Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1683/95 li jistabbilixxi format uniformi għall-viża (COM(2008)0188 – C6-0187/2008 – 2008/0074(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2008)0188),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 62(2)(b)(iii) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0187/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsdira r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0268/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jistieden lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.