Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0093(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0278/2008

Testi mressqa :

A6-0278/2008

Dibattiti :

PV 09/07/2008 - 21
CRE 09/07/2008 - 21

Votazzjonijiet :

PV 10/07/2008 - 5.2
CRE 10/07/2008 - 5.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0359

Testi adottati
PDF 389kWORD 49k
Il-Ħamis, 10 ta' Lulju 2008 - Strasburgu
Opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja provduti fil-ftehim ta' sħubija KE/Mawritanja fil-qasam tas-sajd *
P6_TA(2008)0359A6-0278/2008

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2008 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja provduti fil-ftehim ta" sħubija fil-qasam tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għall-perjodu mill-1 ta" Awissu 2008 sal-31 ta" Lulju 2012 (COM(2008)0243 – C6-0199/2008 – 2008/0093(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Kunsill (COM(2008)0243),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 u l-Artikolu 300(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subinċiż, tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0199/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 u l-Artikolu 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġit (A6-0278/2008),

1.  Japprova l-proposta għal Regolament tal-Kunsill hekk kif ġiet emendata u japprova l-konklużjoni tal-protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq il-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlament ta' l-Istati Membri u tar-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal Regolament
Premessa 2a (ġdida)
(2a)  Id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta" Liżbona, jekk jiġi ratifikat, se jimponi koperazzjoni interistituzzjonali aktar mill-qrib li għandha, b'mod partikolari, tiffaċilità l-aċċess tal-Parlament Ewropew għat-tagħrif kollu relatat mal-ftehimiet dwar is-sajd, inkluż matul in-negozjati tal-protokolli.
Emenda 2
Proposta għal Regolament
Artikolu 1a (ġdid)
Artikolu 1a
Fil-laqgħat u l-ħidma tal-kumitat imħallat stipulat fl-Artikolu 10 tal-Ftehima, għandu jkun preżenti, fil-kapaċità ta" osservatur, membru tal-Kumitat għas-Sajd tal-Parlament Ewropew. Għal-laqgħat imsemmija jistgħu jkunu preżenti wkoll rappreżentanti tas-settur tas-sajd.
Emenda 3
Proposta għal Regolament
Artikolu 4a (ġdid)
Artikolu 4a
Il-Kummissjoni għandha tgħaddi lill-Parlament il-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-kumitat imħallat stipulat fl-Artikolu 10 tal-Ftehima. Waqt l-aħħar sena ta" applikazzjoni tal-Protokoll, u qabel ma ssir Ftehima oħra biex jiġġedded, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Protokoll.
Emenda 4
Proposta għal Regolament
Artikolu 4b (ġdid)
Artikolu 4b
Bi qbil ma' l-Artikolu 30(3) tar-Regolament finanzjarju1 u fl-ispirtu tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar it-trasparenza fil-qasam finanzjarju2, il-Kummissjoni għandha tippubblika ta' kull sena fuq il-websajt tagħha l-lista tad-diversi benefiċjarji aħħarija tal-kontribuzzjoni finanzjarja ta' l-Unjoni.
________
1 Regolament (KE,Euratom) Nru 1605/2002 tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).
2 Testi adottati ta' din id-data, P6_TA(2008)0051.
Avviż legali - Politika tal-privatezza