Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0182(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0050/2008

Testi mressqa :

A6-0050/2008

Dibattiti :

PV 18/06/2008 - 17
CRE 18/06/2008 - 17

Votazzjonijiet :

PV 19/06/2008 - 3.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0303

Testi adottati
PDF 283kWORD 37k
Il-Ħamis, 19 ta' Ġunju 2008 - Strasburgu
Is-sikurezza ta' l-infrastruttura tat-toroq ***I
P6_TA(2008)0303A6-0050/2008
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġestjoni tas-sikurezza ta' l-infrastruttura tat-toroq (COM(2006)0569 – C6-0331/2006 – 2006/0182(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0569),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 71/1 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0331/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li ikkunsidra r-rapport ta' Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0050/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' Ġunju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġestjoni tas-sigurtà fl-infrastruttura tat-toroq
P6_TC1-COD(2006)0182

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, id-Direttiva 2008/96/KE.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza