Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0262(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0088/2008

Testi mressqa :

A6-0088/2008

Dibattiti :

PV 17/06/2008 - 16
CRE 17/06/2008 - 16

Votazzjonijiet :

PV 18/06/2008 - 6.5
CRE 18/06/2008 - 6.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0298

Testi adottati
PDF 289kWORD 55k
L-Erbgħa, 18 ta' Ġunju 2008 - Strasburgu
Adattament ta" ċerti atti suġġetti għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, Regolament "omnibus", Parti 1 ***I
P6_TA(2008)0298A6-0088/2008
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta" Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta numru ta' strumenti suġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, b'rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju - Parti 1 (COM(2007)0741 – C6-0432/2007 – 2007/0262(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0741),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 40, 47(1) u (2), l-ewwel u t-tielet sentenza, l-Artikoli 55, 71, 80(2), 95, 100, 137(2), 156, 175(1) u 285 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ressqet proposta lill-Parlament (C6-0432/2007),

–   wara li kkunsidra l-impenji ddikjarati mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra bid-data tat-28 ta' Mejju 2008 sabiex jadotta l-proposta mingħajr emendi, skond it-tieni inċiż tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra r-Regola 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Affarijiet Monetarji, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta" l-Ikel, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali (A6-0088/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Ġunju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru.../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta numru ta' strumenti suġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, fir-rigward tal-proċedura regolatorja bi skrutinju - Adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju - Parti 1
P6_TC1-COD(2007)0262

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 1137/2008.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza