Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0282(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0086/2008

Testi mressqa :

A6-0086/2008

Dibattiti :

PV 17/06/2008 - 16
CRE 17/06/2008 - 16

Votazzjonijiet :

PV 18/06/2008 - 6.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0299

Testi adottati
PDF 201kWORD 34k
L-Erbgħa, 18 ta' Ġunju 2008 - Strasburgu
Adattament ta' ċerti strumenti suġġetti fir-rigward tal-proċedura regolatorja bi skrutinju - Regolament 'omnibus', it-Tielet Parti ***I
P6_TA(2008)0299A6-0086/2008

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li jadatta ċerti strumenti suġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat għad-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, fir-rigward tal-proċedura regolatorja bi skrutinju - it-Tielet Parti (COM(2007)0822 – C6-0474/2007 – 2007/0282(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0822),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 61(c), 63 l-ewwel paragrafu, punt 1 (a), u 67 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0474/2007),

-   wara li kkunsidra l-impenji ddikjarati mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra bid-data tat-28 ta' Mejju 2008 sabiex jadotta l-proposta mingħajr emendi, skond it-tieni inċiż tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal- Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (A6-0086/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha ma" test ieħor;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Avviż legali - Politika tal-privatezza