Flotot tas-sajd ta' l-UE affettwati mill-kriżi ekonomika *
P6_TA(2008)0360
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi azzjoni temporanja speċifika maħsuba biex jiġi mħeġġeġ ir-ristrutturar tal-flotot tas-sajd ta" l-Unjoni Ewropea li huma milquta mill-kriżi ekonomika (COM(2008)0454 - C6-0270/2008 - 2008/0144(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0454),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 36 u 37 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0270/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 134 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jistieden lill-Kunsill biex jinnotifika lill-Parlament jekk għandu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.