" trasparenza, tiżgura l-konformità ma" l-obbligi ta" trasparenza min-naħa ta" l-impriżi ta' l-elettriku;
   ( k) l-inkoraġġiment ta' l-iżvilupp ta' kuntratti ta' provvista mingħajr interuzzjoni Ewropej;
   ( l) tissorvelja l-livell ta" ftuħ effettiv fis-suq u ta" kompetizzjoni fil-livelli ta" bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut, inklużi l-boroż ta' l-elettriku prezzijiet domestiċi, rati tal-bdil, -kondizzjonijiet ta' pagament minn qabel adegwati li jirriflettu l-konsum reali, ir-rati tal-konnessjoni u l-qtugħ, l-ispejjeż għall-manutenzjoni u lmenti domestiċi f'forma miftiehma, u kwalunkwe tixkil jew restrizzjoni tal-kompetizzjoni f'koperazzjoni ma" l-awtoritajiet dwar il-kompetizzjoni, inkluż billi tipprovdi kull tagħrif rilevanti, filwaqt li tgħaddi l-każijiet rilevanti lill-awtoritajiet dwar il-kompetizzjoni rilevanti;
   m) il-monitoraġġ ta" prattiċi kuntrattwali restrittivi, inkluż klawżoli ta" esklussività, li jistgħu jimpedixxu konsumaturi mhux domestiċi milli jagħmlu kuntratt fl-istess ħin ma" iktar minn fornitur wieħed jew li jirrestrinġu l-għażla tagħhom li jagħmlu danu fejn xieraq, għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni bi prattiċi bħal dawn;
   n) b'kunsiderazzjoni sħiħa għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, li jippromwovi l-ftehimiet fuq bażi ta' perjodi twal ta' żmien bejn il-konsumaturi u l-fornituri ta' l-enerġija li jikkontribwixxu għat-titjib tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' l-enerġija u fl-istess ħin jippermettu lill-konsumaturi li jaqsmu l-benefiċċji li jirriżultaw, sakemm ftehimiet bħal dawn jistgħu jikkontribwixxu wkoll għall-aħjar livell ta' investiment fil-qasam ta' l-enerġija;
   o) ir-rikonoxximent ta" libertà kuntrattwali fir-rigward ta" kuntratti fit-tul u l-possibiltà li jiġu konklużi kuntratti bbażati fuq l-assi sakemm dawn ikunu kompatibbli mal-leġiżlazzjoni Komunitarja;
   ( p) tissorvelja ż-żmien li jittieħed mill-impriżi ta" trażmissjoni u ta" distribuzzjoni biex isiru konnessjonijiet u tiswijiet u jiġu imposti sanzjonijiet skond il-linji gwida provduti mill-Aġenzija jekk tali konnessjonijiet u tiswijietjitwalu mingħajr raġuni valida;
   ( q) bla ħsara għall-kompetenza ta' l-awtoritajiet regolatorji l-oħra, tissorvelja standards għoljin ta' servizzi universali u pubbliku għall-elettriku u il-protezzjoni ta' klijenti vunnerabbli ▌;
   r) tiżgura li l-miżuri għall-ħarsien tal-konsumatur stipulati fl-Anness A jkunu effettivi u infurzati;
   ( s) tippubblika rakkomandazzjonijiet, mill-inqas fuq bażi annwali, dwar il-konformità tat-tariffi tal-forniment ma' l-Artikolu 3, billi, f'dawk ir-rakkomandazzjonijiet, tagħti attenzjoni xierqa lill-impatt fuq it-tħaddim tas-suq tal-prezzijiet regolati eżattament prezzijiet bil-ingrossa u dawk tal-klijent aħħari;
   t) jiġu rrappurtati lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u lill-Kummissjoni dawk l-Istati Membri fejn it-tariffi regolati huma aktar baxxi mill-prezz tas-suq;
   u) tistabbilixxi regoli standard li jmexxu r-relazzjonijiet bejn il-konsumatur finali u l-fornituri, bejn id-distributuri u l-operaturi tas-sistema ta' kejl, li jkopru mill-anqas l-aċċess għall-konsumaturi għal data dwar il-konsum, inklużi l-prezzijiet u kull spiża marbuta miegħu, l-applikazzjoni ta' format armonizzat faċli biex jinftiehem għal data bħal din, il-ħlas minn qabel adegwat li jirrifletti l-konsum reali u l-aċċess pront għall-klijenti kollha għal din it-tip ta' data skond il-paragrafu (h) ta" l-Anness A;
   ( v) tissorvelja l-implimentazzjoni tar-regoli għar-rwoli u r-responsabbiltajiet ta" l-operaturi tas-sistema ta" trażmissjoni, ta" l-operaturi tas-sistema ta" distribuzzjoni, il-fornituri u l-klijenti u ta" partijiet oħrajn fis-suq skond ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003;
   ( w) tissorvelja l-investiment fil-kapaċitajiet ta' ġenerazzjoni fir-rigward ta' sigurtà ta' provvista;
   x) teżerċita fejn xieraq id-dritt ta" veto fuq deċiżjonijiet dwar il-ħatra jew it-tkeċċija ta' persuni responsabbli għat-tmexxija ġenerali ta" operatur ta" sistema tat-trażmissjoni;
   y) l-iffissar jew l-approvazzjoni ta" tariffi tan-network u l-pubblikazzjoni tal-metodoloġija li ntużat biex jiġu ffissati tariffi bħal dawn;
   z) tistabbilixxi jew tapprova l-istandards għall-kwalità tas-servizz, għas-sorveljanza, għall-implimentazzjoni tagħhom u għall-impożizzjoni ta' sanzjonijiet għan-nuqqas ta" konformità magħhom;
   aa) is-sorveljanza ta" l-implimentazzjoni tal-miżuri ta" salvagwardja msemmija fl-Artikolu 24;
   ab) l-armonizzazzjoni ta" proċessi ta" skambju ta" data għall-proċessi tas-suq l-aktar importanti fuq livell reġjonali;

"

   ac) l-impożizzjoni ta' limiti massimi fil-prezzijiet fi swieq mhux kompetittivi għal perjodu definit sabiex jitħarsu l-konsumaturi kontra l-abbużi fis-suq, dawn limiti massimi jitpoġġew f'livell għoli biżżejjed biex ma jiskoraġġawx lil min daħal ġdid fis-suq jew l-espansjoni ta' kompetituri eżistenti;
   ad) il-verifika tal-politiki ta" manutenzjoni ta" l-operaturi tas-sistema ta" trażmissjoni;
   ae) l-iżvilupp, flimkien ma" l-awtoritajiet relevanti ta" l-ippjanar, ta" linji gwida rigward proċedura ta" liċenzjar limitata biż-żmien biex jiġu mħajra applikanti ġodda fil-ġenerazzjoni ta'l-elettriku u l-kummerċ; u
   af) jiġi assigurat li ċaqliq tal-prezzijiet bl-ingrossa jkun trasparenti.

2.  Jekk Stat Membru hekk jipprovdi, id-doveri tas-sorveljanza msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jitwettqu minn awtorità oħra barra l-awtorità regolatorja nazzjonali. F'każ bħal dan, l-informazzjoni li tirriżulta minn dan il-monitoraġġ għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' l-awtorità regolatorja nazzjonali kemm jista' jkun malajr.

Skond il-prinċipji ta" regolamentazzjoni aħjar, l-awtorità regolatorja nazzjonaligħandha, kif xieraq, tikkonsulta ma' operaturi tas-sistema ta" trażmissjoni u tikkopera mill-qrib ma" awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħra fit-twettiq tad-doveri msemmija fil-paragrafu 1, filwaqt li tippreserva l-indipendenza tagħhom mingħajr preġudizzju tal-kompetenzi speċifiċi tagħhom.

3.  Minbarra l-kompiti kkonferiti fuqu skond il-paragrafu 1, meta operatur tas-sistema indipendenti jkun inħatar skond l-Artikolu 10, l-awtorità regolatorja għandha:

   a) tissorvelja l-konformità tal-proprjetarju tas-sistema ta" trażmissjoni u l-operatur indipendenti tas-sistema ma" l-obbligi tiegħu skond dan l-Artikolu, u toħroġ penali għan-nuqqas ta" konformità skond il-paragrafu 5(d);
   b) tissorvelja r-relazzjonijiet u l-komunikazzjonijiet bejn l-operatur indipendenti tas-sistema u l-proprjetarju tas-sistema ta' trażmissjoni sabiex jiżgura l-konformità ta' l-operatur indipendenti tas-sistema ma' l-obbligi tiegħu, u b'mod partikolari għanhda tapprova l-kuntratti u taġixxi bħala awtorità għar-riżoluzzjoni tat-tilwim bejn l-operatur indipendenti tas-sistema u l-proprjetarju tas-sistema ta' trażmissjoni fir-rigward ta' kull ilment imressaq minn kwalunkwe parti skond il-paragrafu 10;
   c) bla ħsara għall-proċedura skond l-Artikolu 10(2c) ║, għall-ewwel pjan ta" l-ewwel għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk, tapprova l-ippjanar ta" l-investimenti u l-pjan multijannwali għall-iżvilupp tan-netwerk ippreżentati kull sena mill-operatur tas-sistema indipendenti;
   d) tiżgura li t-tariffi ta" l-aċċess għan-netwerk miġburin mill-operaturi tas-sistema indipendenti jkunu jinkludu ħlas għall-proprjetarju jew proprjetarji tan-netwerk, li jipprovdi/u ħlas adegwat ta" l-assi tan-netwerk u ta" kwalunkwe investiment ġdid fihom;
   e) ikollha s-setgħat li twettaq spezzjonijiet fuq is-sede tal-proprjetarju tas-sistema ta" trażmissjoni u ta" l-operatur tas-sistema indipendenti; u
   f) tissorvelja l-użu tal-kirjiet għall-konġestjoni miġbura mill-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni indipendenti f'konformità ma' l-Artikolu 6(6) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1228/2003.

4.  Fis-sorveljanza tas-swieq nazzjonali ta" l-elettriku skond il-paragrafu 1(1), inkluż is-sorveljanza tal-prezzijiet bl-ingrossa u bl-imnut, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jadottaw metodoloġiji armonizzati li sar qbil fuqhom u li ġew approvati mill-Aġenzija.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jingħatawlhom is-setgħat li jippermettulhom iwettqu d-dmirijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 b'mod effiċjenti u mingħajr dewmien. Għal dan il-għan, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandu jkollha ║is-setgħa li :

   a) ║ toħroġ deċiżjonijiet li jorbtu dwar l-impriżi ta' l-elettriku;
   b) twettaq, f'kooperazzjoni ma' l-awtorità nazzjonali għall-kompetizzjoni, investigazzjonijiet dwar l-operat tas-swieq ta' l-elettriku, u tiddeċiedi, fin-nuqqas ta' ksur ta' regoli tal-kompetizzjoni, dwar kull miżura xierqa meħtieġa u proporzjonata għall-promozzjoni ta' kompetizzjoni effettiva u tiżgura l-operat kif suppost tas-suq ▌;
   c) tikseb kwalunkwe informazzjoni mill-impriżi ta' l-elettriku li tkun rilevanti għall-qadi tad-dmirijiet tagħha; inkluża kwalunkwe ġustifikazzjoni għaċ-ċaħda ta' aċċess għall-partijiet terzi,u kull informazzjoni dwar miżuri meħtieġa biex jissaħħaħ in-network, u għandha tikkoopera ma' l-awtoritajiet regolatorji tas-suq finanzjarju fejn meħtieġ;
   d) timponi sanzjonijiet effettivi, xierqa u disswassivi lil impriżi ta' l-elettriku li ma jikkonformawx ma' l-obbligi tagħhom skond din id-Direttiva jew kwalunkwe deċiżjoni ta' l-awtorità regolatorja jew ta' l-Aġenzija;
   e) twettaq investigazzjonijiet, bil-poteri rilevanti biex tmexxi r-riżoluzzjoni ta" tilwim skond l-Artikoli 10 u 11;
   f) tapprova miżuri ta' salvagwardja kif imsemmi fl-Artikolu 24.

6.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu responsabbli għall-istabbiliment jew l-approvazzjoni qabel ma jidħlu fis-seħħ tat-termini u l-kundizzjonijiet għal:

   a) tqabbid u aċċess man-networks nazzjonali, inklużi tariffi tat-trasmissjoni u tad-distribuzzjoni u l-metodoloġija jew, b'mod alternattivi, il-metodoloġiji u s-sorveljanza tagħhom għat-twaqqif jew għall-approvazzjoni ta' tariffi ta' trasmissjoni jew ta' distribuzzjoni. Dawn it-tariffi għandhom jirriflettu l-ispejjeż attwali mġarrba, sakemm dawn l-ispejjeż jikkorrispondu ma" dawk ta" operatur effiċjenti u għandhom ikunu trasparenti. Huma għandhom jippermettu l-investimenti meħtieġa fin-networks li jsiru b'mod li jippermetti lil dawn l-investimenti li jaċċertaw il-vijabbiltà tan-networks. Dawn it-tariffi m'għandhomx jiddiskriminaw kontra min ikun daħal ġdid fis-suq;
   b) il-provizzjoni ta" servizzi li jibbilanċjaw li kemm jista" jkun possibbli għandhom jirriflettu l-ispiża reali u jkunu newtrali għad-dħul, filwaqt li jipprovdu inċentivi xierqa għall-utenti tan-networks biex jibbilanċjaw l-'input' u l-"offtakes" tagħhom; għandhom ikunu ġusti u mingħajr diskriminazzjoni u bbażati fuq kriterji oġġettivi;
   c) aċċess għal infrastrutturi transkonfinali, inklużi l-proċeduri għall-allokazzjoni ta' kapaċità u l-immaniġġjar tal-konġestjoni;

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom il-poter li jeħtieġu li l-operaturi ta' sistemi ta' trasmissjoni jimmodifikaw dawk it-termini u l-kundizzjonijiet.

7.  Meta jiffissaw jew japprovaw it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji tat-tariffi, u s-servizzi ta' bbilanċjar, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-operaturi tan-network jingħataw inċentiva tajbabiżżejjed, kemm fit-tul kif ukoll fiż-żmien qasir, biex iżidu l-effiċjenzi, jinkoraġġixxu l-integrazzjoni tas-suq, jiżguraw is-sigurtà tal-provvista, u jappoġġjaw l-attivitajiet ta' riċerka.

8.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmoniterjaw l-immaniġġjar tal-konġestjoni fis-sistemi nazzjonali ta" l-elettriku u fl-interkonnetturi.

L-operaturi tas-sistema ta" trażmissjoni għandhom jissottomettu l-proċeduri tagħhom ta" l-immaniġġjar tal-konġestjoni, inkluża l-allokazzjoni tal-kapaċità, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għall-approvazzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jitolbu emendi għal dawn il-proċeduri qabel ma japprovawhom.

9.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom l-awtorità li jirrikjedu lil operaturi tat-trasmissjoni u tad-distribuzzjoni, jekk meħtieġ, li jimmodifikaw it-termini u l-kundizzjonijiet, inklużi t-tariffi msemmija f'dan l-Artikolu, biex jaċċertaw li huma proporzjonati u applikati b'mod mhux diskriminatorju. F'każ ta" dewmien rigward l-istabbiliment tat-tariffi ta" trażmissjoni u distribuzzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa li jiffissaw tariffi ta" trażmissjoni u distribuzzjoni provizorji u jiddeċiedu dwar il-miżuri xierqa ta" kumpens fil-każ li t-tariffi finali jiddevjaw minn dawn it-tariffi provviżorji.

10.  Kwalunkwe parti li jkollha lment kontra operatur tas-sistema tat-trasmissjoni jew distribuzzjoni b"relazzjoni ma" l-obbligi ta" dak l-operatur skond din id-Direttiva, tista' tirreferi l-ilment lill-awtorità regolatorja nazzjonali li, waqt li tkun qed taġixxi bħala awtorità li ssolvi t-tilwim, għandha tagħti deċiżjoni fi żmien xahrejn minn wara li din tkun irċeviet l-ilment. Dak il-perjodu jista" jiġi estiż b'xahrejn fejn tintalab aktar informazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Dan il-perjodu jista" jiġi estiż bil-qbil tal-persuna li tkun għamlet l-ilment. ║Id-deċiżjoni ta' l-aworità regolatorja nazzjonali għandha tkun vinkolanti sakemm ma tiġix irrevokata b'appell, u sal-waqt li sseħħ din ir-revoka.

11.  Kwalunkwe parti li tkun affettwata u li jkollha d-dritt li tressaq ilment dwar deċiżjoni fuq metodoloġiji meħuda skond dan l-Artikolu jew, fejn l-awtorità regolatorja nazzjonali jkollha l-obbligu li tikkonsulta ruħha dwar it-tariffi jew il-metodoloġiji proposti, din tista', minn talanqas fi żmien xahrejn, jew f'perjodu iqsar kif deċiż mill-Istati Membri, wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni jew il-proposta għad-deċiżjoni, tissottometti l-ilment għall-istħarriġ. Tali lment ma għandux iwassal għal xi sospensjoni.

12.  L-Istati Membri għandhom joħolqu mekkaniżmi xieraq u effiċjenti għar-regolament, kontroll u trasparenza sabiex jiġi evitat abbuż ta" posizzjoni dominanti, b'mod partikolari bi żvantaġġ għall-konsumaturi, u kwalunkwe aġir predatorju. Dawn il-mekkaniżmi għandhom iqisu d-disposizzjonijiet tat-Trattat, u b'mod partikolari l-Artikolu 82 tiegħu.

13.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom joħolqu servizz indipendenti għall-ilmenti jew skema ta" reparazzjoni alternattivi bħall-ombudsman indipendenti ta" l-enerġija jew korp tal-konsumaturi. Dak is-servizz jew skema għandu jkun responsabbli għall-itrattar effiċjenti ta" l-ilmenti u għandhom ikunu konformi mal-kriterji ta" l-aħjar prattika. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tistipula standards u linji gwida dwar kif il-produtturi u l-operaturi tan-netwerk għandhom jitrattaw l-ilmenti.

14.  L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li jittieħdu l-passi xierqa, inklużi azzjoni amministrativa jew proċeduri kriminali b'mod konformi mal-liġi nazzjonali tagħhom, kontra l-persuni naturali jew legali responsabbli fejn ir-regoli tal-kunfidenzjalità imposti minn din id-Direttiva ma jkunux ġew rispettati.

15.  L-ilmenti msemmija fil-paragrafi 10 u 11 għandhom ikunu bla ħsara għall-eżerċitu tad-drittijiet ta" l-appell taħt il-liġijiet Komunitarji u nazzjonali.

16.  Id-Deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu kompletament motivati u disponibbli għall-pubbliku biex jingħata spazju għall-iskrutinju legali.

17.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mekkaniżmi xierqa fuq livell nazzjonali li bihom parti affettwata minn deċiżjoni ta' awtorità regolatorja nazzjonali jkollha d-dritt għall-appell lil entità ġudizzjarju nazzjonali jew awtorità indipendenti nazzjonali oħra, li hija indipendenti mill-partijiet involuti u minn kull gvern.

Artikolu 22d

Reġim regolatorju għal kwistjonijiet transkonfinali

1.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkooperaw mill-qrib u jikkonsultaw ma' xulxin, u għandhom jipprovdu 'l xulxin u l-Aġenzija b'kull informazzjoni meħtieġa għat-twettiq ta' dmirijiethom skond id-Direttiva. Dwar l-informazzjoni li tiġi skambjata, l-awtorità li tirċievi għandha tiżgura l-istess livell ta" kunfidenzjalità bħal ta" l-awtorità li tibgħat l-informazzjoni kkonċernata.

2.  Sabiex ikun żgurat li, fejn ikun hemm swieq reġjonali ta' l-elettriku, l-integrazzjoni tagħhom tkun riflessa bi strutturi regolatorji xierqa. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati għandhom jiżguraw li, b'koperazzjoni mill-qrib ma' u taħt it-tmexxija ta' l-Aġenzija, jitwettqu mill-anqas id-dmirijiet regolatorji li ġejjin rigward is-swieq reġjonali:

   a) koperazzjoni mill-anqas fil-livell reġjonali biex jinkoraġġixxu l-ħolqien ta" arranġamenti ta" operat sabiex tiġi żgurata ġestjoni ottima tan-network, sabiex jiġu promossi skambji konġunti ta' elettriku u l-allokazzjoni ta" kapaċità transkonfinali, kif ukoll sabiex jippermettu livell xieraq ta" kapaċità ta" interkonnessjoni, inkluż permezz ta" interkonnessjoni ġdida fir-reġjun u bejn ir-reġjuni li jippermetti l-iżvilupp ta" kompetizzjoni effettiva u t-titjib tas-sigurtà tal-provvista;
   b) armonizzazzjoni għall-inqas fil-livell reġjonali relevanti tal-kodiċi kollha tekniku u tas-suq għall-operaturi relevanti tas-sistema ta" trażmissjoni u parteċipanti ewlenin oħra tas-suq;
   c) l-armonizzazzjoni tar-regoli li jikkontrollaw l-immaniġġjar tal-konġestjoni u d-distribuzzjoni mill-ġdid b'mod ġust tad-dħul u/jew ta" l-infiq għall-immaniġġjar tal-konġestjoni fost il-parteċipanti ewlenin kollha tas-suq;
   d) regoli li jiżguraw li l-proprjetarji u/jew il-maniġers ta" skambju/skambji ta" l-enerġija li joperaw "il-pool market" reġjonali relevanti huma kompletament indipendenti mill-proprjetarji u/jew mill-maniġers ta" 'generation assets';

3.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikollhom id-dritt li jagħmlu ftehimiet bejniethom biex irawwmu koperazzjoni regolatorja, u l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jitwettqu, kif xieraq, b'konsultazzjoni mill-qrib ma' awtoritajiet nazzjonali kkonċernati oħra u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi speċifiċi tagħhom.

4.  L-Aġenzija għandha tiddeċiedi dwar ir-reġim regolatorju għall-infrastruttura li tgħaqqad mill-inqas żewġ Stati Membri:

   a) fuq talba konġunta mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kompeteneti, jew,
   b) meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kompetenti ma jkunx irnexxielhom jilħqu qbil dwar ir-reġim regolatorju xieraq fi żmien sitt xhur mid-data meta l-fajl ġie ppreżentat lill-aħħar minn dawn l-awtoritajiet regolatorji.
  

Artikolu 22e

Konformità mal-Linji Gwida

1.  Il-Kummissjoni jew kwalunkwe awtorità regolatorja nazzjonali ║jistgħu jitolbu l-opinjoni ta' l-Aġenzija dwar il-konformità ta' deċiżjoni meħuda minn awtorità regolatorja b'linji gwida msemmija f'din id-Direttiva jew fir-Regolament (KE) Nru 1228/2003.

2.  L-Aġenzija għandha tagħti l-opinjoni tagħha lill-Kummissjoni jew lill-awtorità regolatorja li tkun talbitha ║, rispettivament, u lill-awtorità regolatorja nazzjonali li tkun ħadet id-deċiżjoni kkonċernata fi żmien erba' xhur mid-data tat-talba.

3.  Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali li tkun ħadet id-deċiżjoni in kwistjoni ma tikkonformax ma' l-opinjoni ta' l-Aġenzija fi żmien erba' xhur mid-data tal-wasla, l-Aġenzija għandha tgħarraf lill-Kummissjoni b'dan.

4.  Kwalunkwe awtorità regolatorja nazzjonali tista' tinforma lill-Kummissjoni fejn tqis li deċiżjoni meħuda minn awtorità regolatorja nazzjonali ma tikkonformax ma' linji ta' gwida msemmija f'din id-Direttiva jew fir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 fi żmien xahrejn mid-data ta' dik id-Deċiżjoni.

5.  Meta l-Kummissjoni, fi żmien xahrejn minn meta tkun ġiet infurmata mill-Aġenzija skond il-paragrafu 3 jew minn awtorità regolatorja skond il-paragrafu 4, u fuq l-inzjattiva tagħha stess fi żmien tliet xhur mid-data tad-deċiżjoni, issib li d-deċizjoni ta' awtorità regolatorja nazzjonali tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mal-linji gwida msemmija f'din id-Direttiva jew fir-regolament (KE) Nru 1228/2003, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tibda l-proċeduri. Fdan il-każ, għandha tistieden lill-awtorità regolatorja nazzjonali u lill-partijiet għall-proċeduri quddiem l-awtorità regolatorja nazzjonali biex iressqu l-kummenti tagħhom.

6.  Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li tibda l-proċeduri, fi żmien ║erba' xhur mid-data ta' din id-deċiżjoni, għandha toħroġ deċiżjoni finali:

   a) li ma tqajjimx oġġezzjonijiet kontra d-deċiżjoni ta' l-awtorità regolatorja; jew
   b) li tirrikjedi lill-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata temenda jew tirtira d-deċiżjoni tagħha jekk tqis li ma kienx hemm konformità mal-linji gwida.

7.  Meta l-Kummissjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni biex tibda l-proċeduri jew deċiżjoni finali fil-perjodu ta' żmien stipulat fil-paragrafi 5 u 6 rispettivament, għandu jitqies li ma qajmitx oġġezzjonijiet kontra d-deċiżjoni ta' l-awtorità regolatorja nazzjonali.

8.  L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex temenda jew tħassar id-deċiżjoni fi żmien xahrejn u għandha tinforma lill-Kummissjoni skond dan.

Artikolu 22f

Żamma ta" reġistri

1.  L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-impriżi jżommu għad-dispożizzjoni ta' l-awtorità regolatorja nazzjonali, l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni u l-Kummissjoni, għal talanqas ħames snin, id-dejta rilevanti fir-rigward tat-tranżazzjonijiet kollha fil-kuntratti tal-forniment ta' l-elettriku u d-derivattivi elettriċi ma' klijenti bl-ingrossa u operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni.

2.  Id-dejta għandha tinkludi dettalji dwar karatteristiċi finanzjarji, bħal tul ta" żmien, regoli dwar il-forniment u l-għeluq tat-tranżazzjonijiet rilevanti, il-kwantità, id-dati u l-ħinijiet ta" l-eżekuzzjoni u l-prezzijiet tat-tranżazzjoni, u l-mezzi għall-identifikazzjoni tal-klijent bl-ingrossa kkonċernat, kif ukoll dettalji speċifiċi dwar il-pożizzjonijiet kollha miftuħin fil-kuntratti tal-forniment ta' l-elettriku u tad-derivattivi ta' l-elettriku.

3.  L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tħejji rapport dwar ir-riżultati ta' l-investigazzjonijiet tagħha jew it-talba tagħha lill-parteċipanti fis-suq waqt li tiżgura li ma tiġix rilaxxata xi informazzjoni li tkun kummerċjalment sensittiva dwar atturi individwali fis-suq jew dwar tranżazzjonijiet individwali. ▌

4.  4. ║Dan l-Artikolu ma għandux joħloq obbligi addizzjonali fil-konfront ta' l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għal entitajiet li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2004/39/KE.

5.  Fil-każ li l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ikollhom bżonn l-aċċess għad-dejta miżmuma minn entitajiet li jidħlu fl-ambitu tad-Direttiva 2004/39/KE, l-awtoritajiet responsabbli skond dik id-Direttiva għandhom jipprovdu lil dawk l-awtoriatjiet ║ fil-paragrafu 1 bid-dejta meħtieġa.

(23)  L-Artikolu 23 għandu jitħassar.

(  24) l-Artikolu 26, għandu jiġi emendat b'dan li ġej:

a)   il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

2.  "2. Stat Membru li, wara li d-Direttiva tkun daħlet fis-seħħ, għal raġunijiet ta' natura teknika jkollu problemi sostanzjali biex jiftaħ is-suq tiegħu għal ċerti gruppi limitati ta' klijenti li ma jkunux domestiċi, imsemmija fl-Artikolu 21(1)(b), jista' japplika għal deroga minn din id-disposizzjoni, li tista' tingħatalu mill-Kummissjoni għal perjodu li ma jkunx jeċċedi aktar minn 12-il xahar minn wara d-data msemmija fl-Artikolu 30(1). F'kull każ, deroga bħal din għandha tintemm fid-data msemmija f'Artikolu 21(1)(c).

"

b)   il-paragrafu li ġej għandu jiżdied:"

2a.  L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lil siti industrijali mid-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli III, IV, V, VI u VII. Il-prinċipju ta' aċess minn partijiet terzi m'għandux ikun affetwat minn tali eżenzjonijiet. Barra minn hekk, l-eżenzjonijiet ma jistgħux jinterferixxu mal-ħidma tas-sistemi ta' tqassim pubbliċi.".

"

25)  ▌(25) L-Anness A għandu jkun emendat kif ġej:

a)   il-punt (a) għandu jinbidel b'dan li ġej:"

   a) jingħata d-dritt li jsir kuntratt mal-fornitur tagħhom tas-servizz ta" l-elettriku li jispeċifika:
   - l-identità u l-indirizz tal-fornitur;
   - is-servizzi pprovduti, il-livelli ta" kwalità tas-servizz offruti, kif ukoll iż-żmien meta saret il-konnessjoni inizjali;
   - it-tipi ta' servizzi ta' manutenzjoni offruti;
   - il-mezzi li permezz tagħhom tista" tinkiseb informazzjoni aġġornata dwar it-tariffi kollha applikabbli u l-prezzijiet tal-manutenzjoni;
   - it-tul tal-kuntratt, il-kundizzjonijiet għat-tiġdid u t-terminazzjoni tas-servizzi u tal-kuntratt, l-eżistenza ta" kwalunkwe dritt biex ikun hemm irtirar mingħajr ħlas;
   - kwalunkwe kumpens u arranġamenti ta" rifużjoni li japplikaw jekk il-livelli tal-kwalità tas-servizz kuntrattat ma jintlaħqux inklużi kontijiet mhux korretti u li jdumu ma jinħarġu;
   - il-metodu kif jinbdew proċeduri għar-riżoluzzjoni ta" tilwimiet skond il-punt (f);
   - informazzjoni fuq id-drittijiet tal-konsumatur, inkluż dak kollu msemmi hawn fuq, komunikati b'mod ċar permezz ta" kontijiet u ta' websites ta' l-impriżi ta" l-elettriku; u
   - id-dettalji ta' l-awtorità kompetenti ta' l-appelli kif ukoll id-dettalji tal-proċedura li għandha tittieħed mill-konsumaturi fil-każ ta' tilwima.

Il-kondizzjonijiet għandhom ikunu ġusti u magħrufa sew minn qabel. Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni imsemmija f'dan il-punt għandha tkun provduta qabel il-konklużjoni jew il-konferma tal-kuntratt. Meta xi kuntratti jkunu konklużi permezz ta' intermedjarji, l-informazzjoni ta' hawn għandha wkoll tkun provduta qabel il-konklużjoni tal-kuntratt;

"

b)   il-punt (b) għandu jinbidel b'dan li ġej:"

   b) jingħata avviż xieraq ta" kull intenzjoni li jiġu modifikati l-kundizzjonijiet kuntrattwali u jkunu infurmati bid-dritt tagħhom li jirtiraw meta jingħata l-avviż. Fornituri tas-servizz għandhom jinnotifikaw lill-abbonati tagħhom direttament b'kull żieda fil-prezzijiet, fi żmien xieraq mhux aktar tard minn perjodu wieħed li fih jirċievu l-kont wara li ż-żieda tidħol fis-seħħ b'mod trasparenti u li jinftiehem. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-klijenti huma ħielsa li jirtiraw minn kuntratti jekk ma jaċċettawx il-kundizzjonijiet ġodda notifikati lilhom mill-fornitur tagħhom tas-servizz ta" l-elettriku;
"

c)   il-punt (d) għandu jinbidel b'dan li ġej:"

   d) tiġi offruta għażla wiesgħa ta" metodi ta" ħlas, li m'għandhomx jiddiskriminaw kontra l-klijenti. Kull differenza fil-kundizzjonijiet ġenerali għandha tirrifletti l-ispejjeż għall-fornitur tas-sistemi differenti ta' ħlas. Il-kundizzjonijiet ġenerali għandhom ikunu ġusti u trasparenti. Għandhom jingħataw b'lingwaġġ ċar u li jinftiehem. Il-klijenti għandhom ikunu protetti minn metodi ta" bejgħ mhux ġusti u li jqarrqu inkluż xkiel mhux kuntrattwali imposti min-negozjant eżempju dokumentazzjoni kuntrattwali eċċessiva;
"

d)   il-punt (f) għandu jinbidel b'dan li ġej:"

   f) jibbenefikaw minn proċeduri trasparenti, sempliċi u mhux għoljin biex jiġu riżolti l-ilmenti tagħhom. B'mod partikulari, il-konsumaturi kollha se jkollhom id-dritt għal twassil tas-servizzi u trattar ta' l-ilmenti mill-fornituri tagħhom tas-servizz ta' l-elettriku. Proċeduri bħal dawn għandhom iwasslu biex tilwimiet jiġu riżolti b'mod ġust u fil-waqt u fi żmien tliet xhur b'dispożizzjoni, fejn meħtieġ, ta" sistema ta" rimborż u/jew kumpens. Għandhom isegwu, kull fejn possibbli, il-prinċipji stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 98/257/KE*;
  

_______________________

  

* ĠU L 115, 17.4.1998, p. 31

"


___________________
* 10 snin mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva .../.../KE [li temenda d-Direttiva 2003/54/KE dwar ir-regoli komuni għall-suq intern ta'l-elettriċita'].".
   ( e) ║il-punti li ġejjin għandhom jiżdiedu:"
   h) jistgħu jibdlu għal fornitur ġdid b'faċilità u jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom id-dejta dwar il-konsum, u għandhom ikunu jistgħu, bi ftehim espliċitu u mingħajr ħlas, jagħtu lil kwalunkwe fornitur awtorizzat aċċess għad-dejta tagħha dwar il-kejl. Il-parti responsabbli għall-ġestjoni tad-dejta ikollha l-obbligu li tgħaddi dik id-dejta lill-impriża. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu format għad-dejta kif ukoll proċedura għall-fornituri u għall-konsumaturi biex ikollhom aċċess għad-dejta. L-ebda spiża addizzjonali ma tista" tiġi ddebitata lill-konsumatur għal dan is-servizz;
   i) għandhom jiġu infurmati tajjeb mill-anqas kull tliet xhur dwar il-konsum attwali ta' l-elettriku u l-ispejjeż. L-ebda spiża addizzjonali ma tista" tiġi ddebitata lill-konsumatur għal dan is-servizz. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tqassim ta' arloġġi tad-dawl "smart" jintemm bl-anqas disturb possibbli lill-konsumaturi fi żmien ...* u għandha tkun ir-responsabilità tal-kumpaniji ta' distribuzzjoni jew provvista ta' elettriċità. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta" iżvilupp bħal dan u mit-tfassil ta' standards komuni għal dak l-għan. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istandards li jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi tad-disinn tekniku u ta' l-operat għall-arloġġi tad-dawl, jindirizzaw kwistjonijiet ta' interoperabilità sabiex jitwassal l-aktar livell għoli ta' benefiċċju bl-aktar livell baxx ta' spejjeż għall-konsumaturi.
   j) għandhom jirċievu kont ta' għeluq finali wara kull tibdil fil-fornitur ta' l-elettriku sa mhux aktar tard minn xahar wara li l-fornitur ikkonċernat ikun ġie infurmat.
"

Artikolu 2

It-traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jiġu konformi ma" din id-Direttiva sa...(7) ║[]. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta" dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta" korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet minn ...*.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-[...] ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi ║

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 211, 19.8.2008, p. 23.
(2) ĠU C 172, 5.7.2008, p. 55.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2008.
(4) ĠU L 176, 15.7.2003, p. 37.
(5) ĠU L...
(6) ĠU L 176, 15.7.2003, p. 1.
(7)* 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Avviż legali - Politika tal-privatezza