Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0304(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0220/2008

Testi mressqa :

A6-0220/2008

Dibattiti :

PV 08/07/2008 - 6
CRE 08/07/2008 - 6

Votazzjonijiet :

PV 08/07/2008 - 8.19
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0333

Testi adottati
PDF 288kWORD 39k
It-Tlieta, 8 ta' Lulju 2008 - Strasburgu
Emendar tad-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet ta' l-avjazzjoni fi ħdan l-iskema għall-iskambju ta" kwoti ta' l-emissjonijiet ta" gassijiet b'effett ta' serra ġewwa l-Komunità ***II
P6_TA(2008)0333A6-0220/2008
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet ta' l-avjazzjoni fi ħdan l-iskema għall-iskambju ta" kwoti ta' l-emissjonijiet ta" gassijiet b'effett ta' serra ġewwa l-Komunità (5058/3/2008 – C6-0177/2008 – 2006/0304(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (5058/3/2008 – C6-0177/2008)(1),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2006)0818),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0220/2008),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 122 E, 20.5.2008, p. 19.
(2) Testi adottati, 13.11.2007, P6_TA(2007)0505.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-8 ta' Lulju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet ta' l-avjazzjoni fi ħdan l-iskema għall-iskambju ta" kwoti ta' l-emissjonijiet ta" gassijiet serra ġewwa l-Komunità
P6_TC2-COD(2006)0304

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2008/101/KE.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza