Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta" servizzi ta' l-ajru fil-Komunità (tfassil mill-ġdid) (16160/4/2007 – C6-0176/2008 – 2006/0130(COD))
(Proċedura ta" kodeċiżjoni: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (16160/4/2007 – C6-0176/2008)(1),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2006)0396),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0264/2008),
1. Japprova l-pożizzjoni komuni;
2. Jinnota li l-att huwa adottat skond il-pożizzjoni komuni;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att mal-President tal-Kunsill skond l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;
4. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, ladarba jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha tlestew kif suppost, u, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jippubblikah fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.