Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0251(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0246/2008

Testi mressqa :

A6-0246/2008

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 08/07/2008 - 8.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0321

Testi adottati
PDF 211kWORD 42k
It-Tlieta, 8 ta' Lulju 2008 - Strasburgu
L-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehima bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera ma" l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta" l-acquis ta" Schengen *
P6_TA(2008)0321A6-0246/2008

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehima bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera ma" l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta" l-acquis ta" Schengen (COM(2006)0752 – C6-0089/2008 – 2006/0251(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2006)0752),

–   wara li kkunsidra l-protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera ma" l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta" l-acquis ta" Schengen,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62, l-Artikolu 63, l-ewwel paragrafu punti (3)(a) u (b), l-Artikoli 66 u 95, u l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu tat-trattat KE li dwarhom il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0089/2008),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–   wara li kkunisdra l-Artikoli 83(7) u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0246/2008),

1.  Japprova l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill kif emendata u japprova l-konklużjoni tal-protokoll;

2.  Jirriżerva d-dritt li jiddefendi l-prerogattivi tiegħu kif konferiti mit-Trattat;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jibgħat din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri u lill-gvern u l-parlament tal-Prinċipalità ta' Liechtenstein.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill
Ċitazzjoni 1
-  Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 63 punt 3 a) u b), 66 u 95 flimkien mat-tieni sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300 (3) tiegħu,
-  Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 63 punt 3 a) u b), 66 u 95 flimkien mat-tieni sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300 (3) tiegħu,
Emenda 2
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill
Ċitazzjoni 3
-  Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
-  Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Avviż legali - Politika tal-privatezza