Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 11 ta' Marzu 2008 - Strasburgu
Immaniġġar ta' l-assi tal-KEFA u tal-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar *
 Ftehima KE / Emirati Għarab Maqħquda dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru *
 Organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli (modifika tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) *
 Organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli (Regolament COM uniku) *
 Klassifikazzjoni statistika ta' l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (verżjoni kodifikata) ***I
 L-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ħnieżer (verżjoni kodifikata) *
 It-tqegħid fis-suq ta' ħxejjex ta' propagazzjoni u materjal taż-żrigħ (verżjoni kkodifikata) *
 Regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ***III
 Istitut Ewropew ta' l-Innovazzjoni u t-Teknoloġija ***II
 Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea
 Baġit ta' Emenda Nru 1/2008
 Baġit ta' Emenda Nru 1/2008
 Ftehima tas-Sħubija KE/Ginea-Bissaw dwar is-sajd. *
 Ftehim tas-Sħubija KE/Kosta ta' l-Avorju dwar is-Sajd *
 Politika Ewropea tat-trasport sostenibbli
 Twissija kmieni waqt emerġenzi kbar

Immaniġġar ta' l-assi tal-KEFA u tal-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar *
PDF 199kWORD 31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2003/77/KE li tistabbilixxi linji gwida finanzjarji multi-annwali għall-amministrazzjoni ta' l-assi tal-KEFA f'likwidazzjoni u, mat-twettiq tal-likwidazzjoni, l-Assi tal-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (COM(2007)0435 – C6-0276/2007 – 2007/0150(CNS))
P6_TA(2008)0073A6-0062/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0435),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/76/KE skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0276/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0062/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Ftehima KE / Emirati Għarab Maqħquda dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru *
PDF 200kWORD 31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Emirati Għarab Maqħquda dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru (COM(2007)0134 – C6-0472/2007 – 2007/0052(CNS))
P6_TA(2008)0074A6-0043/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2007)0134),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80(2) u 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0472/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0043/2008),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-ftehima;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u ta' l-Emirati Għarab Magħquda.


Organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli (modifika tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) *
PDF 199kWORD 31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli ("Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS") (COM(2007)0854 – C6-0033/2008 – 2007/0290(CNS))
P6_TA(2008)0075A6-0044/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0854),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 36 u 37 tat-Trattat KE, skond liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0033/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 u l-Artikolu 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0044/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda il-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli (Regolament COM uniku) *
PDF 197kWORD 31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS waħdanija) (COM(2008)0027 – C6-0061/2008 – 2008/0011(CNS))
P6_TA(2008)0076A6-0045/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0027),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 36 u 37 tat-Trattat KE, skond liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0061/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0045/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda il-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Klassifikazzjoni statistika ta' l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (verżjoni kodifikata) ***I
PDF 200kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni statistika ta' l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (verżjoni kodifikata) (COM(2007)0755 – C6-0437/2007 – 2007/0256(COD))
P6_TA(2008)0077A6-0055/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM (2007)0755),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) l-Artikolu 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0437/2007),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta" l-20 ta" Diċembru 1994 – Metodu ta" ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta" testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Legali (A6-0055/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


L-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ħnieżer (verżjoni kodifikata) *
PDF 199kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ħnieżer (verżjoni kodifikata) (COM(2007)0829 – C6-0037/2008 – 2007/0294(CNS))
P6_TA(2008)0078A6-0057/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni - kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0829),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0037/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta" l-20 ta" Diċembru 1994 – Metodu ta" ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta" testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Legali (A6-0057/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


It-tqegħid fis-suq ta' ħxejjex ta' propagazzjoni u materjal taż-żrigħ (verżjoni kkodifikata) *
PDF 202kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta" ħxejjex ta" propagazzjoni u materjal taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa (COM(2007)0852 – C6-0038/2008 – 2007/0296(CNS))
P6_TA(2008)0079A6-0056/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni - kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0852),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0038/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta" l-20 ta" Diċembru 1994 – Metodu ta" ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta" testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Legali (A6-0056/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ***III
PDF 201kWORD 34k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2008 dwar it-test konġunt, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (PE-CONS 3601/2008 – C6-0029/2008 – 2005/0191(COD))
P6_TA(2008)0080A6-0049/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tielet qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u l-istqarrijiet relevanti tal-Kummissjoni (PE-CONS 3601/2008 – C6-0029/2008),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0429),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari(2) dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill(3),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi tal-Parlament għall-pożizzjoni komuni (COM(2007)0475),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(5) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 65 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A6-0049/2008),

1.  Japprova t-test konġunt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skond l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju-Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni ta' l-att fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 300 E, 9.12.2006, p. 463
(2) Testi adottati, 25.4.2007, P6_TA(2007)0142.
(3) ĠU C 70 E, 27.3.2007, p. 21.


Istitut Ewropew ta' l-Innovazzjoni u t-Teknoloġija ***II
PDF 200kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Istitut Ewropew ta' l-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (15647/1/2007 – C6-0035/2008 – 2006/0197(COD))
P6_TA(2008)0081A6-0041/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (15647/1/2007 – C6-0035/2008),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0604),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0041/2008),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni komuni;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skond l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju-Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni ta' l-att fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, 26.9.2007, P6_TA(2007)0409.


Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea
PDF 286kWORD 39k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea skond il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2008)0014 – C6-0036/2008 – 2008/2019(ACI))
P6_TA(2008)0082A6-0065/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0014),

–  Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1), u b'mod partikulari l-punt 26 tagħha,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0065/2008),

1.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien ma" l-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS:

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta' Marzu 2008

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta" Solidarjetà ta" l-UE dwar l-applikazzjoni tal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta" Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(2), u b'mod partikulari l-punt 26 tagħha,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta" Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta" Solidarjetà ta" l-Unjoni Ewropea(3),

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)  L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea (il-"Fond") biex tesprimi s-solidarjetà tagħha fir-rigward tal-popolazzjoni ta" reġjuni milquta minn katastrofi.

(2)  Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta" Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sa l-ammont annwali massimu ta" EUR 1 biljun.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li jippermettu l-mobilizzazzjoni tal-Fond.

(4)  Ir-Renju Unit ippreżenta talba bil-għan li jimmobilizza l-Fond, dwar diżastru kkawżat minn għargħar f'Ġunju u f'Lulju 2007,

JIDDEĊIEDU:

Artikolu 1

Fil-qafas tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea stabbilit għas-sena finanzjarja 2008, il-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea għandu jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta' EUR 162 387 985 fi krediti ta' impenn u ta' ħlas.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Strasburgu, 11 ta" Marzu 2008.

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. Ftehima kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 6, 10.1.2008, p. 7).
(2) ĠU C 139, 14.06.2006, p. 1. Ftehima kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 6, 10.1.2008, p. 7).
(3) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.


Baġit ta' Emenda Nru 1/2008
PDF 202kWORD 49k
Emenda għall-Abbozz tal-baġit ta' Emenda Nru 1/2008 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III - Kummissjoni (7259/2008 – C6-0124/2008 – 2008/2017(BUD))
P6_TA(2008)0083A6-0058/2008

Emenda 1

Volum 4 (Taqsima 3) – Kummissjoni

Punt 06 01 04 12 Programm Galileo - Nefqa għall-ġestjoni amministrattiva

Ċifri emendati kif ġej:

06 01 04 12

Baġit 2007

PDB 2008

DAB 2008

EMENDA

DB+EMENDA

Approprjazzjonijiet

Ħlasijiet

Approprjazzjonijiet

Ħlasijiet

Approprjazzjonijiet

Ħlasijiet

Approprjazzjonijiet

Ħlasijiet

Approprjazzjonijiet

Ħlasijiet

Approprjazzjonijiet

2 000 000

2 000 000

-2 000 000

-2 000 000

p.m.

p.m.

Riservi

--  -----------------------------

Volum 4 (Taqsima 3) – Kummissjoni

Artikolu 06 02 10 Programm Galileo

Ċifri emendati kif ġej:

06 02 10

Baġit 2007

PDB 2008

DAB 2008

EMENDA

DB+EMENDA

Approprjazzjonijiet

Ħlasijiet

Approprjazzjonijiet

Ħlasijiet

Approprjazzjonijiet

Ħlasijiet

Approprjazzjonijiet

Ħlasijiet

Approprjazzjonijiet

Ħlasijiet

Approprjazzjonijiet

100 000 000

p.m

151 000 000

100 000 000

888 000 000

198 000 000

2 000 000

2 000 000

890 000 000

200 000 000

Riservi

--  -----------------------------

Bażi legali

Atti ta' referenza:

=-=-=-=-=-=-=-=-=-==-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-=-==-=-=-=--=-=-


Baġit ta' Emenda Nru 1/2008
PDF 208kWORD 38k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2008 dwar l-Abbozz tal-baġit ta' Emenda Nru 1/2008 ta' l-Unjoni Ewopea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III - Kummissjoni (7259/2008 – C6-0124/2008 – 2008/2017(BUD))
P6_TA(2008)0084A6-0058/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, kif ġie adottat b'mod aħħari fit-13 ta' Diċembru 2007(2),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(3),

–   wara li kkunsidra l-abbozz preliminari ta' baġit ta' emenda Nru 1/2008 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, ippreżentat mill-Kummissjoni fit-18 ta' Jannar 2008 (COM(2008)0015),

–   wara li kkunsidra l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru  1/2008, li l-Kunsill stabbilixxa fl-4 ta' Marzu 2008 (7259/2008 – C6-0124/2008)

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġit (A6-0058/2008),

A.  Billi l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 1 għall-baġit ġenerali 2008 jkopri l-punti li ġejjin:

   Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-UE għal ammont ta' EUR 162 387 985 f'approprijazzjonijiet ta' impenn u ta" ħlas relatati ma" danni kbar minħabba l-maltemp fir-Renju Unit f'Ġunju u f'Lulju 2007,
   Il-ħolqien ta' l-istruttura baġitarja meħtieġa sabiex tiġi akkomodata l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) u l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERCEA),
   Il-modifika tal-pjan ta" organizzazzjoni ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta" Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (FRONTEX).
   Il-ħolqien tal-punt tal-baġit 06 01 04 12 Programm Galileo – nefqa għall-ġestjoni amministrattiva, kif stipulat fil-proposta riveduta tal-Kummissjoni COM(2007)0535,
   Il ħolqien ta" l-Artikolu tal-baġit 27 01 11 Nefqa eċċezzjonali għall-kriżijiet, sabiex ikun jista' jiġi ffinanzjat infiq eċċezzjonali relatat ma' kriżi ddikjarata. Fil-linja għandu jiddaħħal "p.m."

B.  Billi l-iskop ta' l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 1/2008 huwa li dawn l-aġġustamenti baġitarji jiddaħħlu b'mod formali fil-baġit ta' l-2008;

1.  Jinnota l-Abbozz Preliminari ta' baġit ta' emenda Nru 1/2008;

2.  Ifakkar fl-emenda tiegħu għall-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 1/2008 bl-iskop li tinħoloq linja għan-nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva li terġa' tistabilixxi l-ammont oriġinali tal-linja operazzjonali għal Galileo;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(2) ĠU L 71, 14.3.2008.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. Ftehima kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 6, 10.1.2008, p. 7).


Ftehima tas-Sħubija KE/Ginea-Bissaw dwar is-sajd. *
PDF 294kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2008 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehima tas-Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea-Bissaw. (COM(2007)0580 – C6-0391/2007 – 2007/0209(CNS))
P6_TA(2008)0085A6-0053/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Kunsill (COM(2007)0580),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 37 u 300(2), tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0391/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 u l-Artikolu 83(7), tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp kif ukoll tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0053/2008),

1.  Japprova l-proposta għal Regolament tal-Kunsill kif emendata u japprova l-konklużjoni tal-ftehima;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Ginea-Bissaw.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emenda 1
Premessa 2 a (ġdida)
2a.  Huwa importanti li jiġi mtejjeb it-tagħrif ipprovdut lill-Parlament Ewropew. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-kumitat konġunt imsemmi fl-Artikolu 10 tal-Ftehima.
Emenda 2
Artikolu 3, paragrafu 1 a (ġdid)
Kull sena, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom joperaw fil-qafas tal-protokoll kinux konformi mar-rekwiżiti dwar l-irrappurtar. Jakk ma kinux konformi, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta t-talbiet tagħhom għal liċenzji tas-sajd għas-sena ta' wara.
Emenda 3
Artikolu 3 a (ġdid)
Artikolu 3a
Kull sena, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill rapport dwar ir-riżultati tal-programm plurijennali msemmi fl-Artikolu 8 tal-protokoll, kif ukoll dwar il-konformità ta" l-Istati Membri mar-rekwiżiti ta" rappurtar.
Emenda 4
Artikolu 3 b (ġdid)
Artikolu 3b
Matul l-aħħar sena ta" validità tal-protokoll u qabel ma tiġi ffirmata ftehima ġdida biex il-protokoll jiġi mġedded, il-Kummissjoni għandha tippreżernta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni tal-Ftehima u l-kundizzjonijiet li fihom din tkun ġiet implimentata.
Emenda 5
Artikolu 3 c (ġdid)
Artikolu 3c
Fuq il-bażi tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 3b, u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, il-Kunsill għandu jagħti, jekk ikun il-każ, mandat ta" negozjar lill-Kummissjoni bil-għan li jiġi adottat protokoll ġdid.
Emenda 6
Artikolu 3 d (ġdid)
Artikolu 3d (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha tgħaddi lill-Parlament Ewropew il-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-kumitat konġunt imsemmi fl-Artikolu 10 tal-Ftehima.

Ftehim tas-Sħubija KE/Kosta ta' l-Avorju dwar is-Sajd *
PDF 291kWORD 49k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jirrigwarda l-konklużjoni tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea minn naħa u l-Kosta ta' l-Avorju min-naħa l-oħra (COM(2007)0648 – C6-0429/2007 – 2007/0226(CNS))
P6_TA(2008)0086A6-0054/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Kunsill (COM(2007)0648),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 u l-Artikolu 300(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subsubparagrafu, tat-Trattat KE li bis-saħħa tiegħu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0429/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0054/2008),

1.  Japprova l-proposta għal Regolament tal-Kunsill kif emendata u japprova l-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Kosta ta' l-Avorju.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emenda 1
Premessa 2 a (ġdida)
(2 a)  Huwa importanti li tkun imtejba l-informazzjoni pprovduta lill-Parlament Ewropew. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tibgħatlu l-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-Kummissjoni Konġunta msemmija fl-Artikolu 9 tal-Ftehim.
Emenda 2
Artikolu 3, subparagrafu 1 a (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha tevalwa kull sena jekk l-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom joperaw fil-qafas tal-Protokoll kienux konformi mar-rekwiżiti dwar id-dikjarazzjoni. Jekk dan ma jkunx sar, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta t-talbiet għal-liċenzji tas-sajd għas-sena ta' wara.
Emenda 3
Artikolu 3 a (ġdid)
Artikolu 3a
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar ir-riżultati tal-programm settorjali plurijennali deskritt fl-Artikolu 7 tal-Protokoll kif ukoll dwar ir-rispett min-naħa ta' l-Istati Membri tar-rekwiżit tad-dikjarazzjoni.
Emenda 4
Artikolu 3 b (ġdid)
Artikolu 3b
Matul l-aħħar sena tal-validità tal-Protokoll, u qabel ma jiġi konkluż ftehim ieħor għat-tiġdid tiegħu, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni tal-ftehim u dwar il-kundizzjonijiet li fihom dan kien implimentat.
Emenda 5
Artikolu 3 c (ġdid)
Artikolu 3(c)
Fuq il-bażi tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 3a, u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, il-Kunsill għandu jagħti lill-Kummissjoni, fejn ikun xieraq, mandat ta" negozjar bl-għan ta' l-adozzjoni ta" protokoll ġdid.
Emenda 6
Artikolu 3 d (ġdid)
Artikolu 3 d
Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew il-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-Kummissjoni Konġunta msemmija fl-Artikolu 9 tal-Ftehim.

Politika Ewropea tat-trasport sostenibbli
PDF 272kWORD 86k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2008 dwar politika Ewropea tat-trasport sostenibbli li tqis il-linji politiċi Ewropej dwar l-enerġija u l-ambjent (2007/2147(INI))
P6_TA(2008)0087A6-0014/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza maħruġa wara l-Kunsill Ewropew tat-8 u d-9 ta' Marzu 2007, rigward l-adozzjoni mill-Kunsill Ewropew ta' 'Pjan ta' Azzjoni tal-Kunsill Ewropew (2007-2009)' bl-isem 'Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa' (7224/1/07),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem 'Komunikazzjoni dwar politika Ewropea għall-portijiet (COM(2007)0616),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem 'Lejn Netwerk tal-ferroviji li jagħti prijorità lill-merkanzija' (COM(2007)0608),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem 'Pjan ta' azzjoni għal-Loġistika tat-Trasport tal-Merkanzija' (COM(2007)0607),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem 'L-aġenda ta' l-UE fil-qasam tat-trasport: Intejbu l-effiċjenza, l-integrazzjoni u s-sostenibbiltà tat-trasport tal-merkanzija fl-Ewropa' (COM(2007)0606),

–   wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni bl-isem 'Lejn kultura ġdida għall-mobilità urbana' (COM(2007)0551),

–   wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar strumenti bbażati fuq is-suq għal skopijiet ta' ambjent u ta' politiki relatati (COM(2007)0140),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem 'Qafas regolatorju kompetittiv tal-karozzi għas-Seklu 21 - Pożizzjoni tal-Kummissjoni għar-Rapport finali tal-Grupp ta" Livell Għoli CARS 21 - Kontribuzzjoni għall-Iżvilupp ta" l-UE u l-Istrateġija ta" l-Impjiegi' (COM(2007)0022),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem 'Riżultati tar-reviżjoni ta' l-Istrateġija Komunitarja għat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief' (COM(2007)0019),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem 'Limitazzjoni tal-Bidla Globali fil-Klima għal 2 gradi Celsius - it-triq 'il quddiem għall-2020 u lil hinn' (COM(2007)0002),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem 'Politka dwar l-Enerġija għall-Ewropa' (COM(2007)0001),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem ''Pjan Direzzjonali għall-Enerġija li Tiġġedded - Enerġiji li jiġġeddu fis-seklu 21: nibnu futur aktar sostenibbli' (COM(2006)0848),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem 'Rapport ta' Progress dwar il-Bijokarburanti: Rapport dwar il-progress miksub fl-użu tal-bijokarburanti u karburanti oħra minn sorsi rinnovabbli fl-Istati Membri ta" l-Unjoni Ewropea' (COM(2006)0845),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem 'Pjan ta' Azzjoni dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija: It-Twettiq tal-Potenzjal' (COM(2006)0545),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem 'Inżommu lill-Ewropa miexja – Il-Mobilità Sostenibbli għall-kontinent tagħna – Reviżjoni f'nofs il-perjodu tal-White Paper ta" l-2001 tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-Trasport' (COM(2006)0314),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-24 ta' Ottubru 2007 dwar l-Istrateġija Komunitarja biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri u mill-vetturi kummerċjali ħfief(1),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Settembru 2007 dwar il-loġistika tat-trasport tal-merkanzija fl-Ewropa - is-soluzzjoni għall-mobilità sostenibbli(2),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Lulju 2007 dwar inżommu l-Ewropa miexja - mobilità sostenibbli għall-kontinent tagħna(3),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari tal-5 ta' Settembru 2006 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar it-taxxi relatati mal-karozzi tal-passiġġieri(4),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi(5) (Direttiva Eurovignette),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għall-Ambent, is-Saħħa Pubblika u l-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0014/2008),

A.   billi l-iżvilupp sostenibbli - objettiv ta' l-UE li japplika għal kulħadd - huwa maħsub li jġib miegħu titjib kontinwu fil-kwalità tal-ħajja u fil-ġid tal-pjaneta tagħna għall-ġenerazzjonijiet ta' issa u dawk futuri,

B.   billi madwar terz tat-total tal-konsum ta' enerġija fl-UE25 huwa marbut mas-settur tat-trasport, esklużi t-tbaħħir u linji tal-pajpijiet, u billi t-trasport fit-toroq, li jakkonta għal 83%, huwa l-mezz ta' trasport li juża l-akbar volum ta' enerġija,

C.   billi s-settur tat-trasport jakkonta għal 70% tat-talba għaż-żejt fl-UE 25; billi s-settur jiddependi fuq il-fjuwils fossili għal 97% tal-forniment tiegħu, u b'hekk jibqa' biss 2% għall-elettriċità (li ħafna minnha hija ġġenerata b'mod nukleari) u biss daqs 1% għall-bijofjuwils,

D.   billi fis-snin riċenti l-effiċjenza fl-enerġija ta' metodi ta' trasport differenti ttejjbet ħafna u billi dan ippermetta li l-emissjonijiet tas-CO2 korrispondenti kull km tnaqqsu b'mod sostanzjali; billi dan it-titjib, madankollu, qed ikun bilanċjat mill-effetti ta' domanda li dejjem qed tikber fis-settur tat-trasport,

E.   għallhekk, billi l-emissjonijiet fis-settur tat-trasport, meta kkunsidrat kollu, qed ikomplu jiżdiedu: fl-2005 biss, is-settur tat-trasport kien responsabbli għal 24.1% tat-total ta' l-emmissjonijiet ta' gassijiet b' effett serra (CO2, CH4, N2O) fl-EU 27 u skond previżjonijiet tal-Kummissjoni, it-talba tiegħu għall-enerġija se tiżdied b'mill-anqas 30% minn issa sa l-2030,

F.   billi l-emissjonijiet ta' ħsara li qed jipproduċi t-trasport fit-toroq naqsu bħala riżultat ta' innovazzjonijiet teknoloġiċi u sforzi estensivi ta' l-industrija tal-karozzi; billi r-riżultat intlaħaq b'mod speċifiku permezz ta' l-introduzzjoni ta' konvertituri katalitiċi, filtri tal-partiċelli fini, u teknoloġiji oħra li għenu fit-tnaqqis ta' l-NOx u ta' l-emissjoni ta' partiċelli li jniġġsu b'medja ta' 30% u 40% fl-aħħar ħmistax-il sena; billi, minkejja li sar dan it-titjib, il-miri tat-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 li jirriżultaw mill-ftehima volontarja tal-manifatturi tal-karozzi intlaħqu biss parzjalment,

G.   billi t-traffiku urban jiġġenera 40% ta' l-emissjonijiet tas-CO2 u 70% ta' emissjoni oħra li jniġġsu minn vetturi u billi l-konġestjoni fit-toroq, kkonċentrata l-aktar fil-bliet il-kbar, tfisser spiża għall-UE ta' madwar 1% tal-Prodott Gross Domestiku,

H.   billi 70% tal-proġetti prijoritarji tat-trasport trans-Ewropej approvati fl-2004 jirrigwardaw it-trasport bil-ferrovija u bil-baħar, li huma rikonoxxuti bħala l-modi ta' trasport li l-anqas iniġġsu,

I.   billi fil-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew msemmija hawn fuq, l-UE impenjat ruħa sew u b'mod unilaterali li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett serra b'mill-anqas 20% meta mqabbla mal-livelli ta' l-1990,

1.  Jemmen li l-mobilità kienet waħda mill-akbar kisbiet u sfidi ta' l-aħħar seklu u li trasport sostenibbli għandu jsib bilanċ ġust bejn interessi differenti u spiss f'kunflitt, filwaqt li jfittex li jirrikonċilja l-mobilità, dritt bażiku li jgawdi ċ-ċittadin, l-importanza tas-settur tat-trasport f'termini ekonomiċi u ta' impjiegi, ir-responsabilità għall-ambjent lokali u globali u d-dritt taċ-ċittadini għas-sikurezza, għall-kwalità tal-ħajja u għas-saħħa;

2.  Jenfasizza li s-settur tat-trasport ukoll irid jilħaq il-miri ta' l-UE fit-tnaqqis tal-konsum taż-żejt u ta' l-emmissjonijiet tal-gassijiet li joħolqu l-effett ta' serra b'mill-anqas 20% meta mqabbla mal-livelli ta' l-1990 sa l-2020;

3.  Jenfasizza l-importanza tas-settur tat-trasport għall-impjiegi, it-tkabbir u, l-innovazzjoni u jikkunsidra li l-mobilità sikura u bi prezz li jista' jintlaħaq għandha tkun sine qua non ta' l-istil ta' ħajja tagħna; għalhekk jemmen - rigward il-prijorità li għandha tingħata lill-mobilità sostenibbli mil-lat ambjentali - li x'aktarx li ċ-ċittadini jappoġġaw miżuri li jiggarantixxu l-mobilità tagħhom fuq perjodu ta' żmien twil(6);

4.  Huwa ta' l-opinjoni li sabiex jintlaħaq l-objettiv ta' trasport sostenibbli fl-Ewropa f'termini enerġetiċi u ambjentali, huwa neċessarju li jkunu kkombinati medda ta' linji politiċi li jappoġġjaw u jikkoreġu lil xulxin, u b'hekk ikun żgurat l-involviment ta' aktar u aktar partijiet interessati li jirrappreżentaw is-settur tat-trasport, il-gvern u ċ-ċittadini; huwa konvint li biss bl-applikazzjoni tal-kombinazzjoni t-tajba ta' miżuri jkun possibbli li jkunu mitigati l-effetti kuntrarji ta' azzjonijiet individwali u ċ-ċittadini jikkonvinċu rwieħhom li jaċċettaw dawk l-azzjonijiet;

5.  Jikkunsidra li kombinazzjoni ta' politika ta' dan it-tip għandha tikkomprendi b'mod partikulari dan li ġej:

   a) l-iżviluppi teknoloġiċi (miżuri biex tiżdied l-effiċjenza fl-enerġija, standards/regolamenti ġodda għall-magni u l-fjuwils, l-użu ta' teknoloġiji ġodda u fjuwils alternattivi);
   b) strumenti bbażati fuq is-suq (tariffi/nollijiet ibbażati fuq l-impatti ambjentali jew il-konġestjoni, inċentivi fiskali, Skema ta' Skambju ta' Kwoti ta' l-Emissjonijiet (ETS) li jippermettu li jkun hemm karatteristiċi speċifiċi tal-modi differenti ta' trasport), u
   c) miżuri laterali li jippermettu lill-mezzi tat-traport u lill-infrastruttura li jkunu wżati bl-aktar mod effiċjenti possibbli u jinkoraġġixu lill-kumpaniji u liċ-ċittadini biex ibiddlu l-modi tagħhom.

6.  Isostni li l-UE u l-Istati Membri jridu jiffukaw l-isforzi tagħhom fuq l-elementi prinċipali tas-sistema, jiġifieri:

   a) bliet kbar u z-zoni urbani ffullati, fejn l-aktar li jsir moviment;
   b) il-kurituri prinċipali ta' l-intercity Ewropea, ir-rottot bl-akbar proporzjon ta' kummerċ intern u internazzjonali ta' l-UE; u
   c) żoni li huma sensittivi għall-ambjent (ir-reġjun ta' l-Alpi, il-Baħar Baltiku, etc),

7.  Jenfasizza l-importanza ta' l-iffirmar mill-Kunsill tal-Protokoll dwar it-Trasport tal-Konvenzjoni Alpina mill-Kunsill f'Diċembru 2006; jenfasizza l-fatt li, minħabba r-ratifika tal-protokoll, jeħtieġ li l-Kummissjoni tniedi minnufih miżuri tanġibbli ta' implimentazzjoni biex tippromwovi t-trasport sostenibbli f'reġjuni sensittivi tal-muntanji u f'żoni b'popolazzjoni għolja.

8.  Isostni li bl-istess mod għandhom jitħaddmu strumenti bbażati fuq is-suq biex ikunu promossi vetturi b'konsum baxx ta' fjuwil u emissjonijiet baxxi billi, bħala eżempju, isir użu minn eżenzjonijiet fiskali, riformi fid-dazju fuq il-vetturi li jikkunsidraw l-emissjonijiet li jniġġsu u l-effiċjenza tal-fjuwil, inċentivi biex jintremew vetturi li jniġġsu ħafna u jinxtraw karozzi ġodda b'emissjonijiet aktar baxxi; jikkunsidra li dawn huma miżuri importanti li għandhom jgħinu wkoll lill-manifatturi tal-magni biex jirkupraw l-ispejjez ta' konformità ma' l-obbligi imposti taħt il-qafas leġiżlattiv il-ġdid;

9.  Għalhekk, iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex juru l-istess determinazzjoni li wrew fil-laqgħa tal-Kunsill ta' l-Ewropa tat-8 u tad-9 ta' Marzu 2007 billi:

   a) jadottaw il-proposta għal direttiva dwar taxxi relatati ma' vetturi tal-passiġġieri sabiex it-taxxa fuq il-vetturi tkun marbuta ma' l-emmissjonijiet li jniġġsu u l-effiċjenza tal-konsum; u
   b) mingħajr aktar dewmien, issir riforma fis-sistemi fiskali tagħhom b'tali mod li tipprovdi għal inċentivi sustanzjali favur vetturi aktar nodfa;

10.  Tappoġġa l-kwistjoni mqajjma mill-Kummissjoni fil-Green Paper msemmija hawn fuq dwar strumenti bbażati fuq is-suq għal skopijiet ta' ambjent u ta' politika relatata, rigward l-għażla li tintuża proċedura ta' koordinazzjoni u skambju ta' esperjenza u ta' l-aħjar prassi sabiex, filwaqt li jkun hemm aktar skrutinju attiv, jkunu promossi riformi nazzjonali tas-sistemi ta' ħlas għat-trasport u ta' taxxi ambjentali; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tieħu passi biex tilħaq dak il-għan;

11.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex iżidu l-investiment tagħhom fl-infrastruttura u f'sistemi ta' trasport intelliġenti (ITS's), partikularment bil-għan li:

   a) jitlestew il-proġetti ta' prijorità tan-netwerk trans-Ewropew mill-aktar fis possibbli, peress li dawn huma ta' importanza vitali għall-loġistika tat-trasport tal-merkanzija u għall-politika Ewropea tat-trasport sostenibbli;
   b) tkun affrontata l-problema tal-konġestjoni f'zoni urbani u matul il-kurituri f'zoni sensittivi; u
   c) jittejjeb it-trasport intermodali;

12.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tressaq, mhux aktar tard minn Ġunju 2008, mudell li jiftiehem, trasparenti u ġeneralment applikabbli għall-evalwazzjoni ta' spejjeż esterni tal-modi kollha ta' trasport, li fuqhom għandhom jiġu bbażati kalkoli ta' tariffi futuri li għandhom jitħallsu għall-użu ta' l-infrastruttura; josserva li, skond id-Direttiva Eurovignette, il-mudell irid ikun akkumpanjat minn analiżi ta' l-impatt ta' l-internalizzazzjoni ta' l-ispejjeż esterni għall-modi kollha tat-trasport u minn strateġija biex il-mudell jiddaħħal ftit ftit f'kull mod tat-trasport; u jistieden lill-Kummisjoni, biex, flimkien ma' l-inizjattiva msemmija hawn fuq, tipproduċi proposti leġiżlativi mar-reviżjoni tad-Direttiva ta' l-Eurovignette;

13.  Huwa konvint li l-problema tal-konġestjoni urbana, li tikkawża 40% ta' l-emissjonijiet tas-CO2 u 70% ta' emissjonijiet oħra li jniġġsu minn vetturi, jeħtieġ tkun affrontata b'mod aktar ambizzjuż mingħajr il-ksur tal-prinċipju ta' sussidjarjetà, billi tkun applikata koperazzjoni madwar l-Ewropa u strateġija ta' koordinazzjoni;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex janalizzaw il-mod li bih l-infrastruttura tat-trasport u t-tariffi applikati fuqha jinfluenzaw l-iżvilupp urban u d-domanda futura għas-servizzi tat-trasport;

15.  Huwa ta' l-opinjoni li politika effettiva ta' mobilità urbana għandha tkun ibbażata fuq metodu integrat kemm jista' jkun, li jġib flimkien is-soluzzjonijiet l-aktar adattati għal kull problema individwali; jemmen bis-sħiħ li z-zoni urbani għandhom potenzjal ekonomiku sod li joffru aktar linji politiċi ta' trasferiment modali favur it-trasport pubbliku, il-mixi u r-roti; f'dan ir-rigward, jikkkunsidra li hu importanti li jkun hemm iffukar fuq l-innovazzjoni teknoloġika (użu akbar ta' ITS's), sfruttament aħjar ta' l-infrastruttura preżenti, speċjalment permezz ta' miżuri għall-kontroll tad-domanda (tariffi ta' konġestjoni u prezzijiet tat-toroq (road pricing)), u soluzzjonijiet innovattivi għall-aħjar integrazzjoni ta' flussi ta' merkanzija urbana; u, fl-aħħar, modi ġodda kif isir l-aħjar użu ta' karozzi privati u "car-sharing", "carpooling" u arranġamenti biex isir ix-xogħol mid-dar;

16.  Jenfasizza l-importanza ta' miżuri ħfief fl-ilħuq ta' l-għan ta' trasport aktar sostenibbli u jikkunsidra li huwa importanti li għandu jkun possibbli għaċ-ċittadini li jieħdu deċiżjonijiet infurmati rigward il-metodi ta' trasport u l-imġieba fis-sewqan; jistieden sabiex ikun hemm aktar informazzjoni għall-konsumatur u għal aktar edukazzjoni attiva u kampanji ta' promozzjoni li jappoġġaw mezzi aktar sostenibbli ta' trasport u mudelli ta' trasport;

17.  Jemmen li t-trasport bil-ferrovija – mod li għandu konsum enerġetiku u emissjonijiet tas-CO2 aktar baxxi - għandu potenzjal konsiderevoli li għadu mhux sfruttat mhux biss f'dak li jirrigwarda l-loġistika tat-trasport tal-merkanzija, imma anki f'dak li jirrigwarda t-trasport tal-passiġġieri fuq vjaġġ qasir u medju;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, u lill-industrija tal-ferroviji sabiex:

   a) jagħmlu zona Ewropea waħdanija ta' ferroviji jew suq tal-ferroviji mill-aktar fis possibbli;
   b) b'dak il-għan, jeliminaw l-ostakli tekniċi u jimxu 'l quddiem lejn sistema waħdanija Ewropea ta' mmaniġġjar tat-traffiku tal-ferroviji (ERTMS) u soluzzjonijiet interoperabbli; u
   c) itejbu s-servizzi ta' trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri u l-kwalità tas-servizz;

19.  Jikkunsidra li, għalkemm il-linji ta' l-ajru naqqsu l-konsum tal-fjuwil tagħhom b'1% - 2% għal kull passiġġier kilometru f'dawn l-aħħar għaxar snin u l-emissjonijiet tal-ħoss tnaqqsu ħafna, l-impatt ambjentali globali ta' l-avjazzjoni ċivili żdied minħabba ż-żieda sostanzjali fit-traffiku; għalhekk jistieden sabiex:

   a) it-trasport ta' l-ajru jkun inkluż fl-ETS u jsir aktar użu tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida ta' mmaniġġjar tat-traffiku ta' l-ajru (SESAR - Riċerka ATM tas-Sema Ewropew Uniku);
   b) tariffi differenti ta' tluq u nżul fl-ajruporti bbażati fuq l-ammont ta' emissjonijiet;
   c) l-istabbiliment ta' 'Sema Nadif Inizjattiva ta' Teknoloġija Konġunta' li timmira li tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 u ta' l-NOx u t-tniġġis tal-ħoss;
   d) tmiem tal-frammentazzjoni ta' l-ispazju ta' l-ajru Ewropew permezz tal-ħolqien malajr ta' Sema Ewropew Uniku reali;
   e) passi prattiċi sabiex titnaqqas il-konġestjoni fl-ajruporti; u
   f) tiġi żgurata l-integrazzjoni ko-modali u loġistika aħjar ta' l-ajruporti, billi jiġi ffaċilitat l-aċċess tagħhom għall-ferroviji;

20.  Jinnota li fit-trasport bl-ajru, it- trasparenza tal-prezz tal-biljett u l-ispejjeż riflessi fil-prezz huma importanti ħafna għall-interess tal-passiġġier u għall-kompetizzjoni ġusta fis-settur tat-trasport, u għalhekk jappoġġja lill-Kummissjoni biex tieħu aktar inizjattivi f'dan ir-rigward;

21.  Jinnota li l-emissjonijiet min-navigazzjoni qed ikomplu jiżdiedu u jirrakkomanda b'mod partikulari li:

   a) jitnaqqsu s-CO2, l-SO2, l-ossidu tan-nitroġenu, u emissjonijiet oħra mill-vapuri;
   b) jinbeda u jiġi nkoraġġit l-użu ta' għejun ta' enerġija li tiġġedded bħall-enerġija mix-xemx u mir-riħ;
   c) l-bastimenti li jankraw li jieħdu l-fjuwil minn għejun ibbażati fuq l-art,
   d) l-użu ta' skambju ta' kwoti ta' emissjonijiet li tnaqqas l-emissjonijiet li tiġi ttrattata bħala possibilità li titlob kunsiderazzjoni sew, mingħajr ma tikkastiga dan il-mezz ta' trasport li hu l-inqas wieħed li jagħmel ħsara lill-ambjent (flimkien mal-passaġġi ta' l-ilma interni) u mhux tiffavorixxi mezzi oħra li jimponu piż akbar fuq l-ambjent; u
   e) politika integrata dwar ix-xmajjar Ewropej li tiġi maqbula u għalhekk tappoġġja inizjattivi bħal NAIADES (Programm ta' Azzjoni Ewropew Integrat għal Trasport fuq Passaġġi ta' l-Ilma Interni), li jkompli jtejjeb aktar it-trasport permezz ta' passaġġi ta' l-ilma interni u l-prestazzjoni ambjentali tat-trasport fil-passaġġi ta' l-ilma interni;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinvestu fl-immodernizzar tal-faċilitajiet tal-port kemm għall-portijiet tal-baħar ta' l-UE u kemm għal dawk li jinsabu f'passaġġi ta' l-ilma interni, biex ikun possibbli li l-merkanzija u l-passiġġieri jinġarru malajr minn sistema ta' trasport għal oħra, u b'hekk ikun possibbli li jitnaqqas il-konsum ta' l-enerġija fil-qasam tat-trasport;

23.  Jikkunsidra li huwa essenzjali li jittejjbu l-loġistika, il-fatturi tat-trasport tal-merkanzija, u t-trasport intermodali; għalhekk jappoġġa t-tlestija sħiħa tas-suq intern fit-trasport u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tibni mill-aktar fis possibbli fuq il-pjan ta' azzjoni msemmi hawn fuq għal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija fl-Ewropa, waqt li jitqiegħed enfasi partikolari fuq l-iżvilupp tal-kunċett ta' 'green corridors';

24.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinvestu aktar fir-riċerka fil-qasam tat-trasport, sabiex ikunu żviluppati l-mezzi tat-trasport li huma l-aktar effiċjenti f'termini ta' enerġija u fit-tnaqqis ta' l-emissjonijiet tas-CO2; jistieden lill-Kummissjoni sabiex, fir-reviżjoni ta' l-2009 tal-qafas finanzjarju plurijennali, iżżid sew l-allokazzjoni finanzjarja globali għar-Riċerka u l-Iżvilupp dwar l-ambjent, l-enerġija u t-trasport;

25.  Jappoġġja lill-Kummissjoni f'inizjattivi li jgħaqqdu t-trasport sostenibbli u t-turizmu b'mod aktar effettiv, bħal l-użu ta' mezzi tat-trasport li jirrispettaw aktar l-ambjent, bħal per eżempju l-kombinazzjoni ta' l-użu tat-trasport pubbliku u l-użu tar-roti;

26.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri.

(1) Testi Adottati, P6_TA(2007)0469.
(2) Testi Adottati, P6_TA(2007)0375.
(3) Testi Adottati, P6_TA(2007)0345.
(4) ĠU C 305 E, 14.12.2006, p. 85.
(5) ĠU L 187, 20.7.1999, p. 42. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/103/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p.344).
(6) Ara 'Attitudnijiet dwar kwistjonijiet relatati mal-Politika tat-Trasport ta' l-UE', Flash Eurobarometer Nru 206b, Politika tat-Trasport ta' l-UE.


Twissija kmieni waqt emerġenzi kbar
PDF 214kWORD 48k
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar twissija kmieni għaċ-ċittadini waqt emerġenzi kbar
P6_TA(2008)0088P6_DCL(2007)0100

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 116 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi huwa importanti li jkun hemm twissija kmieni effiċjenti għaċ-ċittadini f'każ ta' emerġenzi kbar imminenti jew li jkunu qed jiżviluppaw, bil-għan li jitnaqqsu t-tbatija u l-imwiet,

B.   billi l-Parlament talab kemm-il darba għall-istabbiliment ta' twissija kmieni u ta' sistemi ta' twissija u dan huwa stipulat f'ħafna atti leġiżlattivi eżistenti u f'oħrajn li se jsiru,

C.   billi s-sistemi ta' twissija kmieni jinvolvu t-twissija lill-awtoritajiet permezz ta' netwerks reġjonali għall-prevenzjoni ta' riskji (naturali, teknoloġiċi, soċjali) u t-twissija liċ-ċittadini permezz ta' netwerks tat-telekomunikazzjoni (radju, TV, sireni, mowbajls, eċċ.),

D.   billi l-UE m'għandhiex sistema ġenerali, multilingwa, simplifikata u effiċjenti biex twissi liċ-ċittadini dwar emerġenzi imminenti jew li qed jiżviluppaw u billi l-implimentazzjoni ta' sistemi bħal dawn hija direttament relevanti għal ħafna politiki ta' l-UE (telekommunikazzjonijiet, ambjent, saħħa, sigurtà interna u protezzjoni ċivili) u wkoll taffettwa oħrajn (trasport, enerġija u turiżmu),

E.   billi l-UE għandha tistabbilixxi sistema bħal din, f'kumbinazzjoni ma tagħrif xieraq u kampanji ta' taħriġ, biex tħeġġeġ imġiba li ssalva l-ħajja fost ċittadini fil-periklu,

1.  Jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jimplimentaw il-proċessi u r-riżorsi neċessarji għall-iżvilupp ta' sistema effiċjenti ta' twissija kmieni għaċ-ċittadini fil-każ ta' emerġenzi kbar imminenti jew li qed jiżviluppaw fl-UE;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq proposti leġiżlattivi xierqa f'dan il-qasam, billi tqis ir-riskji u l-politiki kollha involuti;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien ma' l-ismijiet tal-firmatarji, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Lista ta' firmatarji

Adamos Adamou, Vittorio Agnoletto, Vincenzo Aita, Gabriele Albertini, Alexander Alvaro, Jan Andersson, Georgs Andrejevs, Alfonso Andria, Laima Liucija Andrikienė, Roberta Angelilli, Alfredo Antoniozzi, Kader Arif, Stavros Arnaoutakis, Francisco Assis, Alexandru Athanasiu, Marie-Hélène Aubert, Jean-Pierre Audy, Margrete Auken, Liam Aylward, Peter Baco, Mariela Velichkova Baeva, Etelka Barsi-Pataky, Alessandro Battilocchio, Edit Bauer, Jean Marie Beaupuy, Christopher Beazley, Zsolt László Becsey, Angelika Beer, Ivo Belet, Irena Belohorská, Monika Beňová, Thijs Berman, Slavi Binev, Sebastian Valentin Bodu, Guy Bono, Mario Borghezio, Josep Borrell Fontelles, Umberto Bossi, Victor Boştinaru, Costas Botopoulos, Bernadette Bourzai, John Bowis, Sharon Bowles, Iles Braghetto, Hiltrud Breyer, Jan Březina, André Brie, Renato Brunetta, Kathalijne Maria Buitenweg, Wolfgang Bulfon, Udo Bullmann, Nicodim Bulzesc, Ieke van den Burg, Niels Busk, Cristian Silviu Buşoi, Philippe Busquin, Simon Busuttil, Jerzy Buzek, Marco Cappato, Marie-Arlette Carlotti, David Casa, Paulo Casaca, Michael Cashman, Carlo Casini, Françoise Castex, Giuseppe Castiglione, Pilar del Castillo Vera, Jorgo Chatzimarkakis, Giulietto Chiesa, Ole Christensen, Silvia Ciornei, Luigi Cocilovo, Carlos Coelho, Richard Corbett, Dorette Corbey, Giovanna Corda, Jean Louis Cottigny, Michael Cramer, Brian Crowley, Magor Imre Csibi, Marek Aleksander Czarnecki, Ryszard Czarnecki, Daniel Dăianu, Joseph Daul, Dragoş Florin David, Bairbre de Brún, Arūnas Degutis, Véronique De Keyser, Gianni De Michelis, Gérard Deprez, Marie-Hélène Descamps, Harlem Désir, Nirj Deva, Christine De Veyrac, Mia De Vits, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Giorgos Dimitrakopoulos, Valdis Dombrovskis, Beniamino Donnici, Bert Doorn, Brigitte Douay, Den Dover, Mojca Drčar Murko, Constantin Dumitriu, Michl Ebner, Edite Estrela, Harald Ettl, Göran Färm, Carlo Fatuzzo, Emanuel Jardim Fernandes, Anne Ferreira, Elisa Ferreira, Ilda Figueiredo, Věra Flasarová, Hélène Flautre, Alessandro Foglietta, Hanna Foltyn-Kubicka, Nicole Fontaine, Glyn Ford, Janelly Fourtou, Armando França, Ingo Friedrich, Sorin Frunzăverde, Urszula Gacek, Kinga Gál, Milan Gaľa, Iratxe García Pérez, Giuseppe Gargani, Patrick Gaubert, Jean-Paul Gauzès, Jas Gawronski, Evelyne Gebhardt, Eugenijus Gentvilas, Georgios Georgiou, Bronisław Geremek, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Claire Gibault, Adam Gierek, Ioannis Gklavakis, Bogdan Golik, Bruno Gollnisch, Ana Maria Gomes, Donata Gottardi, Genowefa Grabowska, Louis Grech, Nathalie Griesbeck, Elly de Groen-Kouwenhoven, Mathieu Grosch, Françoise Grossetête, Lilli Gruber, Ignasi Guardans Cambó, Ambroise Guellec, Pedro Guerreiro, Umberto Guidoni, Cristina Gutiérrez-Cortines, Fiona Hall, David Hammerstein, Benoît Hamon, Gábor Harangozó, Marian Harkin, Rebecca Harms, Satu Hassi, Adeline Hazan, Anna Hedh, Erna Hennicot-Schoepges, Edit Herczog, Esther Herranz García, Jim Higgins, Ian Hudghton, Stephen Hughes, Alain Hutchinson, Jana Hybášková, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Monica Maria Iacob-Ridzi, Mikel Irujo Amezaga, Marie Anne Isler Béguin, Lily Jacobs, Mieczysław Edmund Janowski, Lívia Járóka, Rumiana Jeleva, Anne E. Jensen, Pierre Jonckheer, Romana Jordan Cizelj, Madeleine Jouye de Grandmaison, Jelko Kacin, Filip Kaczmarek, Gisela Kallenbach, Sajjad Karim, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Piia-Noora Kauppi, Metin Kazak, Tunne Kelam, Glenys Kinnock, Evgeni Kirilov, Ewa Klamt, Wolf Klinz, Dieter-Lebrecht Koch, Jaromír Kohlíček, Maria Eleni Koppa, Magda Kósáné Kovács, Miloš Koterec, Sergej Kozlík, Guntars Krasts, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Ģirts Valdis Kristovskis, Wiesław Stefan Kuc, Jan Jerzy Kułakowski, Sepp Kusstatscher, André Laignel, Alain Lamassoure, Jean Lambert, Stavros Lambrinidis, Vytautas Landsbergis, Anne Laperrouze, Romano Maria La Russa, Stéphane Le Foll, Roselyne Lefrançois, Bernard Lehideux, Jean-Marie Le Pen, Marine Le Pen, Fernand Le Rachinel, Janusz Lewandowski, Bogusław Liberadzki, Marie-Noëlle Lienemann, Kartika Tamara Liotard, Alain Lipietz, Pia Elda Locatelli, Andrea Losco, Caroline Lucas, Sarah Ludford, Elizabeth Lynne, Marusya Ivanova Lyubcheva, Mary Lou McDonald, Edward McMillan-Scott, Jamila Madeira, Ramona Nicole Mănescu, Vladimír Maňka, Thomas Mann, Mario Mantovani, Marian-Jean Marinescu, Helmuth Markov, David Martin, Maria Matsouka, Mario Mauro, Manolis Mavrommatis, Manuel Medina Ortega, Erik Meijer, Íñigo Méndez de Vigo, Emilio Menéndez del Valle, Willy Meyer Pleite, Rosa Miguélez Ramos, Miroslav Mikolášik, Gay Mitchell, Nickolay Mladenov, Viktória Mohácsi, Javier Moreno Sánchez, Luisa Morgantini, Philippe Morillon, Elisabeth Morin, Roberto Musacchio, Cristiana Muscardini, Francesco Musotto, Alessandra Mussolini, Pasqualina Napoletano, Robert Navarro, Cătălin-Ioan Nechifor, Catherine Neris, Bill Newton Dunn, James Nicholson, Rareş-Lucian Niculescu, Ljudmila Novak, Raimon Obiols i Germà, Vural Öger, Cem Özdemir, Seán Ó Neachtain, Gérard Onesta, Janusz Onyszkiewicz, Dumitru Oprea, Josu Ortuondo Larrea, Csaba Őry, Siiri Oviir, Justas Vincas Paleckis, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Marco Pannella, Dimitrios Papadimoulis, Atanas Paparizov, Georgios Papastamkos, Neil Parish, Ioan Mircea Paşcu, Vincent Peillon, Alojz Peterle, Maria Petre, Tobias Pflüger, Willi Piecyk, Rihards Pīks, João de Deus Pinheiro, Józef Pinior, Gianni Pittella, Zita Pleštinská, Rovana Plumb, Guido Podestà, Anni Podimata, Zdzisław Zbigniew Podkański, Bernard Poignant, Adriana Poli Bortone, José Javier Pomés Ruiz, Mihaela Popa, Nicolae Vlad Popa, Bernd Posselt, Christa Prets, Pierre Pribetich, Vittorio Prodi, Jacek Protasiewicz, Luís Queiró, Bilyana Ilieva Raeva, Miloslav Ransdorf, Poul Nyrup Rasmussen, Vladimír Remek, Karin Resetarits, José Ribeiro e Castro, Teresa Riera Madurell, Frédérique Ries, Karin Riis-Jørgensen, Giovanni Rivera, Michel Rocard, Bogusław Rogalski, Luca Romagnoli, Raül Romeva i Rueda, Wojciech Roszkowski, Dagmar Roth-Behrendt, Libor Rouček, Martine Roure, Christian Rovsing, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Eoin Ryan, Tokia Saïfi, Aloyzas Sakalas, Katrin Saks, María Isabel Salinas García, Antolín Sánchez Presedo, Manuel António dos Santos, Amalia Sartori, Jacek Saryusz-Wolski, Gilles Savary, Toomas Savi, Pierre Schapira, Margaritis Schinas, Olle Schmidt, Pál Schmitt, György Schöpflin, Inger Segelström, Adrian Severin, Brian Simpson, Kathy Sinnott, Csaba Sógor, Bogusław Sonik, Bart Staes, Grażyna Staniszewska, Margarita Starkevičiūtė, Petya Stavreva, Dirk Sterckx, Theodor Dumitru Stolojan, Dimitar Stoyanov, Daniel Strož, Alexander Stubb, Margie Sudre, László Surján, Gianluca Susta, Hannes Swoboda, József Szájer, Andrzej Jan Szejna, István Szent-Iványi, Antonio Tajani, Hannu Takkula, Andres Tarand, Salvatore Tatarella, Britta Thomsen, Marianne Thyssen, Radu Ţîrle, Gary Titley, Patrizia Toia, László Tőkés, Ewa Tomaszewska, Jacques Toubon, Antonios Trakatellis, Catherine Trautmann, Kyriacos Triantaphyllides, Claude Turmes, Evangelia Tzampazi, Feleknas Uca, Vladimir Urutchev, Inese Vaidere, Nikolaos Vakalis, Adina-Ioana Vălean, Johan Van Hecke, Anne Van Lancker, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Ioannis Varvitsiotis, Ari Vatanen, Yannick Vaugrenard, Armando Veneto, Riccardo Ventre, Donato Tommaso Veraldi, Bernadette Vergnaud, Marcello Vernola, Alejo Vidal-Quadras, Kristian Vigenin, Cornelis Visser, Oldřich Vlasák, Dominique Vlasto, Johannes Voggenhuber, Sahra Wagenknecht, Diana Wallis, Henri Weber, Anders Wijkman, Iuliu Winkler, Janusz Wojciechowski, Corien Wortmann-Kool, Francis Wurtz, Anna Záborská, Zbigniew Zaleski, Stefano Zappalà, Tomáš Zatloukal, Tatjana Ždanoka, Dushana Zdravkova, Josef Zieleniec, Roberts Zīle, Gabriele Zimmer, Marian Zlotea, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka

Avviż legali - Politika tal-privatezza