Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/2600(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B6-0309/2008

Testi mressqa :

B6-0309/2008

Dibattiti :

PV 17/06/2008 - 14
CRE 17/06/2008 - 14

Votazzjonijiet :

PV 19/06/2008 - 5.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0307

Testi adottati
PDF 268kWORD 52k
Il-Ħamis, 19 ta' Ġunju 2008 - Strasburgu
L-awtorizzazzjoni tal-karkass tat-tjur
P6_TA(2008)0307B6-0309/2008

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ġunju 2008 dwar l-awtorizzazzjoni tal-karkass tat-tjur

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta'April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi ta" iġjene li huma applikabbli għall-oġġetti ta" l-ikel li ġejjin mill-annimali(1),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta" Ottubru 2007 li jistabbilixxi l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur agrikolu u dispożizzjonijiet speċifiċi f'dak li jirrigwarda ċerti prodotti ta" dan is-settur (regolament uniku ta" l-OKS)(2),

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta" Novembru 2003 dwar il-kontroll tas-salmonella u ta" aġenti żoonotiċi speċifiċi oħra preżenti fil-katina ta" l-ikel(3),

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta" April 2004 li jirrigwarda l-kontrolli uffiċjali li jsiru biex tkun żgurata l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-għalf għall-annimali u l-oġġetti ta' l-ikel u mad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw is-saħħa ta' l-annimali u l-benesseri ta' l-annimali(4),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 91/271/KEE tal-Kunsill tal-21 ta" Mejju 1991 dwar it-trattament ta" l-ilmijiet urbani skartati(5),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 98/24/KE tas-7 ta" April 1998 dwar il-ħarsien tas-saħħa u tas-sikurezza tal-ħaddiema kontra r-riskji marbuta ma" aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol(6),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kulleġġ tal-Kummissarji datata 28 ta" Mejju 2008 li tapprova l-proposta għal regolament li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 bil-ħsieb li jawtorizza l-użu ta' ċertu sustanzi antimikrobiċi sabiex ikunu ttrattati l-karkassi tat-tjur maħsuba għall-konsum mill-bniedem,

–   wara li kkunsidra l-evalwazzjoni rigward l-effetti possibbli ta' erba' sustanzi ta' trattament ta' kontra l-mikrobi fuq it-tfaċċar ta" reżistenza għall-antimikrobiċi, adottata fis-6 ta' Marzu 2008 mill-grupp xjentifiku dwar ir-riskji bijoloġiċi (BIOHAZ) ta" l-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza ta" l-Ikel (EFSA) fuq talba tad-direttorat ġenerali tas-saħħa u tal-konsumaturi tal-Kummissjoni,

–   wara li kkunsidra l-mistoqsija orali tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea, li sar dibattitu dwarha fit-28 ta" Mejju 2008,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

A.   billi l-proposta tal-Kummissjoni li jkun emendat ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur agrikolu, f'dak li jirrigwarda n-normi tal-kummerċjalizzazzjoni għal-laħam tat-tjur (COM(2008)0336), li għandu l-għan li jimmodifika d-definizzjoni tal-laħam tat-tjur biex ikun awtorizzat il-kummerċjalizzazzjoni ta" dan il-laħam li jkun ġie suġġett għal trattament antimikrobiku għall-finijiet ta" konsum mill-bnedmin,

B.   billi d-deċiżjoni tal-kulleġġ tal-Kummissarji msemmi hawn fuq kellha l-ħsieb li awtorizzata l-utilizzazzjoni ta" erba" sustanzi antimikrobiċi bil-għan li jkunu ttrattati l-karkassi tat-tjur li jkunu maħsuba għall-konsum mill-bnedmin fl-Unjoni Ewropea,

C.   billi din il-proposta tal-Kummissjoni tkompli mad-domanda ta" l-Istati Uniti ta" l-Amerika li tkun awtorizzata l-importazzjoni lejn l-Unjoni tal-produzzjoni tagħha ta" tjur ittrattati b'sustanzi kimiċi jew antimikrobiċi,

D.   billi l-Istati Uniti ta" l-Amerika diġà tista" tesporta laħmijiet tat-tjur fl-Unjoni fi ħdan il-qafas tad-dispożizzjonijiet attwali, bil-kundizzjoni li dawn il-laħmijiet ma jkunux ġew suġġetti għal trattament antimikrobiku,

E.   billi l-prinċipju tal-prekawzjoni huwa espressament imniżżel fit-trattat sa mill-1992; billi l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, f'għadd kbir ta" okkażjonijiet, ippreċiżat il-kontenut u l-kamp ta" applikazzjoni ta" dan il-prinċipju fil-liġi Komunitarja peress li huwa wieħed mis-sisien tal-politika ta" ħarsien li ssegwi l-Komunità fil-qasam ta" l-ambjent u tas-saħħa(7),

F.   billi l-awtorizzazzjoni tat-trattament antimikrobiku, jew għall-prodotti impurtati biss jew anke għal dawk ta' l-UE, fiż-żewġ każijiet tfisser standards differenti, għax is-settur Ewropew ġie mġiegħel jinvesti ħafna f'metodu li japplika għall-katina ta' l-ikel kollha, filwaqt li l-Istati Uniti qed tapplika biss soluzzjoni irħisa li tapplika biss għall-aħħar parti tal-katina ta' l-ikel,

G.   billi l-Kummissjoni tagħraf in-nuqqas ta" data xjentifika dwar l-impatt ambjentali u sanitarju ta" l-utilizzazzjoni ta" dawn l-erba' sustanzi antimikrobiċi mressqa għall-awtorizzazzjoni,

H.   billi l-konsumaturi jistgħu jiġu mqarrqa, minħabba li l-proċedura ta' l-ikklorurar tista' tbiddel id-dehra tal-laħam u ġġibu jidher aktar frisk milli fil-fatt hu,

I.   I. billi hemm proċess twil ta" adozzjoni u ta" rinfurzar tan-normi u ta" l-istandards komunitarji fil-qasam tas-sikurezza u ta" l-iġjene ta" l-ikel, wara li jkun ġie permess it-tnaqqis ta' l-għadd ta" infezzjonijiet minn aġenti żoonotiċi speċifiċi differenti li jinsabu fil-katina ta" l-ikel,

J.   billi skond evalwazzjoni taċ-Ċentru Amerikan tal-Kontroll tal-Mard (CDC), l-utilizzazzjoni tas-sustanti antimikrobiċi fl-Istati Uniti ta" l-Amerika ma ppermettiex it-tnaqqis ta" l-għadd ta" infezzjonijiet għall-listerija, għas-salmonella u batterji oħra,

K.   billi l-Kunsill għall-Agrikoltura u s-Sajd diġà ddiskuta s-suġġett darbtejn u billi r-reazzjoni ġenerali ta' l-Istati Membri għall-pjanijiet tal-Kummissjoni li tawtorizza t-trattament antimikrobiku tal-karkassi tat-tjur kienet negattiva,

L.   billi ċ-ċaħda bi 316-il vot kontra, l-ebda vot favur u 29 astensjoni tal-proposta imsemmija tal-Kummissjoni mill-membri tal-Kumitat Permanenti tal-katina ta" l-ikel, waqt il-laqgħa tiegħu tat-2 ta" Ġunju 2008, wasslet messaġġ ċar u qawwi qabel is-Samit bejn l-UE u l-Istati Uniti ta" l-Amerika f'Brdo, fl-Islovenja,

M.   billi l-Kummissjoni hija obbligata li tgħaddi l-proposta tagħha lill-Kunsill wara li din kienet irrifjutata mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

1.  Jesprimi d-diżapprovazzjoni tiegħu fir-rigward ta" din il-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jiċħad din il-proposta tal-Kummissjoni;

3.  Huwa ta' fehma qawwija li din il-kwistjoni għandha tiġi ttrattata mill-Kunsill għall-Agrikoltura u s-Sajd u mhux minn konfigurazzjonijiet oħra tal-Kunsill;

4.  4 Jitlob li jiġi kkonsultat u infurmat b'mod sħiħ mill-Kummissjoni qabel ma jittieħdu aktar deċiżjonijiet bi tħejjija għal-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku (TEC), li se sseħħ f'Ottubru 2008;

5.  Jenfasizza li l-awtorizzazzjoni ta" dawn l-erba" trattamenti antimikrobiċi tal-karkassi tat-tjur maħsuba għall-konsum mill-bnedmin tirrappreżenta theddida serja kontra n-normi u l-istandards komunitarji u konsegwenzi indiretti għall-isforzi u għall-adattazzjonijiet li rnexxielhom jiksbu l-professjonisti tat-tjur biex inaqqsu r-rati ta" l-infezzjoni betterjoloġika fl-UE; jenfasizza li din l-awtorizzazzjoni ġġib magħha wkoll daqqa ta" ħarta konsiderevoli u ta" ħsara kbira għall-politika Komunitarja fil-qasam imsemmi u għall-kredibilità tagħha li tippromwovi standards għoljin ta" sikurezza u ta" iġjene ta" l-ikel fil-livell internazzjonali;

6.  Jagħmel enfasi fuq l-investimenti konsiderevoli li saru f'dan il-qasam mill-professjonisti Ewropej tat-tjur, f'konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja, bil-għan li titnaqqas il-kontaminazzjoni minn aġenti patoġeniċi billi ġie implimentat approċċ li jinvolvi l-partijiet kollha tal-katina ta" l-ikel;

7.  Iqis l-approċċ li jinvolvi l-partijiet kollha tal-katina ta" l-ikel bħal dak ipprattikat fl-Unjoni bħala dak li hu aktar sostenibbli biex inaqqas il-livelli ta" aġenti patoġeniċi fil-laħmijiet tat-tjur mis-soluzzjoni tad-dekontaminazzjoni permezz ta" sustanzi antimikrobiċi fl-aħħar parti tal-katina tal-produzzjoni ta" l-ikel;

8.  Jesprimi t-tħassib tiegħu li l-għoti ta" l-awtorizzazzjoni ta" importazzjoni ta" dan it-tajr jista' iwassal għad-dgħajfien tan-normi Ewropej;

9.  Jenfasizza li proposta bħal din ma tikkorrispondix għall-eżiġenzi taċ-ċittadini Ewropej fil-qasam tas-sikurezza u l-iġjene ta" l-ikel u l-anqas għall-applikazzjoni ta" mudelli ta" produzzjoni, fl-Ewropa u fi bnadi oħra, li jżommu standards ta' iġjene ta' kwalità għolja fil-proċess kollu tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni; jenfasizza li proposta bħal din tkun qed tirriskja li ddgħajjef il-fiduċja, li għadha fraġli, tal-konsumaturi Ewropej fl-oġġetti ta" l-ikel mibjugħa fl-Unjoni, wara l-problemi li kien hemm tas-sikurezza ta" l-ikel fi ħdan l-Unjoni dawn l-aħħar snin;

10.  Jagħraf il-ħtieġa ta" pariri xjentifiċi xierqa li jqisu l-ħarsien u l-informazzjoni tal-konsumatur; jidhirlu li s-soluzzjoni li tkun aċċettata, tkun liema tkun, m'għandhiex tiġġenera tgħawwiġ tal-kompetizzjoni;

11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta" l-Istati Membri u lill-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza ta" l-Ikel (EFSA).

(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p.55.
(2) ĠU L 299, 16.11.2007, p.1.
(3) ĠU L 325, 12.12.2003, p.1.
(4) ĠU L 165, 30.4.2004, p.1.
(5) ĠU L 135, 30.5.1991, p.40.
(6) ĠU L 131, 5.5.1998, p.11.
(7) Deċiżjoni tat-23 ta" Settembru 2003 fil-każ C-192/01, Kummissjoni/Danimarka, Ġabra 2003, p. I- 9693; deċiżjoni tas-7 ta" Settembru 2004 fil-każ C-127/02, Landelijke Vereniging tot Behoud van de Waddenzee u Nederlandse Vereniging tot Bescherming van Vogels, Ġabra 2004, p. I-7405.

Avviż legali - Politika tal-privatezza