Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE li tistabbilixxi programm ta" azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja (COM(2008)0061 – C6-0064/2008 – 2008/0025(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0061),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251 (2) u l-Artikoli 149 (4) u 150(4) tat-Trattat KE, skond liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0064/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0276/2008),
1. Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru .../2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE li tistabbilixxi programm ta" azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, id-Deċiżjoni Nru 1357/2008/KE.)