Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0152(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0209/2008

Testi mressqa :

A6-0209/2008

Dibattiti :

PV 09/07/2008 - 3
CRE 09/07/2008 - 3

Votazzjonijiet :

PV 09/07/2008 - 5.13
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0350

Testi adottati
PDF 286kWORD 40k
L-Erbgħa, 9 ta' Lulju 2008 - Strasburgu
Estensjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 għaċ-ċittadini ta" pajjiżi terzi li m'humiex diġà koperti b'dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom *
P6_TA(2008)0350A6-0209/2008

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 u tar-Regolament (KE) Nru […] għaċ-ċittadini ta" pajjiżi terzi li m'humiex diġà koperti b'dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom (COM(2007)0439 – C6-0289/2007 – 2007/0152(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2007)0439),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 63(4) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0289/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0209/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jistieden lill-Kunsill biex jerġa" jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal Regolament
Premessa 3 a (ġdida)
(3a)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u l-prinċipji rikonoxxuti, mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta" l-Unjoni Ewropea b'mod partikolari, u notevolment l-Artikolu 34(2) tagħha.
Emenda 2
Proposta għal Regolament
Premessa 6 a (ġdida)
(6a) il-promozzjoni ta' livell għoli ta" protezzjoni soċjali u t-titjib ta' l-istandard ta" l-għajxien u tal-kwalità tal-ħajja fl-Istati Membri huma obbjettivi ta" l-Unjoni Ewropea.
Avviż legali - Politika tal-privatezza