Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0029(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0275/2008

Testi mressqa :

A6-0275/2008

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 02/09/2008 - 5.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0371

Testi adottati
PDF 287kWORD 35k
It-Tlieta, 2 ta' Settembru 2008 - Brussell
L-istabbiliment tal-programm "Ewropa għaċ-Ċittadini" għall-perjodu 2007-2013 li jippromwovi ċittadinanza Ewropea attiva ***I
P6_TA(2008)0371A6-0275/2008
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-programm "Ewropa għaċ-Ċittadini" għall-perjodu 2007-2013 li jippromwovi ċittadinanza Ewropea attiva (COM(2008)0059 – C6-0060/2008 – 2008/0029(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0059),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 151 u 308 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0060/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0275/2008),

1.  Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta' Settembru 2008bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva Nru .../2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-programm "Ewropa għaċ-Ċittadini" għall-perjodu 2007-2013 li jippromwovi ċittadinanza Ewropea attiva
P6_TC1-COD(2008)0029

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, id-Deċiżjoni Nru 1358/2008/KE.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza