Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008 dwar l-abbozzi tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-Programmi ta' Azzjoni Annwali għall-Brażil għall-2008 u għall-Arġentina għall-2008
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta" Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta" finanzjament għall-koperazzjoni fl-iżvilupp(1),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li tistabbilixxi Programmi ta' Azzjoni Annwali għall-Brażil u l-Arġentina għall-2008 (CMTD-2008 - 0263 - D000422-01, CMTD-2008-0263 - D000421-01),
– wara li kkunsidra l-opinjoni mogħtija fil-10 ta" Ġunju 2008 mill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 35(1) tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 ('Il-Kumitat tat-Tmexxija ta' l-Istrument dwar il-Koperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI)'),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta" Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta" implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni(2),
– wara li kkunsidra l-Ftehima bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni tat-3 ta' Ġunju 2008 dwar il-proċeduri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni, kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE(3),
– wara li kkunsidra r-Regola 81 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi, fl-10 ta' Ġunju 2008, il-Kumitat tat-Tmexxija tad-DCI ivvota favur l-abbozz ta' Programmi ta' Azzjoni Annwali għall-Brażil u l-Arġentina għall-2008 (CMTD-2008-0263 - D000422-01, CMTD-2008-0263 - D000421-01),
B. billi, skond l-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE u l-Artikolu 1 tal-Ftehima fuq imsemmija tat-3 ta' Ġunju 2008, il-Parlament Ewropew irċieva l-abbozz ta" miżuri ta" implimentazzjoni mressqa lill-Kumitat tat-Tmexxija tad-DCI u r-riżultati tal-votazzjoni,
C. billi l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 jistipula li "l-objettiv primarju u l-iktar importanti ta" koperazzjoni skond dan ir-Regolament għandu jkun l-eliminazzjoni tal-faqar fil-pajjiżi u r-reġjuni sħab fil-kuntest ta" żvilupp sostenibbli",
D. billi l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 jistipula li "miżuri msemmija fl-Artikolu 1(1)(4) għandhom ikunu mfassla sabiex jissodisfaw il-kriterji għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) stabbiliti mill-Kumitat għall-Iżvilupp ta' l-Assistenza ta' l-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u għall-Iżvilupp (OECD/DAC)',
E. billi, fid-'Direttivi dwar ir-Rappurtaġġ għas-Sistema tar-Rappurtaġġ tal-Kredituri' (DCD/DAC (2002) 21), l-OECD/DAC tiddefinixxi l-ODA bħala flussi finanzjarji lejn pajjiżi fil-Lista tad-DAC ta" Benefiċjarji ta' l-Għajnuna li għalihom, inter alia, "kull tranżazzjoni hija amministrata bil-promozzjoni ta" l-iżvilupp ekonomiku u l-ġid tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw bħala l-objettiv ewlieni tagħha",
Il-Brażil
1. Jinnota li l-abbozz tal-Programm ta' Azzjoni Annwali għall-Brażil għall-2008 fih il-Programm Akkademiku ta' Mobilità għall-Brażil 2008-2010 (li huwa t-Tieqa għal Kooperazzjoni Esterna ta' l-Erasmus Mundus għall-Brażil) bħala l-unika azzjoni, u li din l-azzjoni taqa' taħt is-settur I ta' prijorità għall-Karta ta' Strateġija tal-Pajjiż bit-titolu 'It-titjib tar-relazzjonijiet bilaterali, Azzjoni 2: Il-programm ta' edukazzjoni għolja għall-Brażil' u li l-finanzjament għall-mobilità ta' l-istudenti u l-istaff akkademiku li huma ċittadini ta' l-UE (sa 30% tal-finanzjament totali tal-mobilità individwali ta' l-studenti u l-istaff) huwa stipulat bħala element importanti tal- tal-Programm ta' Azzjoni Annwali għall-Brażil għall-2008;
o
2. o o
o o o
3. Hu ta' l-opinjoni li l-Kummissjoni, minħabba dan, tisboq, fil-Programm ta' Azzjoni Annwali għall-Brażil għall-2008 u fil-Programm ta' Azzjoni Annwali għall-Arġentina għall-2008, il-poteri ta' l-implimentazzjoni tagħha stabbiliti fl-att bażiku, ġaladarba l-elementi msemmija hawn fuq mhumiex konformi ma' l-Artikolu 2(1) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006, billi l-objettiv ewlieni ta' dawn l-elementi mhuwiex l-eliminazzjoni tal-faqar, u billi dawn l-elementi ma jissodisfawx il-kriterji għall-ODA kif stabbilit mill-OECD/DAC(5);
4. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tirtira l-abbozzi tad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu l-Programmi ta' Azzjoni Annwali għall-Brażil u l-Arġentina għall-2008 u biex tippreżenta lill-Kumitat ta' Tmexxija tad-DCI abbozzi ta' deċiżjonijiet ġodda li jirrispettaw b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri.
Artikolu 1(1): "Il-Komunità għandha tiffinanzja miżuri mmirati bħala appoġġ għall-koperazzjoni ma' pajjiżi, territorji u reġjuni li qed jiżviluppaw (...)."
jiġifieri, li 'kull tranżazzjoni tiġi amministrata sabiex tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw bħala l-objettiv ewlieni tagħha' (Skeda tal-fatti ta' l-OECD/DAC għal Ottubru 2006, 'Hija l-ODA?' p.1)