Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/2078(IMM)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0277/2008

Testi mressqa :

A6-0277/2008

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 08/07/2008 - 8.12
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0326

Testi adottati
PDF 281kWORD 36k
It-Tlieta, 8 ta' Lulju 2008 - Strasburgu
Talba għat-tneħħija ta' l-immunità ta' Witold Tomczak
P6_TA(2008)0326A6-0277/2008

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar it-talba għat-tneħħija ta' l-immunità ta' Witold Tomczak (2008/2078(IMM))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija ta' l-immunità ta" Witold Tomczak b'rabta mal-proċeduri kriminali li saru mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Distrettwali ta" Varsavja (Warszawa Śródmieście Północ), il-Polonja, talba li saret fl-14 ta' Diċembru 2007, tressqet mill-Prosekutur Ġenerali Pollakk fil-31 ta' Jannar 2008, u tħabbret fis-seduta plenarja fl-10 ta' Marzu 2008,

–   wara li sema' lil Witold Tomczak fit-28 ta' Mejju 2008 bi qbil ma' l-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, tat-8 ta' April 1965, kif ukoll l-Artikolu 6(2) ta' l-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, ta' l-20 ta' Settembru 1976,

–   wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Mejju 1964 u ta' l-10 ta' Lulju 1986(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 105 tal-Kostituzzjoni Pollakka,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 6(2) u 7 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0277/2008),

A.   billi Witold Tomczak kien elett fis-Sejm Pollakk (il-kamra inferjuri tal-Parlament Pollakk) fil-21 ta" Settembru 1997 u fit-23 ta" Settembru 2001; billi sar Osservatur wara li kien iffirmat it-Trattat ta" Adeżjoni fis-16 ta" April 2003; billi kien Membru tal-Parlament Ewropew mill-1 ta" Mejju 2004 sad-19 ta" Lulju 2004; billi huwa kien elett fil-Parlament Eweropew fit-13 ta" Ġunju 2004 u t-terminu tiegħu fil-kariga fil-Parlament Pollakk skada fis-16 ta" Ġunju 2004,

B.   billi Witold Tomczak huwa akkużat li għamel il-ħsara, b'valur ta" 39 669 PLN (madwar 11 500 EUR) lil skultura intitolata "Id-Disa" Siegħa" – li turi lill-Papa Ġwanni Pawlu II mgħaffeġ taħt meteorita – fil-Gallerija Zachęta f'Varsavja fil-21 ta" Diċembru 2000 u li għalhekk kiser l-Artikolu 288(1) tal-Kodiċi Kriminali Pollakk(2),

C.   billi l-Uffiċċju tal-Prosekutur Distrettwali ta" Varsavja ġabar evidenza kontra Witold Tomczak, iżda li dan ta" l-aħħar irrifjuta li jwieġeb mistoqsijiet dwar il-każ fil-Gallerija Zachęta,

D.   billi Witold Tomczak jiddikjara li bl-azzjoni tiegħu lejn l-istatwa pprova jiddefendi s-sentimenti reliġjużi tiegħu u ta" nies oħra, kif ukoll jipproteġi d-dinjità tal-Papa; billi jikkontesta l-ammont ta" ħsara li ntqal li għamel u f'kull kuż iqis li l-għan ta" l-imġiba tiegħu kien li jipproteġi valur ogħla – dak ta" l-unur tal-Papa f'għajnejn il-Kattoliċi Pollakki,

E.   billi, fuq il-bażi ta" l-informazzjoni miksuba, Witold Tomczak m'huwiex protett mill-immunità parlamentari fir-rigward ta" kull allegazzjoni li tressqet quddiem il-President tal-Parlament Ewropew,

1.  Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Witold Tomczak;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli, lill-awtorità xierqa tar-Repubblika tal-Polonja.

(1) Kawża 101/63 Wagner v. Fohrmann u Krier [1964] ECR 195 u Kawża 149/85 Wybot v. Faure u Oħrajn [1986] ECR 2391.
(2) Id-dispożizzjonijiet ta" dak l-Artikolu jgħidu li: "Kulmin jeqred, jagħmel il-ħsara jew irendi inutli l-proprjetà ta" persuna oħra għandu jingħata sentenza ta" ħabs li tvarja minn 3 xhur sa 5 snin." (Oriġinal Pollakk: "Kto cudzą rzecz niszczy, uszkadza lub czyni niezdatną do użytku, podlega karze pozbawienia wolności od 3 miesięcy do lat 5)."

Avviż legali - Politika tal-privatezza