Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija (COM(2007)0530 – C6-0318/2007 – 2007/0197(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0530),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0318/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumaturi (A6-0226/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jenfasizza li, fil-każ li tiġi stabbilita Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi ta" l-Enerġija, għandhom jiġu kkunsidrati l-għażliet ta" finanzjament kollha li tipprovdi għalihom il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta" Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ammistrazzjoni finanzjarja soda(1)
3. Iqis li l-punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali għandu jkun applikat fir-rigward ta" l-istabbiliment ta" l-Aġenzija u l-Parlament għandu jidħol f'negozjati mat-taqsima l-oħra ta" l-awtorità baġitarja bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim f'waqtu dwar il-finanzjament ta" l-Aġenzija f'konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti tal-Ftehim Interistituzzjonali;
4. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa" tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. Ftehim kif emendat bid-Deċiżjoni 2008/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 6, 10.1.2008, p. 7).
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Ġunju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni║,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),
Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3),
Billi:
(1) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Jannar 2007 intitolata "Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa'║ enfasizzat l-importanza li jiġi kkompletat s-suq intern ta' l-elettriku u tal-gass naturali. It-titjib tal-qafas regolatorju fuq livell Komunitarju ġie identifikat bħala miżura ewlenija biex jintlaħaq dan il-għan.
(2) Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/796/KE(4) twaqqaf ║il-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għall-Elettriku u l-Gass (ERGEG), bil-għan li jiffaċilita l-konsultazzjoni, il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fost l-aġenziji regolatorji ta' l-Istati Membri, kif ukoll bejn dawn l-aġenziji u l-Kummissjoni, għat-tisħiħ tas-suq intern ta' l-elettriku u tal-gass naturali. L-ERGEG huwa magħmul minn rappreżentanti ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali stabbilit skond id-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tas-26 ta" Ġunju 2003 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam ta" l-elettriku║(5) u d-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta" Ġunju 2003 rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali║(6).
(3) Ix-xogħol li sar mill-ERGEG mindu twaqqaf ikkontribwixxa b'mod pożittiv għas-suq intern ta' l-elettriku u l-gass. Madankollu, hemm kunsens wiesa' fis-settur, u kif ġie propost mill-ERGEG innifsu, li l-kooperazzjoni volontarja bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali issa għandha sseħħ fi ħdan struttura Komunitarja soda b'kompetenzi ċari u bis-setgħa li tadotta deċiżjonijiet regolatorji ▌f'għadd ta' każijiet speċifiċi.
(4) Il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa ta' l-2007 stieden lill-Kummissjoni biex tipproponi miżuri rigward l-istabbiliment ta' mekkaniżmu indipendenti għall-kooperazzjoni l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.
(5)L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mill-qrib, filwaqt li jeliminaw ix-xkiel li hemm għall-iskambju transkonfinali ta" l-elettriċità u l-gass bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi tal-politika ta'l-energija tal-Komunità. It-twaqqif ta" Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi ta" l-Enerġija (l-Aġenzija) għal dan il-għan għandu jinkorpora l-perspettiva Komunitarja fil-prattiki ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u ttejjeb l-effettività tal-prinċipji Komunitarji ta" trattament indaqs u kundizzjonijiet ġusti ta' aċċess għan-networks trans-Ewropej għall-ġarr ta' l-elettriċità u tal-gass, u b'hekk tikkontribwixxi għall- -funzjonament tajjeb tas-suq intern ta' l- energija. L-Aġenzija għandha tippermetti wkoll lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jsaħħu lill-kooperazzjoni tagħhom fuq livell Komunitarju u li jipparteċipaw, fuq bażi komuni, fl-eżerċizzju ta' funzjonijiet marbuta mal-Komunità.
(6) Abbażi tal-valutazzjoni ta' l-impatt rigward ir-riżorsi meħtieġa għal entità ċentrali, ġie konkluż li entità ċentrali indipendenti toffri aktar vantaġġi fit-tul minn għażliet oħra. ║
(7) L-Aġenzija għandha tiżgura li l-funzjonijiet regolatorji li jsiru fil-livell nazzjonali mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skond id-Direttiva 2003/54/KE u d-Direttiva 2003/55/KE ikunu kkoordinati sewwa, u fejn meħtieġ, li jiġu kkompletati fuq il-livell Komunitarju. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġu garantiti l-indipendenza ta' l-Aġenzija, u l-membri tagħha vis-à-vis l-konsumaturi, il-produtturi ta" l-enerġija u l-operaturi tas-sistema tat-trasmissjoni u d-distribuzzjoni, kemm jekk pubbliċi jew privati, u li tiġi żgurata l-konformità tagħha mal-leġiżlazzjoni Komunitarja, il-kapaċità teknika tagħha, il-kapaċità tagħha li taġġusta ruħha għall-iżviluppi regolatorji,kif ukoll it-trasparenza tagħha, is-soġġettibilità tagħha għall-kontroll demokratiku u l-effiċjenza tagħha.
(8) L-Aġenzija għandha tissorvelja l-kooperazzjoni bejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fis-settur tal-gass u ta' l-elettriku kif ukoll fl-eżekuzzjoni tal-kompiti tan-networks Ewropej għall-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ta' l-elettriku u ║tal-gass. L-involviment ta' l-Aġenzija hija essenzjali biex jiżgura li l-kooperazzjoni ta' l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tipproċedi b'mod effiċjenti u trasparenti, għall-ġid tas-suq intern.
(9)L-Aġenzija għandha b'mod sistematiku tissorvelja s-swieq għat-tgħawwiġ tas-suq, u meta jkun jixraq tgħarraf lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali.
(10) Huwa xieraq li jiġi pprovdut qafas integrat li fih l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jipparteċipaw u jikkooperaw. Dan il-qafas għandu jiffaċilita l-applikazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni dwar is-suq intern ta' l-elettriċità u tal-gass madwar il-Komunità kollha. Fir-rigward tas-sitwazzjonijiet li jikkonċernaw aktar minn Stat Membru wieħed, l-Aġenzija għandha tingħata s-setgħa li tadotta deċiżjonijiet individwali. Din is-setgħa għandha tkopri r-reġim regolatorju għall-infrastruttura li tqabbad flimkien ta" l-anqas żewġ Stati Membri, eżenzjonijiet mir-regoli tas-suq intern għall-interkonnetturi ġodda ta' l-elettriċità u għall-infrastrutturi ġodda tal-gass li jinsabu f'aktar minn Stat Membru wieħed.
(11) Peress li l-Aġenzija għandha għarfien ġenerali dwar l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u dwar sorsi oħra ta' tagħrif u ta' għarfien espert, għandu jkollha rwol ta' konsulenza lejn il-Kummissjoni, lejn l-istituzzjonijiet l-oħra tal-Komunità u lejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta" mill-anqas żewġ Stati Membri fir-rigward tal-kwistjonijiet tar-regolamentazzjonit as-suq. L-Aġenzija għandha tkun meħtieġa wkoll li tinforma lill-Kummissjoni meta ssib li l-kooperazzjoni bejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ma tipproduċix ir-riżultati meħtieġa jew meta awtorità regolatorja nazzjonali li d-deċiżjoni tagħha tkun marret kontra l-linji gwida ma tkunx trid tikkonforma ma' l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet ta' l-Aġenzija.
(12) L-Aġenzija għandha wkoll tista' toħroġ linji gwida ▌vinkolanti biex tgħin lill-awtoritajiet regolatorji u l-atturi fis-suq jaqsmu bejniethom prassi tajba.
(13)L-Aġenzija għandha, meta jkun xieraq, tikkonsulta lill-partijiet interessati u tipprovdilhom okkażjoni raġonevoli biex jikkummentaw dwar il-miżuri proposti, bħalma huwa l-abbozz tal-kodiċijiet u r-regoli tan-networks.
(14) L-istruttura ta' l-Aġenzija għandha tiġi adattata sabiex tissodisfa l-ħtiġijiet speċifiċi tar-regolamentazzjoni ta' l-enerġija. B'mod partikolari, l-irwol speċifiku ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ▌jeħtieġ li jitqies bis-sħiħ u l-indipendenza tagħhom jeħtieġ li tkun iggarantita.
(15) Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jkollu s-setgħat meħtieġa biex jistipula l-baġit, jivverifika l-implimentazzjoni tiegħu, ifassal regoli interni, jadotta regolamenti finanzjarji u jaħtar id-Direttur.
(16) L-Aġenzija għandu jkollha s-setgħat meħtieġa biex twettaq il-funzjonijiet regolatorji b'mod effiċjenti, trasparenti, raġunat u fuq kollox indipendenti. L-indipendenza ta' l-awtoritajiet Regolatorji vis-à-vis l-produtturi ta' l-enerġija u l-operaturi tas-sistemi ta" trasmissjoni u distribuzzjoni hija prinċipju ewlieni ta' governanza tajba iżda wkoll kundizzjoni fundamentali biex tiġi żgurata l-fiduċja fis-suq. Meta s-sitwazzjoni tiġi riflessa fil-livell Komunitarju u nazzjonali, il-Bord tar-Regolaturi u l-membri tiegħugħandu għalhekk jaġixxi indipendentement minn kull interess tas-suq u ma għandu jfittex jew jieħu l-ebda struzzjoniu ma għandu jaċċetta l-ebda rakkomandazzjoni minn xi gvern jew entità oħra pubblika jew privata. Il-Bord tar-Regolaturi għandu, fl-istess ħin, jikkonforma ruħu mal-leġiżlazzjoni Komunitarja li tirrigwarda l-enerġija, l-ambjent, is-suq energija intern u l-kompetizzjoni u għandu jirrapporta lill-istituzzjonijiet tal-Komunità fir-rigward tad-deċiżjonijiet u l-proposti tiegħu.
(17) Fejn l-Aġenzija jkollha s-setgħa li tieħu deċiżjonijiet, għal finijiet ta' ekonomija ta' proċedura, il-partijiet interessati għandhom jingħataw id-dritt ta' appell, fl-ewwel istanza, lill-Bord ta' l-Appell, li għandu jkun parti mill-Aġenzija, iżda li jkun indipendenti kemm mill-istruttura amministrattiva tagħha kif ukoll minn dik regolatorja. Id-deċiżjoni tal-Bord ta" l-Appell għandha tkun suġġetta għal appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.
(18) L-Aġenzija għandha tkun iffinanzjata l-aktar mill-baġit ġenerali ta" l-Unjoni Ewropea, minn tariffi u minn kontribuzzjonijiet ▌. B'mod partikolari, ir-riżorsi fil-preżent huma miġbura flimkien mill--awtoritajiet regolatorji għall-kooperazzjoni tagħhom fil-livell Ewropew għandhom jibqgħu disponibbli għall-Aġenzija. Il-proċedura baġitarja Komunitarja għandha tibqa' applikabbli sakemm ikunu kkonċernati sussidji li għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, il-verifikar tal-kontijiet għandu jsir mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 91 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta" qafas għall-korpi msemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(7).
(19)Wara li tkun ġiet stabbilita l-Aġenzija, il-baġit tagħha għandu jiġi evalwat mill-awtorità baġitarja fuq bażi kontinwa, b'referenza għall-ammont ta" xogħol ta" l-Aġenzija u l-prestazzjoni tagħha. Dik l-evalwazzjoni għandha tiddetermina jekk ikunx hemm riżorsi umani u finanzjarji biżżejjed disponibbli għaliha. L-awtorità baġitarja għandha tiżgura li jintlaħqu l-aħjar standards ta" effiċjenza.
(20) L-Aġenzija għandu jkolha persunal ta' professjonalità għolja. B'mod partikolari, għandha tgawdi mill-kompetenza u l-esperjenza ta' persunal issekondat mill-Kummissjoni, mill-Istati Membri u mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali║. Ir-Regolamenti tal-Persunal ta" l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, ir-regolamenti applikabbli għal impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Komunità ║għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni ta' dawk ir-Regolamenti għandhom japplikaw għall-persunal ta' l-Aġenzija.. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni, bi ftehim mal-Kummissjoni, għandu jadotta r-regoli meħtieġa ta' implimentazzjoni.
(21) L-Aġenzija għandha tapplika r-regoli ġenerali rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti miżmumin mill-entitajiet Komunitarji. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jistipula l-miżuri prattiċi biex titħares id-data kummerċjalment sensittiva u d-data personali.
(22) Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi fil-ħidma ta' l-Aġenzija għandu jkun possibbli skond il-ftehimiet xierqa li għandhom jiġu konklużi mal-Komunità.
(23)Il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill mhux aktar tard minn tliet snin wara li l-ewwel direttur ta' l-aġenzija ikun beda d-dmirijiet tiegħu, u kull tliet snin wara dan, rapport ta' valutazzjoni dwar il-kompiti speċifiċi ta" l-Aġenzija u r-riżultati miksuba, flimkien ma" kwalunkwe proposta xierqa.
(24) Peress li l-objettividan ir-Regolament jiġifieri l-parteċipazzjoni u l--kooperazzjoni ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fuq livell Komunitarju, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-iskala ta" l-effetti tiegħu, jistgħu jinkisbu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif deskritt fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.
(25)L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għalkollox quddiem il-Parlament Ewropew,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabilixxi Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija, minn issa l' quddiem imsejħa "l-Aġenzija" ║bil-għan li tikkomplementa, fuq livell Komunitarju, il-kompiti regolatorji li jsiru fil-livell nazzjonali mill-awtoritajiet regolatorji msemmija fl-Artikolu 22a tad-Direttiva 2003/54/KE u fl-Artikolu 24a tad-Direttiva 2003/55/KE, kif ukoll, fejn meħtieġ, biex tikkoordina l-azzjoni bejniethom.
Artikolu 2
Status legali u sede
1. L-Aġenzija għandha tkun entità Komunitarja b'personalità ġuridika.
2. F'kull wieħed mill-Istati Membri, l-Aġenzija għandu jkollha l-kapaċità ġuridika l-aktar wiesgħa li tista' tingħata lil persuni ġuridiċi li jaqgħu taħt il-liġijiet nazzjonali tagħhom. Tista', b'mod partikolari, takkwista jew tiddisponi minn proprjetà mobbli jew immobbli u tipparteċipa fi proċeduri legali.
3. L-Aġenzija għandha tkun rappreżentata mid-Direttur tagħha.
4. Is-sede ta' l-Aġenzija għandha tkun stabbilita fi Brussell. Sakemm jitlestew il-kwartieri tagħha, għandha tkun ospitata fil-kwartieri tal-Kummissjoni.
Artikolu 3
Kompożizzjoni
L-Aġenzija għandha tikkomprendi:
(a)
Bord ta' l-Amministrazzjoni, li għandu jeżerċita r-responsabbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 14;
(b)
Bord ta' Regolaturi, li għandu jeżerċita r-responsabbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 17;
(c)
Direttur, li għandu jeżerċita r-responsabbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 19;
(d)
Bord ta' l-Appell, li għandu jeżerċita r-responsabbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 21.
Artikolu 4
Il-kompiti ta' l-Aġenzija
L-Aġenzija, biex twettaq il-għan kif definit fl-Artikolu 1, għandha:
a)
toħroġ opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet u deċiżjonijiet indirizzati lil operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni, relatati mal-kwistjonijiet tekniċi kollha li għandhom x'jaqsmu mal-funzjonament tajjeb tas-suq intern ta'l-energija;
toħroġ opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, jew lill-Kummissjoni;
d)
tieħu d-deċiżjonijiet ▌f'każijiet speċifiċi imsemmija fl- Artikoli 6 sa 12.
e)
tipprovdi qafas li fih ikunu jistgħu jipparteċipaw u jikkooperaw l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali;
f)
tissorvelja l-eżekuzzjoni tal-kompiti tan-networks Ewropej ta" l-operaturi tas-sistemi ta" trasmissjoni ta' l-elettriku u tal-gass;
g)
tistabbilixxi termini u kundizzjonijiet ekonomiċi u tekniċi għall-iżvilupp ta" kodiċijiet u regoli abbozzati min-networks Ewropej ta" l-operaturi tas-sistemi ta" trasmissjoni ta' l-elettriku u tal-gass u tapprova l-kodiċijiet u r-regoli sabiex ikun żgurat il-funzjonament effiċjenti u sikur tas-suq intern ta'l-energija;
h)
tistabbilixxi metodoloġiji u tariffi għal mekkaniżmi ta" kumpens bejn l-operaturi tas-sistemi ta" trasmissjoni, imsejsa fuq evalwazzjoni ta' l-ispejjeż effettivi tagħhom;
i)
tikkoordina l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati fir-rigward ta" l-operazzjonijiet tagħhom fis-swieq reġjonali ta" l-elettriċità u tal-gass;
j)
flimkien mal-Kummissjoni, tippromwovi l-kooperazzjoni interreġjonali fost is-swieq ta" l-enerġija u tintegra s-swieq enerġetiċi reġjonali għal ġos-suq intern ta" l-enerġija;
k)
tintriga b'konsultazzjonijiet pubbliċi madwar l-UE kollha li għandhom x'jaqsmu mal-kwistjonijiet spjegati fil-punti (e) sa (h).
Artikolu 5
Kompiti ġenerali
L-Aġenzija tista', fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tipprovdi opinjoni jew rakkomandazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-kwistjonijiet kollha relatati ma" l-iskop li ġiet stabbilita għalih.
Artikolu 6
Kompiti fir-rigward ta' l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni
1. L-Aġenzija għandha tagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar l-abbozz ta' statuti, il-lista ta' membri u l-abbozz tar-regoli ta' proċedura tan-network Ewropew għall-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ta' l-elettriku u tal-gass skond l-Artikoli 2b(2) tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku(8) u ║ skond l-Artikolu 2b(2) tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Settembru 2005 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trasmissjoni tal-gass naturali(9).
2. L-Aġenzija għandha tissorvelja t-twettiq tal-kompiti tan-network Ewropew għall-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ta' l-elettriku u tal-gass pprovdut fl-Artikolu 2d tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003 ║ u fl-Artikolu 2d tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005.
3. L-Aġenzija għandha tapprova l-pjani ta" investiment ta" 10 snin tan-networksEwropej ta" l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni ta' l-elettriku u tal-gass, imsemmi fl-Artikolu 2c tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003 u ▌fl-Artikolu 2c tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005, filwaqt li tiżgura n-non-diskriminazzjoni, il-kompetizzjoni effettiva u l-funzjonament effiċjenti u sikur tas-suq intern.ta'l-energija.
4.Il-pjani ta" investiment ta" 10 snin għandu jkun fihom dispożizzjonijiet għat-tranżizzjoni għal miters u grilji intelliġenti fi żmien 10 snin mid-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament. L-Aġenzija u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmoniterjaw il-progress ta" l-operaturi tas-sistemi ta" trasmissjoni lejn l-iżvilupp tal-miters u l-grilji intelliġenti. Għal dan il-għan, l-Aġenzija u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jistabbilixxu skeda ta" żjieda gradwali li tkun tinkludi data ta" skadenza għat-tlestija.
L-Aġenzija għandha tiżgura li dawk is-sistemi ta" tagħrif u ta" komunikazzjoni, inklużi l-miters u l-grilji intelliġenti, li jkunu implimentati, jkunu jaġevolaw l-iżvilupp tas-suq intern ta' l-energija u li ma jdaħħlux xi barrieri tekniċi ġodda.
5.L-Aġenzija għandha tabbozza u tadotta linjigwida li jistabbilixxu prinċipji bażiċi, ċari u oġġettivi għall-armonizzazzjoni ta" regoli ta" networks, wara l-proċess stabbilit fl-Artikolu 2ea tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003 u fl-Artikolu 2e tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005. L-Aġenzija għandha tadotta l-abbozz tal-kodiċi ta" network żviluppati min-networks Ewropej għall-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ta' l-elettriku u tal-gass, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 2f tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003 u l-Artikolu 2f tar-Regolament (KE) 1775/2005, u għandha timmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom. L-Aġenzija tista" tagħmel rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 2f(7) tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003 jew l-Artikolu 2f(7) tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005.
6.L-Aġenzija għandha tikkoordina l-komunikazzjonijiet bejn l-UE u l-operaturi ta' sistemi ta' trasmissjoni minn pajjiżi terzi.
7. L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-Kummissjoni opinjoni ġġustifikata kif jixraq jekk jagħti l-każ li jkun jidhrilha li l-abbozz tal-programm ta' ħidma annwali jew l-abbozz tal-pjan ta' investiment mifrux fuq 10 snin imressqa lilha skond l- Artikolu 2d(2) tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003 u l-Artikolu 2d(2) tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005 ma jkunux jiżguraw in-nondiskriminazzjoni, il-kompetizzjoni effettiva jew l-funzjonament effiċjenti tas-suq, jew ma jkunux f'konformita mal-politika' ta'l-enerġija stabbilita fil-liġi komunitarja.
8.Permezz tad-delegazzjoni tas-setgħat tal-Kummissjoni u skond l-Artikolu 2f(2) tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003 u l-Artikolu 2f(2) tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005, l-Aġenzija tista" tieħu deċiżjonijiet ta" nfurzar u tipproponi li l-Kummissjoni timponi multi fejn ikun jidhrilha li abbozz ta" fejn kodiċi tekniku jew tas-suq ma ġiex adottat f'perjodu ta' żmien raġonevoli jew fejn l-operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni jonqsu milli jimplimentaw kodiċi tekniku▌.
9. L-Aġenzija għandha tissorvelja l-kooperazzjoni reġjonali ta' l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni msemmija fl-Artikolu 2i tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003 u fl-Artikolu 2i tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005.
10. L-Aġenzija għandha tissorvelja l-proċess ta" awtorizzazzjoni tal-bini ta' kapaċitajiet transkonfinali ġodda, u tiżgura t-tħaffif ta' dan il-proċess fi ħdan il-limiti tal-kooperazzjoni reġjonali aktar mill-qrib.
11. L-Aġenzija għandha tissorvelja l-kalkoli tal-kapaċità transkonfinali mill-operaturi tas-sistemi ta" trasmissjoni u l-użu (l-ammont f'daqqa) li fil-fatt isir tal-kapaċità ta" interkonnessjoni bejn il-grilji, u għandha tirriżolvi wkoll problemi ta" aċċess inġust, diskriminatorju jew mhux effiċjenti minn naħa għall-oħra tal- fruntieri nazzjonali.
12. Għandu jkun possibbli għall-Aġenzija li timponi sanzjonijiet effettivi jekk l-ostakoli għal kummerċ transkonfinali ma jitneħħewx.
13.L-Aġenzija tista' tieħu deċiżjonijiet li jorbtu fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha li jkunu jaffettwaw l-aċċess u l-użu tas-sistemi ta" trasmissjoni konnessi bejniethom li jkunu jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħed jekk ma jkunx intlaħaq ftehim konġunt mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.
Artikolu 7
Kompiti marbutin ma' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali
1. L-Aġenzija għandha tadotta deċiżjonijiet individwali dwar kwistjonijiet tekniċi fejn dawn id-deċiżjonijiet jingħataw fil-Linji Gwida skond id-Direttiva 2003/54/KE, id-Direttiva 2003/55/EC, ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 jew ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005.
2. Skond il-programm ta' ħidma tagħha, jew fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea, l-Aġenzija tista' tadotta linji gwida mhux vinkolanti li jgħinu lill-awtoritajiet regolatorji u l-atturi fis-suq jaqsmu bejniethom prassi tajba.
3. L-Aġenzija għandha tiżgura l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ▌fil-livell Komunitarju u reġjonali. Fejn tqis li jkunu meħtieġa regoli li jorbtu dwar tali kooperazzjoni, l-Aġenzija għandha tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet xierqa lill-Kummissjoni.
4. Fuq talba ta' kwalunkwe awtorità regolatorja nazzjonali▌, l-Aġenzija għandha tagħti opinjoni rigward jekk deċiżjoni meħuda minn awtorità regolatorja tkunx konformi mal-Linji Gwida msemmija fid-Direttiva 2003/54/KE, id-Direttiva 2003/55/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 jew ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 u l-liġijiet Komunitarja l-oħra rigward il-politika ta'l-enerġija tal-Komunità.
5. Fejn fi żmien erba' xhur mid-data tal-wasla, l-awtorità regolatorja nazzjonali ma tkunx konformi ma' l-opinjoni ta' l-Aġenzija kif imsemmi fil-paragrafu ║4║, l-Aġenzija għanda tinforma lill-Kummissjoni u lill-gvern ta" l-Istat Membru kkonċernat.
6. Fejn awtorità regolatorja nazzjonali ssib, f'każ speċifiku, diffikultajiet rigward l-applikazzjoni tal-Linji Gwida msemmija fid-Direttiva 2003/54/KE, id-Direttiva 2003/55/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 jew ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005, tista' titlob opinjoni mingħand l-Aġenzija. L-Aġenzija għandha toħroġ l-opinjoni tagħha fi żmien xahrejn minn dik ir-rikjesta.
7. L-Aġenzija għandha tiddeċiedi dwar ir-reġim regolatorju għall-infrastruttura li tqabbad talanqas żewġ Stati Membri, skond l-Artikolu 22d(3) tad-Direttiva 2003/54/KE u l-Artikolu 24d(3) tad-Direttiva 2003/55/KE.
8. L-Aġenzija għandha tissorvelja l-iżviluppi li jsiru fis-swieq ta" l-elettriku u tal-gass, b'mod partikulari l-aċċess ta" enerġiji rinnovabbli għall-grilja, billi jkun żgurat li jsiru benchmarking pożittiv tar-regoli nazzjonali dwar aċċess bħal dan u billi t-tali aċċess ikun iffaċilitat fi Stati Membri oħra.
Artikolu 8
Kompiti oħrajn
1. L-Aġenzija tista tagħti eżenzjonijiet, skond kif ipprovduti fl-Artikolu 7(4)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003. L-Aġenzija tista' wkoll tagħti eżenzjonijiet kif ipprovduti fl-Artikolu 22(3)(a) tad-Direttiva 2003/55/KE meta l-infrastruttura kkonċernata tkun tinsab fit-territorju ta' aktar minn Stat Membru wieħed.
Jekk l-Aġenzija tonqos milli tadotta deċiżjoni fir-rigward ta' applikazzjoni għal għotja ta' eżenzjoni skond dan il-paragrafu fi żmien tliet xhur minn meta ġiet irċevuta t-talba ta" l-applikant, il-Kummissjoni għandha tieħu t-tali deċiżjoni minn flokha.
2. L-Aġenzija għandha tipproponi operatur indipendenti tas-sistema skond l-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2003/54/KE u l-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 2003/55/KE.
3. L-Aġenzija għandha tippromwovi sforzi biex tagħti sura prattika lil-linji gwida dwar in-networks ta" l-enerġija transEwropej kif hemm stabbilit fid-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta" Settembru 2006 li tistabbilixxi linji gwida għan-networks ta" l-enerġija transEwropej(10).
B'mod partikulari, l-Aġenzija għandha tqis dawk il-linji gwida meta tkun tapprova pjanijiet ta" investiment ta" 10 snin skond l-Artikolu 6(3).
4. L-Aġenzija, fuq talba tal-Kummissjoni, għandha tassumi kompiti addizzjonali speċifiċi li huma marbuta ma" l-għan tagħha.
Artikolu 9
Il-ħżin ta" l-enerġija u l-immaniġġjar tal-kriżijiet
1.Meta tippubblika r-rapport annwali tagħha, l-Aġenzija għandha tidentifika l-ħtiġijiet ta" ħżin li jkollha l-Unjoni Ewropea, kemm mil-lat ċikliku u kemm mil-lat ta' sigurtà, u għandha toħroġ dettalji ta' linji gwida marbuta ma' l-investiment fl-infrastruttura tal-produzzjoni u t-trasmissjoni.
2.L-Aġenzija għandha tikkoordina l-mekkaniżmi nazzjonali ta" l-immaniġġjar tal-kriżijiet ta" l-enerġija fil-livell Komunitarju.
3.L-Aġenzija għandha tikkoordina l-komunikazzjonijiet bejn l-UE u l-operaturi minn pajjiżi terzi.
Artikolu 10
Konsultazzjoni u Trasparenza
1.Qabel ma tadotta xi miżura, l-Aġenzija għandha tikkonsulta formalment lill-parteċipanti tas-suq, lill-konsumaturi u lill-utenti b'mod miftuħ u trasparenti, b'mod partikolari rigward il-kompiti tagħha fir-rigward tal-kooperazzjoni ta' l-operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni.
L-Aġenzija għandha, meta jkun xieraq, tagħti lill-partijiet interessati opportunità raġonevoli biex tikkummenta fuq il-miżura proposta u għandha tippubblika r-riżultati tal-proċedura ta" konsultazzjoni.
2.L-Aġenzija għandha twettaq l-attivitajiet tagħha b'livell għoli ta" trasparenza.
3.L-Aġenzija għandha tiżgura li l-pubbliku u l-partijiet kollha interessati jingħataw informazzjoni oġġettiva, affidabbli u aċċessibbli faċilment, b'mod partikolari rigward ir-riżultati tal-ħidma tagħha, fejn ikun xieraq.
4.L-Aġenzija għandha tistabbilixxi fir-regoli tal-proċedura interni tagħha l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-regoli tat-trasparenza li sar riferiment għalihom fil-paragrafi 2 u 3.
5.L-Aġenzija għandha tippubblika fil-websajt tagħha, għall-inqas l-aġenda, id-dokumenti preparatorji u l-minuti tal-laqgħat tal-Bord Amministrattiv, tal-Bord tar-regolaturi u tal-Bord ta" l-Appell.
Artikolu 11
Monitoraġġ u rappurtaġġ dwar is-settur ta" l-enerġija
1.L-Aġenzija għandha tissorvelja l-iżviluppi fis-swieq ta" l-elettriku u tal-gass, u b'mod partikolari l-prezzijiet bl-imnut ta" l-elettriku u tal-gass u l- konformita' mad-drittijiet tal-konsumatur stabbiliti fid-Direttivi 2003/55/KE u 2003/54/KE.
2.L-Aġenzija għandha tippubblika rapport annwali dwar l-iżviluppi fis-swieq ta" l-elettriku u tal-gass, inklużi kwistjonijiet relatati mal-konsumaturi, fejn għandha tidentifika l-ostakoli li baqa" għall-ikkompletar tas-suq intern ta" l-enerġija elettrika u l-gass.
3.Meta tippubblika r-rapport annwali tagħha, l-Aġenzija tista" tressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni, opinjoni dwar il-miżuri li jistgħu jittieħdu biex jitneħħew l-ostakoli li saret referenza għalihom fil-paragrafu 2.
Artikolu 12
Superviżjoni, infurzar u penali
1.L-Aġenzija, b'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, tista" timponi penali finanzjarji fuq l-operaturi tas-sistema ta" trażmissjoni li ma jikkonformwx ma 'l- Artikolu 7 jew li jonqsu milli jipprovdu informazzjoni mitluba mill-Aġenzija biex twettaq il-kompiti tagħha. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disważivi.
2.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali b'koperazzjoni ma" l-Aġenzija għandhom ikunu responsabbli għall-verifika tal-konformità ta" l-operaturi tas-sistema ta" trażmissjoni bl-obbligi rikjesti mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
3.Meta l-penali jkunu imposti skond dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha tippubblika l-ismijiet ta" l-operaturi tas-sistema ta" trażmissjoni involuti u l-ammonti u r-raġunijiet għall-penali finanzjarji imposti.
Artikolu 13
Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni
1. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jkun magħmul minn sittmembri. Tnejn għandhom jinħatru mill-Kummissjoni, u tnejn mill-Kunsill u tnejn mill-Parlament Ewropew. L-ebda membru tal-Bord Amministrattiv ma għandu jkun ukoll Membru tal-Parlament Ewropew. Il-mandat tal-Bord għandu jkun ta' ħames snin, u jista' jiġġedded darba.
2. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jaħtar il-President u l-Viċi-President mill-membri tiegħu. Il-Viċi-President għandu jieħu post il-President awtomatikament jekk dan ma jkunx f'qagħda li jaqdi dmirijietu. Il-mandat tal-President u tal-Viċi-President għandu jkun ta' sentejn u nofs, u jista' jiġġedded. Madankollu, fi kwalunkwe każ, il-mandat tal-President u dak tal-Viċi-President għandhom jiskadu malli ma jibqgħux membri tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni.
3. Il-laqgħat tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandhom jissejħu mill-President tiegħu. Iċ-Chairperson tal-Bord tar-regolaturi jew in-nominat tiegħu/tagħha minn dak il-Bord u d-Direttur ta' l-Aġenzija għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet mingħajr ma jkollhom id-dritt li jivvutaw. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jiltaqa' talanqas darbtejn fis-sena f'sessjoni ordinarja. Għandu jiltaqa' wkoll fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu, fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea jew fuq talba ta' għall-inqas terz mill-membri tiegħu. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni jista' jistieden lil kwalunkwe persuna b'opinjonijiet li jistgħu jkunu rilevanti biex tattendi l-laqgħat bħala osservatur. Il-membri tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni jistgħu, soġġett għar-regoli ta' proċedura tiegħu, jingħataw għajnuna minn konsulenti jew esperti. Is-servizzi segretarjali tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandhom jiġu pprovduti mill-Aġenzija.
4. Id-deċiżjonijiet tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandhom jiġu adottati abbażi ta' maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri preżenti, sakemm dan ir-Regolament jew l-istatut ta" l-Aġenzija ma jistipulawx mod ieħor.
5. Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Ir-regoli ta' proċedura jistipulaw f'aktar dettall l-arranġamenti li jirregolaw il-votazzjoni, partikolarment il-kundizzjonijiet li skondhom membru jista' jaġixxi f'isem membru ieħor, kif ukoll, fejn xieraq, ir-regoli rigward il-kworum.
6. Il-Membri tal-Bord ta" l-Amministrazzjoni għandhom jintrabtu li jieħdu azzjonijiet indipendenti fl-interess pubbliku. Għal dak l-iskop, kull sena huma għandhom jagħmlu dikjarazzjoni bil-miktub kull sena ta" l-impenji u dikjarazzjoni bil-miktub ta' l-interessi u jindikaw jew in-nuqqas ta" kwalunkwe interess li jista" jkun meqjus bħala preġudizzjarju għall-indipendenza tagħhom jew kwalunkwe interess dirett jew indirett li jista" jkun meqjus preġudizzjarju għall-indipendenza tagħhom. Dawk id-dikjarazzjonijiet għandhom ikunu ppubblikati.
7.Il-Bord ta" l-Amministrazzjoni għandu jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod indipendenti, oġġettiv u fl-interess pubbliku mingħajr ma jitlob jew jaċċetta l-ebda istruzzjoni minn gvernijiet nazzjonali jew reġjonali.
8. L-ebda membru tal-Bord ta" l-Amministrazzjoni ma għandu jkun ukoll Membru tal-Bord tar-Regolaturi.
9. Il-Bord ta" l-Amministrazzjoni jista" jitneħħa mill-kariga wara talba tal-Kummissjoni u b'deċiżjoni meħuda mill-Parlament Ewropew. Il-Parlament Ewropew għandu jieħu din id-deċiżjoni b'maġġoranza assoluta tal-voti.
Artikolu 14
Il-kompiti tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni
1. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni, bil-kunsenstal-Bord tar-Regolaturi u suġġett għal vot ta' approvazzjoni mill-Parlament Ewropew, għandu jaħtar id-Direttur skond l-Artikolu 18(2).
▌
2. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jaħtar il-membri tal-Bord ta' l-Appell skond l-Artikolu 20(1).
3. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jadotta, qabel it-30 ta' Settembru ta' kull sena, u wara li jkun ikkonsulta lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni u kiseb l-approvazzjoni tal-Bord tar-Regolaturi, bi qbil ma' l-Artikolu 17(3), il-programm ta' ħidma ta' l-Aġenzija għas-sena ta' wara, u għandu jgħaddih lill-Parlament Ewopew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Il-programm ta' ħidma għandu jiġi adottat bla ħsara għall-proċedura baġitarja annwali u għandu jiġi ppubblikat.
4. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jeżerċita s-setgħat baġitarji tiegħu skond l-Artikoli 23 sa 26.
5. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jiddeċiedi, wara li jkun kiseb il-qbil tal-Kummissjoni, jekk għandux jaċċetta legati, donazzjonijiet jew għotjiet minn sorsi Komunitarji oħra.
6. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu, b'konsultazzjoni mal-Bord tar-Regolaturi jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq id-Direttur.
7.Il-Parlament Ewropew jista" jistieden kwalunkwe membru jew membri tal-Bord ta" l-Amministrazzjoni biex jagħmel stqarrija quddiem il-kumitat kompetenti tagħha u biex iwieġeb il-mistoqsijiet li jkunu saru lill-membri ta" dak il-kumitat.
8. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jfassal, fejn meħtieġ, il-politika tal-persunal ta' l-Aġenzija skond l-Artikolu 30(2).
9. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jadotta d-dispożizzjonijiet speċjali meħtieġa dwar id-dritt ta' aċċess għad-dokumenti ta' l-Aġenzija, skond l-Artikolu 32.
10. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet ta' l-Aġenzija, imsemmija fl-Artikolu 19(9), u fir-rapport annwali dwar l-iżviluppi fis-swieq tal-gass u ta" l-elettriku msemmija fl-Artikolu 11(2). L-Aġenzijagħandħa tibgħatir-rapporti annwali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat għar-Reġjuni u lill-Qorti ta' l-Awdituri sal-15 ta" April. Dan ir-rapport għandu jkun fih sezzjoni indipendenti, approvata mill-Bord tar-Regolaturi, dwar l-attivitajiet regolatorji ta' l-Aġenzija matul is-sena kkonċernata. L-istituzzjonijiet u l-korpi ta" l-Komunità hawn fuq imsemmija għandhom jagħtu jew jirrifjutaw l-approvazzjoni ta" l-implimentazzjoni mill-Aġenzija tal-politika ta" l-Komunità dwar l-enerġija, is-suq intern ta" l-enerġija u l-kompetizzjoni.
11. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.
Artikolu 15
Rapporti tal-Bord ta" l-Amministrazzjoni
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jitolbu lill-Bord ta" l-Amministrazzjoni biex iressaq rapport dwar il-qadi ta' dmirijietu.
Artikolu 16
Il-Bord tar-Regolaturi
1. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed, għal kull Stat Membru mill-kapijiet ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew tar-rappreżentanti tagħhom skond fl-Artikolu 22a tad-Direttiva 2003/54/KE u fl-Artikolu 24(a) tad-Direttiva 2003/55/KE, kif ukoll rappreżentant tal-Kummissjoni li ma jkollux id-dritt tal-vot. Rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru biss mill-awtorità regolatorja nazzjonali jista" jidħol fil-Bord tar-Regolaturi. Kullawtorità regolatorja nazzjonali għandha tkun responsabbli għan-nomina ta' persuna alternattiva mill-persunal kurrenti ta" l-awtorità regolatorja nazzjonali.
2. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jeleġġi President u Viċi-President mill-membri tiegħu. Il-Viċi-President għandu jieħu post il-President jekk dan ma jkunx/ma tkunx f'qagħda li jwettaq/twettaq il-kompiti tiegħu/tagħha. Il-mandat tal-President u tal-Viċi-President għandu jkun ta' sentejn u nofs, u jista' jiġġedded. Madankollu, fi kwalunkwe każ, il-mandat tal-President u dak tal-Viċi-President għandhom jiskadu malli ma jibqgħux membri tal-Bord tar-Regolaturi.
3. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jaġixxi fuq maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri preżenti tiegħu. Kull membru jew supplenti għandu jkollu vot wieħed.
4. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jadotta r-regoli ta' proċeduri tiegħu. Ir-regoli ta' proċedura jistipulaw f'aktar dettall l-arranġamenti li jirregolaw il-votazzjoni, b'mod speċjali l-votazzjoni permezz ta' prokura, kif ukoll, fejn xieraq, ir-regoli rigward il-kworum. Ir-regoli ta" proċedura jistgħu jistipulaw metodi ta" ħidma speċifiċi sabiex ikunu kkunsidrati miżuri li jinħolqu fil-kuntest ta" inizjattivi ta" koperazzjoni reġjonali.
5. Fit-twettiq tal-kompiti mogħtija lilu b'dan ir-Regolament, il-Bord tar-Regolaturi għandu jaġixxi b'mod indipendenti, u ma għandu jfittex jew jaċċetta struzzjonijiet la mill-gvern ta' kwalunkwe Stat Membru u lanqas minn kwalunkwe entità pubblika jew privata.
6. Is-servizzi segretarjali tal-Bord tar-Regolaturi għandhom jiġu pprovduti mill-Aġenzija.
7. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jitolbu liċ-Chairperson tal-Bord tar-Regolaturi biex iressaq rapport dwar il-qadi ta' dmirijietu/ha.
Artikolu 17
Il-kompiti tal-Bord tar-Regolaturi
1. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jipprovdi l-kunsens tiegħu lid-Direttur qabel l-adozzjoni ta' l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet imsemmija fl- Artikoli 5 sa 11 skond l-Artikolu 19(3). Barra minn hekk, il-Bord tar-Regolaturi, fl-ambitu tal-kompetenza tiegħu, għandu jservi ta' gwida lid-Direttur fit-twettiq tal-kompiti tiegħu. Id-Direttur għandu jwettaq il-kompitu tiegħu/tagħha skond id-deċiżjonijiet tal-Bord tar-Regolaturi, li għandu jkun l-uniku entità ta" l-Aġenzija li tieħu deċiżjonijiet rigward ir-regolamentazzjoni tas-suq ta" l-enerġija.
2. Il-Bord tar-Regolaturi għandu jagħti l-kunsens tiegħu dwar il-kandidat li se jinħatar bħala Direttur skond l-Artikoli 14(1) u 18(2). Il-Bord għandu jibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq maġġoranza ta' tliet kwarti tal-membri tiegħu.
3. B'konformità ma' l-Artikoli 14(3) u 19(7) u ma' l-abbozz tal-baġit stabbilit skond l-Artikolu 25(1), il-Bord tar-Regolaturi għandu japprova l-programm ta' ħidma għall-Aġenzija għas-sena li ġejja u qabel l-1 ta' Settembru, jippreżentah għall-adozzjoni mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni.
4. Il-Bord tar-Regolaturi għandu japprova s-sezzjoni indipendenti tar-rapport annwali rigward l-attivitajiet regolatorji, kif ipprovdut fl-Artikoli 14(10) u 19(9).
5. Il-Parlament Ewropew jista" jistieden kwalunkwe membru jew membri tal-Bord tar-Regolaturi biex jagħmel stqarrija quddiem il-kumitat kompetenti tiegħu u biex iwieġeb il-mistoqsijiet li jkunu saru lill-membri ta" dak il-kumitat.
Artikolu 18
Id-Direttur
1. L-Aġenzija għandha titmexxa mid-Direttur tagħha, li għandu jaġixxi skond id-deċiżjonijiet adottati mill-Bord tar-Regolaturi. Bla ħsara għall-kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni, tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni u tal-Bord tar-Regolaturi, id-Direttur ma għandu la jfittex u lanqas jieħu struzzjonjiet, la minn kwalunkwe gvern u lanqas minn kwalunkwe entità oħra.
2. Id-Direttur għandu jinħatar mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni bil-kunsens tal-Bord tar-Regolaturi, abbażi tal-mertu kif ukoll tal-ħiliet u l-esperjenza tiegħu rilevanti għas-settur ta" l-enerġija, minn lista ta' mhux inqas minn żewġ kandidati proposti mill-Kummissjoni, u wara li tkun saret sejħa pubblika għal espressjoni ta' interess. Qabel ma jinħatar, il-kandidat magħżul mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri tiegħu u għandu jkun suġġett għal vot ta" approvazzjoni mill-Parlament Ewropew.
3. Il-mandat tad-Direttur għandu jkun ta' ħames snin. Matul id-disa' xhur qabel it-tmiem ta" dak il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni. F'dik l-evalwazzjoni l-Kummissjoni għandha teżamina b'mod partikolari:
a)
il-prestazzjoni tad-Direttur; u
b)
id-dmirijiet u l-ħtiġijiet ta' l-Aġenzija fis-snin li jkunu ġejjin.
4. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni, filwaqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, wara li jkun ikkonsulta u kkunsidra b'mod sħiħ l-opinjoni tal-Bord tar-Regolaturi, u filwaqt li jqis ir-rapport ta' evalwazzjoni u f'dawk il-każijiet biss fejn ikun iġġustifikat mid-dmirijiet u r-rekwiżiti ta' l-Aġenzija jista' jestendi l-mandat tad-Direttur darba għal mhux iktar minn tliet snin.
5. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-intenzjoni tiegħu li jestendi l-mandat tad-Direttur. Fi żmien xahar qabel l-estensjoni tal-mandat tiegħu/tagħha, id-Direttur jista' jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament u jwieġeb għal mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri tiegħu. Estensjoni bħal din tal-mandat tad-Direttur għandha tkun suġġetta għal vot ta" approvazzjoni mill-Parlament Ewropew.
6. Jekk il-mandat tiegħu/tagħha ma jiġix estiż, id-Direttur għandu/għandha jibqa"/tibqa' fil-kariga sal-ħatra tas-suċċessur tiegħu/tagħha.
7. Id-Direttur jista' jitneħħa mill-karigu tiegħu biss permezz ta' deċiżjoni tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni, bil-kunsens tal-Bord tar-Regolaturi. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jasal għad-deċiżjoni tiegħu fuq maġġoranza ta' żewġ terzi ▌tal-membri tiegħu.
8. Minbarra r-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 14(10), il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jitolbu d-Direttur iressaq rapport dwar il-qadi ta' dmirijietu.
Artikolu 19
Il-kompiti tad-Direttur
1. Id-Direttur għandu jirrappreżenta lill-Aġenzija, u għandu jkun responsabbli mit-tmexxija tagħha.
2. Id-Direttur għandu jħejji l-ħidma tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni. Huwa/Hija għandu(ha) jagħti/tagħti sehmu(ha) fil-ħidma tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni, mingħajr ma jkollu(ha) dritt għall-vot.
3. Id-Direttur għandu jadotta l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet imsemmija fl- Artikoli 5 sa 11 soġġett għall-approvazzjoni tal-Bord tar-Regolaturi.
4. Id-Direttur għandu jkun responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali ta' l-Aġenzija, taħt il-gwida tal-Bord tar-Regolaturi u taħt il-kontroll amministrattiv tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni.
5. Il-Parlament Ewropew jista" jistieden lid-Direttur biex jagħmel stqarrija quddiem il-kumitat kompetenti tagħha u biex iwieġeb il-mistoqsijiet li jkunu saru lill-membri ta" dak il-kumitat.
6. Id-Direttur għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa, speċifikament l-adozzjoni ta' istruzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta' notifiki, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb ta' l-Aġenzija skond dan ir-Regolament.
7.
Id-Direttur għandu jħejji kull sena abbozz tal-programm ta' ħidma ta' l-Aġenzija għas-sena ta' wara, u qabel it-30 ta' Ġunju ta' dik is-sena għandu jgħaddih lill-Bord tar-Regolaturi, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni. Il-Parlament Ewropew għandu jfassal ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu għall-programm ta' ħidma.
8. Id-Direttur għandu jagħmel stima tad-dħul u l-infiq ta' l-Aġenzija skond l-Artikolu 30, u għandu jimplimenta l-baġit ta' l-Aġenzija skond l-Artikolu 26.
9. Kull sena d-Direttur għandu jħejji l-abbozz tar-rapport annwali li għandu jkun fih sezzjoni dwar l-attivitajiet regolatorji ta' l-Aġenzija, kif ukoll sezzjoni dwar kwistjonijiet finanzjarji u amminstrattivi.
10. Rigward il-persunal ta' l-Aġenzija, id-Direttur għandu jeżerċita s-setgħat li hemm dispożizzjoni għalihom fl-Artikolu 30(3).
Artikolu 20
Il-Bord ta' l-Appell
1. Il-Bord ta' l-Appell għandu jkun magħmul minn sitt membri u sitt sostituti, magħżula minn fost persunal fi gradi għolja, attwali jew tal-passat, ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni jew l-istituzzjonijiet nazzjonali jew Komunitarji oħra, b'esperjenza relevanti fis-settur ta' l-enerġija. Il-Bord ta' l-Appell jaħtar il-President tiegħu. Id-deċiżjonijiet tal-Bord ta' l-Appell għandhom jiġu adottati abbażi ta' maġġoranza kkwalifikata ta' għall-inqas erbgħa mis-sitt membri tiegħu. Il-Bord ta' l-Appell għandu jissejjaħ meta meħtieġ.
2. Wara sejħa pubblika għal espressjoni ta' interess, il-membri tal-Bord ta' l-Appell għandhom jinħatru mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni, fuq proposta tal-Kummissjoni, wara li dan ikun ikkonsulta mal-Bord tar-Regolaturi. Qabel jinħatru, il-kandidati magħżula mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandhom jagħmlu dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġbu l-mistoqsijiet li jagħmlulhom il-membri ta" dak il-kumitat.
3. Il-mandat tal-membri tal-Bord ta' l-Appell għandu jkun ta" ħames snin, u jista' jiġġedded. Il-membri tal-Bord ta' l-Appell għandhom jaġixxu b'mod indipendenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom, u ma għandhomx ikunu marbutin bi struzzjonijiet.Ma għandhomx iwettqu kompiti oħra fl-Aġenzija, fil-Bord ta' l-Amministrazzjoni tagħha jew fil-Bord tar-Regolaturi tagħha. Il-membri tal-Bord ta' l-Appell ma jistgħux jitneħħew mill-karigu tagħhom waqt il-mandat, sakemm membru ma jinstabx ħati ta' kondotta ħażina serja u l-Bord ta' l-Amministrazzjoni, wara li jkun ikkonsulta mal-Bord tar-Regolaturi, jieħu deċiżjoni f'dan ir-rigward.
4. Il-membri tal-Bord ta' l-Appell ma jistgħu jieħdu sehem fl-ebda proċedura ta' appell jekk ikollhom xi interess personali jew jekk qabel kienu involuti bħala rappreżentanti ta' waħda mill-partijiet għall-proċeduri, jew jekk kienu pparteċipaw fid-deċiżjoni taħt appell.
5. Jekk, għal xi waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 4 jew għal xi raġuni oħra, membru tal-Bord ta' l-Appell jidhirlu li membru sieħeb m'għandux jieħu sehem f'xi proċedura ta' l-appell, hu għandi jgħarraf lill-Bord ta' l-Appell b'dan. Kwalunkwe parti għall-proċeduri ta' l-appell tista' toġġezzjona għal Membru tal-Bord ta' l-Appell għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 4, jew jekk ikun issuspettat b'parzjalità. Oġġezzjoni bħal din m'għandhiex tkun ibbażata fuq in-nazzjonalità tal-membri u lanqas ma għandha tkun ammissibbli jekk, waqt li tkun konxja mir-raġuni għal oġġezzjoni, il-parti għall-proċedura ta' l-appell li tkun qed toġġezzjoni għall-membru tkun għamlet pass proċedurali.
6. Il-Bord ta' l-Appell għandu jiddeċiedi dwar l-azzjoni li għandha tittieħed fil-każijiet speċifikati fil-paragrafi 4 u 5 mingħajr il-parteċipazzjoni tal-membru kkonċernat. Għall-iskopijiet tat-teħid ta' din id-deċiżjoni, il-membru kkonċernat għandu jiġi sostitwit fuq il-Bord ta' l-Appell mis-supplenti tiegħu/tagħha, sakemm is-supplenti jsib lilu nnifsu f'qagħda simili. F'dan l-aħħar każ, il-President għandu jaħtar sostitut minn fost is-supplenti l-oħra disponibbli.
7. Il-Parlament Ewropew jista" jistieden kwalunkwe membru jew membri tal-Bord ta" l-Appell biex jagħmel stqarrija quddiem il-kumitat kompetenti tiegħu u biex iwieġeb il-mistoqsijiet li jkunu saru lill-membri ta" dak il-kumitat.
Artikolu 21
Appelli
1. Kull persuna fiżika jew ġuridika tista' tappella kontra deċiżjoni kif imsemmija fl-Artikoli 7 jew 8 u indirizzata lil dik il-persuna, jew kontra deċiżjoni li, għalkemm fil-forma ta' deċiżjoni indirizzata lil persuna oħra, tikkonċerna direttament lil dik il-persuna.
2. L-appell, flimkien ma' l-istqarrija tar-raġunijiet għalih, għandhom jitressqu bil-miktub lill-Aġenzija fi żmien xahrejn min-notifika tad-deċiżjoni lill-persuna kkonċernata, jew, fin-nuqqas tagħha, fi żmien xahrejn minn meta l-Aġenzija tkun ippubblikat id-deċiżjoni tagħha. Il-Bord ta' l-Appell ghandu jiddeċiedi dwar l-appell fi żmien xahrejn wara li jkun tressaq l-appell.
3. Appell magħmul skond il-paragrafu 1 ma għandux ikollu effett ta' sospensjoni. Il-Bord ta' l-Appell jista', madankollu, jekk iqis illi ċ-ċirkostanzi hekk jitolbu, jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.
4. Jekk l-appell ikun ammissibbli, il-Bord ta' l-Appell għandu jeżamina jekk l-appell huwiex iffundat sewwa. Kull meta jkun meħtieġ, għandu jistieden lill-partijiet għall-proċeduri ta' l-appell biex iressqu osservazzjonijiet dwar notifiki maħruġa minnu stess, jew dwar komunikazzjonijiet mill-partijiet l-oħra għall-proċeduri ta' l-appell, fil-limiti ta' żmien speċifikati. Il-partijiet għall-proċeduri ta' l-appell għandhom ikunu intitolati li jagħmlu preżentazzjoni orali.
5. Fil-kuntest ta' dan l-Artikolu, il-Bord ta' l-Appell jista' jeżerċita kull setgħa li taqa' fil-kompetenza ta' l-Aġenzija, jew jista' jgħaddi l-każ lill-entità kompetenti ta' l-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tkun marbuta bid-deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell.
6. Il-Bord ta' l-Appell għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.
Artikolu 22
Azzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Prim' Istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja
1. Azzjoni tista' titressaq quddiem il-Qorti tal-Prim' Istanza tal-Qorti tal-Ġustizzja, skond l-Artikolu 230 tat-Trattat, biex tikkontesta deċiżjoni li tkun ittieħdet mill-Bord ta' l-Appell jew, fil-każ li ma jkun hemm l-ebda dritt quddiem il-Bord ta' Appell, mill-Aġenzija
2. Jekk l-Aġenzija tonqos milli tieħu deċiżjoni, proċeduri għal dan in-nuqqas ta' azzjoni jistgħu jinġiebu quddiem il- Qorti tal-Prim' Istanza jew il-Qorti tal-Ġustizzja skond l-Artikolu 232 tat-Trattat.
3. L-Aġenzija għandha tkun obbligata li tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Prim' Istanza jew tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Artikolu 23
Il-baġit ta' l-Aġenzija
1. Id-dħul ta' l-Aġenzija għandu jikkonsisti speċifikament minn:
a)
sussidju mill-Komunità, imdaħħal taħt l-intestatura xierqa tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea (Sezzjoni tal-Kummissjoni), kif deċiż mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill (minn hawn 'il quddiem imsejjħin "l-awtorità baġitarja") u skond il-punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali;
b)
id-drittijiet mħallsa lill-Aġenzija skond l-Artikolu 24;
c)
kontribut finanzjarju minn kullawtorità regolatorjanazzjonali, minn kull Stat Membru;
d)
kwalunkwe metodi alternattivi proposti, speċjalment permezz ta" dritt impost fuq il-flussi ta" l-elettriku u l-gass; u
(
e) kwalunkwe legat, donazzjoni jew għotja, kif imsemmi fl-Artikolu 14(5).
Il-Bord jew ir-Regolaturi għandhom jiftiemu sa ...(11)il-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha ssir minn kull Stat Membru skond il-punt (c).
2. In-nefqa ta' l-Aġenzija għandha tkopri l-ispejjeż tal-persunal, amministrattivi, infrastrutturali u ta' operat.
3. Għandu jkun hemm bilanċ bejn id-dħul u l-infiq.
4. Għandhom isiru previżjonijiet tad-dħul u l-infiq kollu ta' l-Aġenzija għal kull sena finanzjarja, li tikkoinċidi mas-sena kalendarja, u dawn għandhom jiddaħħlu fil-baġit ta' l-Aġenzija.
Artikolu 24
Tariffi
1. Għandhom ikunu dovuti lill-Aġenzija drittijiet fir-rigward ta' talbiet għal deċiżjoni ta' eżenzjoni skond l-Artikolu 8(1) jew għal parir speċifiku jew speċjali, rakkomandazzjonijiet, deċiżjonijiet jew kompiti ta" monitoraġġ għall-operaturi tas-sistema Ewropea tat-trażmissjoni tan-networks ta" l-elettriku u tal-gass.
2. It-tariffi imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni.
Artikolu 25
Stabbiliment tal-baġit
1. Sa mhux aktar tard mill-15 ta' Frar ta' kull sena, id-Direttur għandu jħejji abbozz preliminari tal-baġit li jkopri n-nefqa operattiva u l-programm ta' ħidma mistennija għas-sena finanzjarja ta' wara, u għandu jibgħat dan l-abbozz preliminari lill-Bord ta' l-Amministrazzjoni flimkien ma' lista tal-karigi proviżorji. Kull sena, il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jagħmel stima tad-dħul u l-infiq ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta' wara, abbażi ta' l-abbozz imħejji mid-Direttur. Din l-istima, li għandha tinkludi abbozz ta' pjan ta' stabbiliment, għandha tintbagħat mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu. Qabel ma tiġi adottata l-istima, l-abbozz imħejji mid-Direttur għandu jintbagħat lill-Bord tar-Regolaturi, li jista' joħroġ opinjoni ġustifikata dwar l-abbozz.
2. L-istima għandha tintbagħat mill-Kummissjoni u lill-awtorità baġitarja flimkien ma' l-abbozz preliminari tal-baġit generali ta' l-Unjoni Ewropea.
3. Abbażi ta' l-istimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea it-tbassiriet li tqis meħtieġa rigward il-pjan ta' stabbiliment u l-ammont ta' l-għotja li għandha titħallas mill-baġit ġenerali skond l-Artikolu 272 tat-Trattat.
4. L-awtorità tal-baġit għandha taddotta l-pjan ta' stabbiliment għall-Aġenzija.
5. Il-baġit ta' l-Aġenzija għandu jitfassal mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni. Għandu jitqies finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. Fejn meħtieġ, għandu jkun aġġustat kif xieraq.
6. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jinnotifika mingħajr dewmien lill-awtorità baġitarja bl-intenzjoni tiegħu li jimplimenta xi proġett li jista' jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-iffinanzjar tal-baġit tiegħu, b'mod partikolari kwalunkwe proġett marbut mal-proprjetà, bħall-kiri jew ix-xiri ta' bini. Il-Bord ta' amministrazzjoni għandu wkoll jinforma b'dan lill-Kummissjoni. Jekk jagħti l-każ li kwalunkwe fergħa ta' l-awtorità tal-baġit ikollha l-intenzjoni li toħroġ opinjoni, fi żmien ġimgħatejn tal-wasla ta' l-informazzjoni dwar il-proġett ta' kostruzzjoni għandha tinnotifika lill-Aġenzija dwar l-intenzjoni tagħha li toħroġ it-tali opinjoni. Jekk tonqos milli twieġeb, l-aġenzija tkun tista' tipproċedi ma' l-operat ippjanat.
Artikolu 26
L-implimentazzjoni u l-kontroll tal-baġit
1. Id-Direttur għandu jaqdi d-dmirijiet tiegħu bħala l-uffiċjal ta' awtorizzazzjoni u għandu jimplimenta l-baġit ta' l-Aġenzija.
2. Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontijiet ta' l-Aġenzija għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji, flimkien mar-rapport dwar it-tmexxija baġitarja u finanzjarja ta' dik is-sena finanzjarja, lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri. L-uffiċjal tal-kontijiet ta' l-Aġenzija għandu jibgħat ukoll ir-rapport dwar it-tmexxija baġitarja u finanzjarja lill-Parlament u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara. Wara dan, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet proviżorji ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità u ta' l-entitajiet deċentralizzati, skond l-Artikolu 128 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej(12).
3. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jikkomunika l-kontijiet proviżorji ta' l-Aġenzija, flimkien mar-rapport dwar it-tmexxija baġitarja u finanzjarja ta' dik is-sena finanzjarja, lill-Qorti ta' l-Awdituri. Ir-rapport dwar it-tmexxija baġitarja u finanzjarja ta' dik is-sena finanzjarja għandu jintbagħat ukoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
4. Wara li jkun irċieva l-osservazzjonijiet tal-Qorti ta' l-Awdituri rigward il-kontijiet proviżorji ta' l-Aġenzija skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 129 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, id-Direttur għandu jelabora l-kontijiet definittivi ta' l-Aġenzija fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess, u għandu jibgħathom lill-Bord ta' l-Amministrazzjoni għal opinjoni.
5. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu joħroġ opinjoni dwar il-kontijiet definittivi ta' l-Aġenzija.
6. Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju wara s-sena finanzjarja, id-Direttur għandu jibgħat dawn il-kontijiet definittivi, flimkien ma' l-opinjoni tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Ġustizzja.
7. Il-kontijiet finali għandhom ikunu ppubblikati.
8. Id-Direttur għandu jibgħat tweġiba lill-Qorti ta' l-Awdituri għall-osservazzjonijiet tagħha sa mhux aktar tard mill-15 ta' Ottubru. Għandu jibgħat ukoll kopja ta' din it-tweġiba lill-Bord ta' l-Amministrazzjoni u lill-Kummissjoni.
9. Fuq talba tal-Parlament Ewropew, id-Direttur għandu jibagħtlu kull tagħrif meħtieġ għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta' approvazzjoni għas-sena finanzjarja kkonċernata, kif stabbilit fl-Artikolu 146(3) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.
10. Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill li jkun qed jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel il-15 ta' Mejju tas-sena N + 2, jagħti l-approvazzjoni lid-Direttur Ġenerali fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja N.
Artikolu 27
Regoli Finanzjarji
Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija għandhom jitfasslu mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Dawn ir-regoli jistgħu jiddevjaw mir-Regolament ║ (KE, Euratom) Nru 2343/2002 jekk il-ħtiġijiet speċifiċi ta' operat għall-funzjonament ta' l-Aġenzija hekk jirrikjedu u biss bil-qbil minn qabel tal-Kummissjoni.
Artikolu 28
Miżuri kontra l-frodi
1. Għall-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet mmexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)(13) għandhom japplikaw għall-Aġenzija mingħajr restrizzjoni.
2. L-Aġenzija għandha tissieħeb fil-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar investigazzjonijiet interni mmexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)(14) u għandha minnufih tadotta d-dispożizzjonijiet xierqa għall-persunal kollu ta' l-Aġenzija.
3. Id-deċiżjonijiet dwar il-finanzjament, il-ftehim u l-istrumenti ta' implimentazzjoni li jirriżultaw minnhom, għandhom jistipulaw speċifikament li l-Qorti ta' l-Awdituri u l-OLAF jistgħu, jekk ikun meħtieġ, iwettqu kontrolli fuq il-post tal-benefiċjarji ta' flus maħruġa mill-Aġenzija, kif ukoll fuq il-persunal responsabbli għall-allokazzjoni ta' dawn il-flus.
Artikolu 29
Privileġġi u immunitajiet
Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandu japplika għall-Aġenzija.
Artikolu 30
Il-persunal
1. Ir-Regolamenti ta' l-Istaff ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kundizzjonijiet ta' l-impjieg ta' impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Komunità ║għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni ta' dawk ir-Regolamenti ta' l-istaff u l-kundizzjonjiet ta" l-impjieg għandhom japplikaw għall-istaff ta' l-Aġenzija.
2. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni, bi qbil mal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri meħtieġa ta' implimentazzjoni, skond l-arranġamenti pprovduti fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti ta' l-Istaff ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
3. Fir-rigward tal-persunal tagħha, l-Aġenzija għandha teżerċita s-setgħat ikkonferiti bir-Regolamenti ta' l-Istaff ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fuq l-awtorità tal-ħatra u fuq l-awtorità li għandha d-dritt tikkonkludi kuntratti permezz tal-Kundizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej.
4. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni jista" jadotta dispożizzjonijiet oħra sabiex esperti nazzjonali minn Stati Membri jkunu jistgħu jiġu impjegati billi jiġu ssekondati ma' l-Aġenzija f'każijiet eċċezzjonali.
Artikolu 31
Ir-responsabbiltà legali ta' l-Aġenzija
1. Fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Aġenzija, skond il-prinċipji ġenerali komuni għall-liġijiet ta' l-Istati Membri, għandha tagħmel tajjeb għal kwalunkwe ħsara kkaġunata minnha jew mill-persunal tagħha fil-qadi ta' dmirijiethom. Il-Qorti tal-Ġustizzja ║għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni f'kull tilwim marbut mal-kumpens għal tali ħsara.
2. Ir-responsabbiltà finanzjarja personali u r-responsabbiltà dixxiplinarja tal-persunal ta' l-Aġenzija lejn l-Aġenzija għandhom ikunu rregolati mid-dispożizzjonijiet rilevanti li japplikaw għall-persunal ta' l-Aġenzija.
Artikolu 32
Aċċess għad-dokumenti
1. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni(15) għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Aġenzija.
2. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jadotta miżuri prattiċi għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
3. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta' lment lill-Ombudsman jew ta' kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, skond il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 195 u 230 tat-Trattat rispettivament.
Artikolu 33
Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi
L-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi li mhumiex membri ta' l-Unjoni Ewropea u li jkunu ffirmaw ftehimiet mal-Komunità għal dan il-għan. Skond id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dawn il-ftehimiet, għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti li jispeċifikaw, b'mod partikolari, in-natura, l-ambitu u l-aspetti proċedurali ta' l-involviment ta' dawn il-pajjiżi fil-ħidma ta' l-Aġenzija, inklużi dispożizzjonijiet relatati mal-kontributi finanzjarji u mal-persunal.
Artikolu 34
Arranġamenti għal-lingwi
1. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea(16) għandhom japplikaw għall-Aġenzija.
2. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jiddeċiedi dwar l-arranġamenti interni għall-lingwi għall-Aġenzija.
3. Is-servizzi ta' traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament ta' l-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-Korpi ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 35
Evalwazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' l-attivitajiet ta' l-Aġenzija. Din l-evalwazzjoni għandha tkopri r-riżultati miksuba mill-Aġenzija u l-metodi ta' ħidma tagħha, b'rabta ma' l-għan, il-mandat u l-kompiti tagħha, kif iddefiniti f'dan ir-Regolament u fil-programmi annwali ta' ħidma tagħha. Dik l-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq konsultazzjoni estensiva.
2. L-ewwel rapport ta' evalwazzjoni għandu jitressaq mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard minn tliet snin wara li l-ewwel Direttur ikun ħa l-karigi tiegħu/tagħha. Wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta' evalwazzjoni talanqas kull tliet snin.
Artikolu 36
Dħul fis-seħħ u dispożizzjonijiet tranżitorji
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
2. L-Artikoli 5 sa 12, għandhom japplikaw minn …(17)
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.