Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0200(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0135/2008

Testi mressqa :

A6-0135/2008

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 09/07/2008 - 5.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0345

Testi adottati
PDF 288kWORD 37k
L-Erbgħa, 9 ta' Lulju 2008 - Strasburgu
Ir-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta" ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi ***I
P6_TA(2008)0345A6-0135/2008
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE li għandha x'taqsam mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta" ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi 2-(2-methoxyethoxy)ethanol, 2-(2-butoxyethoxy)ethanol, methylenediphenyl diisocyanate, cyclohexane u n-nitrat ta" l-ammonju (COM(2007)0559 – C6-0327/2007 – 2007/0200(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0559),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0327/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0135/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta' Lulju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru.../2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE li għandha x'taqsam mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta" ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi 2-(2-methoxyethoxy)ethanol, 2-(2-butoxyethoxy)ethanol, methylenediphenyl diisocyanate, cyclohexane u n-nitrat ta" l-ammonju
P6_TC1-COD(2007)0200

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Deċiżjoni Nru 1348/2008/KE.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza