Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0257(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0261/2008

Testi mressqa :

A6-0261/2008

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 08/07/2008 - 8.9

Testi adottati :

P6_TA(2008)0323

Testi adottati
PDF 210kWORD 43k
It-Tlieta, 8 ta' Lulju 2008 - Strasburgu
Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, l-Iżvizzera u Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżaminar ta' talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru, l-Iżvizzera jew Liechtenstein *
P6_TA(2008)0323A6-0261/2008

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar ta" Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, l-Iżvizzera u Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżaminar ta' talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru, l-Iżvizzera jew Liechtenstein (COM(2006)0753 – C6-0091/2008 – 2006/0257(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2006)0753),

–   wara li kkunsidra l-protokoll bejn il-Komunità Ewropea, l-Iżvizzera u Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżaminar ta' talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru, l-Iżvizzera jew Liechtenstein

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 63(1)(a) u 300(2), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Kunsill ġie kkonsultat mill-Parlament (C6-0091/2008),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0261/2008),

1.  Japprova l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill kif emendata u japprova l-konklużjoni tal-protokoll;

2.  Jirriserva d-dritt li jiddefendi l-prerogattivi tiegħu kif konferiti lilu mit-Trattat;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri, lill-gvern u l-parlamenti tal-Konfederazzjoni Żvizzera u lill-gvern u l-parlament tal-Prinċipalitá ta' Liechtenstein.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill
Ċitazzjoni 1
-  Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 63(1)(a) tiegħu, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,
-  Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 63 (1)(a) tiegħu, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu u t-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 300 (3) tiegħu,
Emenda 2
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill
Ċitazzjoni 3
-  Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
-  Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Avviż legali - Politika tal-privatezza