Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0081(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0244/2008

Testi mressqa :

A6-0244/2008

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 09/07/2008 - 5.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0344

Testi adottati
PDF 282kWORD 34k
L-Erbgħa, 9 ta' Lulju 2008 - Strasburgu
Batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u akkumulaturi ***I
P6_TA(2008)0344A6-0244/2008
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kusill li temenda d-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u akkumulaturi fir-rigward ta' l-Artikolu 6(2) dwar it-tqegħid fis-suq ta" batteriji u akkumulaturi (COM(2008)0211 – C6-0165/2008 – 2008/0081(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0211),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0165/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0244/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha ma" test ieħor;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta' Lulju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u akkumulaturi fir-rigward ta' l-Artikolu 6(2) dwar it-tqegħid fis-suq ta" batteriji u akkumulaturi
P6_TC1-COD(2008)0081

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2008/103/KE)

Avviż legali - Politika tal-privatezza