Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 9 ta' April 2008 - Brussell
L-approvazzjoni tas-Sinjura Androula Vassiliou bħala Membru tal-Kummissjoni

L-approvazzjoni tas-Sinjura Androula Vassiliou bħala Membru tal-Kummissjoni
PDF 196kWORD 32k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' April 2008 li tapprova l-ħatra tas-Sinjura Androula Vassiliou bħala Membru tal-Kummissjoni
P6_TA(2008)0108B6-0139/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 214(2), it-tielet subparagrafu, u l-Artikolu 215 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-punt 4 tal-Ftehima ta' Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni(1),

–   wara l-kkunsidra r-riżenja tas-Sur Markos Kyprianou bħala Membru tal-Kummissjoni, imressqa fit-28 ta' Frar 2008,

–   wara li kkunsidra n-nomina mill-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru tas-Sinjura Androula Vassiliou bħala Membru tal-Kummissjoni,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/184/KE tad-29 ta' Frar 2008 li taħtar membru ġdid tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej(2),

–   wara li kkunsidra s-seduta ta' smigħ tal-Kummissarju nnominat mill-kumitat parlamentari responsabbli fl-1 ta' April 2008,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 99 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Japprova l-ħatra tas-Sinjura Androula Vassiliou bħala Membru tal-Kummissjoni għall-bqija tal-mandat tal-Kummissjoni sal-31 ta' Ottubru 2009;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummisjoni u lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri.

(1) ĠU C 117 E, 18.5.2006, p. 123.
(2) ĠU L 59, 4.3.2008, p.18.

Avviż legali - Politika tal-privatezza