Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/2201(REG)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0206/2008

Testi mressqa :

A6-0206/2008

Dibattiti :

PV 07/07/2008 - 21
CRE 07/07/2008 - 21

Votazzjonijiet :

PV 09/07/2008 - 5.14
CRE 09/07/2008 - 5.14
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0351

Testi adottati
PDF 368kWORD 42k
L-Erbgħa, 9 ta' Lulju 2008 - Strasburgu
Formazzjoni ta" gruppi politiċi (Emenda ta' l-Artikolu 29 tar-Regoli ta' Proċedura)
P6_TA(2008)0351A6-0206/2008

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008 dwar l-emenda ta' l-Artikolu 29 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament - Formazzjoni ta" gruppi politiċi (2006/2201(REG))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal emenda tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu (B6-0420/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 201 u 202 tar-Regoli ta' Proċedura,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A6-0206/2008),

1.  Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.  Jiddeċiedi li din l-emenda tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta" l-ewwel sessjoni parzjali ta" wara l-elezzjonijiet Ewropej tas-sena 2009;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta" informazzjoni.

Test fis-Seħħ   Emenda
Emenda 3
Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament
Artikolu 29 – paragrafu 2
2.  Grupp politiku għandu jkun magħmul minn Membri eletti f' minn ta' l-inqas wieħed minn ħamsa ta' l-Istati Membri In-numru minimu ta" Membri meħtieġa biex jiffurmaw grupp politiku għandu jkun ta" għoxrin.
2.  Grupp politiku għandu jkun magħmul minn Membri eletti ta' l-inqas minn kwart ta' l-Istati Membri. In-numru meħtieġ ta" Membri biex jiġi ffurmat grupp politiku għandu jkun ta" ħamsa u għoxrin.
Emenda 1
Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament
Artikolu 29 − paragrafu 2 a (ġdid)
2a.  Meta grupp jinżel taħt il-limitu meħtieġ, il-President, bi ftehim mal-Konferenza tal-Presidenti, jista" jippermetti li l-grupp ikompli jeżisti sas-seduta kostituttiva tal-Parlament li jkun imiss, kemm-il darba jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
- il-membri jkomplu jirrappreżentaw mhux inqas minn wieħed minn kull ħames Stati Membri;
- il-grupp ikun ilu jeżisti għal perjodu ta" aktar minn sena.
Il-President m'għandux japplika din id-deroga fejn ikun hemm biżżejjed evidenza li wieħed jissuspetta li tkun qed tiġi abbużata.
Avviż legali - Politika tal-privatezza