Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0199(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0253/2008

Testi mressqa :

A6-0253/2008

Dibattiti :

PV 08/07/2008 - 12
CRE 08/07/2008 - 12

Votazzjonijiet :

PV 09/07/2008 - 5.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0346

Testi adottati
PDF 526kWORD 180k
L-Erbgħa, 9 ta' Lulju 2008 - Strasburgu
Il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trasmissjoni tal-gass naturali ***I
P6_TA(2008)0346A6-0253/2008
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Regolament li jemenda (KE) Nru 1775/2005 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trasmissjoni tal-gass naturali (COM(2007)0532 – C6-0319/2007 – 2007/0199(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill (COM(2007)0532),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE, li f'konformità magħhom, il-Kummissjoni bagħtet il-proposta lill-Parlament (C6-0319/2007),

–   wara li kkunsidra r-Regola 51 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0253/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa" tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk għandha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ieħor;

3.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex iwassal il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u l-Kummissjoni.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta' Lulju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1775/2005 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali
P6_TC1-COD(2007)0199

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni║,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3),

Billi:

(1)  Is-suq intern tal-gass, li ilu jiġi implimentat progressivament mill-1999, għandu l-mira li jipprovdi għażla reali lill-konsumaturi kollha Komunitarji, kemm jekk ċittadini kif ukoll negozji, b' opportunitajiet ġodda ta" negozju u ta" aktar kummerċ transkonfinali, sabiex ikunu żgurati gwadanji fl-effiċjenza, prezzijiet kompetittivi, standards ogħla ta" servizz u aċċess għall-akbar numru ta' nies possibbli, kif ukoll sabiex jikkontribwixxi għas-sigurtà fil-forniment u għas-sostenibbiltà.

(2)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/55/KE tas-26 ta" Ġunju 2003 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam ta' l-elettriku ║(4) u r-Regolament (KE) Nru 1775/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta" Settembru 2005 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali(5) għamlu kontributi sinifikanti lejn il-ħolqien ta" suq intern ta' l-elettriku.

(3)  Madanakollu, id-dritt ta" bejgħ fi kwalunkwe Stat Membru, b'kundizzjonijiet ugwali u mingħajr diskriminazzjoni, ma jistax attwalment jiġi garantit fil-Komunità. B'mod partikolari, aċċess mhux diskriminatorju għan-network, u livell ugwalment effettiv ta" superviżjoni regolatorja f'kull Stat Membru, għad ma jeżistux u għad hemm swieq iżolati.

(4)  Bħala l-ewwel pass lejn l-integrazzjoni tas-swieq u sabiex jiġi kompletat is-suq intern ta'l-gass, għandu jinkiseb livell suffiċjenti ta' kapaċità ta' interkonnessjoni tal-gass transkonfinali.

(5)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Jannar 2007 li ġġib l-isem "Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa'║ saħqet fuq l-importanza li s-suq intern tal-gass naturali jiġi kkompletat, u li l-kumpaniji kollha tal-gass fil-Komunità joperaw skond l-istess kunduzzjonijiet. Il-Komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ta' l-istess data dwar prospetti għas-suq intern tal-gass u l-elettriku║ u dwar l-inkjesta skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 dwar is-setturi Ewropej tal-gass u l-elettriku ║ uriet li r-regoli u l-miżuri preżenti ma ġewx trasposti biżżejjed fl-Istati Membri kollha, bir-riżultat li l-għan ta" suq intern ta' l-enerġija li jiffunzjona tajjeb għadu ma ntlaħaqx b'mod sodisfaċenti.

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 għandu jiġi emendat skond dawn il-komunikazzjonijiet sabiex jittejjeb il-qafas regolatorju tas-suq intern ta' l-elettriku.

(7)  B'mod partikolari, jinħtieġu kemm il-ħolqien ta' konnessjonijiet fiżiċi bejn in-networks tal-gass kif ukoll il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni msaħħa fost l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà progressiva tal-kodiċijiet tekniċi u kummerċjali għall-forniment u l-ġestjoni ta' l-aċċess effettiv u trasparenti transkonfinali għan-networks tat-trażmissjoni, sabiex jiġi żgurat pjanar ikkoordinat, li jħares 'il quddiem u evoluzzjoni teknika soda tas-sistema ta' trażmissjoni Komunitarja, b'kunsiderazzjoni għall-ambjent, u l-promozzjoni ta" l-effiċjenza fl-enerġija, ir-riċerka u l-innovazzjoni, partikolarment l-introduzzjoni ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli u ta' teknoloġija b'livelli baxxi ta' karbonju. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom joperaw in-networks tagħhom skond dawn il-kodiċijiet komuni tekniċi u tas-suq.

(8)  Biex tkun żgurata l-aħjar ġestjoni tan-networks għat-trażmissjoni tal-gass naturali fil-Komunità, għandu jitwaqqaf network Ewropew ta" l-operaturi tas-sistema ta" trażmissjoni. Il-kompiti tiegħu għandhom jitwettqu skond ir-regoli Ewropej tal-kompetizzjoni, li jibqgħu applikabbli għad-deċiżjonijiet tan-network Ewropew ta" l-operaturi tas-sistema ta" trażmissjoni. Il-kompiti tiegħu għandhom jiġu definiti tajjeb u l-metodu ta' ħidma tagħhom għandu jiżgura l-effiċjenza, ir-rappreżentanza u t-trasparenza. Peress li azzjoni fuq livell reġjonali tista" twassal għal progress, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu strutturi reġjonali fi ħdan l-istruttura kumplessiva ta' kooperazzjoni, filwaqt li jiżguraw li r-riżultati fil-livell reġjonali jkunu kompatibbli ma' kodiċijiet u pjanijiet ta' investiment fil-livell Komunitarju. L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni u jissorveljaw l-effikaċja tan-network fil-livell reġjonali.

(9)  Sabiex tissaħħaħ il-kompetizzjoni permezz tas-swieq tal-bejgħ tal-gass likwidu bl-ingrossa, huwa importanti ħafna li l-gass ikun jista' jinbiegħ indipendentament mil-lokalizazzjoni tiegħu fis-sistema. L-unika mod biex isir dan huwa billi l-utenti tan-network jingħataw il-libertà li jikkalkolaw indipendentement il-kapaċità tad-dħul u tal-ħruġ, biex b'hekk jinħolqu żoni għat-trasport tal-gass u mhux trażmissjonijiet kuntrattwali. Il-preferenza għas-sistema ta" dħul-ħruġ biex l-iżvilupp tal-kompetizzjoni ikun iffaċilitat, diġà ġiet espressa mill-maġġoranza ta" partijiet interessati fis-6 Forum ta" Madrid.

(10)  Hemm konġestjoni kuntrattwali sostanzjali fin-networks tal-gass. Il-prinċipji ta' l-amministrazzjoni tal-konġestjoni u l-allokazzjoni tal-kapaċità għal kuntratti ġodda jew relattivament ġodda huma għalhekk imsejsa fuq il-liberazzjoni tal-kapaċità mhux użata, billi l-utenti tan-networks jitħallew jissullokaw jew ibiegħu mill-ġdid il-kapaċitajiet kuntrattwali tagħhom u l-obbligazzjoni ta' l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni li joffru l-kapaċità li ma ġietx użata lis-suq, għallinqas abbażi ta" arranġament ta" ġurnata bil-quddiem mingħajr interruzzjoni. Fid-dawl tal-proporzjoni konsiderevoli ta" kuntratti eżistenti u l-ħtieġa li jinħoloq ambjent ġenwin ta" ugwaljanza fl-operazzjoni bejn l-utenti ta" kapaċità ġdida jew eżistenti, dawn il-prinċipji għandhom jiġu applikati għall-kapaċità kollha kuntrattwali, inklużi kuntratti eżistenti.

(11)  Is-sorveljanza tas-suq li ilha titwettaq mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u mill-Kummissjoni dawn l-aħħar snin, uriet li r-rekwiżiti ta' trasparenza u r-regoli dwar l-aċċess għall-infrastrutturi m'humiex biżżejjed sabiex ikun garantit suq intern ġenwin li jiffunzjona tajjeb, effettiv u miftuħ.

(12)  Jeħtieġ li jkun hemm aċċess ugali għall-informazzjoni dwar l-istatus fiżiku tas-sistema, sabiex il-parteċipanti kollha fis-suq ikunu jistgħu jagħmlu evalwazzjoni tas-sitwazzjoni globali tad-domanda u tal-provvista u jidentifikaw ir-raġunijiet għall-varjazzjoni fil-prezz tal-bejgħ bl-ingrossa. Dan għandu jinkludi tagħrif aktar preċiż dwar il-provvista u d-domanda, il-kapaċità tan-network, il-flussi u l-manutenzjoni, l-ibbilanċjar u d-disponibbilità u l-użu tal-ħażna. L-importanza ta" din l-informazzjoni għall-funzjonament tas-suq intern tal-gas tirrikjedi li jitneħħew il-limitazzjonijiet fuq il-pubblikazzjoni, minħabba raġunijiet ta' kunfidenzjalità.

(13)  Biex tissaħħaħ il-fiduċja fis-suq, il-parteċipanti tiegħu għandhom ikunu żguri li l-aġir abbużiv jista' jiġi ssanzjonat b'mod effettiv. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw il-kompetenza effettiva li jinvestigaw allegazzjonijiet ta' abbuż tas-suq. Għal dan il-għan jinħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess għad-data li tipprovdi informazzjoni dwar deċiżjonijiet operazzjonali ta" l-impriżi ta" forniment. Fis-suq tal-gass dan it -tip ta' deċiżjonijiet jiġu kkomunikati lill-operaturi tas-sistema f'forma ta' riżervi tal-kapaċità, nominazzjonijiet u flussi realizzati. L-operaturi tas-sistema għandhom iżommu din l-informazzjoni relatata ma' dan disponibbli u aċċessibbli faċilment għall-awtoritajiet kompetenti għal perjodu stabbilit ta" żmien. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jissorveljaw regolarment il-konformità mar-regoli mill-operaturi tas-sistema.

(14)  Il-kompetizzjoni fis-settur tal-konsumaturi domestiċi tirrikjedi li l-fornituri ma jiġux imblukkati meta jiġu biex jidħlu fis-swieq ġodda tal-bejgħ bl-imnut. Għaldaqstant jeħtieġ li r-regoli u r-responsabbiltajiet li jiddefinixxu l-katina ta' forniment ikunu magħrufa mill-atturi kollha tas-suq, u jeħtieġ li jiġu armonizzati sabiex tittejjeb l-integrazzjoni tas-suq Ewropew. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw regolarment il-konformità mar-regoli mill-parteċipanti fis-swieq.

(15)  L-aċċess għall-faċilitajiet tal-ħażniet tal-gass u l-faċilitajiet LNG huma insuffiċjenti f'ċerti Stati Membri, u għalhekk hemm bżonn ta' titjib radikali fl-implimetazzjoni tar-regoli eżistenti. Il-monitoraġġ tal-Grupp tar-Regolaturi Ewropej għall-elettriku u l-gass (ERGREG) wera li l-linji gwida volontarji għal prassi tajba ta" aċċess lil partijiet terzi għall-operaturi tas-sistema tal-ħażna, li kienu maqbula bejn il-partijiet kollha interessati fil-Forum ta' Madrid, f'ċerti każijiet, mhux qed jiġu applikati kif suppost u għaldaqstant għandhom isiru vinkolanti. Għalkemm il-linji gwida volontarji attwalment kważi qed jiġu trasposti kompletament madwar l-Unjoni Ewropea, jekk isiru vinkolanti, tiżdied il-fiduċja ta' l-operaturi fl-aċċess mhux diskriminatorju għall-ħażniet.

(16)  Ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 jipprovdi li ċerti miżuri għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni(6).

(17)  Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE(7), li introduċiet proċedura regolatorja bi skrutinju għal miżuri ta" ambitu ġenerali mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta" strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inkluż billi jitneħħew uħud minn dawk l-elementi jew billi l-istrument jiġi ssupplementat biż-żieda ta" elementi ġodda mhux essenzjali.

(18)  Skond id-dikjarazzjoni ║tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni(8) dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, biex ║il-proċedura regulatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-istrumenti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat u li diġà huma fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu emendati skond il-proċeduri applikabbli.

(19)  Il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li taddotta l-miżuri neċessarji għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005, b'mod partikolari biex tistabbilixxi jew tadotta l-linji gwida meħtieġa għall-provvediment tal-livell minimu ta" armonizzazzjoni meħtieġ biex jintlaħaq l-għan ta" dan ir-Regolament. Billi dawk il-miżuri għandhom finijiet ġeneriċi u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005, inter alia billi jissupplimentawha b' elementi ġodda mhux esssenzjali, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju, stipulata bl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(20)  Ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 hu emendat kif ġej:

(1)  L-Artikolu 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

Artikolu 1

Is-suġġett u l-ambitu

Dan ir-Regolament ║:

   a) jistabbilixxi regoli mhux diskriminatorji għall-kundizzjonijiet ta" aċċess għas-sistemi ta" trażminssjoni tal-gass, b'qies għall-partikolaritajiet tas-swieq nazzjonali u reġjonali bl-għan li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-gass.
   b) ║jistabbilixxi regoli mhux diskriminatorji għall-kundizzjonijiet ta" aċċess għall-faċilitajiet LNG u l-faċilitajiet ta' ħażna;
   c) jiffaċilita l-ħolqien ta' suq bl-ingrossa ▌li jiffunzjona tajjeb u li hu trasparenti b'livell għoli ta' sigurtà tal-provvista tal-gass u jipprovdi mekkaniżmi għall-armoniżżazzjoni tar- regoli ta' aċċess għan-network għal skambju transkonfinali tal-gass.

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 6a(4), għandu japplika biss għall-faċilitajiet tal-ħażna li jaqgħu taħt l-Artikolu 19(3) jew (4) tad-Direttiva 2003/55/KE.

L-affarijiet msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu l-istabbiliment tal-prinċipji armonizzati għat-tariffi, jew il-metodoloġiji li fuqhom jissejjes dan il-kalkolu, għall-aċċess għan-network, l-istabbiliment ta" servizzi ta" aċċess għal partijiet terzi u prinċipji armonizzati għall-allokazzjoni tal-kapaċità u l-amministrazzjoni tal-konġestjoni, id-determinazzjoni tar-rekwiżiti tat-trasparenza, regoli għall-ibbilanċjar u ammont dovuti għal nuqqas ta' bilanċ u l-iffaċilitar tal-kapaċità tal-bejgħ.

"

(2)  L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

  a) il-paragrafu 1, għandu jiġi emendat kif ġej:
   i) l-ewwel punt għandu jinbidel b'li ġej:"
   1. 'trażmissjoni' tfisser it-trasport ta' gass naturali permezz ta' pipeline ta' transitu jew permezz ta' network ta' pipelines, li prinċipalment fih pipelines bi pressjoni għolja, bl-esklużjoni ta' trasport permezz ta' upstream pipeline jew network ta' pipelines kif ukoll bl-esklużjoni ta' pipelines jew networks ta' pipelines li joħolqu konnessjoni bejn il-ħażna u d-distribuzzjoni lokali, u b'esklużjoni ġenerali tat-trasport permezz ta' pipelines użati primarjament fil-kuntest tad-distribuzzjoni lokali tal-gass naturali;
"
   ii) għandhom jiżdiedu il-punti li ġejjin:"
   24. "il-faċilità-LNG" tfisser il-kapaċità f'terminal-LNG għall-likwifikazzjoni tal-gass naturali jew għall-importazzjoni, il-ħatt, servizzi anċillari, ħżin temporanju u l-gassifikazzjoni ta" LNG,
   25. "spazju' tfisser il-volum ta" gass li utent ta" faċilità għall-ħżiun jista" juża għall-ħażna tal-gass;
   26. "kapaċità ta' twassil" tfisser ir-rata li biha l-utent tal-faċilità tal-ħażna jista" jirtira il-gass minnha;
   27. "injettabbiltà' tfisser ir-rata li biha l-utent tal-faċiità tal-ħażna jista" jinjetta l-gass fil-faċilità tal-ħażna;
   28. "kapaċità tal-ħażna' tfisser kwalunkwe kombinazzjoni ta' spazju, injettabbiltà u kapaċità ta' twassil;

29.  "Aġenzija' tfisser l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija stabbilita bir-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-... [dwar l-istabbiliment ta' Aġenzija għall-koperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija]*.
_______________
* ĠU L ... ."
   (b) Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:"
2.  Mingħajr preġudizzju għad-definizzjonijiet fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu d-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/55/KE, li huma rilevanti għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw ukoll ħlief għad-definizzjoni ta' trażmissjoni fil-punt 3 ta' l-Artikolu 2.
Id-definizzjonijiet fil-punti 3 sa 23 tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu relatati ma' trażmissjoni għandhom japplikaw b'analoġija kif inhuma relatati mal-faċilitatiet ta' ħażna u ta' LNG."

(3)  L-artikoli li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-Artikolu 2:"

Artikolu 2a

In-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass

L-operaturi kollha tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jikkooperaw fuq livell Komunitarju billi jistabbilixxu n-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni ta'-Gass sabiex tiġi żgurata ġestjoni ottimali, operazzjoni koordinata u evoluzzjoni teknika soda tan-Network Ewropew tat-trażmissjoni tal-gass u biex jippromwovu t-tlestija tas-suq intern tal-gass, il-kummerċ transkonfinali u t-tħaddim tas-swieq ta' l-enerġija.

Artikolu 2b

L-istabbiliment tan-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass

1.  Sa ║[…] l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tal-gass għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija l-abbozz ta' l-istatuti, il-lista ta' membri li għandhom jissieħbu u l-abbozz tar-regoli ta' proċedura ▌bil-ħsieb li jiġi stabbilit Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass.

2.  Fi żmien xahrejn mir-riċezzjoni, l-Aġenzija wara li tikkonsulta formalment lill -organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet interessati, b'mod partikolari l-utenti tas-sistema u l-klijenti għandha tagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar l-abbozz ta' l-istatuti, il-lista tal-membri u l-abbozz tar-regoli ta' proċedura.

3.  Il-Kummissjoni għandha tagħti opinjoni dwar l-abbozz ta' l-istatuti, il-lista tal-membri u l-abbozz tar-regoli ta' proċedura billi tieħu kont ta' l-opinjoni ta' l-Aġenzija mogħtija taħt il-paragrafu 2 u fi żmien 3 xhur mill-wasla ta' din l-opinjoni.

4.  Fi żmien tlett xhur mill-wasla ta' l-opinjoni tal-Kummissjoni, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu n-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass, jadottaw l-istatuti u r-regoli ta' proċeduri tiegħu u jippubblikawhom,

Artikolu 2c

Il-Kompiti tan-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass

1.  Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2a, in-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass għandu jaqbel u jressaq quddiem l-Aġenzija għall-approvazzjoni skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 2d flimkien ma' l-Artikolu 6(3) tar-Regolamenrt (KE) Nru .../2008 [li jistabbilixxi l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija], dan li ġej:

   a) abbozz ta' kodiċijiet tan-network fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 3, imfassal b'kooperazzjoni mal-parteċipanti fis-swieq u ma' l-utenti tan-network;
   b) għodod komuni għall-operat tan-network u għall-pjanijiet tar-riċerka;
   c) pjan ta' investiment fuq firxa ta" 10 snin li jinkludi rapport ta' adegwatezza tal-provvista u tad-domanda, kull sentejn;
   d) miżuri biex jiġi żgurat li jkun hemm koordinazzjoni attwali ta' l-operat tax-xibka f'kondizzjonijiet normali u f'emerġenzi;
   e) linji gwida dwar il-koordinazzjoni tal-kooperazzjoni teknika bejn il-Komunità u operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni f'pajjiżi terzi;
   ( f) programm ta' ħidma annwali bbażat fuq il-prijoritajiet stabbiliti mill-Aġenzija;
   ( g) rapport annwali; u
   ( h) prospettivi annwali dwar il-provvista għas-sajf u għax-xitwa.

2.  Il-programm ta' ħidma annwali msemmi fil-paragrafu 1(f) għandu jkun fih il-lista u deskrizzjoni tal-kodiċijiet tan-network, kif ukoll il-pjan dwar il-koordinazzjoni ta' l-operat tan-network u l-attivitiajiet ta' riċerka u żvilupp, li għandhom jitfasslu f'dik is-sena u kalendarju indikattiv.

3.  Il-kodiċijiet tan-network iddettaljati għandhom ikopru l-oqsma li ġejjin, skond il-prijoritajiet definiti fil-programm ta' ħidma annwali:

   a) regoli dwar is-sigurtà u l-affidabbiltà inklużi r-regoli ta' l-interoperabilità u l-proċeduri operattivi għas-sitwazzjonijiet ta' emerġenza;
   b) regoli dwar il-konnessjoni max-xibka u l-aċċess;
  

   ( c) allokazzjoni ta' kapaċità transkonfinali u regoli dwar l-amministrazzjoni ta' konġestjoni;
  

   ( d) regoli dwar it-trasparenza relatati man-network;
   ( e) regoli ta' bbilanċjar u ta' saldu;
  

   ( f) l-effiċjenza fl-enerġija tan-networks tal-gass.

4.  L-Aġenzija għandha tissorveljal-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-network min-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass.

5.  In-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass għandhom jippubblikaw pjan ta' investiment fuq 10 snin għall-Ewropa kollha kull sentejn wara l-approvazzjoni tiegħu mill-Aġenzija. Dan il-pjan ta' investiment għandu jinkludi t-tfassil tan-network integrat, waqt li jittieħed kont tal-faċilitajiet ta' ħażna u ta' LNG, l-iżvilupp tax-xenarji, rapport dwar is-suffiċjenza ta' provvista u domanda u valutazzjoni tas-saħħa tas-sistema. Il-pjan ta' investiment għandu, b'mod partikolari, jibni fuq pjanijiet nazzjonali ta' investiment waqt li jittieħed kont ta' l-aspetti reġjonali u Komunitarji ta' l-ippjanar tan-network, inkluż l-Linji Gwida għal networks ta' l-Enerġija Trans-Ewropej skond id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*. Il-pjan ta' investiment għandu jidentifika n-nuqqasijiet ta' investiment, notevolment fir-rigward ta' kapaċitajiet transkonfinali, u għandu jinkludi investimenti fl-interkonnessjoni b'mod partikolari, u bħala prijorità l-konnessjonijiet bejn ''gżejjer ta' enerġija'' u networks tal-gass fil-Komunita' u investimenti f'infrastruttura oħra neċessarja għall-kummerċjalizzazzjoni, kompetizzjoni u sigurtà tal-provvista effettivi. Għandha tiġi annessa mal-pjan ta' investiment reviżjoni ta' l-ostakoli għal żieda fil-kapaċità transkonfinali tan-network minn diversi proċeduri jew prattiki ta' approvazzjoni.

L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jimplimentaw il-pjan ta' investiment ippubblikat.

6.  ▌In-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass, fuq inizjattiva tiegħu stess, jista' jipproponi lill-Aġenzija abbozz tal-kodiċijiet tan-network fi kwalunkwe qasam minbarra dawk imniżżla fil-paragrafu 3, bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2a. L-Aġenzija mbagħad għandha tadotta l-kodiċijiet tan-network skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 2f filwaqt li tiżgura li dawk il-kodiċijiet ma jmorrux kontra l-linji gwida adottati taħt l-Artikolu 2e.

Artikolu 2d

Is-sorveljanza mill-Aġenzija

1.  L-Aġenzija għandha tissorvelja l-eżekuzzjoni tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 2c(1) tan-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass

2.  In-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass għandu jagħti l-abbozz tal-kodiċijiet tan-network u d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 2c(1) lill-Aġenzija, għall-approvazzjoni.

In-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass għandha tiġbor l-informazzjoni relevanti kollha rigward l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-network u tippreżentaha lill-Aġenzija għal evalwazzjoni.

3.  L-Aġenzija għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tekniċi, il-pjan ta' investiment fuq 10 snin u l-programm ta' ħidma annwali u għandha tinkludi r-riżultati ta' dik is-sorveljanza fir-rapport annwali tagħha. F'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-kodiċijiet tan-network mill-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni, il-pjan ta' investiment fuq firxa ta' 10 snin jew il-programm ta' ħidma annwali tan-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass, l-Aġenzija għandha tipprovdi informazzjoni rigward dan lill-Kummissjoni.

Artikolu 2e

L-iżvilupp ta" linji ta" gwida

1.  Il-Kummissjoni, wara konsultazzjonijiet ma" l-Aġenzija, għandha tistabbilixxi lista annwali prijoritarja li tidentifika l-kwistjonijiet ta" importanza primarja għall-iżvilupp tas-suq intern għall-gass.

2.  Filwaqt li tikkunsidra din il-lista prijoritarja, il-Kummissjoni għandha tagħti mandat lill-Aġenzija biex tiżviluppa, f' sitt xhur, abozz ta" linji gwida li jistabbilixxu prinċipji bażiċi, ċari u oġġettivi għall-armonizzazzjoni tar-regoli, kif stabbilit fl-Artikolu 2c.

3.  Fl-abbozzar ta" dawn il-linji ta" gwida, l-Aġenzija għandha tikkonsulta b'mod formali lin-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass u partijiet interessati oħra, b'mod miftuħ u trasparenti.

4.  L-Aġenzija għandha tadotta abozz ta' linji gwida abbażi ta' dik il-konsultazzjoni. Hija għandha tispeċifika l-osservazzjonijiet li tkun irċeviet waqt il-konsultazzjoni u tispjega kif dawn ġew meqjusa. Għandha tagħti raġunijiet fejn ma' tteħidx kont ta' l-osservazzjonijiet.

5.  Fuq l-inizjattiva tagħha proprja jew fuq talba ta" l-Aġenzija, il-Kummissjoni tista" tagħti bidu għall-istess proċedura biex taġġorna l-linji gwida.

Artikolu 2f

L-iżvilupp ta' kodiċijiet tan-networks

1.   Fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni tal-linji ta' gwida mill-Aġenzija u skond l-Artikolu 2e, il-Kummissjoni għandha tobbliga lin-Network Ewropew ta' l-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass biex jiżviluppaw abbozz ta' kodiċijiet tan-networks f'konformità sħiħa mal-prinċipji stabbiliti fil-linji ta' gwida.

2.  Fl-abbozzar ta" dawn il-kodiċijiet, in-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass għandu jqis il-kompetenza teknika tal-parteċipanti tas-suq u ta" l-utenti tan-network u għandu jżommhom infurmati bil-progress.

3.  In-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass għandu jippreżenta l-abbozzi tal-kodiċijiet lill-Aġenzija.

4.  L-Aġenzija għandha tmexxi konsultazzjoni formali rigward l-abbozzi tal-kodiċijiet tan-networks b'mod miftuħ u trasparenti.

5.  L-Aġenzija għandha tadotta l-abozzi tal-kodiċijiet tan-networks fuq il-bażi ta' din il-konsultazzjoni.. Hija għandha tispeċifika l-osservazzjonijiet li tkun irċeviet waqt il-konsultazzjoni u tispjega kif dawn ġew meqjusa. Għandha tagħti raġunijiet fejn ma' tteħidx kont ta' l-osservazzjonijiet.

6.  Fuq l-inizjattiva proprja ta" l-Aġenzija jew fuq talba tan-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass, tista" ssir reviżjoni tal-kodiċijiet eżistenti bl-istess proċedura.

7.  Il-Kummissjoni tista", fuq rakkomandazzjoni ta" l-Aġenzija, tressaq il-kodiċijiet tan-networks lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 14(1) għall-adozzjoni finali b'konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2).

Artikolu 2g

Konsultazzjonijiet

1.  Fil-qadi tad-dmirijiet tagħha, l-Aġenzija għandha, tikkonsulta formalment b'mod miftuħ u trasparenti ▌lill-parteċipanti kollha fis-suq. Il-konsultazzjoni għandha tinkludi l-impriżi ta' forniment, il-klijenti, l-utenti tas-sistema, l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni, l-operaturi tas-sistema LNG u l-operaturi tas-sistema tal-ħażna, inkluż assoċjazzjonijiet (industrijali) rilevanti, entitajiet tekniċi u pjattaformi tal-partijiet interessati.

2.  Id-dokumenti kollha u l-minuti tal-laqgħat relatati mas-suġġetti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru pubbliċi.

3.  Qabel ma jiġu adottati l-linji gwida u l-kodiċijiet tan-network, l-Aġenzija għandha tindika l-osservazzjonijiet li tkun rċeviet waqt il-konsultazzjoni u kif dawn l-osservazzjonijiet ikunu tqiesu. Għandha tagħti raġunijiet fejn ma' tteħidx kont ta' l-osservazzjonijiet.

4.  In-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass għandu jikkopera mal-parteċipanti fis-suq u ma' l-utenti tan-network skond l-Artikolu 2f(2).

Artikolu 2h

Spejjeż

L-ispejjeż relatati ma' l-attivitajiet tan-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass msemmi fl-Artikoli 2a sa 2i għandhom ikunu akkarigu ta' l- operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni fil-kalkolu tat-tariffi.

Artikolu 2i

Kooperazzjoni reġjonali ta" l-operaturi tas-sistema ta" trażmissjoni

1.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu kooperazzjoni reġjonali fi ħdan in-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass sabiex din tikkontribwixxi għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2c(1). B'mod partikolari, għandhom jippubblikaw pjan ta' investiment reġjonali kull sentejn, u għandhom jieħdu deċiżjonijiet ta' investiment ibbażati fuq il-pjan ta' investiment reġjonali.

Il-pjan ta' investiment reġjonali ma jistax jmur kontra l-pjan ta' investiment fuq 10 snin imsemmi fl-Artikolu 2c(1)(c).

2.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jippromwovu arranġamenti ta' operat biex jiżguraw ġestjoni ottima tan-network u jippromwovu l-iżvilupp ta' boroż fl-enerġija, l-allokazzjoni koordinata ta' kapaċità transkonfinali u l-kompatibilità ta' mekkaniżmi ta' bilanċ transkonfinali.

3.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta' l-Istati Membri u awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħra għandhom jikkoperaw fil-livelli kollha għall-iskop li jiġi armonizzat it-tfassil tas-suq u jiġu integrati s-swieq nazzjonali tagħhom mill-inqas f'livell wieħed reġjonali jew iktar, bħala l-ewwel pass intermedju lejn suq intern liberalizzatkompletament. B'mod partikolari, huma għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni ta' l-operaturi tan-network tat-trażmissjoni fil-livell reġjonali u jiffaċilitaw l-integrazzjoni reġjonali tagħhom bil-għan li jinħoloq suqintern, li jiffaċilita l-armonizzazzjoni ta' l-oqfsa regolatorji u tekniċi tagħhom u, b'mod partikolari, jintegra ''gżejjer tal-gass'' persistenti.

_______________

* ĠU L 262, 22.9.2006, p. 1.

"

  4) ║Artikolu 3(1) għandu jiġi emendat kif ġej:
   a) is-subparagrafu 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"
1.  Tariffi jew metodoloġiji użati għall-kalkolu tagħhom, applikati minn operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni u mill-operaturi tas-sistema LNG u approvati mill-awtoritajiet regolatorji skond l-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2003/55/KE, kif ukoll tariffi ppubblikati skond l-Artikolu 18 (1) ta' dik id-Direttiva, għandhom ikunu trasparenti, għandhom iqisu l-bżonn għall-integrità tas-sistema u għat-titjib tagħha u jirreflettu l-ispejjeż reali li jkunu ntefqu, sakemm l-ispejjeż ikunu jikkorrispondu għal dawk ta' operatur tan-network effiċjenti u li jkun komparabbli strutturalment u jkunu trasparenti, filwaqt li jkunu jinkludu ritorn adegwat fuq l-investimenti[...]. It-tariffi jew il-metodoloġiji użati għall-kalkolu tagħhom għandhom ikunu applikati b'mod mhux diskriminatorju.'';"
   b) is-subparagrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"
''It-tariffi, jew il-metodoloġiji użati għall- kalkolu tagħhom, għandhom jiffaċilitaw kummerċ ta' gass effiċjenti kif ukoll il-kompetizzjoni, filwaqt li jevitaw l-irduppjar ta' sussidji bejn l-utenti tan-network u jipprovdu inċentivi għal investiment u jżommu jew joħolqu interoperabilità għan-networks ta' trażmissjoni. Dan jista' jinvolvi trattament regolatorju speċjali għal investimenti ġodda.'';"
   c) is-subparagrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu:"
"It-tariffi għall-utenti tan-network għandhom jiġu stabbiliti b'mod separat, u indipendentement minn kull punt ta' dħul jew ta' ħruġ tas-sistema ta' trażmissjoni. It-tariffi tan-network ma għandhomx jiġu kkalkolati abbażi tal-linji kuntrattwali. L-aċċess għan-network għandu jkun miftuħ għal parteċipanti ġodda fuq bażi li ma tkunx diskriminatorja.
It-tariffi jew il-metodoloġiji użati għall-kalkolu tagħhom għandhom jiġu applikati b'mod mhux diskriminatorju u għandhom ikunu trasparenti.";"

(5)  It-titlu ta' l-Artikolu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

"Aċċess għal partijiet terzi fir-rigward ta' l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni;

"

(6)  L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 4:"

Artikolu 4a

Servizzi ta' Aċċess għal Partijiet Terzi fir-rigward ta' faċilitajiet ta' ħażna u LNG

1.  L-operaturi tas-sistemi ta' LNG u ta' ħażna għandhom:

   a) jiżguraw li joffru servizzi fuq bażi mhux diskriminatorja lill-utenti kollha tan-network li jilqgħu d-domanda tas-suq. B'mod partikolari, fejn operatur tas-sistema ta' LNG jew ta' ħażna joffri l-istess servizz lil klijenti differenti b'mod simultanju, għandu jagħmel dan taħt termini u kundizzjonijiet kuntrattwali ndaqs;
   b) joffru servizzi li huma kompatibbli ma' l-użu tas-sistemi interkonnessi ta' trasportazzjoni tal-gass, u għandhom jiffaċilitaw l-aċċess ║billi jikkooperaw ma' l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni;
   c) jagħmlu pubbliku kull tagħrif rilevanti, b'mod partikulari data fuq l-użu u d-disponibbiltà tas-servizzi, fi żmien kompatibbli mal-bżonnijiet kummerċjali raġonevoli ta' l-utenti tal-faċilità ta' ħażna jew LNG, bil-kondizzjoni li dawn il-pubblikazzjonijiet jiġu sorveljati mill-awtorità kompetenti.

2.  L-operaturi tas-sistema ta' ħażna għandhom:

   a) jipprovdu servizzi ta' aċċess għal partijiet terzi li jkunu sodi u mingħajr interruzzjoni; il-prezz tal-kapaċità li tista' tiġi interrotta għandu jirrifletti l-probabbiltà ta' interuzzjoni;
   b) joffru lill-utenti tal-faċilità ta' ħażna servizzi kemm fuq medda twila kif ukoll fuq medda qasira;
   c) joffru lill-utenti tal-faċilità ta' ħażna servizzi ta' spazju għall-ħażna, injettabbiltà u kapaċità ta' twassil, kemm isseparati (unbundled) kif ukoll mhux isseparati (bundled).

3.  Il-kuntratti ta' faċilità ta' LNG u ta' ħażna fil-każijiet fejn jiġu ffirmati ma għandhomx iwasslu għal tariffi li jkunu ogħla arbitrarjament.

   a) barra minn sena tal-gass naturali b'dati inizjali mhux standard; jew
   b) ta' tul iqsar minn dak ta' kuntratt standard ta' trasportazzjoni u ħażna fuq bażi annwali.

4.  Fejn xieraq, il-provvediment ta' servizzi ta' aċċess għal partijiet terzi jista' jingħata soġġett għal garanziji xierqa mingħand l-utenti tan-network fir-rigward tal-kredibbiltà ta" kreditu tagħhom. Dawn il-garanziji ma għandhomx ikunu ta' xkiel mhux iġġustifikat għad-dħul fis-suq u għandhom ikunu mhux diskriminatorji, trasparenti u proporzjonali.

5.  Il-limiti kuntrattwali fuq id-daqs minimu obbligatorju tal-kapaċità tal-faċilità ta' LNG u dik ta' ħażna għandhom ikunu ġġustifikati abbażi ta' restrizzjonijiet tekniċi, u għandhom jippermettu lill-utenti iżgħar tal-ħażna li jagħmlu aċċess għas-servizzi ta' ħażna.

"

(7)  L-Artikolu 5 għandu jiġi emendat kif ġej:

   a) it-titlu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"
Prinċipji tal-mekkaniżmi ta' allokazzjoni ta' kapaċità u proċeduri għall-amministrazzjoni ta' konġestjoni li jikkonċernaw l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni"

(b)  Il-paragrafu 2(a) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

   a) jipprovdi sinjali ekonomiċi adegwati għal użu effiċjenti u massimu tal-kapaċità teknika, jiffaċilita l-investimenti f'infrastruttura ġdida u jiffaċilita kummerċ transkonfinali fil-gass.'';
"

   (c) Il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: "
3.  "3. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jimplimentaw u jippubblikaw proċeduri ta' amministrazzjoni ta' konġestjoni mhux diskriminatorji u trasparenti li jiffaċilitaw kummerċ bejn il-fruntieri tal-gass fuq bażi mhux diskriminatorja u skond il-prinċipji tal-kompetizzjoni ħielsa.
Biex tiġi evitata konġestjoni kuntrattwali, l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandu joffri l-kapaċità mhux użata fuq is-suq primarju talanqas ġurnata bil-quddiem, sakemm din ma tfixkilx l-implimentazzjoni tal-kuntratti tal-provvista fuq tul ta' żmien twil."
   (d) Il-paragrafu 4 għandu jiġi mħassar;
   (e) Il-paragrafu li ġejjien għandhom jiġu miżjuda:"
6.  L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom b'mod regolari jivvaltaw id-domanda fis-suq għal investiment ġdid. Meta jippjanaw l-investimenti ġodda, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jivvalutaw id-domanda fis-suq u jqisu s-sigurtà tal-kriterji ta' provvista.
7.  F'każ ta' konġestjoni fiżika fuq medda twila ta' żmien, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom itaffu l-konġestjoni permezz ta' żieda ta' kapaċitajiet ġodda skond id-domanda fis-suq. Sabiex tiġi evalwata d-domanda fis-suq, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom iwettqu proċeduri 'open-season'.
8.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw il-ġestjoni tal-konġestjoni fi ħdan sistemi u interkonnetturi nazzjonali tal-gass.
L-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni għandhom iressqu l-proċeduri ta' ġestjoni tal-konġestjoni, inkluża l-allokazzjoni tal-kapaċità, għal approvazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jirrikjedu li jsiru emendi li dawk il-proċeduri qabel ma japprovawhom."

(8)  L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 5:"

Artikolu 5a

Prinċipji tal-mekkaniżmi ta' allokazzjoni ta' Kapaċità u proċeduri għall-amministazzjoni ta' konġestjoni fir-rigward ta' faċilitajiet ta' ħażna u ta' LNG

1.  Il-kapaċità massima tal-faċilità ta' ħażna u ta' LNG għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' kull min għandu sehem fis-suq, b'kont meħud ta' l -integrità u ta' l-operat tas-sistema.

2.  L-operaturi tas-sistema ta' LNG u ta' ħażna għandhom jimplimentaw u jippubblikaw mekkaniżmi ta' allokazzjoni ta' kapaċità mhux diskriminatorji u trasparenti, li għandhom:

   a) jipprovdu sinjali ekonomiċi xieraq għall-użu effiċjenti u massimu tal-kapaċità, u jiffaċilitaw l-investiment f'infrastruttura ġdida;
   b) ikunu kompatibbli mal-mekkaniżmu tas-suq, inklużi s-swieq ta' forniment immedjat u ċ-ċentri tal-kummerċ, filwaqt li jkunu flessibbli u kapaċi li jaddattaw ruħhom għall-evoluzzjoni taċ-ċirkustanzi fis-suq;
   c) ikunu kompattibli mas-sistemi konnessi ta' aċċess għan-network.

3.  Il-kuntratti tal-faċilitajiet LNG u ta' ħażna għandhom jinkludu miżuri biex jipprevjenu l-akkapparrar tal-kapaċità, b'qies għall-prinċipji li ġejjin, li għandhom japplikaw f'każijiet ta' konġestjoni kuntrattwali:

   a) l-operatur tas-sistema għandu joffri kapaċità mhux użata ta' faċilitajiet LNG u ta' ħażna fuq is-suq primarju. Għall-faċilitajiet ta' ħażna, din l-offerta għandha ssir talanqas ġurnata bil-quddiem, u bil-possibbiltà ta' interuzzjoni,
   b) l-utenti tal-faċilità LNG u ta' ħażna li jixtiequ jbiegħu mill-ġdid il-kapaċità tagħhom miftiehma b'kuntratt fuq is-suq sekondarju għandu jkollhom id-dritt li jagħmlu dan.

Dawn il-miżuri għandhom jieħdu kont ta'l-integrità tas-sistema kkonċernata u kif ukoll is-sigurtà tal-provvista.

"

(9)  L-Artikolu 6 għandu jiġi emendat kif ġej:

   a) it-titlu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"
Ir-rekwiżiti tat-trasparenza li jikkonċernaw l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni
L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jagħmlu pubbliku tagħrif fuq il-provvista u d-domanda ex-ante u ex-post, imsejjes fuq nominazzonijiet, tbassiriet u l-flussi li jkunu saru ta' dħul u ħruġ mis-sistema. Il-livell ta' dettall tat-tagħrif li jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku għandu jirrifletti t-tagħrif disponibbli għall-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li tkun ippubblikata l-informazzjoni kollha meħtieġa.
   b) il-paragrafu 5 jitħassar;
   c) il-paragrafu  li ġej għandu jiżdied:

L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jinfurmaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali, fuq talba ta' din, dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu, kif ukoll l-ispejjeż imġarrba u d-dħul iġġenerat, għall-ibbilanċjar tas-sistema.
Il-parteċipanti ikkonċernati fis-suq għandhom jagħtu lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni d-data msemmija f'dan l-Artikolu."

(10)  L-Artikoli li ġejjien għandhom jiddaħħlu wara l-Artikolu 6:"

Artikolu 6a

Rekwiżiti ta' trasparenza rigward il-faċilitajiet ta' ħażna u l-faċilitajiet LNG

1.  L-operaturi tas-sistema LNG u ta' ħażna għandhom jagħmlu pubbliku tagħrif iddettaljat dwar is-servizzi li joffru u l-kundizzjonijiet rilevanti applikati, flimkien ma' l-informazzjoni teknika meħtieġa biex l-utenti tal-faċilitajiet LNG u ta' ħażna jiksbu aċċess effettiv għall-faċilitajiet LNG u ta' ħażna.

2.  Għas-servizzi pprovduti, kull operatur tas-sistema LNG u ta' ħażna għandu jagħmel pubbliku tagħrif dwar il-kapaċitajiet miftiehma b'kuntratt u disponibbli tal-faċilitajiet ta' ħażna u LNG, b'mod numeriku, regolari u kontinwu, kif ukoll b'mod standard u ta' użu faċli. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li tkun ippubblikata l-informazzjoni kollha meħtieġa.

3.  L-operaturi tas-sistema LNG u ta' ħażna għandhom jiżvelaw t-tagħrif mitlub minn dan ir-Regolament b'mod li jagħmel sens, kwantifikabbli faċilment u ta' aċċess faċli, kif ukoll fuq bażi mhux diskriminatorja.

4.  L-operaturi kollha tas-sistema LNG u ta' ħażna għandhom jagħmlu pubbliku l-ammont ta' gass li hemm f'kull faċilità ta' ħażna, jew grupp ta" faċilitajiet ta" ħażna fl-istess zona ta" bilanċ, jew ta' LNG, il-flussi ta' dħul u ta' ħruġ, kif ukoll il-kapaċitajiet disponibbli tal-faċilitajiet ta' ħażna u ta' LNG, inklużi għal dawk il-faċilitajiet li huma eżentati mill-aċċess għal partijiet terzi. Dan it-tagħrif għandu jiġi kkomunikat ukoll lill-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni, li għandu jagħmel pubbliku fuq bażi aggregata għal kull sistema jew subsistema ddefinita mill-punti relevanti. It-tagħrif għandu jiġi aġġornat talanqas darba kuljum.

5.  Sabiex jiġu żgurati tariffi trasparenti, oġġettivi u mhux diskriminatorji u jiġi faċilitat użu effiċjenti ta' l-infrastrutturi, l-LNG u l-operaturi tal-faċilità tal-ħażna jew l-awtoritajiet regolatorji relevanti għandhom jippubblikaw informazzjoni raġonevoli u dettaljata biżżejjed dwar minn fejn ikunu ġew it-tariffi, dwar il-metodoloġiji u l-istruttura tat-tariffi għal infrastruttura taħt aċċess regolat għal partijiet terzi. L-LNG u l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni għandhom iressqu l-proċeduri ta' ġestjoni tal-konġestjoni, inkluża l-allokazzjoni tal-kapaċità, għal approvazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji. L-awtoritajiet regolatorji jistgħu jirrikjedu li jsiru emendi li dawk il-proċeduri qabel ma japprovawhom.

6.  Meta operatur tas-sistema LNG jew ta' faċilità ta' ħażna iqis li, għal raġunijiet ta' privatezza, wieħed ma jistax jippubblika data rikjesta, wieħed għandu jfittex awtorizzazzjoni ta' l-awtorita' regolatorja nazzjonali biex il-pubblikazzjoni tkun limitata fir-rigward tal-punt jew punti kkonċernati.

L-awtorita' nazzjonali kompetenti għandha tagħti jew tirrifjuta l-awtorizzazzjoni skond il-każ, billi tieħu kont b'mod partikolari tal-bżonn li tiġi rispettata l-privatezza kummerċjali leġittima u l-għan li jinħoloq suq intern kompetittiv għall-gass. Jekk l-awtorizzazzjoni tingħata, ħażna disponibbli u/jew il-kapaċità għall-faċilità tas-sistema LNG għandhom jiġu ppubblikati mingħajr indikazzjoni tad-data numerika li tmur kontra l-privatezza.

Artikolu 6b

Iż-żamma tar-rekords għal operaturi tas-sistema

L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, l-operaturi tas-sistema tal-ħażna u l-operaturi tas-sistema LNG għandhom iżommu għad-dispożizzjoni ta' l-awtorità regolatorja nazzjonali u tal-Kummissjoni t-tagħrif kollhu msemmi fl-Artikoli 6 u 6a, u fil-parti 3 ta' l-Anness għal ħames snin.

"

(11)  L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:

a)   is-sentenza li ġejja tiżdied fl-aħħar tal-paragrafu 1:"

Ir-regoli għall-ibbilanċjar għandhom ikunu bbażati fuq is-suq.

"

(b)  Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

2.  Sabiex l-utenti tan-network ikunu jistgħu jieħdu azzjoni korrettiva fil-ħin, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jipprovdu fil-ħin xieraq it-tagħrif dwar l-istatus ta' bbilanċjar ta' l-utenti tan-network li jkun biżżejjed, affidabbli u disponibbli onlajn.

It-tagħrif ipprovdu għandu jirrifletti l-livell ta' informazzjoni disponibbli għall-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni u l-perjodu ta' żmien għall-issettiljar li għalih jiġu kkalkolati l-ħlasijiet għall-iżbilanċ.

L-ebda ħlas għandu jsir għad-disponibbiltà ta' tali tagħrif.

"

c)   il-paragrafi 4, 5 u 6 jitħassru;

(12)  Artikolu 8 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

Artikolu 8

Il-kummerċ ta' drittijiet ta' kapaċità

Kull operatur tas-sistema ta' ħażna jew ta' LNG għandu jieħu passi raġonevoli biex id-drittijiet ta' kapaċità jkunu negozjabbli b'mod ħieles, kif ukoll biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ. Il-kummerċ għandu jsir soġġett għall-prinċipji tat-trasparenza u tan-non-diskriminazzjoni. Kull operatur għandu jiżviluppa kuntratti u proċeduri armonizzati dwar it-trasportazzjoni, il-faċilitajiet LNG u l-faċilitajiet ta' ħażna fis-suq primarju, sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ sekondarju ta' kapaċità, u sabiex jiġi rikonoxxut it-trasferiment ta' drittijiet ta' kapaċità primarji fejn innotifikat mill-utenti tas-sistema.

Il-kuntratti u l-proċeduri armonizzati dwar it-trasportazzjoni, il-faċilitajiet LNG u l-faċilitatijet ta' ħażna għandhom ikunu nnotifikati lill-awtoritajiet regolatorji.

"

(13)  L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 8:"

Artikolu 8a

Swieq bl-imnut

Sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta' swieq effettivi, li jiffunzjonaw tajjeb, u li jkunu trasparenti fuq skala reġjonali kif ukoll Komunitarja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu definiti fid-dettall l-irwoli u r-responsabbiltajiet ta' l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, ta' l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni, ta' l-impriżi ta' forniment u l-klijenti kif ukoll, jekk meħtieġ, tal-partijiet oħrajn fis-suq, fir-rigward ta' arranġamenti kuntrattwali, impenn lejn il-klijenti, regoli dwar l-iskambju u l-issettiljar tad-data, il-proprjetà tad-data u r-responsabbiltà dwar il-metraġġ.

Dawn ir-regoli għandhom isiru pubbliċi ▌, u għandhom jiġu soġġetti għal reviżjoni mill-awtoritajiet regolatorji.

"

(14)  L-Artikolu 9, għandu jiġi sostitwiti b'dan li ġej:"

Artikolu 9

Linji gwida dwar servizzi ta' aċċess għal partijiet terzi

1.  Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista' tadotta linji gwida li jipprovdu l-livell minimu ta' armonizzazzjoni meħtieġa għall-ksib ta' l-għan ta' dan ir-Regolament, li għandhom jispeċifikaw dettalji dwar is-servizzzi ta' l-aċċess għal partijiet terzi inkluż il-karattru, it-tul taż-żmein u rekwiżiti oħra ta' dawn is-serviżżi, skond l-Artikolu 4 u 4a.

2.  Il-linji gwida dwar l-aċċess għal partijiet terzi msemmi fil-paragrafi 1 fir-rigward ta' l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni huma stipulati fl-Anness.

3.  L-applikazzjoni u l-emenda tal-linji gwida dwar l-aċċess għal partijiet terzi adottati skond dan l-Artikolu għandhom jirriflettu d-differenzi bejn is-sistemi nazzjonali tal-gass, u m'għandhomx għalhekk jirrikjedu termini dettaljati uniformi ta' aċċess għal partijiet terzi fil-livell Komunitarju. Huma madankollu jistgħu jiffissaw rekwiżiti minimi li għandhom jiġu sodisfatti sabiex jintlaħqu kondizzjonijiet ta' aċċess għan-network mhux diskriminatorji u trasparenti li huma neċessarji għal suq intern tal-gass, li mbagħad jistgħu jiġu applikati fid-dawl tad-differenzi bejn is-sistema nazzjonali tal-gass.";

"

(15)  L-Artikolu 13(1) għandu jinbidel b'li ġej:"

1.  "L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali stabbiliti taħt l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2003/55/KE ikollhom il-kompetenza li jiżguraw il-konformità effettiva ma' dan ir-Regolament billi dawn jingħataw is-setgħa, fir-rigward ta' kwalunkwe ksur singolu, kemm li jimponu sanzjonijiet effettivi, dissważivi u proporzjonati, li jammontaw għal massimu ta' 10 % tal-qligħ annwali ta' l-operatur tas-sistema fis-suq intern tiegħu jew inkella li jirrevokaw il-liċenzja ta' l-operatur. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan sa l-1 ta' Jannar 2010 u għandhom jinfurmawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti.

"

(16)  L-Artikolu 14(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tagħha.

"

(17)  L-Artikolu 16(b) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

   b) interkonnetturi bejn l-Istati Membri, il-faċilitajiet LNG u l-faċilitajiet ta' ħażna u żidiet sinifikanti fil-kapaċità ta' l-infrastrutturi eżistenti kif ukoll modifiki fit-tali infrastrutturi li jippermettu l-iżvilupp ta' sorsijiet ġodda ta' forniment tal-gass kif imsemmi fl-Artikolu 22(1) u (2) tad-Direttiva 2003/55/KE li huma eżenti mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 7, 18, 19, 20 jew 25(2), (3) u (4) ta' dik id-Direttiva sakemm ġew eżentati mid-dispożizzjonijiet imsemmija f'dan is-subparagrafu, minbarra l-Artikolu 6a(4) ta' dan ir-Regolament; jew
"

(18)  L-Anness għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)  It-titlu tal-punt 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

Aċċess ta' servizzi għal partijiet terzi li jikkonċernaw l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni

"

(b)  It-titlu tal-punt 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

Prinċipji tal-mekkaniżmi ta' allokazzjoni ta' kapaċità u proċeduri għall-amministrazzjoni ta' konġestjoni li jikkonċernaw l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u l-applikazzjoni tagħhom f'każ ta' konġestjoni kuntrattwali║

"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ║

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 211, 19.8.2008, p. 23.
(2) ĠU C 172, 5.7.2008, p. 55.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008.
(4) ĠU L 176, 15.7.2003, p. 57.
(5) ĠU L 289, 3.11.2005, p. 1.
(6) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. ║.
(7) ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11.
(8) ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.

Avviż legali - Politika tal-privatezza