Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 22 ta' April 2008 - Strasburgu
Titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali *
 Statut ta' l-Ombudsman Ewropew
 Donazzjoni u t-Trapjant ta' Organi: Azzjonijiet politiċi fil-livell ta" l-UE
 L-irwol tal-volontarjat fil-kontribuzzjoni għal koeżjoni ekonomika u soċjali
 Ir-rapport annwali ta' l-2006 tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment
 Il-kwittanza ta' l-2006: Il-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, Taqsima III - Kummissjoni
 Il-kwittanza ta' l-2006: Baġit ġenerali ta' l-UE, Taqsima I, Parlament Ewropew
 Il-kwittanza ta' l-2006: Baġit ġenerali ta' l-UE, Taqsima II - Kunsill
 Il-kwittanza ta' l-2006 : Baġit ġenerali ta' l-UE, Taqsima IV - Qorti tal-Ġustizzja
 Il-kwittanza ta' l-2006: Baġit Ġenerali ta' l-UE, Taqsima V - Qorti ta' l-Awdituri
 Il-kwittanza ta' l-2006: Baġit Ġenerali tal-UE, Taqsima VI - il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
 Il-kwittanza ta' l-2006: Baġit ġenerali ta' l-UE, Taqsima VII - Kumitat tar-Reġjuni
 Il-kwittanza ta' l-2006: Baġit Ġenerali ta' l-UE, Taqsima VIII - Ombudsman Ewropew
 Il-kwittanza ta' l-2006: Baġit Ġenerali ta' l-UE, Taqsima IX - Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
 Il-kwittanza ta' l-2006: il-Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol
 Il-kwittanza ta' l-2006: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ
 Il-kwittanza ta' l-2006: iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Professjonali
 Il-kwittanza ta' l-2006: Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea
 Il-kwittanza ta' l-2006: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard
 Il-kwittanza ta' l-2006: Iċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi
 Il-kwittanza ta' l-2006: L-Aġenzija ta" l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali
 Il-kwittanza ta' l-2006: L-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni
 Il-kwittanza ta' l-2006: l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent
 Il-kwittanza ta' l-2006: l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa
 Il-kwittanza ta' l-2006: Aġenzija Ewropea għall-Mediċini
 Il-kwittanza ta' l-2006: l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel
 Il-kwittanza ta' l-2006: L-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà
 Il-kwittanza ta' l-2006: l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea
 Il-kwittanza ta' l-2006: l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji
 Il-kwittanza ta' l-2006: l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni
 Il-kwittanza ta' l-2006: L-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea
 Il-kwittanza ta' l-2006: l-Eurojust
 Il-kwittanza ta' l-2006: Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija
 Il-kwittanza ta' l-2006: Is-sitt, Seba', Tmien u Disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2006
 Il-kwittanza ta' l-2006 : l-Awtorità Ewropea ta" Sorveljanza tal-GNSS
 Persuni bla djar li jgħixu fit-toroq

Titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali *
PDF 424kWORD 91k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar l-inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/.../ĠAI dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (11563/2007 – 11045/1/2007 – C6-0409/2007 – 2007/0821(CNS))
P6_TA(2008)0128A6-0099/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja (11563/2007 u 11045/1/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 34(2)(c) tat-Trattat ta' l-UE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat ta' l-UE, li b'konformità miegħu l-Kunsill ikkonsulta mal-Parlament (C6-0409/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 u l-Artikolu 41(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0099/2008),

1.  Japprova l-inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kunsill sabiex konsegwentement ibiddel it-test;

3.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona, biex jagħtu prijorità lil kull proposta futura li temenda d-Deċiżjoni skond id-Dikjarazzjoni Nru 50 rigward l-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali li għandhom ikunu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar it-Tħaddim ta' l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità ta' l-Enerġija Atomika Ewropea;

4.  Hu determinat li jeżamina kull proposta futura bħala proċedura urġenti skond il-proċedura msemmija fil-paragrafu 3 u b'koperazzjoni mill-qrib mal-parlamenti nazzjonali;

5.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

6.  Jistieden lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja b'mod sustanzjali;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Test propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja   Emenda
Emenda 1
Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Premessa 3 a (ġdida)
(3a)  Hu meħtieġ li l-Kunsill jadotta kemm jista' jkun malajr id-Deċiżjoni ta' Qafas dwar ċertu drittijiet proċedurali bi proċedimenti kriminali fl-Unjoni Ewropea kollha sabiex jistipula ċerti regoli minimi dwar id-disponibilità ta' assistenza legali għall- individwi fl-Istati Membri.
Emenda 2
Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Premessa 3 b (ġdida)
(3b)  Ir-regoli għall-protezzjoni tad-data stipulati fid-Deċiżjoni 2008/.../ ĠAI dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, se jinħolqu fin-nuqqas ta" strument legali tat-tielet pilastru dwar il-protezzjoni tad-data. Meta jiġi approvat, dan l-istrument legali ġenerali għandu japplika għall-qasam kollu tal-koperazzjoni tal-pulizija u tal-ġudikatura fi kwistjonijiet kriminali, dejjem jekk il-livell ta' protezzjoni tad-data tiegħu huwa adegwat u mhux aktar baxx mill-protezzjoni stabbilita fil-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa għall-Protezzjoni ta' l-Individwi fir-rigward ta" l-Ipproċessar ta" Data Personali tat-28 ta" Jannar 1981 u tal-Protokoll addizzjonali tiegħu rigward l-awtoritajiet ta' sorveljanza u l-flussi ta' data transkonfinali tat-8 ta" Novembru 2001.
Emenda 3
Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Premessa 3 c (ġdida)
(3c)  Kategoriji speċjali ta" data dwar oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, adeżjoni ma" partit jew trade union, orjentazzjoni sesswali jew saħħa għandhom jiġu pproċessati biss jekk ikun assolutament neċessarju u proporzjonat għall-qafas tal-każ speċifiku u f'konformità ma" salvagwardji speċifiċi.
Emenda 4
Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Premessa 3 d (ġdida)
(3d)  Bil-ħsieb li jkun hemm koperazzjoni effiċjenti bejn il-pulizija, għandu jkun possibbli li jitwaqqfu task forces konġunti b'ħeffa u mingħajr burokrazija żejda.
Emenda 5
Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Premessa 4 a (ġdida)
(4a)  Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data tad-19 ta' Diċembru 2007,
Emenda 6
Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Artikolu 2 – punt -a (ġdid)
(-a) "data personali" tfisser kull data li jkollha x'taqsam ma" persuna ġuridika identifikata jew identifikabbli ("suġġett tad-data"); persuna identifikabbli hija min jista" jkun identifikat, direttament jew indirettament, partikolarment b'referenza għal numru ta" identità jew għal fattur wieħed speċifiku jew aktar dwar l-identità fiżika, fiżjoloġika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali tiegħu;
Emenda 11
Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Artikolu 2 – punt e
(e) "il-parti non-kodifikanti tad-DNA" tfisser reġjuni ta' kromosoma li m'humiex espressi ġenetikament, jiġifieri m'hux magħruf li jipprovdu xi proprjetajiet funzjonali ta' organiżmu;
(e) "il-parti non-kodifikanti tad-DNA" għandha tfisser iż-żoni ta" kromożomi li ma jinkludux espressjoni ġenetika, jiġifieri li mhumiex magħrufa li jipprovdu informazzjoni dwar karatteristiċi ereditarji speċifiċi; minkejja kwalunkwe progress xjentifiku, mhijiex se tingħata aktar informazzjoni mill-parti non-kodifikanti tad-DNA;
Emenda 18
Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Artikolu 3 a (ġdid)
Artikolu 3a
Talbiet rigward persuni liberati jew meħlusa
Bi qbil mal-Kapitoli 3 u 4 ta' din id-Deċiżjoni, f'każ ta' rapport li jaqbel mal-profil tad-DNA jew data dattiloskopika ta" persuni liberati jew meħlusa, dan għandu jkun skambjat biss jekk id-database tkun ċirkoskritta b'mod preċiż u l-kategorija tad-data suġġetta għall-investigazzjoni tkun definita b'mod ċar mil-liġi nazzjonali.
Emenda 19
Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a
(a) il-kodiċi ta' l-Istat Membru rikjedenti;
(a) il-kodiċi ta' l-Istat Membru rikjedenti u l-kodiċi ta' l-awtorità nazzjonali konsultattiva;
Emenda 20
Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu i
(i) il-poteri li l-uffiċjali u uffiċjali oħra ta' l-Istat(i) Membru(i) li qed jissekonda(w) jistgħu jeżerċitaw fl-Istat Membru ospitanti matul l-operazzjoni;
(i) il-poteri li l-uffiċjali u uffiċjali oħra ta' l-Istat(i) Membru(i) li qed jissekonda(w) jistgħu jeżerċitaw fl-Istat Membru ospitanti matul l-operazzjoni; dawk il-poteri għandhom jinkludu, b'mod partikulari, id-drittijiet ta" sorveljanza, insegwiment attiv, arrest u interrogazzjoni;
Emenda 21
Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Artikolu 18 – paragrafu 1
1.  Aktar dettalji dwar l-implimentazzjoni teknika u amministrattiva tad-Deċiżjoni 2007/.../ĠAI huma stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. L-Anness jista' jiġi modifikat mill-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.
1.  Aktar dettalji dwar l-implimentazzjoni teknika u amministrattiva tad-Deċiżjoni 2008/.../ĠAI huma stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. L-Anness jista' jiġi modifikat mill-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew bi qbil ma" l-Artikolu 34(2)(c) u ta' l-Artikolu 39(1) tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea.
Emenda 22
Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Artikolu 20 – paragrafu 1
1.  Il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2007/…./ĠAI abbażi ta' rapport ta' evalwazzjoni li għandu jkun ibbażat fuq kwestjonarju kif stabbilit fil-Kapitolu 4 ta' l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
1.  Il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/..../ĠAI abbażi ta' rapport ta' evalwazzjoni li għandu jkun ibbażat fuq kwestjonarju kif stabbilit fil-Kapitolu 4 ta' l-Anness għal din id-Deċiżjoni. L-awtoritajiet indipendenti għall-protezzjoni tad-data ta' kull Stat Membru kkonċernat għandhom ikunu involuti bis-sħiħ fil-proċedura ta' evalwazzjoni stipulata fil-Kapitolu 4 ta' l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Emenda 23
Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Artikolu 21 – paragrafu 1
1.  Evalwazzjoni ta' l-applikazzjoni amministrattiva, teknika u finanzjarja ta' l-iskambju ta' data skond il-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2007/.../ĠAI għandha titwettaq fuq bażi annwali. L-evalwazzjoni għandha tirrigwarda dawk l-Istati Membri li diġà qed japplikaw id-Deċiżjoni 2007/.../ĠAI fiż-żmien ta' l-evalwazzjoni u għandha titwettaq għall-kategoriji tad-data li għalihom beda l-iskambju ta' data fost l-Istati Membri kkonċernati. L-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq rapporti ta' l-Istati Membri rispettivi.
1.  Evalwazzjoni ta' l-applikazzjoni amministrattiva, teknika u finanzjarja ta' l-iskambju ta' data skond il-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/.../ĠAI għandha titwettaq fuq bażi annwali. Evalwazzjoni bħal din għandha tinkludi analiżi tal-konsegwenzi ta" differenzi f'tekniki u kriterji għall-ġbir u l-ħażna ta" data ta" DNA fl-Istati Membri. L-evalwazzjoni għandha tinkludi wkoll analiżi tar-riżultati relatati mal-proporzjonalità u l-effettività ta" skambju transkonfinali ta" tipi varji ta" data tad-DNA. L-evalwazzjoni għandha tirrigwarda dawk l-Istati Membri li diġà qed japplikaw id-Deċiżjoni 2008/.../ĠAI fiż-żmien ta' l-evalwazzjoni u għandha titwettaq għall-kategoriji tad-data li għalihom beda l-iskambju ta' data fost l-Istati Membri kkonċernati. L-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq rapporti ta' l-Istati Membri rispettivi.
Emenda 24
Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Artikolu 21 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.  Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jibgħat, fuq bażi regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni, ir-riżultati ta" l-evalwazzjoni ta" l-iskambju tad-data f'forma ta" rapport kif imsemmi fil-Kapitolu 4, punt 2.1 ta" l-Anness ta" din id-Deċiżjoni.
Emenda 25
Inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Addendum ma" l-Inizjattiva – Kapitolu 1 – punt 1.1 – subparagrafu 3
Regola ta" Inklużjoni:
Regola ta" Inklużjoni:
Il-profili tad-DNA li l-Istati Membri jpoġġu għad-disponibbli għat-tiftix u għat-tqabbil kif ukoll profili tad-DNA mibgħuta għat-tiftix u għat-tqabbil għandhom jinkludu ta" l-inqas 6 loci u jiddependi fuq id-disponibilitá tagħhom, jistgħu jinkludu loci jew pożizzjonijiet vojta oħra (blanks). Il-profili tad-DNA għar-riferenza għandhom jinkludi ta" l-inqas 6 mis-7 ESS/ISSOL loci. Sabiex tiżdied il-preċiżjoni tat-tqabbil tad-DNA, huwa rakkomandat li l-'alleles' kollha disponibbli jinħażnu f"pool ta' data tal-profili tad-DNA li jkun fiha werrej.
Il-profili tad-DNA li l-Istati Membri jpoġġu għad-disponibilità għat-tiftix u għat-tqabbil kif ukoll profili tad-DNA mibgħuta għat-tiftix u għat-tqabbil għandhom jinkludu ta" l-inqas 6 loci u skond id-disponibilità tagħhom, għandhom jinkludu loci addizzjonali jew pożizzjonijiet vojta (blanks). Il-profili tad-DNA għar-riferenza għandhom jinkludu ta" l-inqas 6 mis-7 loci ESS/ISSOL. Sabiex tiżdied il-preċiżjoni tat-tqabbil tad-DNA, l-"alleles" kollha disponibbli għandhom jinħażnu fid-database tal-profili tad-DNA li jkun fiha werrej u jintużaw għat-tiftix u t-tqabbil. Kull Stat Membru għandu jimplimenta, malajr kemm jista' jkun, kwalunkwe ESS ta' loci ġdid adottat mill-UE.

Statut ta' l-Ombudsman Ewropew
PDF 407kWORD 70k
Test
Test konsolidat
Abbozz ta' Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-22 ta' April 2008 li temenda d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tad-9 ta' Marzu 1994 dwar ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw il-qadi tad-dmirijiet ta' l-Ombudsman (2006/2223(INI))
P6_TA(2008)0129A6-0076/2008

L-abbozz ta' Deċiżjoni li ġej kien adottat(1) u mibgħut lill-Kunsill u l-Kummissjoni skond l-Artikolu 195(4) tat-Trattat KE u l-Artikolu 107d(4) tat-Trattat Euratom:

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li temenda d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tad-9 ta' Marzu 1994 dwar ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw il-qadi tad-dmirijiet ta' l-Ombudsman

IL-PARLAMENT EWROPEW,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 195(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 107d(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li temenda d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tad-9 ta' Marzu 1994 dwar ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw il-qadi tad-dmirijiet ta' l-Ombudsman,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Bl-approvazzjoni tal-Kunsill,

Billi:

(1)  Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea(2) tirrikonoxxi d-dritt għal amministrazzjoni tajba bħala dritt fundamentali taċ-ċittadini ta' l-Unjoni.

(2)  Il-fiduċja taċ-ċittadini fil-kapaċità ta' l-Ombudsman li jmexxi investigazzjonijiet bir-reqqa u imparzjali dwar każijiet allegati ta' amministrazzjoni ħażina hija fundamentali biex l-azzjoni ta' l-Ombudsman ikollha suċċess.

(3)  Huwa mixtieq li l-Istatut ta' l-Ombudsman jiġi adattat sabiex titneħħa kull inċertezza fil-kapaċità ta' l-Ombudsman li jmexxi investigazzjonijiet bir-reqqa u imparzjali fil-każijiet allegati ta' amministrazzjoni ħażina.

(4)  Huwa mixtieq li l-Istatut ta' l-Ombudsman jiġi adattat sabiex tkun tista' titqies kull evoluzzjoni tad-dispożizzjonijiet legali jew tal-ġurisprudenza għal dak li jirrigwarda l-intervent ta' entitajiet, uffiċċji u aġenziji ta' l-Unjoni Ewropea fil-każijiet li jidhru quddiem il-Qorti tal-Ġuistizzja.

(5)  Huwa mixtieq li l-Istatut ta' l-Ombudsman jiġi adattat sabiex jitqiesu t-tibdiliet li saru f'dawn l-aħħar snin għal dak li jirrigwarda l-irwol ta' l-istituzzjonijiet u ta' l-entitajiet ta' l-UE fil-ġlieda kontra l-frodi għad-detriment ta' l-interessi finanzjarji ta' l-Unjoni Ewropea, l-aktar il-ħolqien ta' l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF), sabiex l-Ombudsman ikun jista' jinnotifika lil dawk l-istituzzjonijiet jew entitajiet bi kwalunkwe tagħrif li jaqa' taħt il-kompiti tagħhom.

(6)  Huwa mixtieq li jittieħdu passi sabiex l-Ombudsman jitħalla jiżviluppa l-koperazzjoni tiegħu ma' istituzzjonijiet simili fil-livell nazzjonali u internazzjonali kif ukoll ma' istituzzjonijiet nazzjonali jew internazzjonali li jkopru firxa ta' attivitajiet usa' minn ta' l-Ombudsman Ewropew, bħall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, billi koperazzjoni bħal din tista' tagħti kontribut pożittiv biex titjieb l-effiċjenza ta' l-azzjoni ta' l-Ombudsman.

(7)  It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar skada fl-2002,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Iċ-Ċitazzjoni 1, il-Premessa 3, l-Artikolu 1(1), is-subparagrafi 1 u 5 ta' l-Artikolu 3(2), l-Artikolu 4 u l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom għandhom jiġu emendati kif ġej:"

Statut ta' l-Ombudsman   Proposta għal emenda
Emenda 1
Ċitazzjoni 1
Wara li kkunsidra t-Trattati li jistabbilixxu il-Komunitajiet Ewropej, partikolarment l-Artikolu 195(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Artikolu 20d(4) tat-Trattati li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Artikolu 107d(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidra t-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej, partikolarment l-Artikolu 195(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-Artikolu 107d(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika,
Emenda 2
Premessa 3
Billi l-Ombudsman, li jista' wkoll jaġixxi fuq mozzjoni proprja tiegħu jew tagħha, għandu jkollu aċċess għall-elementi neċessarji għat-twettiq ta' l-obbligi tiegħu; billi għalhekk l-istituzzjonijiet Komunitarji u korporazzjonijiet huma obbligati: li jipprovdu lill-Ombudsman, fuq talba tiegħu, kwalunkwe informazzjoni li jitlob mingħandhom, kemm-il darba ikun hemm sitwazzjoni raġonevoli ta' segretezza, u mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta' l-Ombudsman li ma jiżvelax l-informazzjoni; billi l-awtoritajiet ta' l-"Istati Membri" huma obbligati li jipprovdu lill-Ombudsman bl-informazzjoni kollha neċessarja sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx koperta bil-liġijiet jew regolamenti rigward is-segretezza jew b'dispożizzjonijiet li jimpedixxu l-komunikazzjoni tagħha; billi jekk l-Ombudsman isib li l-assistenza rikjesta mhix qed tiġi sodisfatta, hu għandu jinforma lill-Parlament Ewropew, li għandu jagħmel rappreżentanza xierqa;
Billi l-Ombudsman, li jista' wkoll jaġixxi fuq mozzjoni proprja tiegħu jew tagħha, għandu jkollu aċċess għall-elementi neċessarji għat-twettiq ta' l-obbligi tiegħu; billi għalhekk l-istituzzjonijiet Komunitarji u korporazzjonijiet huma obbligati: li jipprovdu lill-Ombudsman, fuq talba tiegħu, kwalunkwe informazzjoni li jitlob mingħandhom u mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta' l-Ombudsman li ma jiżvelax l-informazzjoni u li jqis informazzjoni jew dokumenti kklassifikati skond regoli li strettament ikunu ekwivalentigħal dawk fis-seħħ fl-istituzzjonijiet jew fl-entitajiet ikkonċernati; billi l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet li jfornu informazzjoni jew dokumenti kklassifikati għandhom jinnotifikaw lill-Ombudsman b'din il-klassifikazzjoni; billi l-Ombudsman u l-istituzzjonijiet u l-entitajiet ikkonċernati għandhom jaqblu dwar il-kundizzjonijiet operazzjonali għall-provvista ta' informazzjoni u dokumenti kklassifikati; billi l-awtoritajiet ta' l-"Istati Membri" huma obbligati li jipprovdu lill-Ombudsman bl-informazzjoni kollha neċessarja sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx koperta bil-liġijiet jew regolamenti rigward is-segretezza jew b'dispożizzjonijiet li jimpedixxu l-komunikazzjoni tagħha; billi jekk l-Ombudsman isib li l-assistenza rikjesta mhix qed tiġi sodisfatta, hu għandu jinforma lill-Parlament Ewropew, li għandu jagħmel rappreżentanza xierqa;
Emenda3
Artikolu 1, paragrafu 1
1.  Ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq ta' l-obbligi ta' l-Ombudsman se jkunu stabbiliti bid-Deċiżjoni bi qbil ma' l-Artikolu 195(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, l-Artikolu 20d (4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Artikolu 107d (4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika.
1.  Ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq ta' l-obbligi ta' l-Ombudsman se jkunu stabbiliti bid-Deċiżjoni bi qbil ma' l-Artikolu 195(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-Artikolu 107d(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika.
Emenda 4
Artikolu 3, paragrafu 2, subparagrafu 1
2.  L-istituzzjonijiet u l-entitajiet Komunitarji huma obbligati li jipprovdu lill-Ombudsman bi kwalunkwe informazzjoni mitluba minnu u jagħtuh l-aċċess għall-fajls konċernati. Huma jistgħu biss jirrifjutaw a bażi ta' raġunijiet sostanzjali ta' segretezza."
2.  L-istituzzjonijiet u l-entitajiet Komunitarji huma obbligati li jipprovdu lill-Ombudsman bi kwalunkwe informazzjoni mitluba minnu u jagħtuh l-aċċess għall-fajls konċernati. L-aċċess għal informazzjoni u dokumenti kklassifikati, b'mod partikolari għal dokumenti sensittivi skond it-tifsira ta' l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) 1049/20011, għandu jkun suġġett għall-osservanza mill-Ombudsman ta' regoli strettament ekwivalenti għal dawk fis-seħħ fl-istituzzjonijiet jew fl-entitajiet ikkonċernati.
L-istituzzjonijiet jew l-entitajiet li jipprovdu informazzjoni jew dokumenti kklassifikati kif msemmi fl-ewwel subparagrafu għandhom jinfurmaw lill-Ombudsman b'din il-klassifikazzjoni.
Għall-implimentazzjoni tar-regoli previsti fl-ewwel subparagrafu, l-Ombudsman jista' jaqbel ma' l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet dwar il-kundizzjonijiet operazzjonali għall-aċċess għal informazzjoni klassifikata u informazzjoni oħra koperti mill-obbligu ta' segretezza professjonali.
_____________________
1 Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
Emenda 5
Artikolu 3, paragrafu 2, subparagrafu 5
Uffiċjali u impjegati oħra ta' l-istituzzjonijiet u l-entitajiet Komunitarji għandhom jixhdu fuq talba ta' l-Ombudsman; għandom jitkellmu f'isem u bi qbil ma' l-istruzzjonijiet ta' l-amministrazzjoni tagħhom u jibqgħu jkunu taħt id-dover tagħhom ta' segretezza professjonali".
Uffiċjali u impjegati oħra ta' l-istituzzjonijiet u l-entitajiet Komunitarji għandhom jixhdu fuq talba ta' l-Ombudsman; għandhom jibqgħu jkunu marbuta bir-regoli rilevanti tar-Regolamenti ta' l-Istaff, b'mod partikolari bid-dover tagħhom ta' segretezza professjonali.
Emenda 6
Artikolu 4
1.  L-Ombudsman u l-impjegati tiegħu, għal liema l-Artikolu 287 tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej, l-Artikolu 47(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Artikolu 194 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika għandhom japplikaw, huma rikjesti li ma jiżvelawx informazzjoni jew dokumenti li jiksbu waqt il-qadi ta' dmirijiethom. Għandhom jkunu wkoll rikjesti li jittrattaw b'kunfidenzalità kull informazzjoni li tista' tippreġudika lill-persuna li rreġistrat l-ilment jew kwalunkwe persuna oħra involuta, mingħajr preġudizzju għal paragrafu 2.
1.  L-Ombudsman u l-impjegati tiegħu, li għalihom għandhom japplikaw l-Artikolu 287 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej u l-Artikolu 194 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, huma rikjesti li ma jiżvelawx informazzjoni jew dokumenti li jiksbu waqt il-qadi ta' dmirijiethom. Huma għandhom ukoll ikunu meħtieġa li ma jgħaddu l-ebda informazzjoni jew dokumenti kklassifikati pprovduti lill-Ombudsman bħala dokumenti sensittivi skond it-tifsira ta' l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, jew bħala dokumenti li jaqgħu fl-ambitu ta' l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità rigward il-ħarsien tad-data personali, kif ukoll kull informazzjoni li tista' tippreġudika lill-persuna li rreġistrat l-ilment jew kwalunkwe persuna oħra involuta, mingħajr preġudizzju għal paragrafu 2.
L-Ombudsman u l-istaff tiegħu għandhom jieħdu ħsieb ta' l-applikazzjonijiet minn partijiet terzi għal aċċess għal dokumenti miksuba mill-Ombudsman waqt l-investigazzjonijiet skond il-kundizzjonijiet u l-limiti disposti fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, b'mod partikolari fl-Artikolu 4 tiegħu.
2.  Jekk, waqt l-inkjesti, jiskopri fatti li jaħseb li jistgħu jirrleataw mal-liġi kriminali, l-Ombudsman għandu immedjatament javża lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti permezz tar-Rappreżentazzjonijiet Permanenti ta' l-Istati Membri u l-Komunitajiet Ewropej u, kif xieraq, lill-istituzzjoni Komunitarja li għandha awtorità fuq l-uffiċjal jew impjegat ikkonċernat, li tista' tapplika it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 18 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej. L-Ombudsman jista' wkoll jinforma lill-istituzzjoni jew korp Komunitarju kkonċernata bil-fatti li jirrigwardaw il-kondotta ta' membru mill-istaff tagħhom minn aspett dixxiplinarju.
2.  Jekk, waqt l-inkjesti, jiskopri fatti li jaħseb li jistgħu jirrelataw mal-liġi kriminali, l-Ombudsman għandu immedjatament javża lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti permezz tar-Rappreżentazzjonijiet Permanenti ta' l-Istati Membri u l-Komunitajiet Ewropej jew l-istituzzjoni jew l-entità Komunitarja kompetenti; jekk ikun il-każ, l-Ombudsman għandu wkoll jgħarraf lill-istituzzjoni jew entità Komunitarja li għandha awtorità fuq l-uffiċjal jew impjegat ikkonċernat, li tista' tapplika it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 18 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej L-Ombudsman jista' wkoll jinforma lill-istituzzjoni jew korp Komunitarju kkonċernata bil-fatti li jirrigwardaw il-kondotta ta' membru mill-istaff tagħhom minn aspett dixxiplinarju.
Emenda 7
Artikolu 5
Sakemm tista' tgħin biex tagħmel l-inkjesti iktar effiċjenti u biex ikunu salvagwardati aħjar id-drittijiet u l-interessi ta' persuni li rreġistraw ilmenti lilu, l-Ombudsman jista' jikkopera ma' l-awtoritajiet ta' l-istess tip f'ċerti Stati Membri sakemm ikun konformi mal-liġi nazzjonali applikabbli. L-Ombudsman ma jistax għalhekk jitlob li jara dokumenti li ma kienx ikollu aċċess għalihom skond l-Artikolu 3.
Sakemm tista' tgħin biex tagħmel l-inkjesti iktar effiċjenti u biex ikunu salvagwardati aħjar id-drittijiet u l-interessi ta' persuni li rreġistraw ilmenti lilu, l-Ombudsman jista' jikkopera ma' l-awtoritajiet ta' l-istess tip f'ċerti Stati Membri sakemm ikun konformi mal-liġi nazzjonali applikabbli. L-Ombudsman ma jistax għalhekk jitlob li jara dokumenti li ma kienx ikollu aċċess għalihom skond l-Artikolu 3. L-Ombudsman jista', bl-istess kundizzjonijiet, jikkopera ma' istituzzjonijiet oħra għall-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali.
"

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

(1) Il-vot dwar il-mozzjoni ta' riżoluzzjoni (A6-0076/2008) kien aġġornat sakemm tiġi konkluża l-proċedura skond l-Artikolu 195(4) tat-Trattat KE u l-Artikolu 107d(4) tat-Trattat Euratom.
(2) ĠU C 303, 14.12.2007, p. 1.


Donazzjoni u t-Trapjant ta' Organi: Azzjonijiet politiċi fil-livell ta" l-UE
PDF 355kWORD 123k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar id-Donazzjoni u t-Trapjant ta' Organi: Azzjonijiet politiċi fil-livell ta" l-UE (2007/2210(INI))
P6_TA(2008)0130A6-0090/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 152(4)(a) tat-Trattat tal-KE,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar id-Donazzjoni u t-Trapjant ta" l-Organi: Azzjonijiet Politiki fil-livell ta" l-UE (COM(2007)0275) u d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, anness mal-Komunikazzjoni: Sommarju tal-Valutazzjoni ta" l-Impatt (SEC(2007)0705),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar l-iffissar ta" standards ta" kwalità u sikurezza għad-donazzjoni, il-ksib, l-ittestjar, l-ipproċessar, il-preservazzjoni, il-ħażna u t-tqassim ta" tessuti u ta" ċelluli tal-bniedem(1),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-ħarsien ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment ħieles ta' din id-data(2),

-   wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar ta' data personali u l-ħarsien tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi(3),

-   wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' April 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-implimentazzjoni ta' prattika klinika tajba fit-twettiq ta' testijiet kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem(4),

–   wara li kkunsidra l-Prinċipji ta" Gwida ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar it-Trapjant ta" Organi Umani,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill ta" l-Ewropa dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Bijomediċina, u l-protokoll addizzjonali tagħha dwar it-Trapjant ta" Organi u Tessuti ta" Oriġini Umana,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kunsill ta' l-Ewropa "Biex nilqgħu għan-nuqqas ta' organi. Il-qagħda u l-istrateġiji attwali għat-titjib fid-donazzjoni ta' l-organi" (1999),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kunsill ta' l-Ewropa "Gwida għall-assigurazzjoni tas-sikurezza u tal-kwalità għall-organi, it-tessuti u ċ-ċelluli"(5),

–   wara li kkunsidra dokument mill-ewwel laqgħa nazzjonali ta" l-esperti dwar id-donazzjoni u t-trapjant ta" l-organi fil-Livell Komunitarju(6), li saret fi Brussel fit-13 ta" Settembru 2007,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0090/2008),

A.   billi l-ħtieġa għat-trapjanti ta' l-organi fl-Unjoni Ewropea żdiedet sew u aktar bil-ħeffa mill-għadd ta' donazzjonijiet ta' l-organi, billi fl-Unjoni Ewropea kollha hemm aktar minn 60,000 pazjent jistennew biex isirilhom trapjant u billi għadd ġmielu ta' pazjenti jmutu minħabba n-nuqqas kroniku ta' organi, billi ż-żieda fl-għadd ta' donaturi mhijiex qiegħda twassal biex jiqsaru l-listi ta' stennija,

B.   billi t-traffikar ta' l-organi, il-kummerċjaliżmu u t-turiżmu tat-trapjanti, li xejn ma hu konsistenti mar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, qegħdin jiżviluppaw bil-ħeffa,; billi hemm rabta bejn in-nuqqas ta' organi u t-traffikar tagħhom u billi tinħtieġ aktar data dwar it-traffikar ta' l-organi,

C.   billi kwistjonijiet tas-sikurezza huma spiss injorati meta jkun ipprattikat illegalment it-trapjant kummerċjali ta" l-organi, li jista" jipperikola l-ħajja kemm tad-donatur kif ukoll tar-riċevent,

D.   billi erba' Stati Membri għadhom ma rratifikawx il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali, ħames Stati Membri għadhom ma rratifikawx il-Protokoll supplimentari tagħha għall-Prevenzjoni, it-Trażżin u l-Ikkastigar tat-Traffikar tal-Persuni, Speċjalment Nisa u Tfal ("il-Protokoll ta' Palermo"), disa' Stati Membri għadhom ma rratifikawx il-Protokoll Fakultattiv tan-NU tal-Konvenzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal dwar il-bejgħ, il-prostituzzjoni u l-pornografija tat-tfal, u sbatax-il Stat Membru għadhom ma rratifikawx il-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar Azzjoni Kontra t-Traffikar fil-Bnedmin.

E.   billi għalkemm l-estimi attwali jqiegħdu t-traffikar ta' l-organi fuq livell relattivament baxx fost il-forom kollha ta' traffikar, it-traffikar ta' l-organi u t-tessuti qiegħed isir dejjem iżjed problema globali li sseħħ kemm fi ħdan il-konfini nazzjonali kif ukoll lilhinn minnhom u qiegħda tkun ikkontrollata mid-domanda (hemm stima ta' 150-250 każ fis-sena fl-UE),

F.   billi t-traffikar ta' l-organi u t-tessuti hi forma ta' traffikar tal-persuni umani, li tinvolvi ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, u partikolarment tad-dinjità umana u ta' l-integrità fiżika, u tista' ddgħajjef il-fiduċja taċ-ċittadini fis-sistema leġittima tat-trapjanti, u tista' twassal għal skarsezza akbar ta' donazzjonijiet volontarji ta' organi u tessuti,

G.   billi l-kwalità, is-sikurezza, l-effikaċja u t-trasparenza huma essenzjali jekk is-soċjetà għandha taħsad il-benefiċċji li t-trapjant jista" joffri bħala terapija,

H.   billi t-trapjant ta' l-organi jikkostitwixxi l-uniku trattament disponibbli għal organi morda li waslu fl-aħħar stadju bħalma huma l-fwied, il-pulmun u l-qalb u l-iktar trattament għall-kliewi morda li waslu fl-aħħar stadju, li joffri benefiċċji b'paragun ma' l-ispiża; billi t-trapjant ta' l-organi jagħmilha possibbli li jiġu salvati l-ħajjiet u li tiġi offruta kwalità tal-ħajja aħjar,

I.   billi hemm differenzi sinifikanti bejn u fl-Istati Membri fir-rigward ta' rati ta" trapjanti u ta' sorsi ta" l-organi (jiġifieri donaturi ħajjin jew mejtin) kif ukoll diskrepanzi dwar ir-rekwiżiti tal-kwalità u tas-sikurezza minima għad-donazzjoni u t-trapjant ta' l-organi, filwaqt li l-approċċ organizzattiv tat-trapjanti jvarja minn Stat Membru għall-ieħor u jwassal għal standards irregolari fl-UE,

J.   billi l-Istati Membri għandhom oqfsa legali differenti (b'xi Stat Membri ikollhom sistema ta' għażla opt-in u oħrajn sistema opt-out) u esperjenzi fi Stati Membri differenti juru li l-impatt tas-sistema legali fuq l-għadd ta' donaturi huwa pjuttost limitat,

K.   billi l-alternattiva għat-trapjant sikwit hija l-kura intensiva, li hija skomda għall-pazjent u tpoġġi piż fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa u fuq il-familja, kif ukoll fuq dawk li jieħdu ħsieb il-pazjenti,

L.   billi d-donazzjoni u t-trapjant ta' l-organi huma kwistjonijiet sensittivi u kumplessi li jinkludu l-aspetti mhux mediċi biss, iżda wkoll dawk legali u etiċi, li jitolbu l-parteċipazzjoni sħiħa tas-soċjetà ċivili għall-iżvilupp tagħhom,

M.   billi l-użu ta" l-organi fit-terapija jinvolvi r-riskju li jkunu trażmessi infezzjonijiet u mard ieħor,

N.   billi għadd ta" organi diġà ġew skambjati bejn l-Istati Membri kif ukoll diġà jeżistu diversi organizzazzjonijiet Ewropej għall-iskambju ta' l-organi (bħal Scandiatransplant, Eurotransplant),

O.   billi l-esperjenza eżistenti (per eżempju l-Mudell Spanjol, il-proġett Belġjan GIFT, id-DOPKI, u l-Alleanza għad-Donazzjoni u t-Trapjant ta' l-Organi (Alliance-O)) wasslet għal riżultati pożittivi u għandha tiġi meqjusa,

P.   billi l-għarfien pubbliku, l-informazzjoni konkreta u pożittiva u t-taħriġ avvanzat kif ukoll il-ħiliet komunikattivi tal-professjonisti għandhom sehem importanti fiż-żieda tar-rieda għad-donazzjoni ta" l-organi,

Q.   billi hemm il-ħtieġa li jiddaħħlu miżuri effettivi għas-saħħa pubblika li jiffaċilitaw is-sejbien bikri u l-ġestjoni ta' mard kroniku li jikkaġuna insuffiċjenza ta' l-organi, bħall-mard kroniku tal-kliewi, sabiex ikun imminimizzat in-numru ta' nies li jeħtieġu trapjanti ta' organi jew ta' kliewi fil-futur.

1.  Jilqa" l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq li tipproponi strateġija integrata fuq tliet pilastri milqugħa ħafna;

L-istrument legali

2.  Jistenna bil-ħerqa l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva li għandha tistabbilixxi rekwiżiti ta" kwalità u ta" sikurezza għad-donazzjoni, il-ksib, l-ittestjar, il-preservazzjoni, it-trasport u t-tqassim ta' l-organi fl-UE u r-riżorsi meħtieġa biex jintlaħqu dawn ir-rekwiżiti; jenfasizza, madankollu, li l-qafas legiżlattiv li ġej m'għandux joħloq piż amministrattiv żejjed għall-amministrazzjoni ta' l-Istati Membri jew għall-fornituri ta' servizz, u lanqas m'għandu jipperikola l-użu ta' prattiki tajbin li diġà jeżistu jew ta' prattiki adattati għall-kundizzjonijiet u ċ-ċirkustanzi li jinstabu fl-Istati Membri individwali, jew li jkollhom rekwiżiti li jwasslu għal tnaqqis ta' l-għadd ta' donaturi potenzjali u effettivi;

3.  Jiġbed l-attenzjoni li d-Direttiva l-ġdida għandha tikkomplementa u ssaħħaħ l-isforzi li għamlu l-Istati Membri sabiex jintlaħaq metodu ta' koordinazzjoni attiv u effiċjenti mingħajr ma tfixkel l-introduzzjoni jew iż-żamma ta' miżuri aktar stretti;

4.  Jenfasizza li d-Direttiva għandha tiffaċilita l-progress li jkun sar mix-xjenza medika;

Koperazzjoni bejn l-Istati Membri

5.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li m'hemmx biżżejjed organi disponibbli għat-trapjanti sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-pazjenti; iqis it-tnaqqis ta' l-iskarsezza ta' l-organi u tad-donaturi bħala l-isfida prinċipali li l-Istati Membri jiffaċċjaw fir-rigward tat-trapjant ta' l-organi; ifakkar li ħafna eluf ta' pazjenti fl-Ewropa huma rreġistrati attwalment fuq listi ta' stennija, li għandhom rata ta' mortalità sinifikanti;

6.  Jinnota li t-tqassim ta' l-organi għandu jkun ibbażat fuq il-kapaċità medika tal-pazjent li jaċċetta l-organu; hu tal-fehma li d-diskriminazzjoni minħabba xi diżabilità li ma jkollhiex x'taqsam maċ-ċansijiet tal-pazjent li jaċċetta organu m'għandhiex tkun ittollerata;

7.  Jiġbed l-attenzjoni li d-donazzjoni ta' l-organi hija don; għalhekk jenfasizza li, filwaqt li huwa importanti ferm li tinstab soluzzjoni għan-nuqqas kbir ta' organi fl-UE, l-għażla ħielsa tad-donazzjoni jew nuqqas ta' donazzjoni ta' xi organu jeħtieġ li tiġi rrispettata u mħarsa wkoll;

8.  Jinnota d-differenzi sinifikanti fir-rigward tas-sors ta' l-organi (donaturi mejtin jew ħajjin) fl-UE, id-differenzi sostanzjali bejn is-suċċessi ta" l-Istati Membri fit-tkabbir tal-komunità tad-donaturi tagħhom, id-diskrepanzi bejn l-Istati Membri dwar ir-rekwiżiti tal-kwalità u tas-sikurezza, l-approċċi organizzattivi differenti għad-donazzjoni u t-trapjant ta" l-organi u d-differenzi fl-edukazzjoni u t-taħriġ ta' professjonisti mediċi u paramediċi; iqis li d-diskrepanzi jistgħu jitfissru parzjalment b'taħlita ta' fatturi ekonomiċi, strutturali, amministrattivi, kulturali, etiċi, reliġjużi, storiċi, soċjali u legali, għalkemm il-fattur kruċjali jidher li hu kif ikun organizzat il-proċess li jwassal għad-donazzjoni u t-trapjant ta' l-organi;

9.  Jemmen bil-qawwa, għalhekk, li hemm potenzjal sinifikanti biex isir skambju ta' tagħrif bejn l-Istati Membri sabiex jiżdiedu r-rati ta' donazzjonijiet u jibbilanċja l-aċċess għat-trapjanti fl-Ewropa kollha; għalhekk, jistenna bil-ħerqa l-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni għal koperazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri sabiex:

   · tiżdied id-disponibilità ta' l-organi,
   · tissaħħaħ l-effiċjenza u l-aċċessibilità tas-sistemi ta' trapjant,
   · jiżdied l-għarfien pubbliku,
   · tkun iggarantita l-kwalità u s-sikurezza ta' l-ikel;

10.  Konsegwentement, jisħaq li l-istabbiliment ta" sistemi operattivi strutturati sew u l-promozzjoni ta' mudelli li rnexxew fi u bejn l-Istati Membri u, fejn ikun il-każ, fil-livell internazzjonali, huma ta" l-akbar importanza; jissuġġerixxi li s-sistemi operattivi għandhom jikkonsistu f'qafas legali xieraq, infrastruttura teknika u loġistika, appoġġ psikoloġiku u organizzattiv kif ukoll struttura organizzattiva xierqa, fil-livell ta' sptarijiet u lilhinn mill-isptarijiet, mgħammra bi staff bi kwalifiki għolja, flimkien ma' dispożizzjonijiet ċari dwar it-traċċabilità kif ukoll tqassim u aċċess ġust, effettiv u raġonevoli fis-sistema ta' trapjant;

Disponibilita' akbar ta' organi

11.  Jiġbed l-attenzjoni li l-Istati Membri huma responsabbli għall-mudell legali tagħhom; jinnota li fl-UE jeżistu żewġ mudelli, it-tnejn b'varjanti differenti; iqis li m'huwiex meħtieġ li s-sistemi legali jkunu adattati u armonizzati; jistieden lill-Istati Membri biex jadottaw leġiżlazzjoni li tippermetti l-ħatra ta' rappreżentant legali li jkun jista' jiddeċiedi dwar id-donazzjoni wara l-mewt ta' persuna;

12.  Jistieden lill-Istati Membri biex jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom ta' donazzjonijiet wara l-mewt; għalhekk iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jinvestu bis-sħiħ biex itejbu s-sistemi organizzattivi tagħhom billi:

   · jissensibilizzaw, jedukaw u jħarrġu staff mediku u paramediku,
   · jappoġġjaw l-isptarijiet finanzjarjament biex jaħtru "koordinaturi interni għat-trapjanti" (tobba li jaħdmu fl-unitajiet tal-kura intensiva li huma appoġġjati minn grupp mediku); li l-kompitu tagħhom ikun li jidentifikaw attivament donaturi potenzjali u jkellmu l-familji tagħhom,
   · jimplimentaw programmi għat-titjib tal-kwalità f'kull sptar jew grupp ta' sptarijiet fl-UE fejn ikun hemm evidenza ċara ta' potenzjal għad-donazzjoni ta' l-organi;

13.  Jitlob lill-Istati Membri biex, bil-għan li tiżdied id-disponibilità ta' l-organi, jevalwaw l-użu ta' donaturi "estiżi" (jiġifieri donaturi kbar fl-età jew li għandhom ċertu mard) meta wieħed iqis il-konsiderazzjonijiet tal-kwalità u tas-sikurezza;

14.  Jikkunsidra li t-trapjanti jistgħu jsiru bl-użu ta' organi subottimali; imbagħad ikun f'idejn il-grupp li jagħmel it-trapjant, li jaġixxi b'konsultazzjoni mal-pazjent u mal-familja tiegħu, biex jieħdu deċiżjonijiet dwar l-użu ta' organi għal pazjenti individwali fuq il-bażi ta' l-analiżi tal-benefiċċju mqabbel mar-riskju;

15.  Jitlob lill-Istati Membri li jippermettu l-għoti ta' organi minn donaturi ħajjin biex iqisu l-konsiderazzjonijiet tal-kwalità u tas-sikurezza; jenfasizza, madankollu, li l-għoti ta' organi minn donaturi ħajjin jista' jitqies li jikkumplementa d-donazzjoni ta' l-organi wara l-mewt;

16.  Jirrikonoxxi li meta l-komunità tad-donaturi tkun estiża, it-tobba jistgħu jkunu mħassba biż-żieda fir-riġett ta' l-organi u n-nuqqas gradwali fil-funzjoni ta' l-organu trapjantat, u għalhekk jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jappoġġjaw metodi biex jevitaw u jikkuraw ir-riġett ta' l-organi sabiex il-komunità "estiża" ta' donaturi tkun tista' tintuża b'fiduċja mit-tobba;

17.  Jirrikonoxxi li l-bijoteknoloġija diġà qiegħda toffri soluzzjonijiet għar-riskju ta' riġett ta' organi trapjantati, pereżempju permezz ta' trattamenti li jnaqqsu r-rati ta' riġett, li min-naħa l-oħra jappoġġjaw id-disponibilità ta' aktar organi, billi jħallu lit-tobba jittrattaw jew anki jevitaw ir-riġett; isostni li dan jista' jgħin biex jappoġġja l-komunità ta' donaturi "estiżi" billi jitnaqqas ir-riskju assoċjat mal-programmi ta' organi "estiżi";

18.  Jitlob lill-Istati Membri biex ineħħu, qabel Jannar 2010, il-leġiżlazzjoni li tgħid li l-organi tad-donaturi jistgħu jintużaw biss f'dak l-Istat Membru;

19.  Jitlob lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri meħtieġa fl-oqsma ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ, ix-xogħol fi grupp u r-rimunerazzjoni tal-kirurgi li jwettqu t-trapjanti;

20.  Jenfasizza l-importanza li l-akkwist u t-trapjant ta' l-organi jkollhom finanzjament minn linja ta' baġit separata, sabiex it-trapjant ma jservix ta' nuqqas ta' inċentiv għall-isptarijiet;

21.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jkun żgurat li d-donazzjonijiet ta' l-organi ma jkunux kummerċjalizzati u jibqgħu hekk;

22.  Japprova miżuri li huma mmirati biex jipproteġu donaturi ħajjin, mill-perpsettiva medika, psikoloġika u soċjali, u biex jiżguraw li d-donazzjoni ta" l-organi ssir b'mod altruwistiku u volontarju, biex b'hekk ebda ħlas ħlief għal kumpens strettament limitat biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż u l-inkonvenjenzi relatati mad-donazzjoni; jitlob lill-Istati Membri biex jiżguraw li jkun ippreservat l-anonimat tad-donaturi mejta u ta' dawk ħajjin li ma jkunux marbuta b'mod ġenetiku jew emozzjonali mar-riċeventi, fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali tippermetti donazzjonijiet bħal dawn; iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jiddefinixxu l-kondizzjonijiet li taħthom jista" jingħata xi kumpens;

23.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jadottaw u jħarsu dispożizzjonijiet legali rigorużi fir-rigward tat-trapjanti minn donaturi ħajjin li m'humiex qraba, sabiex is-sistema tkun trasparenti u teskludi l-possibilità ta' bejgħ illeċitu ta' organi jew l-isfurzar tad-donaturi; għalhekk, id-donazzjonijiet minn donaturi ħajjin li m'humiex qraba jistgħu jsiru biss taħt kundizzjonijiet definiti fil-liġi nazzjonali u wara awtorizzazzjoni minn entità indipendenti adatta;

24.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li ma ssirx diskriminazzjoni kontra donaturi ħajjin, partikolarment mis-sistemi ta' l-assigurazzjoni;

25.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li d-donaturi ħajjin jingħataw lura l-ispejjeż tas-sigurtà soċjali;

26.  Iqis li, fil-futur, il-bijoteknoloġija, dejjem jekk tkun garantita t-traċċabilità, tista" tippermetti r-riċerkaturi li jkabbru organi minn tessuti u ċelluli eżistenti, kemm mill-pazjenti nnifishom kif ukoll minn donaturi oħra tat-tessuti; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tippromwovi din it-tip ta" riċerka li spiss titwettaq mill-kumpaniji emerġenti ta' l-UE tal-bijoteknoloġija li huma żgħar u ta" daqs medju fi ħdan l-oqfsa kulturali u etiċi stipulati mill-Istati Membri u mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Kunsill tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Bijomediċina;

27.  Jinnota li diversi studji kliniċi tal-bniedem ippruvaw l-effiċjenza tat-trattament b'ċelluli staminali adulti f'diversi terapiji ta" sostituzzjoni taċ-ċelluli;

L-effiċjenza u l-aċċessibilita' ta' sistemi ta' trapjanti

28.  Jinnota li, għalkemm diversi Stati Membri introduċew ir-reġistrazzjoni mandatorja tal-proċeduri tat-trapjant u jeżistu wkoll xi reġistri volontarji, ma teżisti l-ebda sistema komprensiva għall-ġbir tad-data dwar it-tipi differenti ta" trapjanti u r-riżultati tagħhom; jirrakkomanda bil-qawwa l-ħolqien ta' reġistri ta' segwitu nazzjonali ta' donaturi ħajjin, ta' pazjenti li ġew trapjantati u tal-proċeduri tat-trapjanti; jiġbed l-attenzjoni li r-reġistri għandhom ikunu aġġornati b'mod regolari; jenfasizza li l-importanza li jiġi żgurat it-tqabbil tad-data bejn l-Istati Membri;

29.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tirrakkomanda lill-Istati Membri ċerti linji ta' gwida rigward ir-reġistrazzjoni biex tiżgura li l-persuna rreġistrata tressaq ċertu tagħrif dwar l-istorja medika tagħha u biex tkun żgurata l-kwalità u s-sikurezza ta' l-organi tad-donatur, ladarba r-reġistrazzjoni ma tinvolvix biss att sempliċi ta' reġistrazzjoni ta' l-isem iżda timplika konsegwenzi kemm għad-donatur kif ukoll għar-riċevent;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta" nukleu ta" standards tekniċi u etiċi għall-immaniġġjar tas-sikurezza, tal-kwalità u ta" l-effikaċja tad-donazzjoni ta' l-organi fil-kuntest tad-donazzjoni u tat-trapjant li jista' jkun ta" mudell għall-Istati Membri; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tistabilixxi mekkaniżmu ta" l-UE li jippromwovi attivitajiet ta" koordinazzjoni bejn Stati Membri fir-rigward tad-donazzjoni u t-trapjant ta" l-organi;

31.  Iqis li vantaġġ ulterjuri tal-kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri li mhux enfasizzat biżżejjed fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq, huwa l-valur potenzjali ta" l-iskambju ta" l-organi bejn l-Istati Membri f'termini ta' opportunitajiet mediċi u tekniċi, għalkemm jittieħed kont tal-limitazzjonijiet ġeografiċi ta' skambji bħal dawn u l-effetti potenzjali fuq il-vijabilità ta' l-organi; jenfasizza f'dan ir-rigward ir-riżultati pożitivi tas-sistemi internazzjonali; jemmen li l-qsim ta' l-organi jista' jkun ta' għajnuna b'mod partikulari fejn jidħlu proċeduri diffiċli ta' trapjanti (bħal per eżempju fil-każ ta' pazjenti bi bżonnijiet partikolarment sensittivi jew urġenti u f'pazjenti b'kondizzjonijiet speċjali, li għalihom ikun diffiċli li jinstab donatur adattat);

32.  Jistieden lill-Kummissjoni biex flimkien ma' l-Istati Membri jwettqu studju dwar il-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw it-trapjant ta' l-organi għal residenti li m'humiex fl-UE iżda li jinsabu fl-Istati Membri u biex jiżviluppaw kodiċi ta' kondotta li jistabbilixxi r-regoli u kondizzjonijiet li skond huma l-organi mogħtija minn donaturi mejta ta' l-UE jistgħu jitqassmu lil persuni mhux residenti fl-UE;

33.  Jenfasizza li hija neċessarja koperazzjoni tajba bejn professjonisti tal-kura tas-saħħa u l-awtoritajiet kompetenti u li din tipprovdi valur miżjud; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiffaċilita l-alleanzi bejn organizzazzjonijiet nazzjonali tat-trapjanti fl-Istati Membri li jinvolvu l-koperazzjoni ta' natura legali, etika u teknika; jirrikonoxxi li hemm sitwazzjonijiet fil-mediċina tat-trapjanti li ma jistgħux ikunu indirizzati b'mod adegwat fl-Istati Membri b'komunità tad-donaturi limitata; jemmen li b'mod partikolari l-Istati Membri ż-żgħar jistgħu jibbenefikaw b'mod ċar mill-koperazzjoni Ewropea;

34.  Jistieden li jkun hemm karta tad-donaturi ta' l-UE, li tkun komplementari mas-sistemi nazzjonali eżistenti;

35.  Iqis li l-koperazzjoni internazzjonali biex tippromwovi d-disponibilità u s-sikurezza ta' l-organi hija mixtieqa; jiġbed l-attenzjoni, f'dan ir-rigward, li regoli ġenerali li jirregolaw l-aħjar prattika medika, it-tekniki dijanjostiċi u l-konservazzjoni jistgħu jkunu utli; jitlob lill-Istati Membri biex jippromwovu attivament din il-koperazzjoni u biex japplikaw din is-sistema ta' regoli ġenerali;

Biex jikber l-għarfien pubbliku

36.  Jenfasizza l-importanza li jikber l-għarfien tal-pubbliku dwar id-donazzjoni ta' l-organi u t-trapjanti sabiex dan jista' jiffaċilita l-identifikazzjoni ta' donaturi ta' l-organi u b'hekk tiżdied id-disponibilità ta" l-organi; għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lis-soċjetà ċivili biex isaħħu b'mod strutturali l-promozzjoni tad-donazzjoni ta' l-organi, b'mod partikolari fost iż-żgħażagħ fl-iskejjel; f'dan ir-rigward, jissuġġerixxi l-użu ta' personalitajiet magħrufa sew (per eżempju rġiel u nisa sportivi) u ta' pakketti edukattivi;

37.  Jiġbed l-attenzjoni li l-informazzjoni dwar id-donazzjoni ta' l-organi u t-trapjanti għandha tkun pprovduta b'mod trasparenti, mhux influwenzat u mingħajr impożizzjoni, filwaqt li tindirizza l-ambitu tad-donazzjoni ta' l-organi, jiġifieri, li d-donazzjoni tista' tinkludi d-donazzjoni ta' aktar minn organu wieħed kif ukoll id-donazzjoni tat-tessuti;

38.  Jenfasizza li, l-għażla ħielsa dwar jekk persuna tkun donatur jew le hija d-dritt esklussiv tad-donatur u għandha tiġi rrispettata u li d-donazzjoni ta' l-organi għandha tiġi kkunsidrata bħala rigal minn bniedem għal ieħor; jiġbed l-attenzjoni li dan jeħtieġ li jkun rifless fil-lingwaġġ użat, u tiġi evitata terminoloġija ekonomika li tagħti x'tifhem li l-organi jistgħu jitqiesu bħala prodott fis-suq intern;

39.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra li tkompli tiżviluppa u tespandi l-web page Ewropea attwali dwar id-donazzjoni ta' l-organi(7) kif ukoll dik ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO)(8) biex jiġu koperti l-Istati Membri kollha, fil-lingwi uffiċjali kollha ta' l-UE, bil-għan li tipprovdi kull informazzjoni u data rilevanti dwar id-donazzjoni u t-trapjant ta' l-organi;

40.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu jum tad-donaturi u jirrakkomanda azzjonijiet li jenfasizzaw ir-riżultati tajbin miksuba u l-importanza tat-trapjanti;

41.  Huwa konvint li mod effettiv ħafna biex tiżdied id-disponibilità ta" l-organi huwa li l-pubbliku jkollu aktar informazzjoni anki fil-livell lokali u reġjonali; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, lill-knejjes u lill-komunitajiet reliġjużi sabiex jieħdu sehem f'dan l-isforz biex jiżdied l-għarfien tal-pubbliku dwar il-possibilità tad-donazzjoni ta" l-organi filwaqt li jitqiesu d-dettalji partikulari kulturali ta' kull Stat Membru; jenfasizza s-sehem importanti li għandhom donaturi rreġistrati fil-promozzjoni tad-donazzjoni ta' l-organi fost il-membri tal-familja u ħbiebhom biex iħeġġuhom isiru donaturi huma wkoll;

42.  Jirrikonoxxi li huwa importanti li jitjiebu l-ħiliet tal-komunikazzjoni tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa billi, pereżempju, jiġu żviluppati linji ta' gwida għall-informazzjoni; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' attitudni professjonali lejn il-komunikazzjoni, kif ukoll lejn l-appoġġ ta' l-esperti f'dak il-qasam; għandha tingħata attenzjoni speċjali kemm għall-kontenut tal-messaġġ kif ukoll għall-aħjar mod kif jiġu ttrattati l-aktar temi kontroversjali; jenfasizza l-importanza ta' laqgħat regolari mar-rappreżentanti tal-midja biex jiġu promossi r-riżultati tajbin miksuba u l-importanza tat-trapjanti;

43.  Jiffavorixxi l-ħolqien ta' "hotline" tat-trapjanti b'numru tat-telfown wieħed imħaddem minn xi organizzazzjoni nazzjonali tat-trapjanti, fejn hemm organizzazzjoni bħal din, 24 siegħa kuljum minn professjonisti mħarrġa u b'esperjenza xierqa li jistgħu jipprovdu tagħrif rilevanti u preċiż, mediku u legali, malajr, lill-persuni kollha kkonċernati;

44.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tappoġġja riċerka dwar id-donazzjoni u t-trapjant ta" l-organi bejn il-fruntieri sabiex jiġi indirizzat l-impatt ta" l-etniċità, tal-pajjiż ta" l-oriġini, tar-reliġjon, tal-livell ta" edukazzjoni u tal-klassi soċjoekonomika fuq id-deċiżjoni li jkunu offruti organi għad-donazzjoni; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex ixerrdu malajr ir-riżultati tar-riċerka bil-għan li l-pubbliku jkun infurmat u biex jitneħħew perċezzjonijiet żbaljati;

Biex jitjiebu l-kwalita' u s-sikurezza

45.  Jirrikonoxxi li huwa ta" importanza vitali li tkun żgurata l-kwalità u s-saħħa tad-donazzjoni u tat-trapjant ta" l-organi; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li dan ikollu impatt f'termini tat-tnaqqis fir-riskji tat-trapjanti u konsegwentement inaqqas l-effetti mhux mixtieqa; jirrikonoxxi li azzjonijiet fuq il-kwalità u s-sikurezza jista' jkollhom effett fuq id-disponibilità ta' l-organi u viċiversa; jitlob lill-Kummissjoni biex tgħin lill-Istati Membri jiżviluppaw il-kapaċità tagħhom fil-ħolqien u l-iżvilupp ta" regolamenti nazzjonali u ta" qafas regolatorju sabiex itejbu l-kwalità u s-sikurezza, mingħajr ma dan ikollu impatt negattiv fuq id-disponibilità ta' l-organi għat-trapjant;

46.  Jirrikonoxxi li r-riżultati ta" wara t-trapjant u ta' wara d-donazzjoni għandhom ikunu osservati u evalwati; jenfasizza li għandha tkun promossa metodoloġija komuni għall-analiżi tad-data, fuq il-bażi ta' l-aħjar prattiki utilizzati fl-Istati Membri, sabiex ikun jista' jsir l-aħjar tqabbil bejn ir-riżultati fost l-Istati Membri;

47.  Jitlob lill-Istati Membri biex iżidu l-perjodi ta' sorveljanza għall-pazjenti li jkunu għamlu trapjant għal bosta snin u preferibilment sakemm il-pazjent jibqa' ħaj u/jew sakemm l-organu trapjantat jibqa' jaħdem;

48.  Jistieden lill-Kummissjoni biex talloka fondi fi ħdan is-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunitajiet Ewropej għar-riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007-2013) biex jippromwovi r-riċerka dwar tekniki dijanjostiċi aħjar u aktar preċiżi li jkunu jistgħu jikxfu malajr u b'mod effettiv kondizzjonijiet perikolużi bħall-HIV/AIDS, l-epatite u oħrajn, billi aspett importanti tat-trapjant ta' l-organi huwa li tiġi żgurata s-sikurezza minn bosta fatturi u aġenti ta' detriment li jkunu jinsabu fl-organi tad-donatur;

It-traffikar ta' l-organi

49.  Jiġbed l-attenzjoni li hemm rabta bejn in-nuqqas ta' organi u t-traffikar tagħhom, billi t-traffikar ta' l-organi jdgħajjef il-kredibilità tas-sistema għad-donaturi potenzjali volontarji u li ma jitħallsux; jenfasizza li kwalunkwe sfruttar kummerċjali ta" l-organi m'huwiex etiku u huwa inkonsistenti mal-valuri l-aktar bażiċi tal-bniedem; jenfasizza li d-donazzjoni ta' l-organi motivata minn konsiderazzjonijiet finanzjarji tbaxxi d-donazzjoni ta' organu għal prodott kwalunkwe, u dan jikkostitwixxi vjolazzjoni tad-dinjità umana u jmur kontra l-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Bijomediċina u huwa pprojbit skond l-Artikolu 3(2) tal Karta ta' l-UE dwar id-Drittijiet Fundamentali;

50.  Jitlob lill-Kummissjoni, fir-rigward ta' pajjiżi terzi, sabiex tiġġieled kontra prattiki ta' traffikar ta' organi u tessuti, li għandhom ikunu projbiti b'mod universali, inklużi t-trapjant ta' organi u tessuti mingħand persuni minuri, persuni b'diżabilità mentali jew priġunieri ġustizzjati; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jissensibilizzaw il-komunità internazzjonali dwar din il-kwistjoni;

51.  Iqis li, sabiex jiġi miġġieled it-traffikar ta' l-organi fl-aktar partijiet foqra tad-dinja, għandha tiġi adottata strateġija fuq medda twila ta' żmien sabiex jiġu eliminati l-inugwaljanzi soċjali li huma responsabbli għal dawn il-prattiki; jenfasizza li, sabiex tiġi miġġielda l-prattika tal-bejgħ ta' l-organi għall-flus (speċjalment f'pajjiżi li qed jiżviluppaw), għandhom jinħolqu mekkaniżmi ta' traċċabilità biex jagħmlu mezz li dawn l-organi ma jitħallewx jidħlu fl-UE;

52.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri biex jipprojbixxu t-"turiżmu tat-trapjanti", billi jitfasslu linji gwida sabiex jipproteġu lid-donaturi l-aktar foqra u vulnerabbli milli jkunu vittmi tat-traffikar ta" l-organi u biex jadottaw miżuri li jżidu d-disponibilità ta" organi miksuba legalment u permezz ta' l-iskambju ta' reġistrazzjonijiet f'listi ta' stennija bejn organizzazzjonijiet eżistenti għall-iskambju ta' l-organi sabiex ikunu evitati listi multipli; jitlob lill-Kummissjoni sabiex permezz ta' spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja tippromwovi metodu komuni bil-għan li tiġi kkompilata informazzjoni fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-traffikar ta" l-organi u biex jiġu identifikati l-problemi ewlenin u s-soluzzjonijiet potenzjali; jiġbed l-attenzjoni għal dan il-għan li għandha tiġi stabbilita sistema ta" traċċabilità u ta' responsabilità diretta għall-organi umani;

53.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex, fejn jeħtieġ, jemendaw il-kodiċi kriminali tagħhom ħalli jiżguraw li jittieħdu passi xierqa kontra dawk responsabbli għat-traffikar ta' l-organi, flimkien ma' sanzjonijiet għall-istaff mediku involut fi trapjant ta' organi li jinkisbu minn traffikar, waqt li jsir kull sforz sabiex jiġu skoraġġiti persuni li jkunu jeħtieġu l-organi milli jfittxu organi u tessuti li jkunu traffikati; jisħaq li għandha tingħata konsiderazzjoni sabiex iċ-ċittadini Ewropej li jkunu akkwistaw organi kemm fl-UE kif ukoll barra minnha ikollhom responsabilità kriminali;

54.  Jistieden lill-Istati Membri sabiex jieħdu l-passi meħtieġa li jżommu lill-professjonisti fil-kura tas-saħħa milli jiffaċilitaw it-traffikar fl-organi u fit-tessuti (pereżempju, billi jirreferu pazjent lil servizz barrani ta' trapjant li jista' jkun involut fit-traffikar) kif ukoll lil dawk li jipprovdu servizz ta' assigurazzjoni tas-saħħa milli jiffaċilitaw attivitajiet li b'mod dirett jew indirett jippromwovu t-traffikar ta' l-organi, pereżempju billi jirrimborżaw xi spejjeż għal trapjanti illegali ta' l-organi;

55.  Iqis li l-Istati Membri għandhom jagħmlu arranġamenti biex l-aġenziji tagħhom ta' l-infurzar tal-liġi kif ukoll l-istaff mediku għandhom ikunu mħarrġa dwar it-traffikar ta' l-organi sabiex kull każ jiġi rrappurtat lill-pulizija;

56.  Jitlob lill-Istati Membri sabiex jiffirmaw, jirratifikaw u jimplimentaw il-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa partikolarment l-Azzjoni kontra t-Traffikar tal-Persuni u l-Protokoll ta' Palermo jekk għadhom m'għamlux dan;

57.  Jiddispjaċih li l-Europol ma ħejjietx stħarriġ dwar il-bejgħ u t-traffikar ta" l-organi għaliex issostni li m'hemmx każijiet dokumentati; jirreferi għal rapporti tal-Kunsill ta" l-Ewropa u tad-WHO li jagħtu evidenza ċara li l-kummerċ ta" l-organi huwa problema għall-Istati Membri ta" l-UE wkoll u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Europol biex itejbu l-monitoraġġ ta" każijiet ta" traffikar ta" l-organi u biex jaslu għall-konklużjonijiet meħtieġa;

58.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jaġġornaw il-Pjan ta' Azzjoni dwar it-Traffikar tal-persuni umani u jinkludu fih pjan ta' azzjoni għall-ġlieda kontra t-traffikar ta' l-organi, sabiex jippermettu koperazzjoni akbar bejn l-awtoritajiet konċernati;

59.  Jitlob, ukoll, sabiex il-pjan ta' azzjoni jkollu referenza għal data li tkun korretta u verifikata fir-rigward tal-kwantitajiet, it-tipi u l-oriġini ta' organi traffikati illegalment;

o
o   o

60.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lid-WHO, lill-Kunsill ta' l-Ewropa u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta" l-Istati Membri.

(1) ĠU L 102, 7.4.2004, p. 48.
(2) ĠU L 281,23.11.1995, p. 31.
(3) ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.
(4) ĠU L 121, 1.5.2001, p. 34.
(5) It-tielet edizzjoni, 2007.
(6) SANCO C6 EFZ/gsc D (2007) 360346
(7) www.eurodonor.org (and/or www.erocet.org)
(8) www.transplant-observatory.org


L-irwol tal-volontarjat fil-kontribuzzjoni għal koeżjoni ekonomika u soċjali
PDF 344kWORD 78k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar l-irwol tal-volontarjat fil-kontribuzzjoni għal koeżjoni ekonomika u soċjali (2007/2149(INI))
P6_TA(2008)0131A6-0070/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-Raba" Rapport dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali (COM(2007)0273),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 il-programm L-Ewropa għaċ-Ċittadini (Europe for Citizens) biex tiġi promossa ċittadinza Ewropea attiva(1),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Novembru 2006 li tistabbilixxi l-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni għall-perjodu 2007 sa l-2013(2),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/144/KE ta' l- 20 ta' Frar 2006 dwar il-linji gwida strateġiċi tal-Komunità għall-iżvilupp rurali (perjodu ta' programmazzjoni 2007 sa l-2013)(3),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/702/KE tas-6 ta" Ottubru 2006 dwar il-linji gwida strateġiċi tal-Komunità dwar il-koeżjoni(4),

−   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, f'laqgħa fi ħdan il-Kunsill, tat-13 ta' Novembru 2006, dwar l-implimentazzjoni ta' l-objettivi komuni għall-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-informazzjoni għaż-żgħażagħ minħabba l-promozzjoni taċ-ċittadinanza Ewropea attiva tagħhom(5),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu Il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni sħiħa taż-żgħażagħ fl-edukazzjoni, fl-impjieg u fis-soċjetà (COM(2007)0498),

−   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu Il-ġejjieni demografiku ta" l-Ewropa, il-bidla ta" sfida f'opportunità (COM(2006)0571),

–   wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 2001/613/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" l-10 ta" Lulju 2001 dwar il-mobilità fi ħdan il-Komunità għall-istudenti, persuni li jkunu għaddejjin minn taħriġ, voluntiera, għalliema u għal dawk li jħarrġu lill-oħrajn(6),

−   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2007 dwar ir-responsabiltà soċjali ta' l-impriżi: sħubija ġdida(7),

–   wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-kontribut tal-volontarjat għall-koeżjoni ekonomika u soċjali(8),

–   wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-Attività volontarja: l-irwol tagħha fis-soċjetà Ewropea u l-impatt tagħha(9),

–   wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-irwol ta" l-organizzazzjonijiet volontarji - kontribut lejn soċjetà Ewropea(10),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 158 u 159 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0070/2008),

A.   billi huwa stmat b'mod ta" min jorbot fuqu li hemm aktar minn 100 miljun ċittadin ta" l-UE li jagħmlu volontarjat(11),

B.   billi l-ewwel sejbiet wara l-implimentazzjoni tal-Manwal tan-NU fuq l-Istituzzjonijiet li Ma Jagħmlux Qligħ (N.P.I's) kienu li l-kontribut ekonomiku ta" l-Istituzzjonijiet li Ma Jagħmlux Qliegħ huwa ta" medja ta" 5% u li, anke meta stmati b'mod konservattiv, il-ħin mogħti għall-volontarjat jgħodd għal aktar minn kwart ta' din il-figura(12),

C.   billi l-volontarjat huwa forza maġġuri li trawwem lis-soċjetà ċivili u li ssaħħaħ is-solidarjetà - wieħed mill-valuri ewlenin ta" l-UE - kif ukoll huwa komponent essenzjali fl-appoġġ tal-programmi tal-iżvilupp tal-komunitajiet, b'mod partikulari f'dawk l-Istati Membri li issa ħerġin minn perjodu tranżizzjonali postkomunista,

D.   billi studju riċenti ta" organizzazzjonijiet li jinvolvu l-voluntiera madwar l-Ewropa kollha wera livell għoli ta" valur miżjud: għal kull EUR 1 li nefqu l-organizzazzjonijiet fl-appoġġ għall-voluntiera, rċevew ritorn medju għall-valur ta' bejn EUR 3 u EUR 8(13),

E.   billi l-kontribut sinjifikanti ħafna tal-volontarjat għall-bini tal-kapital soċjali jeħtieġ li jiġi rikonoxxut għal kollox,

F.   billi l-finanzjament sostenibbli, speċjalment il-finanzjament għal għanijiet amministrattivi, huwa ta' importanza fundamentali għall-organizzazzjonijiet volontarji u għax-xogħol volontarju b'mod ġenerali;

G.   billi r-rapport ta" dan l-aħħar li nħareġ mill-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta" l-Għajxien u tax-Xogħol identifika l-kapital soċjali bħala element ewlieni fl-iżvilupp ta" politiki li jkollhom il-għan li jrawmu l-iżvilupp ekonomiku rurali(14),

H.   billi studju riċenti ta" tiftix fuq programm Urban li għamel suċċess f'Aarhus għamel il-punt ċentrali li ċ-ċittadini lokali u l-isforz volontarju kienu kruċjali biex l-implimentazzjoni tal-programm tkun suċċess(15),

I.   billi l-volontarjat mhux biss għandu valur ekonomiku li jista" jitkejjel iżda jista" wkoll iwassal biex is-servizzi pubbliċi jiffrankaw b'mod sinjifikanti; billi, f'dan il-kuntest, huwa importanti li jiġi żgurat li l-attività volontarja tkun addizzjonali għas-servizzi pubbliċi u mhux tkun sostitut tagħhom,

J.   billi l-volontarjat jikkontribwixxi għall-iżvilupp personali u soċjali tal-voluntier(a) u għandu impatt pożittiv fi ħdan il-komunità, pereżempju, fuq relazzjonijiet interpersonali,

K.   billi l-voluntiera jwettqu rwol importanti biex jintlaħaq l-għan ta" l-Istrateġija ta" Liżbona ta" koeżjoni soċjoekonomika billi jikkontribwixxu għall-inklużjoni finanzjarja, pereżempju, billi jistabbilixxu unions ta" kreditu li huma rregolati u mhux għall-profitt u kooperattivi finanzjarji, immexxija u ggovernati minn voluntiera,

L.   billi r-responsabiltà soċjali ta' l-impriżi hija kemm mutur importanti tan-negozju kif ukoll tirrappreżenta element essenzjali tal-mudell soċjali Ewropew,

M.   billi hemm rabta bejn il-volontarjat u l-iżvilupp sostenibbli,

N.   billi huwa importanti li jiġu promossi u appoġġjati l-aħjar prattiki fl-immaniġġjar tal-voluntiera fost l-organizzazzjonijiet li jinvolvu l-voluntiera,

O.   billi l-volontarjat iwassal għall-involviment dirett taċ-ċittadini fl-iżvilupp lokali, u għaldaqstant jista' jkollu rwol importanti fit-trawwim tas-soċjetà ċivili u tad-demokrazija,

P.   billi fir-riżoluzzjoni tal-Kunsill imsemmija hawn fuq dwar iċ-ċittadinanza attiva l-Kunsill iħeġġeġ parteċipazzjoni akbar min-naħa taż-żgħażagħ fil-ħajja ċivika, fl-istrutturi parteċipatorji u fix-xogħol volontarju,

Q.   billi l-bidla demografika fl-Ewropa tfisser li issa hemm għadd kbir ta" voluntiera potenzjali li huma mdaħħla fl-età,

R.   billi l-volontarjat jista" jkollu effett pożittiv fuq is-saħħa tan-nies(16); billi dan il-ġid għas-saħħa jista jitgawda minn nies ta" kull età u jista" jgħin biex jitbiegħed il-mard kemm fiżiku kif ukoll mentali,

S.   billi l-volontarjat għandu rwol xi jwettaq fit-tisjis ta" l-inizjattivi ta" żvilupp lokali u fl-iffaċilitar ta" l-implimentazzjoni b'suċċess ta" għadd ta" inizjattivi ffinanzjati mill-Komunità, bħal m'huma l-Programm LEADER, INTERREG u l-Programm PEACE,

1.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jagħrfu l-valur tal-volontarjat fil-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali u ekonomika; barra minn hekk, jinkoraġġihom biex jaħdmu fi sħubija ma" organizzazzjonijiet volontarji u biex isegwu konsultazzjoni ta" siwi mas-settur volontarju biex jiżviluppaw pjanijiet u strateġiji biex il-volontarjat ikun magħruf, miżmum b'għożża, appoġġjat, iffaċilitat u inkoraġġit; iħeġġeġ lill-Istati Membri wkoll biex joħolqu qafas stabbli u istituzzjonali għall-parteċipazzjoni ta" organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) f'dibattiti pubbliċi;

2.  Jistieden lill-esperti relevanti tal-Kummissjoni biex jagħmlu distinzjoni aktar ċara bejn l- organizzazzjonijiet volontarji u NGOs, li l-attivitajiet tagħhom m'humiex organizzati fuq l-istess bażi volontarja, u jitlob li ssir investigazzjoni pan-Ewropea komprensiva dwar in-natura, il-livell u l-mekkaniżmi interni tal-parteċipazzjoni soċjali, inklużi l-parteċipazzjoni volontarja u l-finanzjament għal dan il-għan;

3.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jagħmlu sforzi ġenwini biex jgħinu lill-organizzazzjonijiet volontarji biex ikollhom aċċess għal finanzjament suffiċjenti u sostenibbli, kemm għal għanijiet amministattivi u kemm għal proġetti, mingħajr mili ta" formoli eċċessiv, "red tape" jew burokrazija żejda, waqt li jżommu l-kontrolli meħtieġa fuq l-infiq tal-flejjes pubbliċi;

4.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lil awtoritajiet reġjonali u lokali biex jappoġġjaw il-ħolqien ta' servizzi ta' emerġenza volontarji f'kull lokalità sabiex tkun żgurata reazzjoni rapida għad-diżastri naturali u għall-inċidenti;

5.  Jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni lejn il-fatt li l-prinċipju ta" sħubija mnaqqax kemm fil-linji gwida strateġiċi tal-Komunità għall-iżvilupp rurali (perjodu ta' programmazzjoni 2007 sa l-2013) u kemm fil-linji gwida strateġiċi tal-Komunità dwar il-koeżjoni mhux dejjem hemm konformità miegħu fuq il-livell nazzjonali(17) u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tieħu l-passi amministrattivi u istituzzjonali xierqa biex ikun żgurat li l-politiki, il-proċeduri u l-protokolli tagħha stess ikunu fil-fatt osservati u infurzati waqt il-konsultazzjonijiet, in-negozjati u l-operazzjonijiet sussegwenti tal-Fondi Strutturali;

6.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri kollha jipproduċu regolarment "kontijiet satellitarji" ta" l-istituzzjonijiet li ma jagħmlux qligħ (NPIs) u jitlob li f'dawn il-"kontijiet satellitarji" jiġi inkluż ix-xogħol volontarju ħalli dawk li jagħmlu l-politiki jkunu jistgħu jqisu l-NPIs fl-ifformular tal-politiki tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra kif il-volontarjat jista" jiġi inkluż bħala kategorija speċjali fil-kontijiet statistiċi ta" l-EUROSTAT;

7.  Jappoġġja bil-qawwa l-fehma li l-volontarjat u l-attività volontarja m'għandhomx jieħdu post ix-xogħol imħallas;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni biex taħdem lejn it-twaqqif ta" sistema għall-fondi kollha tal-Komunità li biha l-attività volontarja tkun tista" tiġi magħrufa bħala kontribut għall-proġetti kofinanzjati u biex toħloq mekkaniżmi li bihom ix-xogħol volontarju jkun jista" jiġi kkostjat kif jixraq; jilqa" b'sodisfazzjon l-isforzi minn xi Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni li jadottaw approċċ aktar flessibbli lejn l-aċċettazzjoni tax-xogħol volontarju bħala kontribut li hu ugwali għall-finanzjament Komunitarju fi proġetti li jkunu ffinanzjati b'mod konġunt;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi opportunitajiet għall-voluntiera li huma akbar fl-età u biex tiżviluppa Programm ta" l-Anzjani fl-Azzjoni għan-numru dejjem jiżdied ta' ċittadini anzjani b'esperjenza kbira li jixtiequ jkunu voluntiera li jista" jkun li jimxu b'mod parallel mal-Programm taż-Żgħażagħ fl-Azzjoni u jikkumplementawh u barra minn hekk biex tippromwovi programmi speċifiċi għall-volontarjat interġenerazzjonali u għall-għoti ta" għajnuna minn dawk bl-esperjenza lil min għadu jitgħallem (mentoring);

10.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jippromwovu u jiffaċilitaw il-volontarjat fi ħdan il-Komunitajiet kollha, kemm reali u kemm virtwali, bħal m'huma l-volontarjat bħala familja jew il-volontarjat bħala gruppi emarġinati jew bħala gruppi li jista" jkun li tradizzjonalment ma jivvolontarjawx u biex jenfasizzaw l-importanza kbira li x-xogħol volontarju jiġi organizzat sabiex ikun żgurat li jkun kompatibbli mal-ħajja tal-familja u dik professjonali;

11.  Jinkoraġġixxi lill-kumpaniji u lill-operaturi oħra tas-settur privat, bħala parti mill-istrateġija tar-responsabilità soċjali korporattiva tagħhom, biex jagħtu appoġġ finanzjarju lill-inizjattivi li jippromwovu u jseddqu l-volontarjat u jħeġġeġ lill-Istati Membri, fil-kuntest tal-volontarjat korporattiv, biex jipprovdu inċentivi għas-settur privat biex jiffinanzja u jappoġġja s-settur tal-volontarjat, u b'hekk ikunu qed jgħinu biex ikun żgurat it-trasferiment ta" ħiliet u kapaċitajiet korporattivi mis-settur privat għas-settur pubbliku u jkunu wkoll qed itejbu l-kwalità tal-ħajja fuq il-livell lokali billi jinkoraġġixxu li wieħed jgħin ruħu b'mod awtomatiku fir-riżoluzzjoni ta" problemi lokali;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid l-għarfien tal-volontarjat bħala attività xierqa li permezz tagħha jiġu akkwistati kompetenzi u ħiliet permezz tal-YOUTHPASS b'rabta mal-EUROPASS, filwaqt li tiżgura li l-volontarjat ma jiġix meqjus bħala alternattiva għat-taħriġ formali iżda bħala komplement tiegħu; barra minn hekk jitlob li jsiru miżuri nazzjonali u lokali biex tiżdied il-mobilità tal-voluntiera;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinvestigaw id-dewmien fl-adozzjoni tal-Karta Ewropea dwar il-Voluntarjat li ġiet proposta li għandha tiddefinixxi l-irwol ta" l-organizzazzjonijiet volontarji u tistipola d-drittijiet u r-responsabilitajiet tagħhom; jirrakkomanda li jsiru analiżi mill-ġdid bejn il-pari fuq bażi annwali biex ikun evalwat ix-xogħol volontarju li jkunu intrigaw minnu l-Istati Membri u li jkun sar fi ħdan setturi u organizzazzjonijiet speċifiċi;

14.  Jirrakkomanda lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jistabbilixxu bażi ta" data Ewropea li tkun tipprovdi data bażika fuq organizzazzjonijiet volontarji kif ukoll dettalji ta" l-aħjar prattiki, ħaġa li tkun tipprovdi linji gwida ta" siwi għat-titjib tas-sistemi tal-volontarjat;

15.  Jistieden lill-awtoritajiet relevanti biex jiżguraw li l-voluntiera jkunu koperti b'mod adegwat b'assigurazzjoni kontra aċċidenti u b'assigurazzjoni tar-responsabilitajiet personali fir-rigward ta" l-attivitajiet volontarji tagħhom u biex jiżguraw ukoll li kull infiq miftiehem li jsir mill-voluntiera fir-rigward ta" l-attivitajiet volontarji tagħhom ikun kopert ukoll;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jippromwovu l-volontarjat permezz ta" l-edukazzjoni fil-livelli kollha, filwaqt li joħolqu opportunitajiet għall-attività volontarja fi stadju bikri fis-sistema edukattiva sabiex tidher bħala kontribut normali għall-ħajja tal-komunità u biex ikomplu jippromwovu attività bħal din huma u jikbru l-istudenti, biex jiffaċilitaw "it-tagħlim tas-servizz" fejn l-istudenti jaħdmu ma" gruppi volontarji jew komunitarji bi sħubija bħala parti mill-kors tad-diploma jew tal-grad tagħhom, biex jinkoraġġixxu rabtiet bejn is-settur volontarju u s-settur edukattiv fil-livelli kollha u biex jippromwovu l-volontarjat u jagħrfu t-tagħlim tal-volontarjat bħala parti mit-tagħlim tul il-ħajja;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni għall-fini tar-reviżjoni maħsuba għall-2010 tad-dispożizzjonijiet tal-VAT li jikkonċernaw l-entitajiet pubbliċi u l-eżenzjonijiet soċjali, sabiex, flimkien ma' l-Istati Membri tikkunsidra l-argumenti soċjali qawwija favur l-introduzzjoni ta' eżenzjonijiet tal-VAT għall-organizzazzjonijiet volontarji rreġistrati fl-Istati Membri fuq akkwisti maħsuba sabiex jintlaħqu l-iskopijiet tagħhom, u sabiex jikkunsidraw ukoll l-argumenti favur l-eżenzjoni, f'każijiet speċifiċi, tal-ħlas tal-VAT fuq prodotti u servizzi li jingħataw b'donazzjoni lill-organizzazzjonijiet volontarji;

18.  Jistieden lill-Istati Membri biex, b'rispett għall-prinċipju tas-sussidjarjetà, jistabbilixxu infrastruttura sostenibbli ta" volontarjat biex tittratta kwistjonijiet bħal m'hu l-finanzjament operazzjonali u amministrattiv għall-organizzazzjonijiet volontarji;

19.  Jirrakkomanda li l-2011 tkun iddikjarata s-Sena Ewropea tal-Volontarjat;

20.  Jagħraf id-diversità tal-volontarjat fl-Istati Membri iżda minkejja dan jinkoraġġixxi lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex, kull meta jkun possibbli, jitgħallmu minn xulxin permezz ta" l-iskambju ta" l-aħjar prattiki;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni biex iddaħħal skemi ta" appoġġ biex tistabbilixxi sistemi aktar effiċjenti ta" kooperazzjoni u ta" netwerking bejn l-organizzazzjonijiet volontarji u biex issaħħaħ l-iskemi ta" l-iskambju internazzjonali ta" voluntiera li f'ċerti każijiet jistgħu jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-Għanijiet ta" Żvilupp għall-Millennju; b'mod partikulari jitlob li jiġu stabbiliti programmi biex jgħinu biex jiġu mqanqla mill-ġdid l-attivitajiet volontarji fl-Istati Membri fejn l-attività volontarja waslet biex ġiet assoċjata ma" azzjonijiet ta" natura obbligatorja;

22.  Jirrakkomanda l-promozzjoni ta" proġetti ta" volontarjat transkonfinali;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni biex fl-oqsma kollha tal-politiki u l-leġiżlazzjoni turi simpatija lejn is-sitwazzjoni tal-voluntiera;

24.  Jistieden lill-partijiet interessati relevanti kemm lokali u kemm reġjonali, lill-organizzazzjonijiet volontarji u lill-midja biex jipprovdu tagħrif adegwat liċ-ċittadini dwar opportunitajiet ta" volontarjat, akkumpanjat minn taħriġ xieraq, b'enfasi speċjali fuq il-gruppi vulnerabbli u emarġinati fi ħdan is-soċjetà u fuq il-ħtiġijiet tar-reġjuni li huma mbiegħda u inaċċessibbli;

25.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, flimkien mal-Pjan D għad-Demokrazija, id-Djalogu u d-Dibattitu, tistabbilixxi għal-lest Pjan V għall-Valutazzjoni, il-Validazzjoni u l-iżgurar tal-Viżibilità tal-Voluntiera;

26.  Jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina mill-ġdid il-politika tagħha tal-viża għal dawk li jipparteċipaw fi programmi ta" volontarjat rikonoxxuti ta" l-UE li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi bit-tama li jiddaħħal reġim tal-viża aktar liberali b'mod partikulari fir-rigward tal-voluntiera ġejjin minn pajjiżi ġirien ta" l-UE;

27.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-Parlamenti ta' l-Istati Membri, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

(1) ĠU L 378, 27.12.2006, p. 32.
(2) ĠU L 327, 24.11.2006, p. 30.
(3) ĠU L 55, 25.2.2006, p. 20.
(4) ĠU L 291, 21.10.2006, p. 11.
(5) ĠU C 297, 7.12.2006, p. 6
(6) ĠU L 215, 9.8.2001, p. 30.
(7) ĠU C 301 E, 13.12.2007, p. 45.
(8) ĠU C 105, 25.4.2008, p. 11.
(9) ĠU C 325, 30.12.2006, p. 46.
(10) ĠU C 180, 11.6.1998, p. 57
(11) Rapport ta" l-Ewrobarometru. Rendikont tar-Realtà Soċjali, Frar 2007.
(12) Rapport ta" l-Università Johns Hopkins, Measuring Civil Society and Volunteering ("It-Tikjil tas-Soċjetà Ċivili u l-Volontarjat"). Settembru, 2007. www.jhu.edu/ccss
(13) Volunteering works ("Il-volontarjat jaħdem"), Istitut għar-riċerka fil-volontarjat u l-volontarjat, l-Ingilterra, Settembru 2007.
(14) Ara Mandl, I., Oberholzner, T., & Dörflinger, C. Fondazzjoni Ewropea għall-Kundizzjonijiet ta" l-Għajxien u tax-Xogħol. http://www.eurofound.europa.eu/pubdocs/2007/18/en/1/ef0718mt.pdf
(15) Vestergaard Poulsen, L. From Deprived Neighbourhood to Sustainable Community ("Minn Kwartier Imċaħħad għal Komunità Sostenibbli") Taqsira bl-Ingliż. Il-Programm Urban II f'Aarhus 2002-2007.
(16) Ara The Health Benefits of Volunteering - A Review of Recent Research (Corporation for National and Community Service, 2007) (Il-Benefiċċji għas-Saħħa li għandu l-Volontarjat - Studju tar-Riċerka Riċenti (Il-Korporazzjoni għas-Servizz Nazzjonali u Komunitarju, 2007))
(17) Ara Is-Soċjetà Ċivili bħala Sieħba fil-Fondi Strutturali ta" l-Unjoni Ewropea (Civil Society as a Partner in European Union Structural Funds). Is-Servizz ta' Azzjoni taċ-Ċittadini Ewropej. Novembru, 2004.


Ir-rapport annwali ta' l-2006 tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment
PDF 401kWORD 87k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar ir-rapport annwali 2006 tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment (2007/2251(INI))
P6_TA(2008)0132A6-0079/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 266 u 267 tat-Trattat KE, rigward il-Bank Ewropew ta' l-Invstiment (EIB), u l-Protokoll (Nru 11) dwar l-Istatut ta" l-EIB(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, rigward l-irwol tal-Qorti ta' l-Awdituri,

–   wara li kkunsidra t-Trattat ta' Liżbona, iffirmat fit-13 ta' Diċembru 2007 mill-Kapijiet ta' l-Istat u tal-Gvern ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Frar 2007 dwar ir-rapport annwali ta" l-EIB għas-sena 2005(2),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2007/247/KE tal-Kunsill tad-19 ta' April 2007 rigward il-parteċipazzjoni tal-Komunità fiż-żieda tal-kapital tal-Fond Ewropew għall-Investiment (EIF)(3),

–   wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ta' l-10 ta' Lulju 2003, rigward is-setgħa ta' l-Uffiċċju Ewropew għal Kontra l-Frodi (OLAF) li jinvestiga lill-EIB(4),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2006/1016/KE tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2006(5) li tagħti lill-EIB mandat ġdid li jawtorizzah li jagħti self ta' EUR 12.4 biljun fil-pajjiżi ġirien ta' l-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Ġunju 2007, li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u ta' l-enerġija(6) u d-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta" riċerka, ta" żvilupp teknoloġiku u ta" dimostrazzjoni(7) (li jikkonċernaw il-faċilità ta' finanzjament bi tqassim ta' riskji (RSFF)),

–   wara li kkunsidra l-iffirmar bejn l-EIB u l-Kummissjoni tal-11 ta' Jannar 2008 tal-ftehima ta' koperazzjoni li twaqqaf Strument ta' Garanzija għas-Self għal Proġetti relatati man-Netwerks Trans-Ewropej tat-Trasport (LGTT);

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 2006 li twaqqaf il-Programm ta' Qafas għall-Innovazzjoni u l-Kompetittività (2007-2013)(8),

–   wara li kkunsidra d-49 rapport annwali (2006) ta" l-EIB, u l-politika tiegħu ta' żvelar ta" informazzjoni tat-28 ta' Marzu 2006,

–   wara li kkunsidra "l-Prinċipji Ewropej għall-Ambjent", imnedija fl-2006 mill-EIB,

–   wara li kkunsidra l-pjan ta' attività tal-Bank 2007-2009, approvat mill-Bord tad-Diretturi fil-laqgħa tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2006,

–   wara li kkunsidra d-diskors ta' Philippe Maystadt, il-President ta" l-EIB, lill-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju fil-11 ta' Settembru 2007,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet finanzjarji ta' l-2006 li ġew approvati u ngħataw opinjoni ta' verifika favorevoli minn awditur indipendenti u mill-Kumitat ta' Verifika ta" l-EIB,

–   wara li kkunsidra l-istudju dwar l-istrumenti finanzjarji ġodda għall-infrastrutturi u għas-servizzi Ewropej tat-trasport(9),

–   wara li kkunsidra l-ħidma u l-konklużjonijiet tas-simpożju li sar fi Clermont-Ferrand (Franza) fl-14 ta' Diċembru 2007 bit-tema: "l-ippjanar u l-iżvilupp tat-territorju ta' l-Unjoni Ewropea: l-isfida ta' l-investimenti fl-Unjoni u l-finazjamenti tagħhom: l-irwol tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment",

–   wara li kkunsidra l-progress tar-reviżjoni li bdiet ta' l-EIB tal-politiki u l-proċeduri tiegħu ta' kontra l-frodi,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar l-Effettività ta' l-Għajnuna, adottata fit-2 ta' Marzu 2005, u l-Kunsens dwar l-Iżvilupp ta' l-Unjoni Ewropea(10),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 45 u 112(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0079/2008),

A.   billi l-kompitu tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment hu li jikkontribwixxi għall-iżvilupp sod u bilanċjat tas-suq intern, billi juża sew is-swieq kapitali u kif ukoll ir-riżorsi tiegħu,,

B.   billi jikkunsidra s-sehem ta" l-EIB fl-iżvilupp armonjuż ta' l-Unjoni Ewropea fis-sħuħija tagħha u fit-tnaqqis tad-differenzi fl-iżvilupp ta" reġjuni differenti, inklużi r-reġjuni l-aktar imbiegħda,

C.   billi jikkunsidra tal-kapital sottoskritt ta' l-EIB li tela" għal EUR 163.7 biljun fil-31 ta' Diċembru 2006, li magħhom l-Istati Membri lliberalizzaw EUR 8.2 biljun,

D.   billi l-Istatut ta" l-EIB jipprevedi li t-total tas-self u tal-garanziji mogħtija mill-EIB m'għandhomx jisbqu l-250% tal-kapital sottoskritt tiegħu;

E.   billi l-EIB mhuwiex suġġett għall-obbligi tal-Basel II, iżda ddeċieda li volontarjament jikkonforma ma' dawn ir-regoli sa fejn dawn japplikaw għall-attivitajiet tiegħu,

F.   billi kkunsidra l-ftehima tal-Kummissjoni ta' Sorveljanza tas-Settur Finanzjarju tal-Lussemburgu sabiex jiġu segwiti aktar mill-viċin il-linji politiċi dwar l-immanniġġar u l-ġestjoni ta' riskji ta" l-EIB, iżda biss bħala korp informali u purament konsultattiv, filwaqt li titħalla lill-EIB ir-responsabilità tad-definizzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-Basel II fir-rigward tal-ħtiġijiet tiegħu,

G.   billi l-EIB għamel bħala waħda mill-prijoritajiet tiegħu l-provvista sigura, kompetittiva u sostenibbli ta' l-enerġija, flimkien mal-koeżjoni ekonomika u soċjali, l-appoġġ għar-riċerka, t-teknoloġija u l-innovazzjoni, in-netwerks trans-Ewropej (TENs) fl-oqsma tat-trasport u ta' l-enerġija, il-vijabilità ta' l-ambjent fuq medda twila ta' żmien, il-ġlieda kontra l-bidla fil-klima, u l-appoġġ għall-impriżi żgħar u ta" daqs medju (SMEs),

H.   billi kkunsidra l-ħtiġijiet konsiderevoli ta' l-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-finanzjament ta' l-infrastruttura, li ġew stmati għall-valur ta' EUR 600 biljun(11),

I.   billi kkunsidra l-irwol kruċjali ta" l-EIB fl-iżvilupp tan-TENs billi jagħmel disponibbli diversi strumenti u mekkaniżmi,

J.   billi kkunsidra d-diffikultajiet li l-UE tiltaqa" magħhom fil-finanzjament ta' proġetti fuq skala Ewropea, bħal pereżempju l-proġett Galileo,

K.   billi kkunsidra l-kwalità tar-riżorsi umani ta" l-EIB, b'mod partikulari fl-oqsma ta' l-inġinerija finanzjarja u ta' assistenza għat-twaqqif ta' proġetti,

L.   billi kkunsidra l-irwol prominenti ta" l-EIB fil-finanzjament ta' proġetti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw,

Rimarki ġenerali

1.  Jifraħ lill-EIB għar-rapport ta' attivita tiegħu ta' l-2006 u jinkoraġġih biex ikompli bl-attivitajiet tiegħu favur l-iżvilupp ta' l-ekonomija Ewropea, biex jitrawmu t-tkabbir, il-ħolqien ta' impjiegi, u l-koeżjoni interreġjonali u soċjali;

2.  Jilqa" b'sodisfazzjon it-trasparenza u l-koperazzjoni sħiħa ta" l-EIB mal-Parlament;

3.  Jitlob li jkun hemm sessjoni ta' informazzjoni li ssir - għallinqas - darba fis-sena bejn l-EIB u l-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju tal-Parlament Ewropew rigward l-eżekuzzjoni tal-faċilità ta" l-investiment tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF), b'mod parallel mal-proċedura ta' kwittanza ta' l-EDF;

Kontroll baġitarju u ġestjoni

4.  Jistieden lill-EIB biex tagħmel minn kollox biex iżżomm il-klassifikazzjoni AAA li tissalvagwardja l-attivitajiet tiegħu u l-aħjar rati fuq is-self tiegħu, u biex jadatta l-politika ta' prudenza tiegħu f'dan il-kuntest, madankollu mingħajr ma tinsa l-investiment fuq medda twila ħafna ta' żmien;

5.  Jenfasizza li l-EIB tħaddan politika ta' "ebda tolleranza" kontra l-frodi u l-korruzzjoni, u jilqa" bi pjaċir iż-żieda fin-numru ta' inkjesti, kif ukoll aktar kollaborazzjoni ma' l-Uffiċċju Ewropew għal-Kontra l-Frodi (OLAF); jistieden ukoll lill-EIB filwaqt li jadotta l-politika u l-proċeduri kontra l-frodi, biex jinkludi miżuri li jwasslu għal:

   i) mekkaniżmu amministrattiv ta' esklużjoni għall-kumpaniji li jinsabu ħatja ta' korruzzjoni mill-EIB u minn banek oħra ta' żvilupp multilaterali;
   ii) politika ta' ħarsien għal whistleblowers, u
   iii) reviżjoni tal-linji gwida eżistenti għall-akkwist;

6.  Jilqa" b'sodisfazzjon l-eżistenza ta' uffiċċju għall-ilmenti, sabiex jiġu milqugħa u ttrattati l-ilmenti minn barra, kif ukoll il-mekkaniżmu ta' rikors għall-ilmenti milqugħa permezz ta' l-Ombudsman Ewropew; jilqa" bi pjaċir u jappoġġja b'mod attiv id-djalogu bejn l-Ombudsman Ewropew u l-EIB; jistieden lill-EIB sabiex konsegwentement jirrevedi l-mekkaniżmu intern tiegħu ta" lmenti u jippubblika linji gwida ġodda tal-mekkaniżmi għall-ilmenti estiżi għall-operazzjonijiet kollha ffinanzjati mill-EIB;

7.  Jilqa' bi pjaċir ix-xewqa ta" l-EIB għat-transparenza, fil-qafas tal-politika tiegħu ta" l-iżvelar, u l-ammont kbir ta" informazzjoni li jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali, inkluż, kull sena, il-listi tal-proġetti ffinanzjati, b'informazzjoni fil-qosor dwar dawk il-proġetti; jinkoraġġixxi lill-EIB biex jiżviluppa l-attivitajiet tad-dipartiment ta" Evalwazzjoni ta" l-Operazzjonijiet li jwettaq evalwazzjoni ex post ta" kampjun rappreżentattiv ta" proġetti u ta" programmi;

Mekkaniżmi ta' kontrolli tal-kontabilità u ta" kontroll ta" prudenza u mekkaniżmi ta' kalkolu tar-riżultati

8.  Jinnota l-opinjoni favorevoli tal-verifika esterna u l-konklużjonijiet tar-rapport annwali tal-Kumitat ta' Verifika; itenni x-xewqa tiegħu li jara lill-EIB jissottometti ruħu għall-istess regoli ta' prudenza bħal ta' l-istabbilimenti ta' kreditu kif ukoll għal kontroll reali ta" prudenza, filwaqt li jinnota li dawn ir-regoli ma japplikkawx għall-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali simili;

9.  Jitlob biex titħejja missjoni regolatorja indipendenti għall-kontroll tal-kwalità tas-sitwazzjoni finanzjarja ta" l-EIB, u li jkun żgurat li r-riżultati tiegħu jitqiesu b'mod preċiż u li jkunu osservati r-regoli ta' tmexxija tajba tal-professjoni; jirrakkomanda li din tiġi implimentata filwaqt li jissaħħaħ il-Kumitat tal-Verifika indipendenti ta' l-EIB;

10.  Jissuġġerixxi li l-EIB jirreferi għall-Kumitat għall-Kontrolluri Bankarji Ewropej (CEBS) biex jikseb opinjoni dwar din il-missjoni regolatorja, li għandha tispeċifika min għandu jwettaqha sakemm ikun stabbilit regolatur Bankarju Ewropew uffiċċjali; jissuġġerixxi li tiġi maħsuba kwalunkwe sitwazzjoni, inkluż, per eżempju, l-involviment tas-CEBS, ta" regolatur nazzjonali jew ta" numru ta" regolaturi nazzjonali fuq rotazzjoni annwali;

11.  Jifraħ lill-EIB għall-isforzi miksuba fl-inkorporazzjoni ta" l-Istandards Internazzjonali ta' Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS) fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati tiegħu, kif ukoll f'dawk tal-Fond Ewropew għall-Investiment (EIF), fejn l-2006 kienet l-ewwel sena finanzjarja fejn ġew applikati l-ewwel darba l-istandards ta' kontabilità ta" l-IFRS;

12.  Jesprimi l-istess riżervi ta" l-EIB, kemm-il darba l-informazzjoni kollha tiġi mogħtija lill-partijiet terzi, li l-applikazzjoni ta" l-IFRS tar-regoli ta' kontabbilità għall-kontijiet statutorji ssir malajr wisq, qabel ma jkun hemm kunsens wiesgħa fost l-Istati Membri, pereżempju, b'mod speċjali fir-rigward ta' l-kontabilità b'valur ġust li jista' jintroduċi instabbilità kbira fid-determinazzjoni tar-riżultati finanzjarji mhux konsolidati ta" l-EIB;

13.  Madankollu jirrakkomanda li ssir sorveljanza teknika fuq din il-kwistjoni, li se ssir kruċjali mil-lat ta' preżentazzjoni, ta' approvazzjoni u ta' użu tar-riżultati ta' kontabilità ma' l-iżvilupp ta' ħidmiet ta' kapital ta' riskju, tal-finanzjament ta' l-SMEs, u l-inġinerija finanzjarja li l-UE jkollha tħejji għall-finanzjament ta' l-infrastrutturi tagħha;

14.  Jieħu nota ta' l-għażliet metodoloġiċi adottati mill-EIB għall-evalwazzjoni tar-riskji ta' kreditu, maħsuba biex ipattu għall-iżvantaġġi li ġejjin min-nuqqas ta' esperjenza fil-qasam tat-telf fuq il-krediti, filwaqt li tinġibed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġu introdotti miżuri preventivi biex jitnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskji fir-rigward ta' salvagwardja massima tar-riżorsi finanzjarji bl-għan li tiġi assigurata l-implimentazzjoni tal-miri tal-politika Ewropea;

15.  Jieħu nota ta' l-isforzi li saru sabiex jiġu megħluba dawn id-diffikultajiet fuq il-bażi ta' tekniki ta' traspożizzjoni tal-parametri interni u esterni, u jispera li jiġi infurmat dwar il-metodi l-ġodda li kienu introdotti sabiex il-klijenti ta" l-EIB jiġu klassifikati u biex jiġu evalwati r-riskji ta' kreditu; jinnota, fir-rigward ta" l-operazzjonijiet ta" ħruġ ta" sigurtajiet li l-approċċ simplifikat li jintuża bħalissa jista' jiġi rivedut fil-futur;

16.  Jittama, fir-rigward ta' l-applikazzjoni tal-Basel II, li l-EIB ikun jista' juri li huwa kapaċi jwettaq il-missjoni tiegħu bil-fondi proprji tiegħu, li jlaħħqu EUR 33.5 biljun, u biex iżomm l-aħjar klassifika ta' AAA;

Strateġija u objettivi

17.  Jilqa" bi pjaċir l-orjentament adottat fl-istrateġija l-ġdida għall-2007-2009, inklużi t-tisħiħ mill-ġdid tal-valur miżjud, iż-żieda gradwali tat-teħid ta' riskju, fost oħrajn fl-attivitajiet favur l-SMEs u l-gvern lokali, l-użu ta' strumenti finanzjarji ġodda u l-intensifikar tal-koperazzjoni mal-Kummissjoni; jappoġġja mingħajr riserva l-pjan ta' attività ta' l-EIB għall-perjodu 2007–2009;

Prijoritajiet strateġiċi ġodda u strumenti

18.  Jilqa" bi pjaċir l-inkorporazzjoni tal-promozzjoni ta" enerġija sigura, kompetittiva u sostenibbli fil-karatteristiċi ewlenin tal-programm ta" attivitajiet ta' l-EIB, inkluzi sorsi ta" enerġija alternattivi u li jiġġeddu, u jitlob għall-iżvilupp ta" kriterji ta" finanzjament li jħarsu l-ambjent, konformi ma" l-objettivi strateġiċi ta" l-UE li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett serra;

19.  Jilqa" bi pjaċir il-fatt li l-iżvilupp sostenibbli jibqa' rekwiżit fundamentali għall-EIB; jifraħ lill-EIB għar-riżultati eċċellenti li kiseb f'termini ta" attività ta' self għall-promozzjoni tal-ħarsien ta' l-ambjent u l-koeżjoni soċjali u ekonomika; jinkoraġġixxi lill-EIB sabiex isaħħaħ mill-ġdid il-linji politiċi ambjentali u soċjali tiegħu, sabiex itejjeb aktar u jaġġorna l-istandards attwali tiegħu, b'mod partikulari dawk li jikkonċernaw l-attivitajiet ta' self estern tiegħu ; jitlob lill-EIB biex jiċċara l-għanijiet u l-metodoloġija tal-proċess ta' l-evalwazzjoni tiegħu, u biex jintegra firxa usa' ta' fatturi soċjali u ambjentali fl-operazzjonijiet tiegħu, u biex jiżgura l-koerenza ta' dawn l-attivitajiet, b'mod iżjed speċifiku fil-kontinent Afrikan, bil-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp u l-kisba ta" l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp tan-NU; jitlob lill-EIB biex jiżgura li jkollu impenn attiv mas-soċjetà ċivili, inter alia permezz ta' proċeduri ta' konsultazzjoni;

20.  Ifaħħar lill-EIB għall-kuntratti ta' qafas iffirmati bejn l-EIB u l-Kummissjoni: l-RSFF u t-TEN-T; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-EIB sabiex jiżviluppaw aktar strumenti konġunti għall-appoġġ tal-linji politiċi ta" l-UE, filwaqt li jsiru sforzi sabiex ikun mobilizzat aktar kapital privat sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa ta" l-għanijiet ta" prijorità ta" l-EIB;

Finanzjament tal-proġetti kbar ta' l-infrastruttura

21.  Ifakkar li, għalkemm l-attivitajiet ta' l-EIB huma komplimentari għal dawk tas-settur privat, l-EIB għandu jevita kwalunkwe konkorrenza mas-settur privat fit-tiftixa għall-aħjar effett ta' lieva għall-finanzjament ta' proġetti Ewropej;

22.  Itenni l-inkoraġġiment tiegħu għall-EIB biex jagħti prijorità lill-finanzjament tat- TENs, li jinkludu l-infrastrutturi transkonfinali li jippermettu l-inter-konnessjoni tan-netwerks nazzjonali, li huwa element essenzjali għall-iżvilupp ta' ekonomija ta' suq iffukata fuq il-koeżjoni soċjali; jistieden lill-EIB, fir-rigward tal-finanzjament tat-TENs, sabiex jagħti prijorità lill-proġetti ta" l-infrastruttura jew tat-trasport b'marka tal-karbonju mnaqqsa jew negattiva;

23.  Jissuġġerixxi li, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-kwalità tar-riżorsi umani ta" l-EIB, l-imparzjalità u l-esperjenza tiegħu fil-finanzjament ta' l-infrastrutturi l-kbar, il-Kummissjoni għandha tafda f'idejn l-EIB it-twettiq ta" missjoni ta' riflessjoni strateġika dwar il-finanzjament ta' l-infrastrutturi, filwaqt li titqies il-ħtieġa għall-iżvilupp reġjonali bbilanċjat u mingħajr ma tiġi eskluża l-ebda ipoteżi: sussidji, il-ħlas ta' somom sottoskritti mill-Istati Membri għall-kapital ta" l-EIB, is-self (li jinkludi self ta" l-EIB, bħal pereżempju dawk iffinanzjati minn self speċjali mill-Istati Membri(12)), strumenti innovattivi bħalma huma l-RSFF u t-TEN-T, l-inġinerija finanzjarja adattata għall-proġetti fuq medda twila ta' żmien li ma jħallux profitt immedjat, l-iżvilupp ta' sistemi ta' garanzija, il-ħolqien ta' sezzjoni ta' investiment fi ħdan il-baġit ta' l-UE, konsorzji finanzjarji bejn l-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali u lokali, sħubiji pubbliċi-privati, eċċ.;

Għajnuna lill-SMEs

24.  Jistieden lill-EIB sabiex ikun żgur li jkun hemm biżżejjed kapital ta' riskju disponibbli għall-SMEs, li jkollhom diffikultajiet biex jiġbdu kapital ta' risku; jilqa" it-tnedija ta' l-inizjattiva ta' Riżorsi Konġunti Ewropej għal-Intrapriżi Micro sa Medji (JEREMIE) żviluppata fl-2005 mid-Direttorat-Ġenerali tal-Politika Reġjonali tal-Kummissjoni u l-EIB sabiex jingħata aċċess aħjar lill-impriżi għall-mekkaniżmi ta' inġinerija finanzjarja, u jħeġġeġ l-iżvilupp tal-Programm ta' Kompetittivita u Innovazzjoni (CIP) fil-kuntest tal-prijoritajiet ta' l-Aġenda ta' Liżbona;

25.  Ifakkar li huwa approva l-parteċipazzjoni ta' l-UE fiż-żieda tal-kapital ta' l-EIF, sabiex ir-riżorsi li jeħtieġ biex iwettaq il-ħidma tiegħu u jimplimenta l-politika ta" koeżjoni ekonomika u soċjali jkunu disponibbli għall-EIF;

26.  Jikkonferma l-ħtieġa li jkun hemm reazzjoni aħjar għan-nuqqasijiet fis-suq għall-finanzjament ta' l-SMEs u jħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-EIB u lill-EIF biex ikomplu d-diversifikazzjoni ta' l-istrumenti finanzjarji Komunitarji fit-tlugħ (jiġifieri trasferiment ta' teknoloġija) u fl-inżul (jiġifieri finanzjament mezzanin) tal-kapital ta' riskju, kif ukoll biex ikun promoss l-iżvilupp tal-mikro kreditu fl-Ewropa fil-kuntest ta' l-inizjattiva Ewropea ġdida għall-iżvilupp tal-mikro kreditu b'appoġġ għat-tkabbir u l-impjiegi (COM(2007)0708);

Għajnuna għat-twaqqif ta' proġetti

27.  Jenfasizza l-irwol ta' l-għarfien speċjalizzat ta" l-EIB fit-twaqqif ta' proġetti, b'mod partikulari permezz tal-programm ta' Assistenza Konġunta għall-Appoġġ ta' Proġetti fir-Reġjuni Ewropej (JASPERS), ifakkar li hemm valur miżjud importanti fil-kapaċità ta' inġinerija ta" l-EIB fit-twaqqif ta' finanzjament ta' proġetti u ta" sħubiji pubbliċi-privati, b'mod partikulari fil-qafas taċ-Ċentru Ewropew ta' għarfien speċjalizzat għas-sħubiji pubbliċi-privati (EPEC), u jistieden lill-EIB biex jikkomunika aħjar ma' min hu responsabbli għal proġetti fuq livell lokali dwar l-għajnuna teknika li jista' jipprovdi;

28.  Ifaħħar lill-EIB għall-ftuħ ta' uffiċċji ġodda fl-Istati Membri, li jagħtih viżibilità aħjar, kif ukoll aktar prossimità mal-mexxejja tal-proġetti sabiex jiġu faċilitati l-proġetti u li jgħinu lill-EIB tifforma rabtiet aktar mill-viċin ma" organizzazzjonijiet, istituzzjonijiet u awtoritajiet lokali fir-rigward ta" l-iżvilupp favorevoli tal-politika ta" l-UE ta" l-iżvilupp reġjonali bbilanċjat kif ukoll l-involviment mgħaġġel tal-pajjiżi li ssieħbu ma" l-UE mill-2004 'l hawn;

Ħidmiet barra mill-Unjoni Ewropea

29.  Jinnota b'sodisfazzjon il-konklużjonijiet favorevoli tar-reviżjoni ta' l-attivitajiet tal-Faċilità għall-Investiment u s-Sħubija Ewro-Mediterranja (FEMIP); fuq il-bażi ta' din ir-reviżjoni, jilqa" bi pajċir it-talba mill-Kunsill sabiex il-FEMIP tiżviluppa aktar sabiex tiġi msaħħa s-sħubija Ewro-Mediterranja; jispera, f'dan il-kuntest, li l-mandat tas-self mogħti lill-EIB għall-perjodu 2007-2013, megħjun mir-riżorsi baġitarji xierqa, jippermetti li jkun mgħaġġel il-proċess ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali;

30.  Jistieden lill-EIB sabiex taħdem f'reġjuni li qed jiżviluppaw b'konformità mal-prinċipji tad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar l-Effettività ta" l-Għajnuna imsemmija hawn fuq, u biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-Kunsens dwar l-Iżvilupp ta' l-UE, b'mod partikulari fit-twassil ta" għajnuna effettiva, fit-titjib ta' responsabilità reċiproka, u l-adozzjoni ta" indikaturi ta" żvilupp li jistgħu jitkejlu.

31.  Huwa ta" l-opinjoni li il-FEMIP għandha tibqa' l-qofol li madwarha hija mibnija kwalunkwe inizjattiva Ewropea li tmexxi l-ambizzjoni għall-iżvilupp ulterjuri tal-Baċir tal-Mediterran;

32.  Iħeġġeġ lill-EIB biex ikompli l-politika tiegħu ta' ħruġ ta' bonds f'firxa wiesgħa ta' muniti, inkluż il-muniti ta' pajjiżi emerġenti, filwaqt li dejjem jibqa" jkopri lilu nnifsu mir-riskji ta' kambju;

o
o   o

33.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ewropew ta' l-Investiment u lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri.

(1) Protokolli Annessi mat-Trattat li jistabbilixxi l-Kommunità Ewropea.
(2) ĠU C 287 E, 29.11.2007, p. 544.
(3) ĠU L 107, 25.4.2007, p. 5.
(4) Kawża C-15/00, Kummissjoni/EIB, Rec. 2003, p. I-07281.
(5) ĠU L 414, 30.12.2006, p. 95.
(6) ĠU L 162, 22.6.2007, p. 1.
(7) ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.
(8) ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15.
(9) PE 379.207, IP/B/TRAN/IC/2006-184.
(10) Dikjarazzjoni konġunta mill-Kunsill u mir-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-Politika ta' Żvilupp ta' l-Unjoni Ewropea: 'Il-Kunsens Ewropew' - Il-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp (ĠU C 46, 24.2.2006, p. 1).
(11) PE 379.207, IP/B/TRAN/IC/2006-184.
(12) Artikolu 6 ta' l-Istatut ta' l-EIB.


Il-kwittanza ta' l-2006: Il-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, Taqsima III - Kummissjoni
PDF 913kWORD 515k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima III - Kummissjoni (SEC(2007)1056 – C6-0390/2007 – 2007/2037(DEC)) (SEC(2007)1055 – C6-0362/2007 – 2007/2037(DEC))
P6_TA(2008)0133A6-0109/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(1),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali aħħarin tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 – Volum I (SEC(2007)1056 – C6-0390/2007, SEC(2007)1055 – C6-0362/2007)(2),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-segwitu tad-deċiżjonijiet ta' kwittanza ta' l-2005 (COM(2007)0538, COM(2007)0537), u d-dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni - Anness għar-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew dwar is-segwitu għall-proċedura ta' kwittanza ta' l-2005 (SEC(2007)1185, SEC(2007)1186),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata 'Riżultati tal-Politika fl-2006' (COM(2007)0067),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata 'Sintesi tal-kisbiet amministrattivi tal-Kummissjoni fl-2006' (COM(2007)0274),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni li saru fl-2006 (COM(2007)0280), u d-dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni maħruġ mar-rapport annwali lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-verifiki interni li saru fl-2006 (SEC(2007)0708),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar ir-risposti ta" l-Istati Membri dwar ir-Rapport Annwali 2005 tal-Qorti ta" l-Awdituri (COM(2007)0118),

–   wara li kkunsidra l-Green Paper dwar l-Inizjattiva Ewropea favur it-Trasparenza adottata mill-Kummissjoni fit-3 ta' Mejju 2006 (COM(2006)0194),

–   wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2004 tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-mudell ta' 'verifika waħda' (u proposta għal qafas Komunitarju ta' kontroll intern)(3) ,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-roadmap għal qafas ta' kontroll intern integrat (COM(2005)0252),

–   wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas ta' kontroll intern integrat (COM(2006)0009), ir-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-progress tal-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas integrat tal-kontroll intern (COM(2007)0086), u d-dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni maħruġ ma' dak ir-rapport (SEC(2007)0311),

–   wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 6/2007 tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar it-taqsiriet annwali ta' l-Istati Membri, id-'dikjarazzjonijiet nazzjonali' ta' l-Istati Membri u x-xogħol tal-verifika fuq il-fondi ta' l-UE mill-korpi nazzjonali tal-verifika(4),

–   wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni biex jissaħħaħ l-irwol superviżorju tal-Kummissjoni fi tmexxija konġunta ta' azzjonijiet strutturali (COM(2008)0097),

–   wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas ta' kontroll intern integrat(COM(2008)0110), u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja r-rapport (SEC(2008)0259),

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-istituzzjonijiet(5) u r-rapport speċjali tal-Qorti ta' l-Awdituri,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, mogħtija mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(6),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5842/2008 – C6-0082/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE kif ukoll l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(7), u b'mod partikulari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 70 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A6-0109/2008),

A.   billi skond l-Artikolu 274 tat-Trattat KE l-Kummissjoni timplimenta l-baġit taħt ir-responsabilità tagħha stess, skond il-prinċipju ta' amministrazzjoni finanzjarja soda,

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006;

2.  Jistabbilixxi l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti ta' l-Awdituri u lill-Bank Ewropew ta' l-Investiment, u lill-istituzzjonijiet nazzjonali u reġjonali ta' verifika ta' l-Istati Membri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2006 (SEC(2007)1056 – C6-0390/2007 – 2007/2037(DEC)) (SEC(2007)1055 – C6-0362/2007 – 2007/2037(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(8),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali aħħarin tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 – Volum I (SEC(2007)1056 – C6-0390/2007, SEC(2007)1055 – C6-0362/2007)(9),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali aħħarin ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżjoni u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2006(10),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-segwitu tad-deċiżjonijiet ta' kwittanza ta' l-2005 (COM(2007)0538, COM(2007)0537), u d-dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni - Anness għar-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew dwar is-segwitu għall-proċedura ta' kwittanza ta' l-2005 (SEC(2007)1185, SEC(2007)1186),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata 'Riżultati tal-Politika fl-2006' (COM(2007)0067),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata 'Sintesi tal-kisbiet amministrattivi tal-Kummissjoni fl-2006' (COM(2007)0274),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni li saru fl-2006 (COM(2007)0280), u d-dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni maħruġ mar-rapport annwali lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-verifiki interni li saru fl-2006 (SEC(2007)0708),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar ir-risposti ta" l-Istati Membri dwar ir-Rapport Annwali 2005 tal-Qorti ta" l-Awdituri (COM(2007)0118),

–   wara li kkunsidra l-Green Paper dwar l-Inizjattiva Ewropea favur it-Trasparenza adottata mill-Kummissjoni fit-3 ta' Mejju 2006 (COM(2006)0194),

–   wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2004 tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-mudell ta' 'verifika waħda' (u proposta għal qafas Komunitarju ta' kontroll intern)(11) ,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-roadmap għal qafas ta' kontroll intern integrat (COM(2005)0252),

–   wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas ta' kontroll intern integrat (COM(2006)0009), ir-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-progress tal-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas integrat tal-kontroll intern (COM(2007)0086), u d-dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni maħruġ ma' dak ir-rapport (SEC(2007)0311),

–   wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 6/2007 tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar it-taqsiriet annwali ta' l-Istati Membri, id-'dikjarazzjonijiet nazzjonali' ta' l-Istati Membri u x-xogħol tal-verifika fuq il-fondi ta' l-UE mill-korpi nazzjonali tal-verifika(12),

–   wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni biex jissaħħaħ l-irwol superviżorju tal-Kummissjoni fi tmexxija konġunta ta' azzjonijiet strutturali (COM(2008)0097),

–   wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas ta' kontroll intern integrat(COM(2008)0110), u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja r-rapport (SEC(2008)0259),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżjoni u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2006, kif ukoll it-tweġibiet ta' l-Aġenzija(13),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, mogħtija mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(14),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5855/2008 – C6-0083/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE kif ukoll l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(15), u b'mod partikolari l-Artikolu 55 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jistipula l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li se jkunu fdati b'ċerti ħidmiet li għandhom x'jaqsmu mat-tmexxija tal-programmi Komunitarji(16), u b'mod partikulari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar ir-regolamentazzjoni finanzjarja standard għall-agenziji eżekuttivi li jsegwi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(17), u b'mod partikulari l-Artikolu 66(1) u (2) tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/56/KE ta' l-14 ta' Jannar 2005 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Edukattiva, Awdjoviżiva u Kulturali għat-tmexxija ta' l-azzjoni Komunitarja fl-oqsma ta' l-edukazzjoni, l-awdjoviżiv u l-kultura fl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003(18),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 70 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A6-0109/2008),

A.   billi skond l-Artikolu 274 tat-Trattat KE l-Kummissjoni timplimenta l-baġit taħt ir-responsabbilità tagħha stess, skond il-prinċipju ta' amministrazzjoni finanzjarja soda,

1.  Jagħti l-kwittanza lid-direttur ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2006;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima III – Kummissjoni;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din id-deċiżjoni, kif ukoll id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima III – Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-direttur ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti għas-sena finanzjarja 2006 (SEC(2007)1056 – C6-0390/2007 – 2007/2037(DEC)) (SEC(2007)1055 – C6-0362/2007 – 2007/2037(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(19),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali aħħarin tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 – Volum I (SEC(2007)1056 – C6-0390/2007, SEC(2007)1055 – C6-0362/2007)(20),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali aħħarin ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti għas-sena finanzjarja 2006(21),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-segwitu tad-deċiżjonijiet ta' kwittanza ta' l-2005 (COM(2007)0538, COM(2007)0537), u d-dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni - Anness għar-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew dwar is-segwitu għall-proċedura ta' kwittanza ta' l-2005 (SEC(2007)1185, SEC(2007)1186),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata 'Riżultati tal-Politika fl-2006' (COM(2007)0067),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata 'Sintesi tal-kisbiet amministrattivi tal-Kummissjoni fl-2006' (COM(2007)0274),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni li saru fl-2006 (COM(2007)0280), u d-dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni maħruġ mar-rapport annwali lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-verifiki interni li saru fl-2006 (SEC(2007)0708),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar ir-risposti ta" l-Istati Membri dwar ir-Rapport Annwali 2005 tal-Qorti ta" l-Awdituri (COM(2007)0118),

–   wara li kkunsidra l-Green Paper dwar l-Inizjattiva Ewropea favur it-Trasparenza adottata mill-Kummissjoni fit-3 ta' Mejju 2006 (COM(2006)0194),

–   wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2004 tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-mudell ta' 'verifika waħda' (u proposta għal qafas Komunitarju ta' kontroll intern)(22) ,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-roadmap għal qafas ta' kontroll intern integrat (COM(2005)0252),

–   wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas ta' kontroll intern integrat (COM(2006)0009), ir-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-progress tal-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas integrat tal-kontroll intern (COM(2007)0086), u d-dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni maħruġ ma' dak ir-rapport (SEC(2007)0311),

–   wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 6/2007 tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar it-taqsiriet annwali ta' l-Istati Membri, id-'dikjarazzjonijiet nazzjonali' ta' l-Istati Membri u x-xogħol tal-verifika fuq il-fondi ta' l-UE mill-korpi nazzjonali tal-verifika(23),

–   wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni biex jissaħħaħ l-irwol superviżorju tal-Kummissjoni fi tmexxija konġunta ta' azzjonijiet strutturali (COM(2008)0097),

–   wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas ta' kontroll intern integrat(COM(2008)0110), u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja r-rapport (SEC(2008)0259),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti għas-sena finanzjarja 2006, kif ukoll it-tweġibiet ta' l-Aġenzija(24),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, mogħtija mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(25),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5855/2008 – C6-0083/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE kif ukoll l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(26), u b'mod partikolari l-Artikolu 55 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jistipula l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li se jkunu fdati b'ċerti ħidmiet li għandhom x'jaqsmu mat-tmexxija tal-programmi Komunitarji(27), u b'mod partikulari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar ir-regolamentazzjoni finanzjarja standard għall-agenziji eżekuttivi li jsegwi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(28), u b'mod partikulari l-Artikolu 66(1) u (2) tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2004/20/KE tal-Kummissjoni tat-23 ta' Diċembru 2003 li tistabbilixxi aġenzija eżekuttiva, l-"Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti", biex timmaniġġja l-azzjoni tal-Komunità fis-settur ta' l-enerġija biex ikun implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003(29),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 70 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A6-0109/2008),

A.   billi skond l-Artikolu 274 tat-Trattat KE l-Kummissjoni timplimenta l-baġit taħt ir-responsabilità tagħha stess, skond il-prinċipju ta' amministrazzjoni finanzjarja soda,

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2006;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima III – Kummissjoni;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni, kif ukoll id-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima III – Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

4.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima III – Kummissjoni (SEC(2007)1056 – C6-0390/2007 – 2007/2037(DEC)) (SEC(2007)1055 – C6-0362/2007 – 2007/2037(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(30),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 – Volum I (SEC(2007)1056 – C6-0390/2007, SEC(2007)1055 – C6-0362/2007)(31),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-segwitu tad-deċiżjonijiet ta' kwittanza ta' l-2005 (COM(2007)0538, COM(2007)0537), u d-dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni - Anness għar-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew dwar is-segwitu għall-proċedura ta' kwittanza ta' l-2005 (SEC(2007)1185, SEC(2007)1186),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata 'Riżultati tal-Politika fl-2006' (COM(2007)0067),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata 'Sintesi tal-kisbiet amministrattivi tal-Kummissjoni fl-2006' (COM(2007)0274),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni li saru fl-2006 (COM(2007)0280), u d-dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni maħruġ mar-rapport annwali lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-verifiki interni li saru fl-2006 (SEC(2007)0708),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar ir-risposti ta" l-Istati Membri dwar ir-Rapport Annwali 2005 tal-Qorti ta" l-Awdituri (COM(2007)0118),

–   wara li kkunsidra l-Green Paper dwar l-Inizjattiva Ewropea favur it-Trasparenza adottata mill-Kummissjoni fit-3 ta' Mejju 2006 (COM(2006)0194),

–   wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2004 tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-mudell ta' 'verifika waħda' (u proposta għal qafas Komunitarju ta' kontroll intern)(32) ,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-roadmap għal qafas ta' kontroll intern integrat (COM(2005)0252),

–   wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas ta' kontroll intern integrat (COM(2006)0009), ir-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-progress tal-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas integrat tal-kontroll intern (COM(2007)0086), u d-dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni maħruġ ma' dak ir-rapport (SEC(2007)0311),

–   wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 6/2007 tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar it-taqsiriet annwali ta' l-Istati Membri, id-'dikjarazzjonijiet nazzjonali' ta' l-Istati Membri u x-xogħol tal-verifika fuq il-fondi ta' l-UE mill-korpi nazzjonali tal-verifika(33),

–   wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni biex jissaħħaħ l-irwol superviżorju tal-Kummissjoni fi tmexxija konġunta ta' azzjonijiet strutturali (COM(2008)0097),

–   wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas ta' kontroll intern integrat(COM(2008)0110), u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja r-rapport (SEC(2008)0259),

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-istituzzjonijiet(34) u r-rapport speċjali tal-Qorti ta' l-Awdituri,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, mogħtija mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(35),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5842/2008 – C6-0082/2008) u 5855/2008 – C6-0083/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE kif ukoll l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(36), u b'mod partikulari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jistipula l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li se jkunu fdati b'ċerti ħidmiet li għandhom x'jaqsmu mat-tmexxija tal-programmi Komunitarji(37), u b'mod partikulari l-Artikolu 14(2) u (3) tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 70 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A6-0109/2008),

A.   billi skond l-Artikolu 275 tat-Trattat KE l-Kummissjoni hija responsabbli għat-tfassil tal-kontijiet,

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti ta' l-Awdituri u lill-Bank Ewropew ta' l-Investiment, u lill-istituzzjonijiet nazzjonali u reġjonali ta' verifika ta' l-Istati Membri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

5.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 b'kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima III – Kummissjoni (SEC(2007)1056 – C6-0390/2007 – 2007/2037(DEC)) (SEC(2007)1055 – C6-0362/2007 – 2007/2037(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(38),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 – Volum I (SEC(2007)1056 – C6-0390/2007, SEC(2007)1055 – C6-0362/2007)(39),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-segwitu tad-deċiżjonijiet ta' kwittanza ta' l-2005 (COM(2007)0538, COM(2007)0537), u d-dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni - Anness għar-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew dwar is-segwitu għall-proċedura ta' kwittanza ta' l-2005 (SEC(2007)1185, SEC(2007)1186),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata 'Riżultati tal-Politika fl-2006' (COM(2007)0067),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata 'Sintesi tal-kisbiet amministrattivi tal-Kummissjoni fl-2006' (COM(2007)0274),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni li saru fl-2006 (COM(2007)0280), u d-dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni maħruġ mar-rapport annwali lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-verifiki interni li saru fl-2006 (SEC(2007)0708),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar ir-risposti ta" l-Istati Membri dwar ir-Rapport Annwali 2005 tal-Qorti ta" l-Awdituri (COM(2007)0118),

–   wara li kkunsidra l-Green Paper dwar l-Inizjattiva Ewropea favur it-Trasparenza adottata mill-Kummissjoni fit-3 ta' Mejju 2006 (COM(2006)0194),

–   wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2004 tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-mudell ta' 'verifika waħda' (u proposta għal qafas Komunitarju ta' kontroll intern)(40) ,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-roadmap għal qafas ta' kontroll intern integrat (COM(2005)0252),

–   wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas ta' kontroll intern integrat (COM(2006)0009), ir-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-progress tal-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas integrat tal-kontroll intern (COM(2007)0086), u d-dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni maħruġ ma' dak ir-rapport (SEC(2007)0311),

–   wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 6/2007 tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar it-taqsiriet annwali ta' l-Istati Membri, id-'dikjarazzjonijiet nazzjonali' ta' l-Istati Membri u x-xogħol tal-verifika fuq il-fondi ta' l-UE mill-korpi nazzjonali tal-verifika(41),

–   wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni biex jissaħħaħ l-irwol superviżorju tal-Kummissjoni fi tmexxija konġunta ta' azzjonijiet strutturali (COM(2008)0097),

–   wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas ta' kontroll intern integrat(COM(2008)0110), u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja r-rapport (SEC(2008)0259),

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-istituzzjonijiet(42) u r-rapport speċjali tal-Qorti ta' l-Awdituri,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, mogħtija mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(43),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5842/2008 – C6-0082/2008) u 5855/2008 – C6-0083/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE kif ukoll l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(44), u b'mod partikulari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 70 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A6-0109/2008),

A.   billi l-Artikolu 274 tat-Trattat KE jistabbilixxi li r-responsabbiltà għall-implimentazzjoni tal-baġit Komunitarju hija tal-Kummissjoni u trid titħaddem skond il-prinċipji ta' l-amministrazzjoni finanzjarja soda, b'koperazzjoni ma' l-Istati Membri,

B.   billi l-implimentazzjoni tal-politiki ta' l-UE hija kkaratterizzata mill-ġestjoni konġunta tal-baġit Komunitarju mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri, skond liema 80% tan-nefqa Komunitarja hija amministrata mill-Istati Membri,

C.   billi fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-24 ta' April 2007(45) dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2005, il-Parlament ippropona li kull Stat Membru jrid ikun jista' jassumi r-responsabbiltà għall-ġestjoni tal-fondi li jkun irċieva mill-UE, permezz ta' dikjarazzjoni waħda ta' amministrazzjoni nazzjonali jew permezz ta' diversi dikjarazzjonijiet fi ħdan qafas nazzjonali,

D.   billi l-ħtieġa urġenti li jiddaħħlu dikjarazzjonijiet nazzjonali f'livell politiku xieraq, li jkopru l-fondi Komunitarji kollha li jkunu taħt ġestjoni konġunta, kienet proposta mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet tiegħu ta' l-2003 u l-2005 dwar il-kwittanza,

E.   billi, fir-Rapport Annwali tagħha dwar is-sena finanzjarja 2006 (punt 0.10), il-Qorti ta' l-Awdituri (ECA) irrikonoxxiet l-importanza ta' dikjarazzjonijiet nazzjonali mat-taqsiriet annwali sakemm, "dawn l-elementi kollha, jekk implimentati sew, jistgħu jistimulaw immaniġġjar u kontroll imtejba tal-fondi ta' l-UE fl-Istati Membri" u b'xi kundizzjonijiet "elementi bħal dawn jistgħu jagħtu valur miżjud u jistgħu jintużaw mill-Qorti skond ir-rekwiżiti ta' standards internazzjonali tal-verifika",

F.   billi l-ECA fl-Opinjoni Nru 6/2007 tagħha dwar it-taqsiriet annwali ta' l-Istati Membri u d-'dikjarazzjonijiet nazzjonali' ta' l-Istati Membri, enfasizzat ukoll li d-dikjarazzjonijiet nazzjonali jistgħu jitqiesu bħala element ġdid tal-kontroll intern tal-fondi ta' l-UE, u li jekk juru biċ-ċar il-punti ta' saħħa u l-punti dgħajfin, huma jistimulaw kontroll aħjar tal-fondi ta' l-UE taħt ġestjoni konġunta,

G.   billi t-titjib ta' l-amministrazzjoni finanzjarju fl-UE jrid ikun appoġġjat minn monitoraġġ tajjeb tal-progress fil-Kummissjoni u fl-Istati Membri, u billi l-istati Membri għandhom jassumu r-responsabbiltà għall-immaniġġjar tal-fondi ta' l-UE, filwaqt li tkun żgurata t-tlestija ta' qafas integrat ta' l-UE ta' kontroll intern bil-għan li tingħata DAS pożittiva,

H.   billi l-implimentazzjoni tal-punt 44 tal-Ftehima Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod (IIA)(46) u ta' l-Artikolu 53b(3) tar-Regolament Finanzjarju, dwar it-taqsiriet tal-verifiki u d-dikjarazzjonijiet disponibbli, għandhom jagħtu kontribut sostanzjali biex jittejjeb l-immaniġġjar tal-baġit Komunitarju,

I.   billi l-prinċipju ta' tmexxija finanzjarja soda, inkluż il-kontroll intern effettiv huwa wieħed mill-prinċipji baġitarji stipulati fir-Regolament Finanzjarju wara li ġie emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006(47), kif imsemmi mill-Kummissjoni fil-pjan ta' azzjoni tagħha li qafas ta' kontroll intern integrat,

J.   billi l-ħidma tal-Kumitat tiegħu għall-Kontroll tal-Baġit b'mod ġenerali u l-proċedura tal-kwittanza b'mod partikulari huma parti minn proċess li jipprova jikseb ir-responsabbiltà sħiħa tal-Kummissjoni kollha kemm hi, u tal-Membri individwali tagħha, kif ukoll tal-partijiet rilevanti l-oħra kollha, li l-parti l-aktar importanti ta' dawn hi magħmula mill-Istati Membri, għal ġestjoni finanzjarja fl-UE, b'konformita mat-Trattat, u b'hekk tinħoloq bażi aħjar għat-teħid ta' deċiżjonijiet,

K.   billi dan se jqis sew ir-riżultati u r-rakkomandazzjonijiet tal-kwittanza fir-rigward tas-sena finanzjarja 2006 matul il-proċedura baġitarja li jmiss,

L.   billi l-Kunsill għandu jimmira li jsaħħaħ l-isforzi ta' riforma u r-responsabbilita? ta' l-Istati Memrbri biex jirrimedjaw il-problemi identifikati mill-ECA u jiżgura ġestjoni finanzjarja aħjar fl-Unjoni Ewropea.

M.   billi l-2006 kienet is-Sena Ewropea għall-Mobbilità tal-Ħaddiema, li qajmet kuxjenza dwar il-mobbilità fl-istabbiliment ta' suq ġenwin Ewropew tax-xogħol, u ħejjiet it-triq għas-Sena Ewropea ta' l-Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd fl-2007,

KONKLUŻJONIJIET EWLENIN

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-progress li għamlet il-Kummissjoni għal użu iktar effiċjenti tal-fondi ta' l-UE u ta' l-ambjent globali ta' kontroll, progress li jidher fid-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni ta' l-ECA (DAS); f'dan id-dawl, jilqa' d-dikjarazzjoni tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri dwar l-impatt finanzjarju ta' l-iżbalji; jistidinha sabiex fil-ġejjieni tapplika dan fil-kapitoli kollha tar-rapport annwali tagħha;

2.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-progress konsiderevoli li sar fl-immaniġġjar tal-fondi tal-politika agrikola komuni (CAP), b'mod partikulari bis-saħħa tat-tħaddim tas-Sistema Integrata ta' Kontroll Amministrattiv (IACS), u jfakkar lill-Greċja dwar l-obbligu tagħha li timplimenta s-sistema IACS skond il-pjan ta' azzjoni tagħha;

3.  Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni sabiex tirraporta kull xahar lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu dwar l-implimentazzjoni tas-segwitu tal-proċedura ta' kwittanza għall-2006, fejn, kull xahar, il-Membru tal-Kummissjoni jippreżenta l-iżviluppi fis-suġġett li għalih hu responsabbli, li jkopri dikjarazzjonijiet nazzjonali u sommarji annwali, azzjonijiet esterni u l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni biex jissaħħaħ l-irwol superviżorju tal-Kummissjoni f'ġestjoni konġunta ta' l-azzjonijiet strutturali;

Dikjarazzjonijiet Nazzjonali ta' Amministrazzjoni

4.  Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tagħti appoġġ sod lill-inizjattivi nazzjonali għat-tfassil u l-pubblikazzjoni ta' dikjarazzjoni nazzjonali, verifikati mill-istituzzjonijiet nazzjonali ta' verifika, u li tkompli tħeġġeġ lill-Istati Membri biex isegwu l-eżempju tad-Danimarka, l-Olanda, l-Iżvezja u r-Renju Unit; għalhekk jistenna li l-Kummissjoni tinkludi punt ġdid ta' azzjoni dwar il-promozzjoni tad-dikjarazzjonijiet nazzjonali ta' amministrazzjoni bħala parti mir-reviżjoni u s-segwitu tal-pjan ta' azzjoni fuq imsemmi lejn qafas ta' kontroll intern integrat; jistenna wkoll li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw li t-taqsiriet nazzjonali jirrispettaw bis-sħiħ l-iskopijiet u l-ispirtu tal-punt 44 ta' l-IIA;

5.  Huwa tal-fehma li l-Kummissjoni trid tirreaġixxi biex tissodisfa rekwiżiti importanti magħmula fir-riżoluzzjoni tal-Parlament li takkumpanja d-deċiżjoni ta' kwittanza tas-sena finanzjarja 2005, u dan m'huwiex il-każ fil-qasam tad-dikjarazzjonijiet nazzjonali, fejn il-Parlament talab lill-Kummissjoni biex qabel tmiem l-2007 tressaq proposta lill-Kunsill għal dikjarazzjoni ta' amministrazzjoni nazzjonali li tkopri l-fondi Komunitarji kollha inklużi fil-ġestjoni konġunta; jiddispjaċiħ dwar il-fatt li l-Kummissjoni aċċettat b'mod taċitu l-irresponsabbilita? kollettiva ta' l-Istati Membri, bl-eċċezzjoni tad-Danimarka, ta' l-Olanda, ta' l-Iżvezja, u tar-Renju Unit, fir-rigward tal-ġestjoni finanzjarja fl-Unjoni Ewropea;

6.  Huwa tal-fehma li l-Kummissjoni trid tressaq ċifri kompleti u affidabbli għall-irkupri, filwaqt li tispeċifika l-linja tal-baġit u s-sena eżatt li għalihom jirreferi l-irkupru; kontroll serju ma jkunx possibbli bi kwalunkwe preżentazzjoni oħra; huwa konxju li sa ċertu punt il-Kummissjoni għandha tikseb din l-informazzjoni mingħand l-Istati Membri; għal dan il-għan juri li għal dawn l-aħħar tliet snin il-Parlament ippropona l-introduzzjoni ta' dikjarazzjonijiet dwar ġestjoni nazzjonali sabiex il-Kummissjoni titqiegħed f'pożizzjoni minn fejn tkun kapaċi tippreżenti l-informazzjoni nieqsa u timla' n-nuqqasijiet ta' trasparenza;

Fondi Strutturali

7.  Jilqa' l-pubblikazzjoni tal-pjan ta' azzjoni hawn fuq imsemmi biex jissaħħaħ l-irwol superviżorju tal-Kummissjoni f'ġestjoni konġunta ta' l-azzjonijiet strutturali b'reazzjoni għat-tħassib imqajjem mill-Parlament waqt il-proċedura ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2006; se jimmoniterja mill-viċin ir-rappurtaġġ dwar dan il-pjan ta' azzjoni bi tħejjija għall-proċedura ta' kwittanza fir-rigward tas-sena finanzjarja 2007;

8.  Jilqa' l-impenn soda li ħadet il-Kummissjoni sabiex tiżgura li kwalunkwe ħlasijiet mhux mistħoqqa jiġu rkuprati fiż-żmien li jifdal qabel jintemmu l-proċeduri ta' għeluq għall-perjodu 2000 - 2006;

9.  Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni biex tinforza bis-sħiħ ir-Regolament Finanzjarju, b'mod partikulari fir-rigward tat-taqsiriet annwali; jistenna li l-Kummissjoni żżomm lill-Parlament infurmat bis-sħiħ dwar l-azzjonijiet legali kollha miġjuba kontra l-Istati Membri, u fallimenti ta' konformita' tagħhom; f'dan id-dawl jilqa' l-evalwazzjonijiet preliminari tal-kwalita? tat-taqsiriet annwali għall-agrikultura u l-Fondi Strutturali; jistenna bil-ħerqa l-evalwazzjonijiet finali fir-rapporti annwali ta' attivita? tad-Direttorati Ġenerali differenti;

10.  Jikkunsidra bħala kisba kbira tal-proċedura ta' kwittanza fir-rigward tas-sena finanzjarja 2006 l-impenn meħud mill-Kummissjoni li tikkoreġi l-iżbalji individwali li nstabu fir-Rapport Annwali ta' l-ECA, u b'mod partikulari l-impenn sabiex isiru 100% tal-korrezzjonijiet fil-każijiet kollha ta' infrazzjonijiet serji ta' proċeduri ta' akkwist pubbliku u biex jiġu applikati rata fissa jew korrezzjonijiet finanzjarji estrapolati meta ssib problemi sistematiċi ta' offerti;

11.  Madankollu jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta informazzjoni oġġettiva, ċara u sħiħa dwar il-kapaċita? tagħha li tirkupra ammonti ta' pagamenti mhux mistħoqqa;

12.  Jilqa' l-fatt li bħala riżultat dirett tal-proċedura ta' kwittanza fir-rigward tas-sena finanzjarja 2006, il-Kummissjoni fl-aħħar impenjat ruħha li tapplika politika ta' pagamenti sospiżi kemm jista' jkun malajr wara li jinsabu nuqqasijiet serji fis-sistema;

13.  Jistenna bil-ħerqa r-rapporti ta' kull tliet xhur dwar korrezzjonijiet u rkupri li għandhom jiġu verifikati mill-ECA, inkluż l-istabbiliment ta' sistema u skema ta' rappurtaġġ li jippermettu li l-irkupri li jsiru ex post jiġu marbuta mas-sena meta l-fondi ngħataw verament; jispera li dan jagħti dehra ġenerali tajba tas-sitwazzjoni f'dan il-qasam, għall-ewwel darba, u fil-ħin għall-proċedura ta' kwittanza fir-rigward tas-sena finanzjarja 2007; huwa ta' l-opinjoni li l-Kummissjoni għandha tippreżenta skorbord u data finali għall-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tagħha hawn fuq imsemmi sabiex jissaħħaħ l-irwol superviżorju tagħha fi tmexxija konġunta ta' l-azzjonijiet strutturali;

14.  Ifakkar lill-Kummissjoni dwar l-impenji tagħha li ħadet waqt is-smigħ straordinarju quddiem il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-25 ta' Frar 2008

   a) rigward l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni hawn fuq imsemmi biex jissaħħaħ l-irwol superviżorju tal-Kummissjoni f'ġestjoni konġunta ta' l-azzjonijiet strutturali sabiex jitjiebu l-verifiki, jiġu deċiżi u applikati l-proċeduri meħtieġa ta' sospensjoni u ta' korrezzjoni, u biex jitjiebu l-irkupri, u jistenna r-rapporti ta' kull tliet xhur dwar l-implimentazzjoni tiegħu;
   b) biex f'koperazzjoni mill-viċin ma' l-ECA, tiġi żviluppata skema ġdida ta' rappurtaġġ dwar l-irkupri u l-korrezzjonijiet finanzjarji u jistenna li tippreżenta skeda dettaljata għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta' din l-iskema l-ġdida;
   c) li tippreżenta pjan ta' azzjoni b'miżuri dettaljata dwar kif jiġu evitati żbalji estremi;

15.  Jappoġġja l-pożizzjoni tal-Kummissjoni li, meta jinstabu irregolaritajiet, għandha tittieħed azzjoni korrettiva, inklużi s-sospensjoni tal-pagamenti u l-irkupru ta' pagamenti żbaljati jew mhux mistħoqqa, u li hija għandha tirrapporta lill-Parlament mill-inqas darbtejn fis-sena dwar il-miżuri li tieħu f'dan ir-rigward;

Azzjonijiet esterni

16.  Jikkunsidra li wara l-proċedura ta' kwittanza fir-rigward tas-sena finanzjarja 2006, il-Kummissjoni saret aktar konxja dwar l-importanza tat-trasparenza, tal-viżibbilita? u tal-gwida politika għall-fondi kollha ta' l-UE implimentati fil-qasam ta' l-azzjonijiet esterni, kemm direttament mill-Kummissjoni, jew permezz ta' ġestjoni deċentralizzata jew permezz ta' fondi fiduċjarji internazzjonali;

17.  Jilqa' l-impenn tar-rappreżentant tan-NU għall-Iraq li titjieb l-informazzjoni f'ħin reali lill-Kummissjoni, u jikkunsidra li t-13-il xhar ta' riċerka mill-viċin fl-użu tal-fondi ta' l-UE permezz ta' fondi fiduċjarji internazzjonali kkontribwew biex tikber il-kuxjenza dwar il-ħtieġa għal responsabbilita? fir-rigward ta' l-użu tal-flus ta' min iħallas it-taxxa ta' l-UE; jistieden lill-Kummissjoni biex tikkoopera mill-viċin miegħu fir-reviżjoni tal-Ftehima ta' Qafas Finanzjarja u Amministrattiva bejn il-Komunita? Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti (FAFA);

18.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni inkludiet informazzjoni dwar il-missjonijiet ta' verifika taħt l-FAFA, kif ukoll il-konklużjonijiet relevanti, fir-rapporti annwali ta' attivita? li ġew iffirmati mid-Diretturi Ġenerali kompetenti fl-aħħar ta' Marzu 2008, u li dan ppermetta lill-Parlament iqis din l-informazzjoni waqt il-votazzjoni tiegħu dwar dan ir-rapport;

19.  Jaċċetta l-proposta tal-Kummissjoni li tiddiskuti l-kwistjoni ta' definizzjoni ta' organizzazzjoni mhux governattiva (NGO) wara li r-riżultati tal-verifika li dejjem għaddejja ta' l-ECA dwar l-NGOs isiru disponibbli;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni biex:

   a) tipprovdih b'informazzjoni regolari dwar il-finanzjament ta' l-UE ta' fondi fiduċjarji minn bosta donaturi, kemm fuq inizjattiva tagħha kif ukoll fuq talba tal-Parlament;
   b) tippreżenta miżuri dwar kif tiġi mtejba l-viżibbilita? tal-fondi ta' l-UE meta tiġi implimentata għajnuna esterna permezz ta' organizzazzjonijiet oħra;
   c) tippreżenta miżuri maħsuba biex jippermettu aċċess aħjar għall-awdituri ta' l-UE (ECA, Kummissjoni jew kumpaniji privati ta' verifika) biex iwettqu verifiki ta' proġetti taħt ġestjoni konġunta, b'mod speċjali immanniġġar konġunt man-NU;

21.  Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tinfurmah ukoll dwar il-benefiċjarji ta' fondi, kif jingħad fl-Artikolu 30(3) tar-Regolament Finanzjarju, kif ukoll li żżid aktar it-tmexxija, il-viżibbilita? u l-kontroll politiċi fuq dawn il-fondi, b'mod partikulari fuq fondi mmaniġġjati permezz ta' fondi fiduċjarji internazzjonali;

22.  Jinsisti dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar il-membri kollha tal-grupp ta' ħidma u ta' l-esperti li jaħdmu mal-Kummissjoni, u jinsisti wkoll li jkunu magħrufa l-benefiċjarji tal-fondi ta' l-UE;

KWISTJONIJIET ORIZZONTALI
Dikjarazzjoni ta' l-Assigurazzjoni
L-affidabilità tal-kontijiet

23.  Jinnota b'sodisfazzjon l-opinjoni pożittiva tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri dwar l-affidabiltà tal-kontijiet annwali finali u d-dikjarazzjoni tagħha li, minbarra xi osservazzjonijiet, il-kontijiet jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Komunitajiet u r-riżultati ta' l-operat u l-likwidità tagħhom sal-31 ta' Diċembru 2006, skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-Uffiċjal għall-Kontabilità tal-Kummissjoni (Kapitolu 1, Dikjarazzjoni ta' Affidabiltà, paragrafi VII sa IX);

24.  Jesprimi madankollu l-preokkupazzjoni tiegħu li l-osservazzjonijiet tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri dwar żbalji misjuba f'ammonti rreġistrati fis-sistema ta' kontabilità bħala fatturi jew dikjarazzjonijiet ta' l-infiq u prefinanzjament li għandhom l-effett li jkabbru l-ammonti b'madwar EUR 201 miljun u l-ammont totali ta' prefinanzjament għall-futur qarib u għall-futur imbiegħed b'madwar EUR 656 miljun; jiddispjaċih b'mod partikulari għad-dgħjufijiet fis-sistemi ta' kontabiltà ta' ċerti Direttorati Ġenerali, li għadhom jipperikolaw il-kwalità ta' l-informazzjoni finanzjarja (partikolarment għall-benefiċċji ta' qtugħ il-linja u ta' l-impjegati) u jwasslu għal numru ta' korrezzjonijiet wara t-tressiq tal-kontijiet proviżorji;

25.  Jikkundanna l-fatt li d-dokumenti finanzjarji mhumiex disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha ta' l-Unjoni Ewropea għall-membri tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit;

26.  Jinnota li l-uffiċjal għall-Kontabilità tal-Kummissjoni ma setax jivvalida għas-sena finanzjarja 2006 s-sistemi lokali ta' l-Uffiċċju ta' Koperazzjoni EuropeAid, tad-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura u tad-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni;

27.  Ifakkar lill-Kummissjoni dwar l-impenn tagħha fir-rapport annwali lill-awtorità tal-kwittanza dwar is-segwitu tad-deċiżjonijiet tal-kwittanza ta' l-2005 li kull sitt xhur tagħti lill-awtorità baġitarja rapporti dwar l-immaniġġjar ta' operazzjonijiet ta' prefinanzjament, kif mitlub fir-riżoluzzjoni tal-Parlament li takkumpanja d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2005, u jiddispjaċih ħafna li dan ir-rapport għadu ma ġiex ippreżentat;

Legalità tat-tranżazzjonijiet bażiċi

28.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri tqis li f'oqsma fejn is-sistemi superviżorji u ta' kontroll huma implimentati b'mod li jipprovdi mmanniġġar xieraq tar-riskju, it-tranżazzjonijiet kollha kemm huma ma jkollhomx żbalji materjali;

29.  Jiddeplora, madankollu, il-fatt li f'oqsma importanti ħafna ta' nfiq tal-Komunità bħal ma huma miżuri strutturali, politiki interni u azzjonijiet esterni l-ħlasijiet għadhom affettwati minn żbalji materjali kbar fil-livell ta' l-organizzazzjonijiet inkarigati bl-implimentazzjoni;

30.  Jesprimi l-preokkupazzjoni kbira tiegħu dwar il-fatt li l-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri għadha ssib dgħjufijiet fl-operat ta' sistemi superviżorji u ta' kontroll u fir-riżervi dwar l-assigurazzjonijiet mogħtija mid-Diretturi Ġenerali, b'mod partikolari fir-rigward tal-legalità u r-regolarità ta' tranżazzjonijiet bażiċi, u jfakkar lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni dwar ir-responsabiltajiet tagħhom f'dan ir-rigward;

Informazzjoni u qafas tad-Dikjarazzjoni ta" Assigurazzjoni

31.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħidma tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri biex ittejjeb aktar iċ-ċarezza ta' l-approċċ tad-DAS fir-rigward tal-faturi li jikkontribwixxu għal sistemi ta' kontroll iktar effiċjenti u effettivi f'kull qasam minn sena għall-oħra u jistieden lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri biex tibqa' tinforma lill-Parlament regolarment bil-progress f'dan ir-rigward;

32.  Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' ċarezza dwar il-legalità, u l-impatt inevitabbli fuq il-midja, tar-rapporti tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri dwar fondi ta' l-UE li qed jingħataw lil ċerti benefiċjarji (kumpaniji tal-ferrovija, klabbs ta' l-ekwitazzjoni jew tat-trobbija taż-żwiemel, klabbs tal-golf u kunsilli lokali) skond ir-regoli ta' eliġibilità; jinnota li minn perspettiva legali din hija fl-aħħar mill-aħħar diskussjoni dwar ir-regoli ta' l-eliġibilità; jenfasizza li huwa appoġġja l-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri fil-passat, u se jkompli jagħmel dan meta jikkummenta dwar l-effiċjenza u l-effettività fir-Rapporti Speċjali tiegħu;

33.  Ifakkar li l-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri għamlet l-użu ta' verifiki u rapporti disponibbli ta' l-istituzzjonijiet tal-verifika nazzjonali parti integrali mill-metodoloġija l-ġdida tiegħu; talab lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri biex tinforma l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament dwar kif juża din l-informazzjoni u talab ukoll lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri biex tagħti opinjoni dwar l-utilità ta' l-informazzjoni akkwistata mill-istituzzjonijiet tal-verifika nazzjonali meta tfassal ir-rapport annwali tagħha;

34.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-kwalità ta' partijiet speċifiċi mir-Rapport Annwali tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, bħal dik dwar il-miżuri strutturali, kwalità li tippermetti lil kulmin hu konċernat jidentifika l-problemi u jiffoka l-isforzi tiegħu fuq it-titjib meħtieġ;

Immaniġġjar baġitarju

35.  Jinnota l-isforzi li għamlu s-servizzi tal-Kummissjoni matul l-2006 biex ikunu żgurati l-kompletezza u l-eżattezza tar-reġistrazzjoni ta' ħlasijiet ġodda ta' prefinanzjament, ta' fatturi u dikjarazzjonijiet ta' nfiq miftuħa ġodda, u ta' qtugħ;

36.  Jinnota li, fir-rigward tal-Fondi Strutturali, l-2006 kienet l-aħħar sena tal-perjodu ta' programmazzjoni mill-2000 sa l-2006, li sa l-aħħar tiegħu kellhom isiru l-impenji kollha għal dak il-perjodu;

37.  Huwa preokkupat li l-impenji baġitarji pendenti fi tmiem l-2006 jirrappreżentaw kemm ħlasijiet fadal li jsiru għall-prospettiva finanzjarja 2000 sa 2006 li jikkorrispondu għal 28% ta' l-ammonti totali ta' l-intestaturi relatati tal-prospettiva finanzjarja għall-perjodu kollu;

38.  Jiddispjaċih li impenji baġitarji pendenti – impenji mhux użati ttrasferiti biex jintużaw fis-snin li ġejjin, l-aktar għal programmi plurijennali – marbuta ma' operazzjonijiet strutturali u mal-Fond ta' Koeżjoni żdiedu bi EUR 12.6 biljuni (10.6%) għal EUR 131.6 biljuni;

39.  Jinsab imħasseb li l-infiq minħabba l-pressjoni n+2 jista' jfixkel it-twettiq propju tal-proċeduri ta' konklużjoni għal programmi u proġetti strutturali; jinnota li għall-2007, il-pagamenti rigward il-Fondi Strutturali diġa telgħu bi kważi 50% meta mqabbla ma' l-2006; jisħaq li l-Kummissjoni għandha tiżgura proċedura ta' konklużjoni effettiva u jenfasizza l-irwol importanti li għandhom l-Istati Membri f'dan;

40.  Jiddispjaċih ukoll għall-fatt li r-rata ta' nfiq għall-Fond ta' Koeżjoni, għall-ERDF u għall-ESF kienet inqas milli mistenni fl-Istati Membri l-ġodda, u kienet marbuta mad-diffikultajiet li iltqgħu magħhom l-Istati Membri biex jassorbixxu l-infiq; jitlob lill-Kummissjoni biex tagħti spjegazzjoni iktar dettaljata dwar l-infiq fuq proġetti strutturali li kien inqas milli mbassar b'mod nazzjonali;

Dikjarazzjonijiet ta' mmaniġġjar nazzjonali u l-punt 44 ta' l-IIA

41.  Ifakkar li l-ħtieġa urġenti li jiddaħħlu dikjarazzjonijiet nazzjonali f'livell politiku xieraq, li jkopru l-fondi Komunitarji kollha inklużi fl-immaniġġjar konġunt, kif mitlub minnu fir-riżoluzzjonijiet tiegħu li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tal-kwittanza fir-rigward tas-snin finanzjarji ta' l-2003 u l-2005;

42.  Ifakkar li fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward tas-sena finanzjarja 2005, il-Parlament talab lill-Kummissjoni biex qabel tmiem l-2007 tressaq lill-Kunsill proposta għal dikjarazzjoni ta' mmaniġġjar nazzjonali li tkopri l-fondi Komunitarji kollha inklużi fl-immaniġġjar konġunt, ibbażata fuq sottodikjarazzjonijiet mid-diversi korpi nazzjonali responsabbli għall-immaniġġjar tan-nefqa; jirrifjuta t-tweġiba mogħtija mill-Kummissjoni fl-anness għar-rapport tiegħu dwar is-segwitu għall-proċedura ta' kwittanza ta' l-2005, kif ġej: "il-Kummissjoni m'hijiex se taċċetta l-azzjoni proposta minħabba l-fatt li s-27 Stat Membru għandhom strutturi governattivi differenti u strutturi ta' mmaniġġjar differenti għall-fondi ta' l-UE skond l-immaniġġjar konġunt, l-iżvilupp ta' dikjarazzjoni standard waħda ma tagħtix benefiċċji sinifikanti. Madankollu l-Kummissjoni se tibqa' tappoġġja inizjattivi bħal dawn li jittieħdu mill-amministrazzjonijiet nazzjonali"; iqis li din it-tweġiba m'hi sodisfaċenti xejn, meta jitqies il-fatt li iżjed minn 80% tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea jaqa' taħt l-hekk imsejjaħ "immaniġġjar konġunt", u iżjed u iżjed fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-Fondi Strutturali, kif deskritt mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri fir-Rapport Annwali tiegħu; ;

43.  Jappoġġja b'mod sħiħ l-inizjattiva meħuda minn xi Stati Membri (id-Danimarka, l-Olanda, l-Iżvezja u r-Renju Unit) biex jadottaw dikjarazzjoni nazzjonali dwar l-immaniġġjar ta' fondi Komunitarji u jesprimi l-preokkupazzjoni tiegħu għall-fatt li, minkejja dawn l-inizjattivi, il-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri qed jopponu l-introduzzjoni tagħha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippreżenta l-vantaġġi f'dak li huma relazzjonijiet ta' kontroll bejnha u dawk l-Istati Membri li ħadu dik l-inizjattiva; jitlob lill-Kummissjoni biex tirrapporta fuq bażi regolari lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu dwar il-progress li sar f'dan ir-rigward.

44.  Jinnota l-ewwel sommarji annwali mibgħuta mill-maġġoranza ta' l-Istati Membri, u jitlob lill-Kummissjoni biex tibda l-proċeduri tal-ksur tar-regolamenti kontra dawk l-Istati Membri li ma ssodisfawx l-obbligi tagħhom; jirrimarka li huwa jqis dawn is-sommarji annwali bħala l-ewwel pass lejn dikjarazzjonijiet ta' l-immaniġġjar nazzjonali; jitlob lill-Kummissjoni biex qabel l-ewwel qari tal-baġit 2009 tfassal dokument li janalizza l-punti tajbin u l-punti dgħajfin tas-sistema nazzjonali ta' kull Stat Membru għall-amministrazzjoni u l-kontroll tal-fondi Komunitarji u r-riżultati tal-verifiki li saru, u jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq dak id-dokument lill-Parlament u lill-Kunsill; jistieden lill-Kummissjoni biex tirrapporta wkoll dwar il-kwalità tas-sommarji annwali u biex tiżgura li l-valur huwa miżjud mal-proċess b'tali mezzi bħall-identifikazzjoni tal-problemi komuni, is-soluzzjonijiet possibbli u l-aħjar prattiki;

45.  Jinnota madankollu, id-dikjarazzjoni kritika tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri dwar xogħol ta' verifika bl-iskop li "l-awditur estern li jkun jixtieq joqgħod fuq l-opinjoni jew ix-xogħol ta' oħrajn jew li jkun jixtieq juża l-istess opinjoni jew xogħol imsemmi, irid jakkwista evidenza diretta tal-bażi soda ta' dak ix-xogħol"; għalhekk isib ix-xogħol tal-Kumitat ta' Kuntatt tal-Grupp ta' Ħidma responsabbli għall-iżvilupp ta' standards tal-verifika komuni u ta' kriterji tal-verifika komparabbli magħmulin għall-UE essenzjali, u jitlob lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jipparteċipaw fih;

Governanza

46.  Ifakkar lill-Kummissjoni dwar il-kritika preċedenti tiegħu dwar is-saħħa tal-bażi li fuqha l-Kummissjoni tgħid li twettaq ir-responsabbiltà politika tagħha permezz tar-rapport ta' sinteżi tagħha, billi l-Kummissjoni m'għandhiex informazzjoni kompleta dwar 80% tal-fondi taħt l-immaniġġjar konġunt u billi l-kwalità tar-rapporti annwali ta' l-attività tvarja; jirrimarka li s-sors ta' dan in-nuqqas ta' għarfien huwa bbażat fuq żewġ raġunijiet ewlenin: fuq naħa l-immonitorjar u s-superviżjoni insuffiċjenti mill-Kummissjoni, u fuq l-oħra nuqqas ta' soluzzjonijiet u responsabiltà konkreti fil-livell ta' l-Istati Membri;

47.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni aċċettat b'mod taċitu l-irresponsabilità kollettiva tal maġġoranza ta' l-Istati Membri fir-rigward ta' l-immaniġġjar finanzjarju ta' l-Unjoni Ewropea; jilqa' u jappoġġja l-inizjattivi meħuda minn ftit Stati Membri f'dan ir-rigward, u jitlob lill-Istati Membri l-ohra biex isegwu;

48.  Jinnota li l-baġit huwa implimentat mill-Kummissjoni u mill-Membri tagħha u mhux mid-Diretturi Ġenerali li huma uffiċjali maħtura minn delegazzjoni biex jawtorizzaw, u għalhekk jiddispjaċih għall-fatt li r-responsabilità akbar tad-Diretturi Ġenerali ma ġietx akkumpanjata mit-teħid ta' responsabilità diretta (u mhux biss politika) mill-Membri tal-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposti biex tirranġa din is-sitwazzjoni, li tikkontradixxi l-Artikolu 274 tat-Trattat;

49.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-analiżi b'saħħitha tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri tas-sistema ta' kontroll intern fil-Kummissjoni (kapitolu 2 fir-Rapport Annwali tagħha); jinkuraġġixxi lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri biex iżżomm dan l-iżvilupp pożittiv billi tinkludi analiżi ta' l-azzjonijiet jew tan-nuqqas ta' azzjonijiet ta' Membri individwali tal-Kummissjoni fir-rigward ta' din is-sitwazzjoni;

50.  Ifakkar li l-governanza hija dwar il-pożizzjoni ta' staff li għandu xogħol ta' kontabilità u ta' kontroll vis-a-vis l-immanniġġar tagħhom, is-setgħa li għandhom biex jinfurzaw l-azzjonijiet, il-ħiliet u t-taħriġ tagħhom;

51.  Jitlob lid-Direttur Ġenerali u lid-Direttorat Ġenerali għall-Baġit biex jagħtu opinjoni formali dwar il-kwalità u l-effiċjenza tas-sistemi ta' kontroll interni;

52.  Jitlob lis-Segretarju Ġenerali biex jagħti dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni formali fir-rigward tal-kwalità tad-dikjarazzjonijiet individwali mid-Diretturi Ġenerali;

53.  Jitlob lill-awditur intern tal-Kummissjoni biex jevalwa d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tal-Kummissjoni billi jagħti opinjoni ta' verifika;

54.  Ifakkar l-importanza ta' linji ta' rappurtaġġ li jaħdmu - komunikazzjoni miftuħa bejn l-istess gruppi ta' staff speċjalizzat professjonali f'Direttorati Ġenerali differenti bħal, pereżempju, staff ta' l-IT, staff tal-kontroll intern, staff tal-verifika interna u accountants, eċċ. - f'organizzazzjoni silo bħall-Kummissjoni; jiddispjaċih li saru ftit wisq sforzi biex jiddaħħal dan l-istrument ta' governanza; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura l-introduzzjoni ta' linji ta' rappurtaġġ operattivi obbligatorji mill-aktar fis possibbli u biex tirrapporta lill-Kumitat tiegħu għall-Kontroll tal-Baġit dwar dan sa mhux aktar tard minn Settembru 2008;

55.  Jistieden lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-grad ta' l-uffiċjal tal-kontabilità għall-istess grad bħall-kontropartijiet operazzjonali ta' l-uffiċjal tal-kontabilità;

56.  Barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni biex tibdel il-kompożizzjoni tal-Kumitat għall-Progress tal-verifika sabiex in-numru ta' membri esterni ikun l-istess bħan-numru ta' Membri tal-Kummissjoni; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tinnomina wieħed mill-membri esterni tal-Kumitat għall-Progress tal-Verifika bħala l-president tiegħu;

57.  Jistenna li l-Kummissjoni toħroġ dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni istituzzjonali annwali għall-Kummissjoni kollha li l-President tal-Kummissjoni jippreżenta lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament;

Is-sistema ta' kontroll intern tal-Kummissjoni
Il-pjan ta' azzjoni għal qafas ta' kontroll intern integrat

58.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-progress globali li sar fl-iżvilupp tas-sistema ta' kontroll intern tal-Kummissjoni;

59.  Ma jaqbilx mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fir-rapport ta' progress ta' l-2008 imsemmi hawn fuq dwar il-pjan ta' azzjoni għal qafas ta' kontroll intern integrat li l-Azzjonijiet 1, 3, 3N, 5, 8 u 13 huma lesti; jirrimarka li s'issa huwa ma jaf xejn dwar dokumenti jew dikjarazzjonijiet ta' prova li jiġġustifikaw dikjarazzjoni bħal din; għalhekk jinsab f'sitwazzjoni fejn jiddubita bis-serjetà jekk dawn il-miżuri twaqqfux, aħseb u ara jekk dawn ġewx implimentati jew jekk kellhomx impatt fuq il-progress ta' l-implimentazzjoni ta' dak il-pjan ta' azzjoni;

60.  Jilqa' madankollu s-skorbords ta' kull sitt xhur dwar l-implimentazzjoni ta' dak il-pjan ta' azzjoni;

61.  Jenfasizza madankollu li għall-implimentazzjoni ta' l-Azzjonijiet 1, 3, 3N, 5, 10, 10N, 11, 11N, 13 u 15, il-Kummissjoni hija wkoll dipendenti fuq il-koperazzjoni ma' l-Istati Membri; jisħaq li jappoġġja għal kollox dawn l-azzjonijiet, u jħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni biex tuża kull għodda disponibbli għad-dispożizzjoni tagħha biex timplimentahom kemm jista' jkun malajr;

62.  Jistenna li s-skorbord rilevanti jasal għand il-Parlament sa l-1 ta' Jannar 2009 għall-użu fil-proċedura ta' kwittanza fir-rigward tas-sena finanzjarja 2007;

Analiżi tal-bilanċ eżistenti bejn in-nefqa operattiva u l-ispiża għas-sistema ta' kontroll tal-fondi ta' l-UE

63.  Jiddispjaċih ħafna li sal-lum għadu ma rċeviex informazzjoni dwar l-analiżi tal-benefiċċju fis-sens ta' nfiq tas-sistemi ta' kontroll tal-fondi ta' l-UE, kif kien talab fir-riżoluzzjoni li takkumpanja d-deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward tas-sena finanzjarja 2005;

Rapport ta' Sintesi

64.  Jidhirlu li mhijiex aċċettabbli li l-Kummissjoni tnaqqas ir-riżultati tal-verifika tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, li huma bbażati fuq Standards tal-Verifika Internazzjonali aċċettati sew, għal "differenzi ta' opinjoni dwar it-tipoloġija u l-impatt taż-żbalji u dwar l-evalwazzjoni tan-nuqqasijiet tas-sistemi, u parzjalment il-perċezzjonijiet differenti dwar it-tħaddim tal-mekkaniżmi għall-korrezzjoni finanzjarja" (paġna 2, l-aħħar paragrafu);

65.  Huwa ta' l-opinjoni li r-riżervi kollha rigward nuqqas ta' assigurazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità ta' l-infiq Komunitarju għandhom ikunu riflessi fir-rapporti ta' l-attività annwali, kif ukoll fir-Rapport ta' Sintesi; jidhirlu għalhekk li hija sorprendenti ferm li tliet Diretturi-Ġenerali ddeċidew biss fl-2006 li jdaħħlu riżerva rigward l-immaniġġjar u l-kontroll ta' l-INTERREG, li, kif innotaw huma stess, kien diġà jeżisti għal numru ta' snin (paġna 4, l-aħħar paragrafu);

66.  Jinsab imħasseb dwar id-dikjarazzjonijiet ta' l-Awditur Intern fl-ewwel Rapport ta' Ħarsa Ġenerali tiegħu li juri li, għalkemm kien hemm xi ftit progress, nofs ir-rakkomandazzjonijiet kritiċi u importanti ħafna ma ġewx implimentati qabel id-dati proposti (paġna 8, qabel l-aħħar paragrafu); jitlob lill-Kummissjoni biex tqiegħed iżjed enfasi fuq l-implimentazzjoni ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet;

Responsabilità politika u responsabilità amministrattiva fil-Kummissjoni
Rapporti annwali dwar l-attivitajiet

67.  Jinnota b'dispjaċir li skond il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri: "(...) f'partijiet sinifikanti mill-baġit ta' l-UE, id-Diretturi Ġenerali jagħtu rapport iktar pożittiv dwar il-legalità u r-regolarità ta' l-infiq ta' l-UE li m'huwiex konsistenti mal-verifika tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri." (Punt 2.13 tar-Rapport Annwali);

68.  Jiddispjaċih għall-fatt li fir-Rapport Annwali, il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri enfasizzat għal darb'oħra li wħud mir-rapporti annwali dwar l-attivitajiet ma fihomx evidenza biżżejjed għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tiegħu (punti 2.14 sa 2.18 tar-Rapport Annwali);

69.  Jilqa' l-fatt li r-Rapport ta' Sintesi jisħaq li "fil-każijiet kollha fejn ikun hemm differenza bejn l-opinjoni tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u dik tad-Direttur-Ġenerali, dan ta' l-aħħar ikollu jispjegaha fir-rapport ta' l-attività annwali tiegħu tas-sena ta' wara" (punt 2), u jittama li t-titjib jibda jidher fir-rapporti annwali ta' l-2007 dwar l-attivitajiet u fir-rapporti tas-snin ta' wara;

70.  Isaqsi lill-Kummissjoni biex ittejjeb ir-rapporti ta' l-attività annwali permezz ta' l-istabbiliment ta' kriterji komuni biex jinkitbu r-riżervi u l-formalizzazzjoni iżjed b'saħħitha tagħha sabiex tippermetti komparabilità ikbar bejn ir-rapporti ta' l-attività annwali ta' Direttorati-Ġenerali differenti u matul iż-żmien; isaqsi lill-Kummissjoni biex tqis l-osservazzjonijiet magħmula mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri dwar ir-rapporti ta' l-attività annwali u biex ittejjeb il-konsultazzjoni mill-qrib magħha;

Trasparenza u etika

71.  Jilqa' l-pubblikazzjoni tas-"Segwitu tal-Green Paper dwar Inizjattiva Ewropea għat-Trasparenza" (COM(2007)0127) fejn il-Kummissjoni tiddikjara, skond l-Artikolu 30(3) tar-Regolament Finanzjarju, li informazzjoni dwar benefiċjarji ta' fondi ta' l-UE jkunu disponibbli pubblikament mill-2008 (taqsima 2.3.2.) u tiddikjara li "fir-rebbiegħa ta' l-2008" se tniedi reġistru għar-rappreżentanti ta' interess (lobbyists);

72.  Huwa konxju ta' l-argumenti favur kemm ir-reġistrazzjoni volontarja kif ukoll ir-reġistrazzjoni obbligatorja tar-rappreżentanti ta' interess; jinnota d-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex tibda b'reġistru volontarju u tevalwa s-sistema wara sena; huwa konxju tal-bażi legali għal reġistru mandatorju provdut mit-Trattat ta' Liżbona; ifakkar li r-reġistru attwali tal-Parlament diġà huwa mandatorju u li reġistru komuni possibbli jkun de facto mandatorju, billi li wieħed jirreġistra huwa, fiż-żewġ każijiet, prerekwiżit biex wieħed ikollu aċċess għall-Parlament;

73.  Ifakkar il-bżonn għal kodiċi ta' kondotta ġdid għall-Membri tal-Kummissjoni biex jittejbu u jiġu definiti b'mod iżjed ċar ir-responsabilità u r-responsabilità (accountability) politika individwali u kollettiva tagħhom għad-deċiżjonijiet tagħhom u għall-implimentazzjonji tal-linji politiċi tagħhom mis-servizzi tagħhom;

74.  Jinsisti fuq ir-responsabiltà tal-Kummissjoni li tiżgura l-kompletezza, ir-riċerkabilità u l-komparabiltà tad-dejta mogħtija dwar il-benefiċjarji tal-fondi ta' l-UE, u jfakkar it-tweġiba bil-miktub tal-Kummissjoni lill-Parlament li fiha hija stipulata l-intenzjoni li tkun iffinalizzata u milħuqa ftehima ma' l-Istati Membri qabel April 2008 dwar l-istandards komuni ta' tali data;

75.  Ifakkar l-osservazzjoni tiegħu fil-paragrafu 85 tar-riżoluzzjoni li takkumpanja d-deċiżjoni tal-kwittanza fir-rigward tas-sena finanzjarja 2005 sabiex jintalab aċċess faċli għal informazzjoni dwar min huwa rrappreżentat fid-diversi forom ta' gruppi ta' esperti u dwar x'inhu xogħolhom, u l-osservazzjoni tagħha fil-paragrafu 86 sabiex tisdieden lill-Kummissjoni biex tippubblika l-ismijiet ta' dawk in-nies li jieħdu sehem f'dawn il-gruppi, u l-ismijiet tal-konsulenti speċjali li qabbdu l-membri individwali tal-Kummissjoni, id-Diretturi Ġenerali jew il-kabinetti; jitlob li l-ismijiet ta' l-esperti u l-kunsilliera kollha fil-gruppi ta' ħidma tal-Kummissjoni jsiru pubbliċi;

76.  Ifakkar it-tweġibiet mogħtija waqt is-seduta ta' smigħ tal-21 ta' Jannar 2008 mill-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-kwittanza li r-reġistru ta' gruppi esperti ikun fih dawn il-gruppi kollha, inkluża l-informazzjoni dwar membri tal-kumitati ta' kumitoloġija, esperti individwali, entitajiet konġunti u kumitati għad-djalogu soċjali;

77.  Ifakkar ukoll fil-paragrafu 76 tar-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta' kwittanza fir-rigward tas-sena finanzjarja 2005 fejn talab "li jkun żgurat li l-kodiċi ta' kondotta li jorbot tal-Kummissarji jinkorpora r-regoli etiċi meħtieġa u l-linji gwida ewlenin li għandhom josservaw il-Membri tal-Kummissjoni fil-qadi ta' dmirijiethom, b'mod partikulari meta jaħtru lil kollegi, speċjalment fil-'kabinetti' tagħhom";

78.  Jiddispjaċih għat-tweġiba mogħtija mill-Kummissjoni fl-anness għar-rapport tagħha fuq imsemmi dwar is-segwitu tal-proċedura ta' kwittanza ta' l-2005 (paġna 18) li tgħid li dawn ir-regoli għadhom ma jeżistux, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex jadotthom;

79.  Ifakkar l-importanza ta' trasparenza sħiħa u ta' pubbliċità fir-rigward ta' staff tal-kabinetti tal-Membri tal-Kummissjoni li ma kinux impjegati skond ir-Regolamenti ta' l-Istaff;

KWISTJONIJIET SETTORJALI
Id-dħul

80.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri kkunsidrat li fir-rigward ta' l-aspetti materjali kollha s-sistemi ta' superviżjoni doganali kienu sodisfaċenti, li l-kontijiet rigward ir-riżorsi proprji tradizzjonali kien ta' min joqgħod fuqhom u li t-tranżazzjonijiet sottostanti kienu legali u regolari, anke jekk għad fadal xi dgħjufijiet;

81.  Jilqa' b'sodisfazzjon ukoll il-fatt li l-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri ġġudikat li r-riżorsi tal-VAT u tad-DGN huma kkalkulati, miġburin u mdaħħlin tajjeb fil-kontijiet Komunitarji mill-Kummissjoni;

82.  Jinnota b'sodisfazzjon, fir-rigward tar-riżorsa tal-VAT, li l-Kummissjoni żammet il-frekwenza u l-kwalità ta' l-ispezzjonijiet tagħha; madankollu, huwa mħasseb dwar l-għadd ta' riżervi pendenti, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex, f'kooperazzjoni ma' l-Istati Membri, tkompli l-isforzi tagħha biex tiżgura li r-riżervi jitneħħew f'perjodi ta' żmien raġonevoli;

83.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tikkomunika lill-Parlament x'bi ħsiebha tagħmel fil-każ ta' Stati Membri b'riżervi kontinwi;

Il-politika agrikola komuni

84.  Jilqa' b'sodisfazzjon it-titjib ġenerali fl-2006 fin-nefqa tal-CAP u d-dikjarazzjoni tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri li s-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll (IACS), li hija l-għodda prinċipali ta' kontroll għall-għajnuna għaż-żoni, il-premiums ta' l-annimali u l-iskema l-ġdida dwar żona unika ta' ħlas hi sistema effettiva biex tillimita r-riskju ta' nefqa irregolari, jekk tkun applikata kif xieraq;

85.  Japprezza l-isforzi tal-Kummissjoni biex titwessa' l-applikazzjoni ta' l-IACS u jistenna li l-Kummissjoni tiżgura, skond il-pjanijiet u t-tweġibiet mogħtija lill-Parlament, li l-persentaġġ ta' nefqa agrikola kopert mill-IACS ikun mill-anqas 89% sa l-2010 u 91,3% sa l-2013;

86.  Jiddispjaċih li r-riżultat tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri wera li n-nefqa tal-CAP kienet għadha affettwata materjalment minn żbalji u għall-fatt li l-kontrolli implimentati skond l-IACS ghadhom muhux infurzati b'mod effettiv u lanqas m'huma affidabbli għalkollox f'xi Stati Membri, u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiċċekkja darbtejn ma' l-Istati Membri li l-IACS hija implimentata għalkollox fl-Istati Membri kollha ta' l-UE-15 u li jitranġaw id-dgħjufijiet misjuba fl-Istati Membri ta' l-UE-10;

87.  Jiddispjaċih għall-fatt li l-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri reġgħet sabet problemi fl-implimentazzjoni ta' l-IACS fil-Greċja; jappoġġja għalkollox l-intenzjoni tal-Kummissjoni (kif iddikjarat lill-Kumitat tiegħu dwar il-KOntroll tal-Baġit) li tiżgura li leġiżlazzjoni attwali dwar is-sospensjoni ta' ħlasijiet tkun infurzata b'mod strett jekk il-gvern Grieg ma jsolvix il-problemi eżistenti sal-limiti ta' żmien iffissati;

88.  Jiddispjaċih għall-fatt li fl-iżvilupp rurali, x'aktarx li l-miżuri agroambjentali jkollhom inċidenza għolja ta' żbalji għax il-bdiewa ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet ta' eliġibilità li spiss ikunu kumplessi; jikkunsidra li l-Kummissjoni għandha tqis kif xieraq il-pertinenza tal-kundizzjonijiet ta' eliġibilità għal miżuri bħal dawn u teżamina l-possibilità li tissimplifika dawk il-kundizzjonijiet;

89.  Jinnota l-fatt li l-Kummissjoni semmiet il-ħtieġa possibbli li jkun applikat livell differenti ta' riskju tollerabbli għall-qasam agroambjentali sabiex jinstab il-bilanċ ġust bejn it-titjib u l-ħarsien ta' l-ambjent u l-ispejjeż biex ikunu kkontrollati l-miżuri applikati; madankollu, jinsisti dwar l-applikazzjoni korretta u kontroll biżżejjed ta' l-infiq Komunitarju u jistieden lill-Kummissjoni biex tinvestiga u tevalwa bir-reqqa l-ispejjeż u l-benefiċċji possibbli fil-qasam tal-miżuri agroambjentali kif ukoll ir-rabta ma' oqsma oħra ta' nfiq, u biex tippreżenta din l-analiżi lill-Kunsill, lill-Parlament u lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri bħala bażi minima għad-diskussjoni dwar il-ħtieġa ta' riforma. kif indikat mill-Kummissjoni;

90.  Jinnota li, peress li l-proċedura ġdida ta' approvazzjoni finanzjarja taħseb għal irregolaritajiet li l-Istati Membri jqisu li huma rrekuperabbli, u perees li l-ammonti huma attribwiti lill-Komunità fuq il-bażi ta' informazzjoni mill-Istati Membri, il-Kummissjoni issa trid twettaq segwitu dettaljat biex tiżgura li d-djun huma korretti u attribwiti sew lill-baġit Komunitarju;

91.  Ifakkar ukoll li l-ispiża tal-korrezzjonijiet finanzjarji jridu jitħallsu mill-Istati Membri, is-soltu minn dawk li jħallsu t-taxxi, iżjed milli mill-benefiċjarji ta' l-għajnuna mħallsa b'mod irregolari;

92.  Jinnota li, skond il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, meta vverifikat l-iskema waħda ta' ħlas (għall-ewwel darba fl-2006), il-Kummissjoni ma speċifikatx l-iskop u l-kobor tal-ħidma tal-korpi ta' ċertifikazzjoni, u xi korpi ta' ċertifikazzjoni (pereżempju fl-Italja) eskludew il-verifika tad-drittijiet, filwaqt li semmewha biss fiċ-ċertifikati tagħhom, u l-Kummissjoni aċċettat dan kollu bla kummenti;

93.  Jiddispjaċih li l-livell ta' pagamenti irregolari ffinanzjati mill-CAP għadu mhuwiex magħruf jew ikkalkulat mill-Kummissjoni b'mod li jkun meqjus xieraq mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri; jinnota li l-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri skopriet li ma setgħux isiru l-korrezzjonijiet għal pagamenti irregolari b'ammont massimu ikkalkulat ta' EUR 100 miljun għax dawn instabu wara l-limitu ta' żmien ta' sentejn; jistieden lill-Kummissjoni biex talloka riżorsi adegwati għal verifiki ta' konformità sabiex isiru l-korrezzjonijiet għal pagamenti irregolari fil-limitu ta' żmien;

94.  Iqis li d-dgħjufijiet kollha imsemmija mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri fir-Rapport Annwali tiegħu għandhom jitranġaw mill-Kummissjoni sabiex tiżgura livell għola ta' assigurazzjoni mix-xogħol tal-korpi ta' ċertifikazzjoni;

95.  Jieħu nota tal-konklużjonijiet stipulati f'punti 5.20 u 5.21 tar-Rapport Annwali tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-kontrolli fir-Renju Unit, li ma kinux konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja meta allokat drittijiet u meta ħallset lil sidien il-kera mill-Iskema Waħda ta' Ħlas (SPS) u mill-għajnuna għall-iżvilupp rurali għal art mikrija lil bdiewa biex titħaddem minnhom, kif ukoll f'dawk l-Istati Membri (l-Awstrija, l-Irlanda u r-Renju Unit) li naqsu li japplikaw b'mod korrett ċerti elementi ewlenin ta' l-SPS u li estendew il-konsolidament tad-drittijiet lil hinn mid-dispożizzjonijiet tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta" Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta" appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta" appoġġ għall-bdiewa(48);

96.  Jieħu nota ta' l-affermazzjoni ċara ħafna tal-Kummissjoni, kemm fit-tweġibiet lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri (punt 5.27 tar-Rapport Annwali) kif ukoll quddiem il-Kumitat tiegħu għall-Kontroll tal-Baġit kompetenti tal-Parlament, li l-ebda benefiċjarju m'huwa eliġibbli għal appoġġ agrikolu sakemm ma jkollu jew ma jkollhiex attività agrikola; jistenna li l-Kummissjoni ssegwi l-każijiet identifikati mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, u li tiżgura li ma jsirux ħlasijiet, u li jekk isiru li jkunu rkuprati, lil sidien ta' artijiet li m'għandhomx attività agrikola;

97.  Jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tad-dikjarazzjoni mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri li aktar minn 700 benefiċjarju ġdid jappartjenu għal kategoriji bħal klabbs tal-golf, klabbs tal-krikit, parks/zuwijiet għad-divertiment, stabbilimenti ta' l-ekwitazzjoni, kumpaniji tal-ferroviji u kunsilli lokali, biex tagħti ħarsa ġenerali u evalwazzjoni ta' l-iżvilupp ta' l-allokazzjoni ta' appoġġ agrikolu lil benefiċjarji bħal dawn, li jkunu eliġibbli għall-finanzjament taħt ir-regoli attwali;

98.  Ifakkar lill-Istati Membri dwar l-possibiltà eżistenti li jinfluwenzaw u li jiddeċiedu f'kuntest nazzjonali li jitnaqqsu iktar l-attivitajiet u l-benefiċjarji eliġibbli għall-fondi; jistieden lill-Kummissjoni, jekk xieraq fid-dawl ta' żviluppi u skond l-evalwazzjoni tagħha ta' l-użu tal-miżuri ta' appoġġ, biex tippreżenta proposta għall-emenda jew għar-reviżjoni tar-regoli;

Miżuri strutturali, impjieg u affarijiet soċjali

99.  Ifakkar li fl-2006, l-iffinanzjar tal-Komunità tal-Politiki Strutturali kien ta' EUR 32,4 biljun; innota li għall-2007, dan l-ammont tela' għal EUR 46,4 biljun, mingħajr ma ġie inkluż il-ko-iffinanzjar mill-Istati Membri;

100.  Jinnota b'sodisfazzjon kbir li, fir-Rapport Annwali tagħha, il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri wriet li r-rimbors għall-ispiża tal-proġetti tal-Politiki Strutturali huwa suġġett għal żbalji materjali, li l-proporzjon tar-rimborsi fil-kampjun affettwat mill-iżball kien ta' 44% u li "mill-inqas 12% ta' l-ammont totali rimbursat fil-politiki strutturali ma kellux jiġi rimbursat";

101.  Jinnota b'tħassib kbir l-osservazzjonijiet tal-Qorti Ewropea ta' l-Awditurili li:

   a) 31% biss mill-proġetti fil-kampjun għall-verifika tagħha ġie rimbursat b'mod korrett u ma kienx affettwat mill-iżbalji tal-konformità;
   b) is-sistemi ta' kontroll fl-Istati Membri huma ġeneralment ineffettivi jew biss moderatament effettivi;
   c) ftit iżjed minn nofs il-verifiki tal-Kummissjoni ezaminati minnha jidhru li kellhom il-kwalitajiet kollha ta' strument superviżorju effettiv;
  

jiddispjaċih għall-konklużjoni tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri li hija kunfidenti b'mod raġunevoli li mill-inqas 12% ta' l-ammont totali rimbursat għall-proġetti tal-Politiki Strutturali ma misshomx ġew rimbursati;

102.   iqis li mhuwiex aċċettabbli li, skond il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, is-sistemi ta' kontroll fl-ewwel livell fl-Istati Membri huma ġeneralment ineffettivi jew biss moderatament effettivi, u li numru ta' awtoritajiet nazzjonali u reġjonali ma jimmaniġġjawx il-fondi ta' l-UE b'attenzjoni suffiċjenti; jinnota li fil-kampjun għall-verifika tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri (19-il sistema ta' kontroll fl-ewwel livell) l-ebda mis-sistemi ma kienu effettivi, 6 biss moderatament effettivi u 13 ineffettivi, u għalhekk ma sar l-ebda progress fil-qasam tal-Fondi Strutturali meta mqabbel ma' l-2005; jinsab imħasseb sew minħabba n-nuqqas ta' kapaċità tal-Kunsill li jirrikonoxxi b'mod ċar ir-responsabilità tiegħu għal din is-sitwazzjoni, li rriżultat l-iżjed minħabba kontrolli mhux adegwati mill-Istati Membri;

103.  Għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħmel użu minn kontrolli ex ante ħalli tivverifika jekk is-sistemi superviżorji u ta' kontroll għall-perjodu 2007 sa 2013 humiex imwaqqfa fl-Istati Membri kollha, u biex issegwi b'mod regolari dawk il-kontrolli;

104.  Jiddispjaċih ukoll għall-fatt li, skond il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, il-Kummissjoni tagħmel biss superviżjoni moderatament effettiva tas-sistemi tal-kontroll fl-Istati Membri, filwaqt li ma jirnexxilhiex tevita r-rimbors ta' spejjeż esaġerati jew mhux eliġibbli;

105.  Jinnota b'dispjaċir li, kif irrimarkat il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, fir-rigward ta' l-ispiża taħt il-Politiki Sstrutturali (bħall-CAP u l-politiki interni), il-kriterji kumplikati jew ta' eliġibilità mhux ċara jew ir-rekwiżiti legali kumplessi għandhom impatt negattiv fuq il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet;

106.  Jidhirlu li mhijiex aċċettabbli li skond il-Kummissjoni(49) huwa mistenni ftit progress rigward is-simplifikazzjoni tar-regolamenti eżistenti li jirregolaw il-Fondi Strutturali għall-perjodu 2007 sa 2013, u li simplifikazzjoni ulterjuri se tkun proposta biss fil-parti leġiżlattiva li jmiss;

107.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex taħdem fuq is-segwitu tar-rakkomandazzjoni tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri (Punt 6.45 tar-Rapport Annwali) rigward il-Fond ta' Koeżjoni, u biex jitressqu iżjed proposti ta' simplifikazzjoni kemm jista' jkun malajr, inter alia, għal regoli ċari u diretti, ma' linji gwida u ma' kriterji ta' l-eliġibilità;

108.  Iqis u jaqbel għal kollox mal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri li l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri għandhom rwol importanti ħafna fl-implimentazzjoni effettiva tal-Fondi Strutturali u li l-Kummissjoni għandha ssaħħaħ il-verifiki tagħha u tagħmel sforzi addizzjonali biex tissorvelja l-Awtoritajiet ta' l-Immaniġġjar fl-Istati Membri;

109.  Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' inċentivi għall-Istati Membri biex jikkontrollaw l-ispiża b'mod effettiv, għax kwalunkwe spiża mhux eliġibbli identifikata mill-Kummissjoni jew mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri tista' tinqaleb għal spiża eliġibbli mill-Istat Membru; jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li fil-futur, l-irregolaritajiet identifikati biss mill-Istati Membri nfushom jistgħu jinqalbu għal spejjeż oħra mingħajr xi telf ta' ffinanzjar għall-Istat Membru kkonċernat;

110.  Jilqa' l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni msemmi hawn fuq biex jissaħħaħ l-irwol superviżorju tal-Kummissjoni taħt immanniġġar konġunt ta' azzjonijiet strutturali, li għandu 37 miżura mmirati biex jitnaqqsu l-pagamenti irregolari magħmula mill-Istati Membri; jilqa' wkoll l-impenn tal-Kummissjoni ddikjarat b'mod pubbliku fis-seduta quddiem il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-25 ta' Frar 2008 biex tirrapporta kull tliet xhur lill-Parlament dwar il-progress ta' dan il-pjan ta' azzjoni; jistenna lill-Kummissjoni biex ittejjeb l-iskema ta' rappurtar b'koperazzjoni mal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri; jitlob lill-Kummissjoni, filwaqt li tassumi r-responsabilità tagħha tat-Trattat għall-implimentazzjoni tal-baġit u filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju ta' mmaniġġjar finanzjarju sod, biex tieħu, b'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, il-miżuri li ġejjin dwar l-immaniġġjar maqsum tal-Fondi Strutturali;

  a) biex tieħu impenn formali ħalli timplimenta bis-sħiħ il-pjan ta' azzjoni u biex taqbel b'mod partikolari ma':
   - rapportar kull tliet xhur tal-progress, imkejjel fejn hu possibbli f'termini kwantitattivi iżjed milli kwalitattivi, f'forma aċċettabbli għall-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, b'mod partikolari billi tippreżenta rapporti ta' progress sal-31 ta' Ottubru 2008 u l-31 ta' Jannar 2009;
   - tipprovdi rappurtar komplet u preċiż kull tliet xhur dwar il-korrezzjonijiet u l-irkupru magħmul minnha, b'mod partikolari bit-tressiq ta' rapporti ta' progress ikkonċernati sal-31 ta' Ottubru 2008 u l-31 ta' Jannar 2009;
   - takkwista informazzjoni mill-Istati Membri dwar il-korrezzjonijiet li jkunu għamlu permezz ta' l-irtirar ta' proġetti jew l-irkupru ta' żbalji u b'mod partikolari billi jitressqu r-rapporti ta' progress sal-31 ta' Ottubru 2008 u sal-31 ta' Jannar 2009 dwar il-verifika tagħha tal-kompletezza u l-preċiżjoni ta' dawn il-korrezzjonijiet;
   b) biex tieħu miżuri ulterjuri ħalli tevita l-iżbalji fil-futur, b'mod partikolari billi jitjiebu l-kontrolli ta' l-ewwel livell;

111.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżentalu skorbord bid-data finali għall-implimentazzjoni ta' dan il-pjan ta' azzjoni, inkluża wkoll skema komuni ta' l-indikaturi kwantitattivi u ta' l-iskadenzi intermedjarji għall-implimentazzjoni tiegħu;

112.  Huwa ta' l-opinjoni li l-Kummissjoni għandha tiffoka fuq l-affidabilità tas-sistemi ta' l-immonitorjar u tar-rappurtar, biex tiggwida lill-Istati Membri u tikkoordina l-istandards tal-verifika, u għandha dejjem tagħti tqassim għal kull Stat Membru;

113.  Jistenna li l-Kummissjoni tibda proċeduri ta' ksur kontra dawk l-Istati Membri li ma jkunux ikkonformaw ma' l-obbligi tagħhom skond ir-regolamenti dwar il-Fondi Strutturali, ir-Regolament Finanzjarju u r-regoli implimentattivi u l-IIA, b'mod partikolari dawk l-Istati Membri li ma jippreżentawx ir-rapporti dwar l-irkupru u l-korrezzjonijiet finanzjarji, dawk li ma jippreżentawx is-sommarji annwali b'konformità mal-linji gwida u dawk li l-kwalità tas-sommarji annwali tagħhom mhumiex adegwati;

114.  Jisħaq l-importanza tal-linji gwida tal-Kummissjoni għat-twettiq effettiv ta' l-IIA; huwa ta' l-opinjoni li dawn il-linji gwida għandhom, bħala l-ewwel pass, jeħtieġu dak li diġà huwa meħtieġ mir-regolament settorjali fl-agrikultura (jiġifieri dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni ffirmata mill-kap ta' l-Awtorità ta" Mmaniġġjar u akkumpanjat minn rapport ta' ċertifikazzjoni);

115.  Jinsisti li l-Kummissjoni għandha tibda proċeduri ta' sospensjoni kontra l-Istati Membri li s-sistemi ta' kontroll ta' l-ewwel livell tagħhom mhumiex adegwati, u li għandha tgħaġġel is-sistema tas-sanzjonijiet u tippreżenta lill-Parlament pjan konkret taż-żmien opportun u tas-sanzjonijiet li jridu jiġu applikati f'każ li jiġu identifikati xi irregolaritajiet;

116.  Jinsisti fuq rappurtar li jista' jiġi verifikat dwar korrezzjonijiet u rkupri mill-Kummissjoni (revoki, rkupri mill-Istati Membri, rkupri mill-Kummissjoni, korrezzjonijiet netti, sospensjoni ta' pagamenti) għall-pagamenti illegali kollha għall-fondi kollha b'definizzjonijiet preċiżi tal-kategoriji differenti tal-korrezzjonijiet finanzjarji, u jinsisti wkoll li l-evidenza li fuqha huma bbażati għandha tkun aċċessibbli bis-sħiħ għall-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri; jistenna lill-Kummissjoni li tistabbilixxi rabta ċara bejn l-irkupru u s-sena li fiha jkunu saru l-irregolaritajiet, u biex tiżviluppa dawn l-iskemi tar-rappurtar b'koperazzjoni mal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri;

117.  Jinnota d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li l-ebda mill-ammonti mħallsa bla bżonn fl-2006 mhu se jintilfu minħabba l-effettività tal-kontrolli ex post; jistenniha li tipprovdi lill-Parlament b'informazzjoni oġġettiva, ċara u sħiħa rigward il-kapaċità tagħha li tirkupra ammonti mħallsa bla bżonn, li l-evidenza ta' dan trid tiġi ppreżentata lill-Parlament;

118.  Ifakkar l-Azzjoni 11N(50), li l-iskadenza ta' l-implimentazzjoni tagħha kien il-31 ta' Diċembru 2007, u jsejjaħ lill-Kummissjoni sabiex timplimentha mill-aktar fis;

119.  Jinsab imħasseb bid-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fir-rapport ta' progress ta' l-2008 msemmi hawn fuq li tgħid li l-irkupri mnedija fl-2008 biss se jiġu mniżżla fis-sistema ċentrali finanzjarja u tal-verifika; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tniżżel l-informazzjoni fis-sistema ċentrali finanzjarja u tal-verifika dwar l-awtorità ta' kontroll u t-tip ta' żbalji u biex iddaħħal b'mod retroattiv l-irkupri kollha għall-perjodi 1994 sa 1999 u 2000 sa 2006;

120.  Jitlob lill-Kummissjoni biex f'dan id-dawl tagħti evalwazzjoni ta' l-effiċjenza u ta' l-effettività tas-sistemi ta' rkupru multiannwali u biex tirrapporta dwar dan fil-verifiki ta' l-2008 u l-2009;

121.  Jistenna li l-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament evalwazzjoni tal-kwalità tas-sommarji annwali kollha li tkun irċeviet għall-Agrikultura, il-Politika Strutturali u s-Sajd; din l-evalwazzjoni għandha tinkludi tqassim għal kull Stat Membru u għal kull qasam tal-politika u għandha tagħti opinjoni dwar l-assigurazzjoni globali u l-analiżi globali li jistgħu jitfasslu mis-sommarji.

122.  Jiddispjaċih dwar id-diversità ta' l-informazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni dwar il-korrezzjonijiet u l-irkupri finanzjarji u jistenna li l-informazzjoni provduta għall-kwittanza tuża eżattament l-istess definizzjonijiet tal-korrezzjonijiet finanzjarji bħal fir-rapporti ta' kull tliet xhur fuq imsemmija;

123.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tirrapporta matul ir-reviżjoni ta' nofs is-sena dwar ir-riżultati ta' l-arranġamenti tal-'Kuntratt ta' Kunfidenza', inkluża l-mistoqsija fundamentali ta' jekk dawn il-kuntratti għandhomx valur miżjud;

124.  Jistenna li l-Kummissjoni tirrapportalu kull sena dwar it-twettiq jew in-nuqqas ta' konformità ta' l-Istati Membri ma' l-obbligi tagħhom skond ir-regolament tal-Fondi Strutturali u l-IIA; jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni akkwistat is-sommarji nazzjonali tal-verifiki settorjali meħtieġa skond il-IIA rivedut u r-Regolament Finanzjarju rivedut; madankollu jilmenta l-fatt li mhux l-Istati Membri kollha ssodisfaw dan ir-rekwiżit; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tibda proċeduri ta' ksur kontra dawk l-Istati Membri li ma jkunux ippreżentaw is-sommarji nazzjonali tal-verifiki settorjali;

125.  Għall-kwittanza fir-rigward tas-sena finanzjarja 2007, jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta kemm figuri bbażati fuq il-flus kontanti kif ukoll fuq l-'accrual', indikazzjoni ċara jekk il-figuri humiex annwali jew multiannwali, spjegazzjoni ċara tan-natura tal-korrezzjonijiet finanzjarji (korrezzjonijiet tar-rata fissa, fil-każ ta' nuqqasijiet tas-sistema, jew irkupri fil-livell tal-benefiċjarji finali), u titjib fis-sistema ABAC, u jistenna li l-informazzjoni provduta għall-kwittanza tuża eżattament l-istess definizzjonijiet tal-korrezzjonijiet finanzjarji bħal fir-rapporti l-oħra dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji ppubblikati matul is-sena;

126.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tinforma lill-Parlament, meta jingħalaq l-aħħar wieħed mill-proġetti involuti fl-eżerċizzju baġitarju ta' l-2006, dwar it-total tas-somom li kien irkuprat u, jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe telf li seta' kien hemm, u r-raġunijiet għal dan;

127.  Jinnota bi tħassib it-tnaqqis sostanzjali fil-volum tal-ħlasijiet f'uħud mill-Istati Membri ta' l-EU-15, li wassal għal żieda qawwija fl-impenji pendenti;

128.  Ifakkar lill-Kummissjoni li l-kwalità tas-sistemi tal-verifika għandha influwenza konsiderevoli fuq l-evalwazzjoni tal-proġetti, u għaldaqstant ir-regolamentazzjoni stretta tal-kwalità tal-proċeduri tal-kontroll finanzjarju se tkun partikolarment importanti fil-ġejjieni;

129.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu li, bħal fl-2005, l-impenji baġitarji pendenti komplew jiżdiedu u li dan, flimkien mas-sostituzzjoni tar-regola n+2 bir-regola n+3, sostituzzjoni li xi Stati Membri waslu biex jimplimentaw għall-perjodu 2007-2013 u li tista' tħażżen is-sitwazzjoni preżenti u li għalhekk iżżid iż-żmien li ammonti ta' flus jaslu għand id-destinatarji aħħarija tagħhom, u se jkun dejjem iktar rari li wieħed jikkonforma ma" l-annwalità u l-iskadenzi tal-programm;

130.  Jappoġġja l-opinjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri li s-sistemi ta' kontroll ta' l-Istati Membri jeħtieġu jsiru aktar effiċjenti minn qabel biex żbalji jiġu antiċipati meta proġetti jkunu fl-istadji inizjali tagħhom u huwa tal-fehma li uffiċjali nazzjonali involuti fl-evalwazzjoni u fl-analiżi ta' proġetti għandhom jingħatalhom taħriġ sħiħ sabiex ikun żgurat li jaġixxu bl-għaġla meħtieġa fl-użu tal-Fondi Strutturali;

131.  Jiġbed l-attenzjoni dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni lill-Istati Membri biex minn issa 'l quddiem jagħmlu użu mis-simplifikazzjonijiet stabbiliti għar-regoli l-ġodda li jiggwidaw il-Fondi Strutturali għall-perijodu 2007 sa 2013(51), pereżempju permezz ta' l-użu ta' ammonti fissi għal spejjeż indiretti fil-kuntest tal-Fond Soċjali Ewropew u jqis li din ir-rakkomandazzjoni hija ta' importanza kbira;

132.  Iqis vitali li t-tendenzi tal-politika strutturali jitkejlu fid-dawl ta' miri u indikaturi li jagħmlu sens, li jistgħu jitqabblu, u safejn hu possibbli, li jistgħu jiġu aggregati għal perjodu ta' żmien qasir, li għalhekk iservu biex jiġu evitati dawk li mingħajr dubju kienu jkunu evalwazzjonijiet approssimattivi u mhux ċar li ma kinux iħallu żmien biżżejjed biex isiru korrezzjonijiet;

Politika interna

133.  Jinnota bi preokkupazzjoni li b'mod ġenerali għall-politika interna l-verifika tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri għal darb'oħra wriet żewġ dgħjufijiet kbar, minn naħa "livell materjali ta' żball fi ħlasijiet lill-benefiċjarji" u min-naħa l-oħra "fis-sistemi superviżorji u ta' kontroll tal-Kummissjoni" li "ma jimmitigawx biżżejjed ir-riskju inerenti tar-rimbors ta' spejjeż esaġerati" (Rapport Annwali, Konklużjonijiet, punt 7.30);

134.  Jinnota li, barra minn hekk, bħal fi snin preċedenti, il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri ġibdet l-attenzjoni wkoll għal dewmien persistenti mill-Kummissjoni biex tħallas lill-benefiċjarji;

135.  Jiddispjaċih ħafna għall-evalwazzjoni kritika tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri f'dan il-qasam, li huwa taħt il-maniġment finanzjarju dirett tal-Kummissjoni, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħmel l-almu tagħha biex tieħu l-azzjoni meħtieġa sabiex ikun evitat l-istess numru ta' dgħjufijiet is-sena id-dieħla;

136.  Iqis li s-simplifikazzjoni tal-regoli tal-kalkolu għall-ispejjeż dikjarati hija pass meħtieġ biex tittejjeb is-sitwazzjoni, u jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli l-isforzi tagħha biex jitfasslu r-regoli li jistgħu jiġu applikati bil-mod l-aktar faċli għall-benefiċjarji;

137.  Jenfasizza li l-Kummissjoni trid tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju dwar l-iskadenzi għal operazzjonijiet ta' nfiq, u jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu miżuri serji sabiex ikun evitat id-dewmien persistenti attwali fil-ħlasijiet;

138.  Jilqa" l-possibilità li jiġu ddikjarati l-ispejjeż indiretti għal skopijiet ta'għotjiet b'rata fissa (flat rate), kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1081/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5ta" Lulju 2006 dwar il-Fond Soċjali Ewropew(52);

139.  Jistieden lill-Istati Membri, b'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni, biex itejbu s-sistemi ta" monitoraġġ u kontroll fuq it-talbiet ta" l-ispejjeż li jsiru minn dawk li jirċievu kontribuzzjonijiet finanzjarji;

140.  Japprova l-opinjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri li l-immaniġġjar finanzjarju tal-politiki interni jeħtieġ li jkun imtejjeb u jinbdew l-isforzi biex jiġu ssimplifikati r-regoli li japplikaw għall-programmi, bl-użu tar-regola ta' ffinanzjar permezz ta' ammont fiss (lump sum financing) u permezz ta" transferiment għal sistema ta' ffinanzjar ibbażata fuq riżultati;

141.  Jiġbed l-attenzjoni li s-Sena Ewropea għall-Mobilità tal-Ħaddiema ċċelebrata fl-2006, minkejja l-baġit modest li kellha, serviet biex inkixfu l-ostakoli għall-moviment ħieles, iżda li għada ma waslitx għall-ebda bidla reali tas-sitwazzjoni preżenti;

142.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-investiment fil-pjattaforma l-ġdida EURES, imnidija fl-2006, li diġà wriet il-valur miżjud tagħha għall-mobilità ġenwina u l-moviment ħieles fuq is-suq tax-xogħol Ewropew; jiġbed l-attenzjoni li, minkejja dak l-investiment, ġew affaċċjati diversi ostakoli tal-lingwi, bl-implikazzjoni li approċċ lingwistiku simili għal dak applikat għall-istudenti fil-programmi ta' mobilità Ewropej, jista' jkun l-għażla t-tajba;

Trasport u turiżmu

143.  Jinnota li fil-baġit ta' l-2006, kif adottat b'mod finali u emendat matul is-sena, total ta' EUR 963.8 miljun kienu inklużi għall-politiki tat-trasport f'approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 891.4 miljun kienu disponibbli f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet; jinnota wkoll li minn dawn l-ammonti

   · EUR 699.8 miljun kienu disponibbli f'approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 684.0 miljun f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-proġetti tan-Netwerks Trans-Ewropej għat-Trasport (TEN-T),
   · EUR 18.1 miljun kienu disponibbli f'impenji u EUR 19.1 miljun fi ħlasijiet għas-sikurezza fit-trasport,
   · EUR 36 miljun kienu disponibbli f'impenji u EUR 11.7 miljun fi ħlasijiet għall-programm Marco Polo,
   · EUR 5.5 miljun kienu disponibbli f'impenji u fi ħlasijiet għall-proġett pilota dwar is-sikurezza fit-trasport ta' tagħbija fit-toroq, u l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet ġew imnaqqsa għal EUR 0.15 miljun permezz tat-trasferiment globali;

144.  Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rati kontinwament għoljin ta' l-użu ta' l-approprjazzjonijiet kemm ta' impenji kif ukoll ta' ħlas għall-proġetti tat-TEN-T, li t-tnejn li huma jilħqu l-100%, u jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li jitqiegħdu fondi adegwati mill-baġits nazzjonali biex jikkumplimentaw dan l-impenn tal-Komunità;

145.  Jinnota bi tħassib ir-rata baxxa ta' l-użu ta' l-approprjazzjonijiet għall-impenji għas-sikurezza fit-trasport (34%), li minħabba f'hekk, permezz ta' 'carry-over', parti kbira mis-somma li inizjalment kienet disponibbli għall-2006 issa tqiegħdet ma' dik ta' l-2007, u r-rata baxxa ta' l-użu ta' l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-Programm Marco Polo (44.8 %), u partikolarment hu mħasseb dwar ir-rata baxxa ħafna ta' l-użu ta' l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-proġett pilota dwar is-sikurezza fis-settur tat-toroq tat-TEN-T (29.6 %) - in parti minħabba dewmien fl-iffirmar tal-kuntratti u, b'konsegwenza ta' hekk, il-proġett inbeda tard; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex fil-futur is-sejħa li tagħmel għall-proposti u għall-offerti ssir kmieni kemm jista' jkun sabiex isir użu sħiħ mill-approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet;

146.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtorità baġitarja sabiex jiżguraw li, meta l-baġit għall-proġett pilota jiġi adottat, jinstab il-bilanċ ġust bejn l-ammonti disponibbli fl-approprjazzjonijiet għall-impenji u f'dawk għall-ħlasijiet u li dak il-bilanċ jirrifletti l-fatt li ż-żmien meħtieġ sabiex il-proġetti jitwasslu sa l-istadju tal-ħlas ikun normalment iktar minn sena baġitarja waħda;

147.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-analiżi tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni ta' l-istandards interni ta' kontroll dwar ir-regolarità u l-legalità tat-tranżazzjonijiet finanzjarji sottomessi turi li dawk it-tranżazzjonijiet li saru mid-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija u t-Trasport huma konformi mar-rekwiżiti fl-oqsma ta' l-analiżi tar-riskji u tat-tmexxija, tal-ġestjoni ta' l-informazzjoni, tar-rappurtar ta' l-improprjetajiet u tas-superviżjoni; madankollu jistieden lid-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija u t-Trasport sabiex janalizza t-tipi u r-rati ta' żbalji biex tiġi żviluppata strateġija ta' kontroll ibbażata fuq ir-riskju fir-reviżjoni ex-ante tiegħu dwar id-dikjarazzjonijiet ta' l-ispejjeż li jaslu minn għand dawk li jibbenefikaw;

Is-suq intern u l-protezzjoni tal-konsumatur

148.  Jilqa" b'sodisfazzjon in-nuqqas ta" osservazzjonijiet kritiċi dwar il-politika tas-suq intern, il-politika tad-dwana u l-politika dwar il-ħarsien tal-konsumatur fir-Rapport Annwali tal-Qorti ta" l-Awdituri;

149.  Jemmen li r-rata ta" eżekuzzjoni ta" 85% tal-linja tal-baġit 12 02 01 fil-qasam tal-politika tas-suq intern teħtieġ titjib, fid-dawl ta" l-istqarrija tal-Kummissjoni, din tikkonsisti f'żieda ta" approprjazzjonijiet għall-impenji ta" EUR 1.05 miljun miżjuda mill-awtorità baġitarja waqt il-proċedura baġitarja u li ma kinitx maħsuba fl-ippjanar tal-baġit; madankollu jagħraf l-isforzi biex l-ippjanar tal-baġit isir aħjar u jkun muri b'rata ta" eżekuzzjoni ta" kważi 100% fl-2007;

150.  Jemmen li rata ta" eżekuzzjoni ta" 48% tal-linja tal-baġit 14 02 01 fil-qasam tal-politika tad-dwana hija baxxa ħafna, u dan, skond il-Kummissjoni, hu riżultat ta" bidla fil-politika tal-proċedura ta" l-akkwist mill-għoti ta' kuntratti separati għall-implimentazzjoni ta' kuntratti ta' qafas fuq perjodu ta' żmien fit-tul; għalhekk japprezza li r-rata ta" eżekuzzjoni żdiedet għal 83% fl-2007, li diġà turi r-riżultati pożittivi ta' din il-bidla fil-politika, minkejja l-ħtieġa għal aktar titjib;

151.  Jilqa" b'sodisfazzjon ir-rata ta" eżekuzzjoni ta" 96% tal-linja tal-baġit 17 02 01 fil-qasam tal-politika għall-ħarsien tal-konsumatur.

Il-libertajiet ċivili, il-ġustizzja u l-intern

152.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li nkiseb progress fil-livell ta' implimentazzjoni tal-pagamenti tal-baġit għall-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja (86.3% meta jitqabbel mad-79.8% ta' l-2005); jistieden lid-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà biex ikompli bl-isforzi tiegħu f'din id-direzzjoni, iżda jiddeplora l-livell relattivament baxx ta' l-implimentazzjoni ta' l-impenji (94.5% meta jitqabbel mas-97.7% ta' l-2005); jistieden lid-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà biex jipprova jkabbar kemm jista' l-livell ta' implimentazzjoni ta' l-impenji u tal-pagamenti għall-2007 minkejja d-dewmien fil-proċeduri leġiżlattivi għall-ħolqien tal-Fondi;

153.  Jinnota r-rimarki li saru mill-Qorti ta' l-Awdituri fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 3/2007 dwar l-immaniġġjar tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati mill-2000 sa l-2004; jistieden lill-Kummissjoni biex tqis dawn ir-rimarki, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati (ERF III) u l-Fondi l-oħra li nħolqu fl-2007;

Id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi

154.  Ifakkar lill-Kummissjoni li, skond l-Artikolu 3(2) tat-Trattat tal-KE, il-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi hija għan fundamentali tal-Komunità u għandha tiġi rrispettata fl-attivitajiet kollha tal-Komunità; jenfasizza wkoll li l-Kummissjoni għandha tiżgura li l-ugwaljanza bejn is-sessi tiġi kkunsidrata fl-implimentazzjoni tal-baġit u li kwalunkwe azzjoni għandha tiġi evalwata mill-perspettiva tad-differenza fl-impatt tagħha fuq l-irġiel u n-nisa;

155.  Josserva b'dispjaċir li l-prattika ta' l-ibbaġitjar skond is-sessi (gender budgeting) għadha ma ġietx implimentata; għaldaqstant itenni t-talba tiegħu sabiex l-integrazzjoni skond is-sessi (gender mainstreaming) issir realtà fl-ippjanar baġitarju u fl-iffinanzjar tal-programmi Komunitarji;

156.  Jinnota r-rati ta' l-użu ta' ħlasijiet kontinwament baxxi tal-programm Daphne u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tieħu l-passi neċessarji sabiex is-sitwazzjoni titjieb u sabiex jiġi evitat li l-infiq ma jibqax impenjat;

157.  Iqis li għandha tingħata aktar attenzjoni lill-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tan-nisa fis-soċjetà ta' l-għerf u fis-suq tax-xogħol u, konsegwentement, lit-taħriġ ta' kwalità għolja u lill-impjieg tan-nisa fil-qasam tat-teknoloġiji ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni.

Ir-riċerka u l-iżvilupp

158.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-passi ċari u li ttieħdu malajr mill-komunità tar-Riċerka wara l-kwittanza li tikkonċerna s-sena finanzjarja 2005 sabiex jiġu rranġati n-nuqqasijiet innutati; jaf li r-riżultati m'humiex se jidhru qabel is-sena n+2;

159.  Jilqa' b'sodisfazzjon it-titjib fl-istrateġija ta' kontroll tal-Kummissjoni u ta' l-għadd akbar ta' verifiki finanzjarji ex post li saru fil-kuntest tas-Sitt Programm ta' Qafas fl-2006;

160.  Jinnota madankollu li l-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, bħal fi snin preċedenti, turi żbalji materjali f'dan il-qasam ta' politika u jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli bil-ħidma li saret sabiex is-sena d-dieħla jkun hemm tnaqqis tassew fil-livell ta' l-iżbalji;

L-ambjent, is-saħħa pubblika u s-sikurezza ta' l-ikel

161.  Jikkunsidra r-rati komplessivi ta' l-implimentazzjoni ta' l-intestaturi baġitarji għall-ambjent, is-saħħa pubblika u s-sikurezza ta' l-ikel bħala sodisfaċenti;

162.  Jenfasizza, b'mod partikulari, li l-implimentazzjoni tal-programm LIFE III, li jirrappreżenta 58% tal-baġit operattiv għall-qasam tal-Politika ta' l-"Ambjent", kisbet rata ta' implimentazzjoni ta' iktar minn 98.7% f'approprijazzjonijiet ta' impenn;

163.  Jiġbed l-attenzjoni madanakollu li l-eżekuzzjoni ta' ċerti approprijazzjonijiet ta' impenn, bħal ċerti azzjonijiet tal-Komunità fil-qasam tal-protezzjoni ċivili u t-tniġġis tal-baħar, tidher problematika, speċjalment minħabba l-kwalità inferjuri tal-proposti u l-offerti li ġew sottomessi u minħabba ċerti restrizzjonijiet imposti mill-bażi legali, bħal-limitu massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità;

164.  Jenfasizza r-rata ġenerali ta" implimentazzjoni ta' 85.76% ta' approprijazzjonijiet ta' ħlas fil-qasam ta' l-ambjent, rata li tirrappreżenta żieda sinifikanti meta titqabbel mar-rata ta' l-2005 (78.39%);

165.  Jiġbed l-attenzjoni li r-rati ta' ħlas għall-ambjent, għas-saħħa u għas-sikurezza ta' l-ikel huma relattivament baxxi minħabba d-diffikultajiet fl-ippjanar ta' bżonnijiet ta' ħlas ta' approprijazzjonijiet u parzjalment minħabba l-fatt li numru ta' approprijazzjonijiet huma approprijazzjonijiet mhux differenzjati u għalhekk, parti sinifikanti tal-ħlasijiet issir sena wara li jsiru l-approprijazzjonijiet; jirrikonoxxi li l-Kummissjoni tiddependi parzjalment minn sottomissjoni fil-pront ta' kontijiet għall-benefiċjarji u għall-kuntratturi u l-ammonti ta' ħlasijiet finali għal proġetti ħafna drabi huma iktar baxxi minn dawk maħsuba fil-bidu;

166.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli bl-isforzi tagħha biex ittejjeb dawk il-proċeduri amministrattivi li għandhom impatt fuq l-implimentazzjoni ta' approprijazzjonijiet ta' impenn u ta' ħlas;

Il-kultura u l-edukazzjoni

167.  Jinnota bi preokkupazzjoni li l-verifika ta' kuntratti fil-qasam ta' l-edukazzjoni u l-kultura wasslet għal aġġustament ta' 12.3% ta' l-ispejjeż ineliġibbli favur il-Kummissjoni, u dan iħalli dubju dwar l-eliġibilità tar-rimborżi fi proġetti li ma kinux verifikati;

168.  Jinnota li, fir-rigward tal-politika għall-kultura u l-edukazzjoni, għalkemm mill-2005 'l hawn sar progress u l-aħħar sensiela ta' verifiki tat informazzjoni addizzjonali, l-istrument għall-verifika u s-superviżjoni ta' l-Aġenziji Nazzjonali fil-fatt ma nbidilx u d-DĠ għall-Edukazzjoni u l-Kultura (DĠ EAC) kellu jirrikonoxxi għadd ta' dgħjufijiet;

169.  Jiddispjaċih għall-fatt li l-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri sabet dewmien min-naħa tal-Kummissjoni biex tħallas lill-benefiċjarji u li d-DĠ EAC ma kellux informazzjoni affidabbli dwar dawn il-ħlasijiet li saru tard;

170.  Jinnota bi preokkupazzjoni li, skond ir-Rapport Annwali tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri "il-Kummissjoni ma kinitx konformi mar-Regolament Finanzjarju biex tagħmel kontrolli fuq is-sistemi ta' mmaniġġjar u ta' kontroll ta' l-Aġenziji Nazzjonali qabel ma fdatilhom l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet Komunitarji" (Anness, punt 7.1);

171.  Jinnota bi preokkupazzjoni kbira li għall-programm ta' l-e-learning, l-ispiża amministrattiva medja għal kull applikazzjoni tajba hi ta' EUR 22 000, waqt li l-ammont medju għal kull għotja kien biss ta' EUR 4 931; jitlob lill-Kummissjoni biex tispjega id-differenza kbira bejn dawn iż-żewġ ċifri u biex tieħu l-miżuri meħtieġa biex tnaqqas id-differenza;

172.  Jinnota li, skond ir-rapport annwali ta' l-attivitajiet ta' l-2006 tad-DĠ EAC, il-Kummissjoni qiegħda timplimenta diversi pjanijiet ta' azzjoni (ta' l-anqas sitta) biex tirranġa d-dgħjufijiet amministrattivi, iżda jiddispjaċih li s-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-pjanijiet ta' azzjoni m'hijiex ċara; jiddispjaċih għall-fatt li ma ngħatawx tweġibiet ċari matul is-seduta ta' smigħ bi tħejjija għall-kwittanza;

173.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħti lill- Kumitat tiegħu għall-Kontroll tal-Baġit lista komprensiva u aġġornata ta' Aġenziji Nazzjonali u s-sitwazzjoni ta' l-analiżi tad-dikjarazzjonijiet ta' assigurazzjoni mressqa minn dawn l-Aġenziji, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-qasam ta' applikazzjoni, il-kwalità u s-segwitu tal-verifiki tas-sistemi ta' l-Aġenziji Nazzjonali fil-qasam ta' l-edukazzjoni u l-kultura;

174.  Jinnota r-rakkomandazzjoni ripetuta tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri li "għandhom jibqgħu jsiru sforzi biex jiġu ssimplifikati r-regoli li jkopru dawn il-programmi, u fejn ikun possibbli għandu jintuża aktar l-iffinanzjar b'ammont wieħed ta' flus (lump sum financing) kif ukoll biex tintuża sistema ta' ffinanzjar ibbażata fuq ir-riżultati"; għalhekk jitlob għal aktar simplifikazzjoni u użu aktar estensiv ta' l-arranġamenti b'rati fissi (flat-rate arrangements);

175.  Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri lill-Kummissjoni biex din tagħmel użu ikbar, b'konformità mar-Regolament Finanzjarju, ta' l-iffinanzjar permezz ta' ammont wieħed u ta' l-iffinanzjar b'rata fissa biex ikun iffaċilitat l-għoti ta' grants;

176.  Jinnota li 70% tal-baġit fil-qasam ta' l-edukazzjonii u l-kultura qiegħed ikun immaniġġjat minn Aġenziji Nazzjonali; jinnota bi tħassib li fl-2006 fi ftit każijiet instabu nuqqasijiet kbar u sistematiċi fl-immaniġġjar tal-fondi; jirrikonoxxi fl-istess waqt li l-Kummissjoni qiegħda tieħu passi biex issaħħaħ il-qafas ta" kontroll; jistenna li l-Kummissjoni tirrapporta r-riżultati tal-miżuri li jkunu ttieħdu qabel il-proċedura ta' kwittanza li jkun imiss fir-rigward tas-sena finanzjarja 2007;

177.  Huwa ta' l-opinjoni li l-Istati Membri għandhom ikunu iktar konxji tar-responsabilitajiet tagħhom għall-iffunzjonar sodisfaċenti ta' l-Aġenziji Nazzjonali; jittama li "d-dikjarazzjonijiet ta' assigurazzjoni" l-ġodda mill-awtoritajiet nazzjonali se jtejbu l-proċeduri ta' l-Istati Membri għall-kontroll u l-verifika ta' l-Aġenziji Nazzjonali;

178.  Jistieden lill-Kummissjoni biex toħroġ linji gwida iktar stretti dwar it-trasparenza tal-proċeduri ta' applikazzjoni u selezzjoni tal-programmi plurijennali; jistenna li flimkien ma' l-aġenziji eżekuttivi u ma' l-Aġenziji Nazzjonali, tkompli titjieb il-komunikazzjoni ma' l-applikanti u l-benefiċjarji;

179.  Jinsab imħasseb dwar in-nuqqasijiet tad-dejta disponibbli rigward ċerti aspetti ta' l-implimentazzjoni tal-programmi plurijennali; jitlob b'mod partikolari, informazzjoni sħiħa mill-Kummissjoni dwar il-kwantità ta' ħlasijiet tard lill-benefiċjarji; jappoġġja l-inkjesta l-ġdida ta' l-Ombudsman fuq inizjattiva tiegħu stess f'dan ir-rigward; jinnota li 23% tal-ħlasijiet fl-2007 saru tard; jinnota li l-Kummissjoni bħalissa qiegħda tirrevedi d-definizzjoni tagħha ta' ħlasijiet tard u tinsab ħerqana li tirċievi iktar informazzjoni dwar dan;

180.  Jiġbed l-attenzjoni dwar l-isforzi żejda li għamlet il-Kummissjoni biex issaħħaħ il-kapaċità tagħha li tisma' l-ilmenti taċ-ċittadini permezz ta' l-għodod ta' komunikazzjoni tagħha; jinkoraġġixxi lid-DĠ għall-Komunikazzjoni biex jagħmel użu aħjar mill-mekkaniżmi ta" l-iffinanzjar issimplifikati għall-miżuri mmirati lejn is-soċjetà ċivili fuq il-linji mbassra mid-DĠ għall-Edukazzjoni u l-Kultura fil-programm l-Ewropa għaċ-Ċittadini;

Azzjonijiet esterni

181.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippreżenta d-definizzjoni tagħha ta' organizzazzjoni mhux governattiva, billi tiffioka mhux biss fuq l-aspetti legali imma wkoll fuq il-mod kif ikun iggarantit l-iffinanzjar ta' dawn l-organizzazzjonijiet;

182.  Ifakkar li l-fondi minfuqa fuq l-azzjonijiet esterni fl-2006 telgħu għal EUR 5 867 biljun u l-ħlasijiet telgħu għal EUR 5 186 biljun; jinnota bi preokkupazzjoni s-sejbiet li ġejjin fir-Rapport Annwali tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri:

   - l-inċidenza għolja ta' żbalji fil-kampjun li kien ittestjat fil-livell ta' l-organizzazzjonijiet li jimplimentaw il-proġetti;
   - dgħjufijiet fis-sistemi ta' sorveljanza u ta' kontroll imfassla biex jiggarantixxu l-legalità u r-regolarità fil-livell ta' l-organizzazzjonijiet li jimplimentaw il-proġetti;
   - l-oqsma bl-ogħla riskju kienu għal darb'oħra l-proċeduri tal-kuntratti, l-eliġibilità ta' l-ispiża fil-livell tal-proġetti u n-nuqqas ta' dokumentazzjoni rilevanti;

183.  Jiddispjaċih għal dak li sabet il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri li, għal dak li jirrigwarda r-rapport dwar l-attività annwali tad-DĠ AIDCO "l-inċidenza materjali ta' l-iżbalji u d-dgħjufijiet fis-sistemi ta' sorveljanza u kontroll mfassla biex jiggarantixxu l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet fil-livell ta' l-organizzazzjonijiet li jimplimentaw il-proġetti fil-qasam ta' l-azzjonijiet esterni misjuba mill-Qorti ta' l-Awdituri m'humiex riflessi biżżejjed fir-rapport u d-dikjarazzjoni dwar l-attività annwali ta' l-Uffiċċju ta' Koperazzjoni Europe Aid" (punt 2.17 u Tabella 2.1 tar-Rapport Annwali);

184.  Jinnota wkoll b'dispjaċir li għal darb'oħra, fl-analiżi tal-pjanijiet ta' l-immaniġġjar annwali ta' xi Direttorati Ġenerali m'hemm l-ebda indikazzjoni dwar l-awdituri esterni, u lanqas tar-riskji partikolari marbuta mat-tipi differenti ta' organizzazzjonijiet li jimplimentaw (NGO, organizzazzjoni internazzjonali, istituzzjoni tal-gvern) u l-metodi ta' l-iffinanzjar (għotja, appoġġ baġitarju, fond ta' fiduċja) (punt 8.28 tar-Rapport Annwali);

185.  Jinnota bi preokkupazzjoni li r-riżultati misjuba mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri msemmija aktar 'il fuq kienu l-istess bħal dawk tar-Rapport Annwali ta' l-2005, jiġifieri, l-inkonsistenza ta' l-informazzjoni dwar il-verifika esterna mgħoddija lill-uffiċċju ċentrali, in-nuqqas ta' ċentralizzazzjoni sistematika ta' din l-informazzjoni sabiex jintlaħqu l-konklużjonijiet, kif ukoll in-nuqqas ta' segwitu adegwat; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex tirreaġixxi għal dawn ir-riżultati b'urġenza;

186.  Jiddispjaċih li skond ir-Rapport Annwali tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri "il-Kapaċità tal-Verifika Interna (IAC) fil-mument ma tagħtix l-evalwazzjoni komplessiva annwali tas-sitwazzjoni tal-kontroll intern fil-Europe Aid u fid-DĠ ECHO ... Minkejja li fl-2006 nħolqu żewġ postijiet tax-xogħol oħra fl-IAC, ma jidhirx li huwa prattiku li bl-istaff attwali li hemm, fi żmien iċ-ċiklu ta' tliet snin propost issir il-kopertura sħiħa tal-verifika identifikata fl-Evalwazzjoni tal-Ħtiġijiet tal-Verifika fil-Europe Aid" (punt 8.30 tar-Rapport Annwali);

187.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel evalwazzjoni komplessiva annwali tas-sitwazzjoni tal-kontroll intern tad-DĠ AIDCO u biex tevalwa jekk jinħtiġux postijiet oħra fis-servizz ta' l-IAC;

188.  Jinnota l-kritika tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri rigward is-sitwazzjoni ta' l-attivitjiet ta' kontroll ex post tal-Kummissjoni (punti 8.23 u 8.33 tar-Rapport Annwali) u jistieden lill-Kummissjoni biex tinforma b'mod regolari lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit bil-passi li jkunu ttieħdu biex tissewwa s-sitwazzjoni;

189.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli ttejjeb l-evalwazzjoni tar-riskju tad-DĠ AIDCO billi tagħmel referenza għar-riżultati tas-sejbiet ta' l-awdituri fil-livell tal-proġetti u billi tagħmel distinzjoni skond it-tipi differenti ta' organizzazzjonijiet li jimplimentaw u l-metodi ta' l-iffinanzjar;

190.  Jistieden lid-DĠ AIDCO biex itejjeb it-termini ta' referenza tal-verifiki esterni tiegħu biex ikunu koperti l-oqsma kollha ta' riskju magħrufa, fosthom il-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti tal-Kummissjoni rigward il-proċeduri tal-kuntratti u l-eliġibilità ta' l-ispiża;

191.  Jenfasizza li fil-perjodu bejn l-2000 u l-2006, il-kontribuzzjonijiet ta' l-UE lin-NU żdiedu b'700% (minn EUR 200 miljun fl-2000 għal EUR 1.4 biljun fl-2007); ma jistax jifhem in-nuqqas ta' segwitu għal flus trasferiti lil fondi ta' fiduċja internazzjonali mill-Kummissjoni;

192.  F'dan il-kuntest, jesprimi tħassib dwar in-nuqqas ta' informazzjoni meħtieġa għall-awtorità tal-kwittanza sabiex tipproċedi għal kwittanza li tagħmel sens rigward il-fondi implimentati taħt l-intestatura ta' l-azzjoni esterna;

193.  Jinsisti li għandha tkun żviluppata sistema ta' informazzjoni armonizzata sabiex l-awtorità ta' kwittanza b'mod partikulari u l-pubbliku b'mod ġenerali jkun jista' jkollhom bażi tad-dejta trasparenti għal kollox li jkun fiha tagħrif sħiħ dwar il-proġetti kollha ffinanzjati mill-UE fid-dinja u r-riċeventi aħħarin ta' dawn il-fondi; huwa tal-fehma li, prefereibilment, li l-bażi tad-dejta tas-Sistema Komuni ta' Informazzjoni Relex (CRIS) toffri din ix-xorta ta' informazzjoni;

194.  Ifakkar li skond ir-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni sa minn Mejju 2007 kellha tkun kapaċi li tidentifika minnufih il-benefiċjarji aħħarin u min kien qiegħed jimplimenta l-proġetti ffinanzjati jew koffinanzjati b'fondi ta' l-UE;

195.  Jikkunsidra li l-viżibilità, il-gwida politika u l-possibilità ta' kontroll mill-Kummissjoni tal-fondi ta' fiduċja internazzjonali (fejn l-UE hija d-donatur ewlieni) għandhom jissaħħu bla ma tittiefes l-effikaċja ta' l-azzjoni f'dan il-qasam;

196.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta lill-Parlament pjan sabiex iżżid aktar il-pussess ta' l-EU ta' l-azzjonijiet esterni tagħha

197.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar sitwazzjoni fejn fiż-żewġ każijiet fejn il-Parlament talab għal lista ta' proġetti ffinanzjati mill-fondi ta' l-UE il-Kummissjoni ħadet xahrejn u nofs biex ipprovdiet lista tal-proġetti ffinanzjati bil-CARDS (Għajnuna għar-rikostruzzjoni, l-iżvilupp u l-istabilizzazzjoni) u 13-il xahar biex ipprovdiet informazzjoni bażika dwar il-proġetti kkofinanzjati bil-fondi ta' l-UE fl-Iraq; jinsisti sabiex, fir-rigward tal-fondi kollha mmaniġġjati taħt l-azzjonijiet esterni, din is-sitwazzjoni tiġi rranġati minnufih;

198.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tindirizza bl-akbar serjetà n-nuqqasijiet fir-rigward tal-proċeduri kuntrattwali u l-eliġibilità ta' l-infiq, u jiddispjaċih ħafna dwar l-evalwazzjoni kritika tal-Qorti ta' l-Awdituri fir-rigward ta' dan il-qasam, li jinsab taħt it-tmexxija finanzjarja diretta tal-Kummissjoni;

199.  Jaqbel mal-Qorti ta' l-Awdituri li l-Kummissjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar il-verifiki kollha tal-proġetti fil-CRIS u għandha torbot aħjar din l-informazzjoni ma' l-informazzjoni dwar l-immaniġġjar tal-proġetti; jitlob ukoll lill-kwartieri ġenerali tal-EuropeAid tal-Kummissjoni sabiex jirrivedu l-informazzjoni finanzjarja pprovduta mid-delegazzjonijiet, sabiex jiżguraw li din tkun kompleta u konsistenti;

200.  Jistieden lill-Kummissjoni biex ittejjeb it-trasparenza u l-aċċess għad-dokumentazzjoni marbuta mal-proġetti mmexxija mill-aġenziji tan-NU u biex tkompli tiżviluppa linji gwida u proċeduri ċari fil-FAFA, li tistabbilixxi l-qafas għall-immaniġġjar tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li l-Kummissjoni tgħaddi lin-NU;

201.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tirrapporta lill-Parlament dwar kontrolli mwettqa fl-ambitu tal-FAFA;

202.  Jinsab kuntent bir-riżultati tal-verifika ta" l-implimentazzjoni ta" l-istrumenti Phare u ISPA fil-Bulgarija u fir-Rumanija u tal-programm ta" għajnuna għat-Turkija, li identifika livell insinifikanti ta" l-iżball; jieħu nota ta" l-iżbalji u tad-dgħjufijiet fir-rigward ta" l-implimentazzjoni ta" l-istrument SAPARD fil-Bulgarija u fir-Rumanija; jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli taħdem ma" l-awtoritajiet taż-żewġ pajjiżi sabiex tiżgura li jitwettqu r-rekwiżiti kollha għall-kuntratti pubbliċi u għall-amministrazzjoni finanzjarja soda u li tingħata assikurazzjoni xierqa tal-korrettezza, tar-regolarità u ta" l-eliġibilità tat-talbiet għall-assistenza Komunitarja;

203.  Jinnota l-evalwazzjoni tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri li kkonkludiet li s-sistemi nazzjonali ta" sorveljanza marbuta mas-Sistemi ta" Implimentazzjoni Deċentralizzati tal-Bulgarija, tar-Rumanija u tat-Turkija baqgħu dgħajfa;

204.  Itenni t-tħassib tiegħu dwar id-dewmien fl-akkreditazzjoni tas-Sistema ta" Implimentazzjoni Deċentralizzata Estiża (EDIS) fil-Bulgarija, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet Bulgari sabiex isaħħu l-koperazzjoni tagħhom biex jassiguraw li jkun hemm kemm l-istrutturi xierqa ta" ġestjoni u ta" kontroll kif ukoll il-kapaċitajiet amministrattivi biex jippermettu l-funzjonament effiċjenti ta" l-EDIS;

205.  Jappoġġja r-rakkomandazzjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri lill-Kummissjoni sabiex il-Kummissjoni tosserva mill-qrib il-funzjonament effettiv tas-sistemi nazzjonali ta" sorveljanza u ta" kontroll, b'mod partikolari fil-preparazzjoni u l-ġestjoni ta" sejħiet għal offerti fit-Turkija, l-akkwist permezz ta" l-EDIS fil-Bulgarija u fir-Rumanija u li l-kofinanzjament nazzjonali jsir f'waqtu; jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva ta" dawk l-Istati Membri li ssieħbu reċentement u ta" dawk il-pajjiżi li qegħdin fil-proċess li jissieħbu;

206.  Huwa sodisfatt bl-evalwazzjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri li diversi miżuri ta" rimedju ddaħħlu mill-Kummissjoni wara r-rapport speċjali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-ġemellaġġ mill-2003; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tħeġġeġ aktar lill-gvernijiet benefiċjarji sabiex jużaw ir-riżultati tal-proġetti mwettqa fil-kuntest ta" l-isforzi tar-riforma tagħhom; jappoġġja r-rakkomandazzjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri lill-Kummissjoni sabiex il-Kummissjoni tnaqqas il-livell tad-dettalji fil-kuntratti ta" ġemellaġġ sabiex ikun hemm aktar flessibilità fit-tmexxija tal-proġetti;

207.  Jieħu nota tal-konklużjonijiet tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet fil-qasam ta" l-azzjonijiet esterni u tas-sistemi relatati ta" sorveljanza u ta" kontroll; jistieden lill-Kummissjoni sabiex twettaq kull titjib meħtieġ fis-sistema biex ikun żgurat li l-irregolaritajiet identifikati fil-livell ta" organizzazzjonijiet f'pajjiżi terzi impenjati fit-twettiq ta' proġetti jitneħħew;

208.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta rapport lill-Parlament dwar x'sar eżattament biex titħaffef is-sitwazzjoni ta" refuġjati u ta" persuni spustati Iraqin;

209.  Jenfasizza l-interess tiegħu dwar l-għajnuna lill-Afganistan, u jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta rapport lill-Parlament dwar is-sitwazzjoni attwali ta" l-implimentazzjoni tal-fondi ta" l-UE fl-Afganistan, u biex tikkummenta dwar it-tkeċċija ta' l-aġent rappreżentant ta" l-UE minn dak il-pajjiz fuq l-akkuża li huwa kkomunika mat-Talibani Afgani;

210.  Jistenna li jirċievi rapporti annwali dwar kuntratti għall-implimentazzjoni tal-baġit, listi annwali ta' proġetti u tal-post fejn qed jitwettqu, u lista tal-benefiċjarji finali; iqis li, għal raġunijiet ta' sigurtà, ir-rapporteur għall-kwittanza għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni ddikkjarata kunfidenzjali; jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn tal-Kummissjoni sabiex tinnegozja mill-ġdid il-ftehimiet rilevanti dwar fondi fiduċjarji man-NU sabiex tikseb linji gwida konġunti ta' rrappurtar u tingħata informazzjoni dwar l-identità tal-benefiċjarji finali; jilqa' wkoll b'sodisfazzjon l-impenn tal-Kummissjoni sabiex torganizza laqgħat ta' kull sena bejn il-Parlament u l-uffiċjali għolja tan-NU responsabbli għat-tmexxija tal-fondi fudiċjarji ta' donaturi multipli u jqis li dan jipprovdi qafas għan-NU sabiex tipprovdi aktar informazzjoni dwar il-fondi ta' l-EU;

Għajnuna umanitarja u żvilupp

211.  Jiddispjaċih li l-evalwazzjoni tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri tal-verifiki fid-DĠ ECHO hija biss "sodisfaċenti sa ċertu punt" (l-Anness 8.2. għar-Rapport Annwali);

212.  Jappoġġja bis-sħiħ il-konklużjonijiet tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar id-DĠ ECHO fir-Rapport Annwali, kif ġej: "Id-DĠ ECHO" għandu jiċċara r-regoli dwar l-eliġibilità tan-nefqa sabiex ma jħallix li jkun hemm interpretazzjonijiet varji, u għandu jiġi rrivedut il-bilanċ bejn il-kwartieri ġenerali ta-DĠ ECHO u l-verifiki fuq il-post tas-soċji inkarigati mill-implimentazzjoni, sabiex tinkiseb idea aħjar tar-realtà tan-nefqa għall-proġetti (punti 8.11 u 8.18 tar-Rapport Annwali);

213.  Jiddispjaċih dwar ir-riżultati fil-punt 2.1 tar-rapport ta' attività annwali tad-Direttorat Ġenerali għall-Iżvilupp (DĠ DEV) li tgħid li l-"assigurazzjoni tal-koerenza tal-politiki Komunitarji b'impatt fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, hija sors kbira ta' riskju. Dan ir-riskju l-aktar li huwa rilevanti huwa fejn jidħol il-kummerċ, l-aktar in-negozjati dwar il-Ftehimiet ta" Sħubija Ekonomika (EPAs). Dan jirrappreżenta dimensjoni kritika tal-politika ta' żvilupp iżda l-kapaċità f'dan il-qasam hija kkonċentrata fid-DĠ Kummerċ. Dan ir-riskju jippersisti minkejja t-tisħiħ u l-konċentrazzjoni tar-responsabilitajiet relatati mal-kummerċ li seħħew mar-riorganizzazzjoni tad-DEV f'Lulju 2006";

214.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit l-ideat tagħha dwar kif tindirizza din is-sitwazzjoni u l-miżuri li jridu jittieħdu fl-2008 sabiex jitjieb it-tħaddim tas-sistema ta' kontroll intern fid-DĠ DEV fir-rigward tal-livell ta' implimentazzjoni ta' l-istandards ta' kontroll intern;

Sħubija Ewro-Mediterranja

215.  Jinnota b'sodisfazzjon li skond ir-Rapport Speċjali Nru 5/2006 tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-programm MEDA, "huwa ċar li t-tmexxija mill-Kummissjoni tal-programm MEDA tjiebet mill-ewwel snin 'il hawn u tista' titqies bħala sodisfaċenti";

216.  Barra minn hekk jinnota, kif ikkonkludiet il-Qorti ta' l-Awdituri, li, b'riżultat tad-divoluzzjoni, id-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni kellhom irwol importanti fl-implimentazzjoni tal-programm billi għenu lil pajjiżi sħab jittrattaw l-aspetti proċedurali ta' l-akkwisti;

217.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinfurmah regolarment dwar it-twettiq ta' kontrolli u ispezzjonijiet fuq il-post, filwaqt li tidentifika każijiet ċari ta' suspett ta' frodi jew irregolaritajiet finanzjarji oħra matul l-aħħar sena ta' implimentazzjoni tal-programm MEDA;

218.  Jistenna bil-ħerqa żieda fil-viżibilità ta" azzjonijiet iffinanzjati mill-UE permezz ta" fondi fiduċjarji internazzjonali, b'mod partikulari fil-kuntest ta" somom li jilħqu l-ammont ta' aktar minn biljun Euro li ġew trasferiti mill-baġit ta' l-UE għall-fondi tan-NU u tal-Bank Dinji; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-gwida politika, il-viżibilità ta" l-UE u l-kontroll tal-fondi użati jkunu msaħħa;

219.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex regolarment tippreżenta lill-Parlament miżuri speċifiċi biex jiżdied aktar il-pussess ta" l-UE ta" l-azzjonijiet esterni tagħha fil-kuntesti ġeografiċi tagħhom (b'konformità mal-prinċipji ta" l-effiċjenza, tar-responsabilità u tal-viżibilità);

220.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tinformah b'mod effiċjenti u ħafif dwar l-użu ta" fondi ta" l-UE permezz ta" fondi fiduċjarji internazzjonali għall-Iraq; jistieden lill-Kummissjoni sabiex taġġorna u tagħti bażi lil din l-informazzjoni u biex tipproponi sistema li tippermetti lill-Parlament jara b'mod ċar u li jinftiehem eżattament x'ġie ko-finanzjat mill-fondi ta' l-UE permezz ta' fondi fiduċjarji internazzjonali kulllimkien fid-dinja;

221.  Jilqa' ż-żieda sinifikanti fir-rata ta' implimentazzjoni ta' approprijazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament għall-istrateġija ta' qabel is-sħubija fl-2006 meta mqabbla ma' l-2005;

Żvilupp

222.  Jifraħ lill-Kummissjoni ta" l-inizjattiva li jitjieb ir-rappurtaġġ tal-progress magħmul permezz ta' interventi tal-politika ta" l-iżvilupp biex jintlaħqu l-Għanijiet tal-Millenju għall-Iżvilupp; għandu fiduċja li din se tagħti kontribut siewi biex titjieb ir-responsabilità f'dan il-qasam; jistenna bil-ħerqa li jirċievi d-dettalji ta' l-evalwazzjoni tal-fażi sperimentali li ddaħħlet fl-2007;

223.  Jiġbed l-attenzjoni għall-punt ta' referenza ("benchmark"), miftiehem mill-Kummissjoni, li 20% ta' l-iffinanzjar skond l-Istrument ta' Koperazzjoni għall-Iżvilupp għandhom ikunu allokati għall-edukazzjoni bażika u sekondarja kif ukoll għas-saħħa bażika; jistenna bil-ħerqa li jirċievi d-dettalji ta' l-implimentazzjoni ta' dan il-punt ta' referenza fl-2007;

224.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tiġi żviluppata strateġija strutturata li tagħti appoġġ lill-istituzzjonijiet supremi tal-verifika fil-pajjiżi li jieħdu għajnuna baġitarja; jinnota, madankollu, li r-responsabilità demokratika fil-livell ta' pajjiżi sħab ma tistax tintlaħaq mingħajr ma jissaħħu l-entitajiet tal-Parlament għall-kontroll tal-baġit, kif meħtieġ mill-Artikolu 25(1)b tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabilixxi strument ta" finanzjament tal--koperazzjoni għall-iżvilupp(53);

225.  Jinnota li fl-2006, 91% ta' l-għajnuna baġitarja mill-baġit tal-Komunità ngħatat bħala għajnuna baġitarja għas-setturi, li hi aktar iffukata mill-għajnuna baġitarja ġenerali u għalhekk twassal għal inqas riskji; jesprimi dubji dwar l-"interpretazzjoni dinamika" tal-Kummissjoni tal-kriterji ta' l-eliġibilità għall-għajnuna baġitarja, li skond il-Qorti ta' l-Awdituri żżid ir-riskju; jemmen li l-għajnuna baġitarja għandha tingħata biss lill-pajjiżi li diġà jkunu laħqu l-istandard minimu ta' kredibilità fl-immaniġġjar tal-finanzi pubbliċi;

226.  Jistieden lill-Kummissjoni biex ittejjeb it-trasparenza u l-aċċess għad-dokumentazzjoni marbuta ma' l-azzjonijiet ta' l-għajnuna baġitarja, b'mod partikulari billi jsiru ftehimiet ma' pajjiżi benefiċjarji li jixbħu lill-Ftehima ta' Qafas Finanzjarja u Amministrattiva (FAFA) u billi tistabbilixxi qafas għall-immaniġġjar tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li l-Kummissjoni tgħaddi lin-NU;

227.  Jifraħ lill-Kummissjoni talli fl-2006 naqqset b'39% l-livell ta' reste à liquider (RAL) li jmur lura għall-impenji tal-EuropeAid ta' qabel l-2001; jitlob li jirċievi aġġornamenti regolari dwar il-bidliet fil-livell tar-RAL normali u anormali;

228.  Jinnota l-kritika dwar il-proġetti ta' Assistenza Teknika tal-Kummissjoni li saret mill-Qorti ta' l-Awdituri fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 6/2007; jinnota wkoll li l-Kummissjoni se tindirizza dawn il-kwistjonijiet permezz ta' l-"Istrateġija biex jintlaħqu l-għanijiet ta' l-UE ta' għajnuna effettiva għall-Koperazzjoni Teknika u l-Unitajiet għall-Implimentazzjoni tal-Proġetti" li għandha tkun lesta sa Ġunju 2008; jistenna bil-ħerqa li, meta jasal il-waqt, jirċievi l-evalwazzjoni tar-riżultati ta' l-implimentazzjoni ta' din l-istrateġija;

229.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-miżuri implimentati mill-Kummissjoni biex tkun imħeġġa il-koordinazzjoni ta' kull min jagħti sehem fil-qasam ta' l-assistenza teknika; jisħaq fuq l-importanza ta' strateġija koordinata, mhux biss fil-livell ta' l-UE imma fost kull min jagħti sehem, u jistenna bil-ħerqa li jirċievi dettalji fuq il-progress ta' din l-inizjattiva.

Spejjeż amministrattivi
Aġenziji

230.  Jinnota li fl-2006, kien hemm 24 aġenzija jaħdmu (inklużi 2 aġenziji eżekuttivi), meta mqabbla mas-16 fl-2005, li jkopru serje estensiva ta' ħidmiet f'diversi postijiet fl-UE;

231.  Jinnota li, bħalma ġara fl-2003, fl-2004 u fl-2005, l-Awditur Intern tal-Kummissjoni, fir-rapport annwali tiegħu għall-2006 dwar l-attivitajiet, esprima riżerva minbarra l-verifiki ta' l-aġenziji regolatorji: "Filwaqt li l-IAS irċeviet talbiet għall-verifika ta' l-aġenziji regolatorji, iż-żieda parallela tan-numru ta' l-aġenziji, issa 23, għadha ma tippermettix lill-IAS li tissodisfa sew l-obbligu tagħha skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju. Fi tmiem l-2006, l-aġenziji kollha kienu vverifikati talanqas darba f'perjodu ta' tliet snin minflok darba kull sena kif stipulat mir-Regolament Finanzjarju" (punt 3.6);

232.  Jitlob li ssir analiżi tad-deċentralizzazzjoni u ta' l-effetti tagħha fuq l-istaff tal-Kummissjoni; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta kalendarju għal reviżjoni ta' l-organizzazzjoni interna tagħha fid-dawl tad-deċentralizzazzjoni;

233.  Jitlob li wara 3 snin issir reviżjoni bejn il-pari ta' kull aġenzija eżekuttiva sabiex ikun evalwat il-valur miżjud ta' l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta' l-aġenziji eżekuttivi meta mqabbla mad-Direttorat Ġenerali rilevanti;

234.  Jinnota li, fil-paragrafu 10.29 tar-Rapport Annwali tagħha, il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri stqarret li "l-ħruġ ta' sussidji mħallsa mill-Kummissjoni mill-baġit Komunitarju m'huwiex ibbażat fuq estimi ġġustifikati biżżejjed tal-ħtieġa ta' kontanti ta' l-aġenziji. Dan, flimkien ma' l-ammont ta' flus ittrasferiti, iwassal biex ikollhom bilanċi kbar ta' kontanti(54). Il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri tirrakkomanda li l-livell ta' sussidji mħallsa lill-aġenziji ikun konformi mal-ħtiġijiet veri tagħhom għal kontanti";

235.  Jitlob lill-Kummissjoni biex issegwi iktar mill-qrib il-bilanċi tal-kontanti ta' l-aġenziji u biex timponi obbligi aktar stretti fuqhom fir-rigward tal-preżentazzjoni, fit-talbiet għall-ħlas, ta' tbassiriet bir-reqqa tal-ħtiġijiet veri tagħhom għal kontanti sabiex ikunu evitati trasferimenti mhux meħtieġa ta' kontanti u sabiex ikollhom estimi aqwa għall-ġejjieni;

236.   jappella għas-subkonsolidazzjoni tal-kontijiet ta' l-aġenziji;

Il-politika Komunitarja dwar il-bini

237.  Huwa mħasseb dwar id-defiċit strutturali globali għall-2006 li reġa' laħaq l-ammont sinifikanti ta' EUR 5 miljun għal proġetti ta' manutenzjoni u ristrutturar għall-bini kollu li huwa l-proprjetà tal-Kummissjoni (fosthom il-bini Berlaymont); jilqa' b'sodisfazzjon l-istudju patrimonjali kkummissjonat mill-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika - Brussell (OIB) fl-2007, li għandu jagħti l-ewwel stima motivata meħtieġa tal-baġit u kalendarju biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa sabiex ikun żġurat l-aħjar immaniġġjar possibbli ta' l-investimenti tal-Kummissjoni fil-proprjetà;

238.  Jistenna li l-Kummissjoni żżomm lill-kumitati kompetenti tal-Parlament infurmati dwar ir-riżultati ta' l-istudju msemmi hawn fuq u dwar it-tbassira ta' l-ippjanar, b'enfasi speċjali fuq dettalji tal-bini Berlaymont;

239.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tinformah dwar is-segwitu tagħha għar-Rapport Speċjali Nru 2/2007 tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, b'mod partikulari fir-rigward tal-koperazzjoni mtejba, inkluż it-tfassil ta' politika komuni dwar il-proprjetà li tinvolvi l-ħolqien ta' strument Komunitarju li jkopri l-binjiet u l-arranġamenti finanzjarji u ta' l-istaff relatati magħha;

240.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tintegra r-riżultati ta' l-iskrining ta' l-istaff u r-riżultati tal-Komunikazzjoni tagħha dwra il-politika ta' l-akkomodazzjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni fi Brussell u l-Lussemburgu (COM(2007)0501), biex tirrevedi l-ħtieġa ta' spazju stipulat fiha kif xieraq u biex tirrapporta dwar ir-riżultati ta' dan l-eżerċizzju sa Settembru 2008.

241.  Jissuġġerixxi li għandu jkun hemm dispożizzjoni fil-kontijiet konsolidati ta' l-UE għal xogħlijiet kbar ta' manutenzjoni fuq binjiet;

242.  Itenni l-opinjoni tiegħu li għandu jsir studju dwar il-fattibilità li titwaqqaf awtorità Ewropea għall-proprjetà b'responsabilità għall-bini u l-manutenzjoni tal-binjiet ta' l-istituzzjonijiet u l-entitajiet ta' l-UE;

KONKLUŻJONIJIET DWAR IR-RAPPORTI SPEĊJALI MAĦRUĠA MILL-QORTI TA' L-AWDITURI
Parti I: Rapport Speċjali Nru 1/2007 dwar l-implimentazzjoni tal-proċessi ta' nofs iż-żmien, Fondi Strutturali 2000 - 2006

243.  Jinnota li l-Kunsill Ewropew ftiehem waqt il-laqgħa tiegħu f'Berlin f'Marzu 1999 li għall-perjodu 2000-2006 għandhom ikunu disponibbli 195 biljun euro (219-il biljun bil-prezzijiet ta' l-2005) mill-Fondi Strutturali(55), u li 16-il biljun oħra għas-snin 2004-2006 għandhom ikunu allokati għal madwar 200 programm fl-Istati Membri l-ġodda(56);

244.  Jinnota li kien hemm dewmien fl-implimentazzjoni ta' programmi mill-perjodu 1994 - 1999, u minħabba f'hekk dam ma sar l-ipprogrammar għall-perjodu 2000-2006;

245.  Għaldaqstant, huwa ppreokkupat li l-bażi ta' dejta għall-proċessi ta' evalwazzjoni ta' nofs iż-żmien setgħet ma kinitx kbira biżżejjed biex jinstabu konklużjonijiet sodi;

246.  Barra minn hekk, jinnota r-riżultati tar-rapporti speċjali 7/2003 u 10/2006 tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri dwar l-evalwazzjoni ex-ante u ex-post tan-nefqa tal-Fondi Strutturali rispettivament, li fihom il-Qorti enfasizzat li:

   - l-allokazzjonijiet baġitarji ntgħażlu billi ġie mmassimizzat l-assorbiment tal-fondi li x'aktarx ikun hemm;
   - l-evalwazzjonijiet ex-ante kellhom impatt żgħir fuq il-proċess ta' pprogrammar;
   - instabu dgħjufijiet sinifikanti fl-evalwazzjonijiet ex-post u fis-superviżjoni tagħhom mill-Kummissjoni;

247.  Jenfasizza li l-Kummissjoni ddeskriviet l-għan globali ta' l-evalwazzjoni ta' nofs it-term fid-dokument ta' ħidma tagħha nru 8 kif ġej:

   - li jkun evalwat jekk id-diversi forom ta' għajnuna għadhomx il-mezz xieraq biex ikunu ttrattati l-kwistjonijiet li qed jiffaċċjaw ir-reġjun jew il-qasam;
   - li jkun eżaminat jekk l-assi strateġiċi, il-prijoritajiet u l-objettivi humiex koerenti, xierqa u għadhomx rilevanti;
   - li jkun evalwat kemm sar progress biex jintlaħqu dawn l-objettivi u kemm verament jistgħu jintlaħqu;
   - li tkun evalwata l-kwantifikazzjoni ta' l-objettivi, speċifikament kemm iffaċilitaw il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni; li jkun evalwat kemm il-prijoritajiet orizzontali - l-opportunitajiet indaqs u l-ambjent b'mod partikulari - ġew integrati fil-forom ta' għajnuna;
   - li tkun analizzata s-suffiċjenza ta' l-arranġamenti ta' implimentazzjoni u monitoraġġ; u li jkunu ppreżentati r-riżultati mqabbla ma' l-indikaturi miftiehma għar-riżerva ta' rendiment;

248.  Jilqa' b'sodisfazzjon li l-evalwazzjonijiet urew li l-istrateġiji adottati mill-Istati Membri kienu għadhom adegwati u li l-assorbiment finanzjarju tjieb b'mod ċar; madankollu, kien impossibbli li tkun evalwata l-effikaċja jew li jitkejjel l-impatt tal-programmi/proġetti, peress li s-sett ta' dejta disponibbli spiss tqies li ma kienx biżżejjed;

249.  Huwa inkwetat ħafna li l-Kummissjoni ddeskriviet is-sistemi ta' monitoraġġ ta' l-Istati Membri bħala dgħajfa; b'konsegwenza ma kienx faċli li tingħaraf implimentazzjoni ħażina ta' programmi u proġetti, l-evalwazzjonijiet ex-post kienu mfixkla u l-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet ma kinux żgurati; instabu rregolaritajiet ta' 600 miljun euro fil-qasam tal-Fondi Strutturali fl-2005 biss;

250.  Jinsisti, għalhekk, li fil-ġejjieni tingħata prijorità kbira lit-twaqqif ta' sistemi ta' monitoraġġ b'saħħithom fl-Istati Membri bħala miżura kontra l-irregolaritajiet u l-possibiltà ta' frodi;

251.  Barra minn hekk jenfasizza l-importanza ta' evalwazzjoniiet analitiċi li jwasslu għal konkulżjonijiet u rakkomandazzjonijiet operattivi;

252.  Jiddispjaċih li kien diffiċli li jitqabblu r-riżultati ta' l-evalwazzjonijiet għaliex l-Istati Membri ma ntalbux isegwu mudell ta' evalwazzjoni standardizzat; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal sistema ta' indikaturi jew ta' benchmarking li maż-żmien twassal għal rapporti ta' evalwazzjoni iktar armonizzati, biex b'hekk titjieb il-komparabiltà u, sussegwentement, il-profondità analitika ta' dawn ir-rapporti;

253.  Jinnota li r-regola n+2 wasslet għal aktar użu ta' approprjazzjonijiet; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, li għalhekk l-assorbiment finanzjarju sar ukoll għan fih innifsu;

254.  Jinnota wkoll li l-approprjazzjonijiet tar-riżerva ta' rendiment kienu allokati skond il-ħtieġa li jkun immassimizzat l-assorbiment ta' fondi ta' l-UE, aktar milli l-infiq ikun iffukat fuq attivitajiet li kien evalwat li kienu partikolarment effettivi; għalhekk il-proġetti infrastrutturali kienu l-benefiċjarji ewlenin; globalment, il-baġits kienu allokati xort'oħra għall-miżuri li ma pproduċewx biżżejjed infiq;

255.  Jiddispjaċih li, bħala konsegwenza li jkun iffavorit l-assorbiment, il-prijoritajiet orizzontali - bħall-ambjent u l-opportunitajiet indaqs - u l-prijoritajiet ta' politika - bħall-istrateġiji ta' Liżbona jew ta' Gotenburg - spiss ma tqisux;

256.  Jiddispjaċih ukoll li spiss effetti 'deadweight'(57) u ta' sostituzzjoni kienu injorati;

257.  Jaqbel mal-fehma tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri dwar "(...) tensjonijiet inerenti fl-ippjanar u l-immaniġġjar tal-Fondi Strutturali (...)"(58) matul il-perjodu 2000 - 2006, bħal:

   - tensjoniiet bejn infiq effettiv u ekonomiku (value for money) u l-immassimizzar ta' l-assorbiment,
   - tensjonijiet minħabba r-regola n+2 li tippermetti minn naħa waħda, infiq ippjanat sew u, min-naħa l-oħra, tiffaċilita l-allokazzjoni faċli tar-riżervi,
   - u tensjoniiet bejn evalwazzjonijiet ta' nofs it-term bi skop tajjeb u n-nuqqas ta' dejta;

258.  Jirrikonoxxi, fl-istess ħin, li l-Kummissjoni ddeċidiet li tittratta numru ta' dgħjufijiet fir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni(59):

   - ir-rekwiżit ġenerali għall-evlawazzjoni ta' nofs iż-żmien kien sostitwit b'evalwazzjonijiet kontinwi skond il-bżonn biex tkun evalwata l-implimentazzjoni ta' programm u bħala reazzjoni għal bidliet ta' l-ambjent estern;
   - ir-rendiment nazzjonali u r-riżervi ta' kontinġenza saru għażla, u
   - ir-regola n+2 (għal perjodu limitat) se ssir regola n+3 għall-Istati Membri b'GDP per capita mill-2001 sa l-2003 inqas minn 85% tal medja ta' l-UE-25;

259.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel linji gwida ċari disponibbli għall-Istati Membri fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni;

260.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li r-riżultati tar-rapporti ta' evalwazzjoni tqiesu meta tfasslu r-regoli l-ġodda għall-Fondi Strutturali matul il-perjodu 2007-2013; jiddispjaċih madankollu li r-riżultati tal-Parlament wara l-pubblikazzjoni tar-Rapport Speċjali 1/2007 tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri jkollu biss valur limitat għall-perjodu attwali ta' programmazzjoni;

261.  Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex tieħu l-passi meħtieġa biex tinvolvi lill-Parlament għalkollox fil-modifiki lir-regolamenti tal-Fondi Strutturali li bi ħsiebha ddaħħal fil-perjodu li jwassal għall-perjodu ta' finanzjament li jmiss li jibda fl-2014;

262.  Huwa tal-fehma li r-regolamenti tal-Fondi Strutturali għandhom jaħsbu għal titjib fil-proċess ta' tagħlim li jkun rifless fid-dispożizzjonijiet legali; dan huwa aktar importanti billi evalwazzjonijiet ex-ante fi tmiem perjodu ta' programmazzjoni ma jistgħux ikunu konklużi fil-ħin qabel ma jidħol fis-seħħ regolament li jkopri l-perjodu l-ġdid ta' finanzjament u programmazzjoni; barra minn hekk, il-kumitati kompetenti tal-Parlament għandhom ikunu kkonsultati regolarment fid-diversi stadji matul il-perjodu ta' finanzjament;

263.  Jistieden lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u lill-Kummissjoni biex jagħtu rapport dwar il-miżuri li ttieħdu bħala reazzjoni għar-riżultati tal-Parlament matul il-proċedura ta' kwittanza għall-2006; barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta r-riżultati ta' l-evalwazzjonijiet ex-post 2000-2006 lill-Kumitat tiegħu għall-Kontroll tal-Baġit;

264.  Jitlob lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri biex tanalizza l-effiċjenza, l-effikaċja u l-impatt ta' miżuri ffinanzjati mill-Fondi Strutturali f'rapport speċjali fil-moment opportun.

Parti II: Raport Speċjali Nru 2/2007 dwar l-infiq ta' l-Istituzzjonijiet fuq bini

265.  Jaċċetta li l-ippjanar għall-futur imbiegħed u t-tbassiriet baġitarji fil-qasam tal-bini huma diffiċli għaliex l-approprjazzjonijiet ikunu deċiżi fuq bażi annwali, u għaliex deċiżjonijiet politiċi ewlenin b'implikazzjonijiet kbar għall-ispazju ta' l-uffiċċji, bħat-tkabbir, m'humiex previsti b'mod preċiż; barra minn hekk, l-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet fil-qasam tal-bini tirrikjedi żmien sinifikanti minn qabel; jissuġġerixxi li għandu jkun hemm dispożizzjoni fil-kontijiet konsolidati ta' l-Unjoni għal xogħlijiet kbar ta' manutenzjoni fuq binjiet;

266.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-istituzzjonijiet ta' l-UE joffru lir-rappreżentanti u lill-uffiċjali maħtura - b'mod ġenerali - kundizzjonijiet ta' xogħol xierqa;

267.  Jiddispjaċih, madankollu, li l-istituzzjonijiet ta' l-UE qatt ma impenjaw ruħhom li jiżviluppaw politika komuni għall-bini, li setgħet ppermettitilhom li jfaddlu ammonti kbar; jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej biex iġeddu l-isforzi tagħhom biex jiżviluppaw politika komuni għall-bini u biex jirrappurtaw lill-kumitat parlamentari kompetenti qabel il-proċedura ta' kwittanza għall-2007;

268.  Jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej biex jiżviluppaw kriterji komuni għall-kalkolu ta' l-ispazju u l-ispejjeż ta' l-uffiċċji, u sussegwentement, biex jevalwaw kemm il-ħtiġijiet għall-futur qarib kif ukoll għall-futur imbiegħed;

269.  Jirrikonoxxi f'dan il-kuntest li l-istituzzjonijiet ta' l-UE taw prijorità lix-xiri ta' bini, billi huwa minn 40 sa 50% irħas li tixtri milli tikri;

270.  Jinnota li fl-1979 il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri kienet diġà ssuġġeriet li l-kuntratti tal-kiri għandhom jinkludu għażla ta' xiri bi prezz li jqis il-kera li diġà tħallset (enfitewsi ta' l-akkwist);

271.  Jiddispjaċih li l-kummenti tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri dwar ix-xiri tal-bini IPE 1 - 3 fi Strasburgu ma jagħtux stampa kompleta tas-sitwazzjoni fl-2006; f'dan il-kuntest, jiġbed l-attenzjoni għar-riżultati tar-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Settembru 2006 mehmuża mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2004(60) u, b'mod partikulari għall-paragrafi 19 u 20 tagħha;

272.  Jistaqsi lill-Kummissjoni għaliex kien indispensabbli li jinkera l-bini MONDRIAN u liema alternattivi kienet qieset;

273.  Jirrikonoxxi li l-istituzzjonijiet ta' l-UE jippreferu jiġbru f'daqqa s-servizzi li jaħdmu f'oqsma simili;

274.  Jagħraf it-tensjoni bejn il-vantaġġi prattiċi tal-qrubija ġeografika li wieħed jibqa' fil-kwartier Ewropew, u l-iżvantaġġi finanzjarji li joriġinaw mill-ħolqien ta' domanda għolja ħafna u prevedibbli fuq is-suq lokali tad-djar;

275.  Jirrikonoxxi f'dan il-kuntest l-isforzi li saru mill-Kummissjoni biex jitnaqqas il-persentaġġ ta' l-ispazju ta' l-uffiċċji tagħha fil-kwartier Ewropew, li bħalissa huwa ta' 82%;

276.  Jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej biex jevalwaw b'attenzjoni l-ħtieġa li jibqgħu fil-kwartier Ewropew meta jittrasferixxu partijiet mis-servizzi tagħhom;

277.  Isaqsi lill-amministrazzjoni għaliex damet ma saret il-hand-over tal-bini D4-D5 u għaliex ma kienx possibbli li jitqies fi stadju iktar bikri l-leġiżlazzjoni dwar l-akkwist pubbliku, il-proċeduri kumplessi tan-negozjar u politika tajba tal-viċinat;

278.  Isaqsi lill-istituzzjonijiet ta' l-UE għaliex, skond il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, użaw daqshekk il-proċedura nnegozjata, filwaqt li evitaw is-sejħiet għal offerti, u għaldaqstant kellhom iħallsu prezz għall-kostruzzjoni ta' bini jew għal xogħlijiet li ma ntgħażilx permezz ta' kompetizzjoni miftuħa;

279.  Jinsisti li l-istituzzjonijiet ta' l-UE għandhom jużaw kemm jistgħu is-sejħiet għal offerti kompetittivi;

280.  Jenfasizza li fin-nuqqas ta' proċeduri kompetittivi ta' sejħiet għal offerti, il-prezzijiet ta' xiri għal kostruzzjonijiet u/jew għal kirjiet fit-tul m'għandhomx ikunu aktar mill-ispejjeż tal-kostruzzjoni;

281.  Iqis li kuntratti tal-kera għal perjodu twil ta' żmien għandhom juru l-prezz ta' xiri, u li l-kuntratturi għandhom jagħtu garanziji finanzjarji xierqa sabiex ikun żgurat ir-rendiment sħiħ tal-kuntratti sa l-aċċettazzjoni finali(61);

282.  Jistieden lill-istituzzjonijiet ta' l-UE biex iwaqqfu "ftehimiet dwar il-kwartieri ġenerali" mal-pajjiżi ospitanti tal-postijiet ta' ħidma ewlenin ta' l-istituzjjonijiet ta' l-UE;

283.  Jiġbed l-attenzjoni li, skond l-Artikolu 14 tar-Regolament Finanzjarju, il-Komunitajiet u l-korpi mwaqqfa minnhom ma jistgħux jissellfu; f'dan il-kuntest jissuġġerixxi li għandhom jintużaw aktar is-servizzi finanzjarji tal-Bank Ewropew ta' l-investiment, u proċeduri ta' sejħiet għal-offerti fis-suq finanzjarju sabiex tkun stabbilita r-rata ta' l-interessi;

284.  Itenni l-pożizzjoni tiegħu dwar id-dħul fil-baġit tal-politika tiegħu dwar il-bini, kif ripetut f'punt 5 tar-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-24 ta' April 2007 mehmuża mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2005, Taqsima I - Parlament Ewropew(62): (...) Ifakkar lill-korpi kompetenti tiegħu dwar id-deċiżjoni tiegħu li "... ħlasijiet għal bini... għandhom ikunu parti mill-istrateġija baġitarja'; għalhekk jikkritika lill-korpi kompetenti tiegħu talli naqsu kontinwament milli jibbaġittjaw b'mod ċar biżżejjed il-politika dwar il-proprjetà tal-Parlament għal akkwist fil-futur (il-linja tal-baġit 'akkwisti ta' proprjetà immobbli' turi biss entrati għall-2005, 2006 u 2007)";

285.  Jitlob lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri biex tispjega kif l-istituzzjonijiet ta' l-UE jistgħu jużaw aħjar l-"approprjazzjonijiet divrenzjati";

286.  Jenfasizza li l-istituzzjonijiet ta' l-UE għandu jkollhom kontroll amministrattiv, tekniku u finanzjarju komplet fuq il-proġetti ta' bini tagħhom; għal dan il-għan għandhom iqabbdu konsulenti bi kwalifiki għolja jew jiżviluppaw kompetenza xierqa fi ħdan il-qafas interistituzzjonali(63);

287.  Ifakkar lill-istituzzjonijiet ta' l-UE dwar it-talba tiegħu mfissra f'paragrafu 20 tar-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq mehmuża mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2004: "(...) jinkariga lill-amministrazzjoni tiegħu biex, f'konsultazzjoni ma' l-istituzzjonijiet l-oħra ta' l-Unjoni, tfassal rapport li jeżamina jkunx fattibbli li titwaqqaf Awtorità Ewropea għall-Bini inkarigata bir-responsabiltà għall-kostruzzjoni u l-manutenzjoni tal-bini ta' l-istituzzjonijiet u l-korpi ta' l-UE; jitlob li dan ir-rapport jitressaq lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ottubru 2007";

Parti III: Rapport Speċjali Nru 3/2007 dwar il-ġestjoni tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati (2000-2004)

288.  Ifakkar lil kulmin hu involut dwar il-fatt li l-Fond Ewropew għar-Refuġjati (ERF) twaqqaf bil-għan li jipprovdi qafas għat-tħejjija ta" politika komuni dwar il-kenn, inklużi arranġamenti komuni Ewropej għall-kenn bħala komponent ta" l-objettiv ta" l-UE li toħloq b'mod progressiv zona ta" libertà, sigurtà u ġustizzja li tkun miftuħa għal dawk li jkunu qegħdin ifittxu li jiġu protetti b'mod leġittimu fiha;

289.  Jenfasizza l-fatt li sa mill-ħolqien ta" l-ERF I, ġew adottati għadd kbir ta" direttivi, regolamenti u deċiżjonijiet, li xi wħud minnhom ġew promossi b'mod dirett jew indirett permezz tal-ħolqien tal-fond;

290.  Jenfasizza l-fatt li l-ERF III(64) se jaħdem b'kundizzjonijiet differenti minn dawk ta" l-ERF I; għalhekk għandu jkun marbut mill-qrib ma' l-implimentazzjoni tad-Direttivi tal-Kunsill 2001/55/KE(65) u 2004/83/KE(66);

291.  Jenfasizza l-fatt li, madankollu, l-ERF III għandu jkompli jikkontribwixxi għall-iżvilupp futur ta" politika ta" l-UE f'dan il-qasam, b'mod partikolari bil-għan li titħejja analiżi mill-ġdid tal-"Konvenzjoni ta" Dublin II", saħansitra li tkun definita mill-ġdid b'mod ċar ir-rijorganizzazzjoni volontarja ta" dawk li jkunu qegħdin ifittxu l-kenn fl-UE sabiex jintlaħaq arranġament ta" qsim tal-piżijiet;

292.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tkompli bl-isforzi tagħha li tipprevjeni interpretazzjonijiet differenti tar-regoli ta" l-ERF mill-Istati Membri, u sabiex tilqa" t-tnedija ta" seminars dwar prattika tajba li jgħaddu l-esperjenza miksuba f'xi Stati Membri lil Stati Membri oħrajn, b'mod partikolari lil Stati Membri ġodda li għadhom inqas familjari ma" l-ERF;

293.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tisfrutta kull possibiltà li tgħaġġel il-ħlasijiet dovuti lill-Istati Membri u sabiex tqajjem kuxjenza fost l-Istati Membri dwar il-ħtieġa li l-ħlasijiet jitħallsu fiż-żmien opportun, b'mod partikolari għall-benefiċjarji iżgħar, bil-għan li ma jiġux ipperikolati proġetti innovattivi u li l-NGOs b'baġit iżgħar jingħataw ukoll appoġġ sabiex jieħdu sehem fl-ERF III;

294.  Jinsisti li d-dikjarazzjonijiet nazzjonali ta" l-assigurazzjoni għandhom ikopru l-oqsma kollha fejn l-Istati Membri huma responsabbli b'mod konġunt mill-infiq tal-fondi ta" l-UE, bħal ngħidu aħna l-ERF;

295.  Jistieden lid-Direttorat Ġenerali għall-Baġit sabiex iqis mill-ġdid il-prattika tiegħu ta" l-irkupru, minħabba li l-irkupru permezz ta" proġetti mhux relatati huwa kontroproduttiv għall-iffunzjonar ta' programmi speċifiċi (b'mod partikolari jirriżulta fi ħlasijiet tard ta" ammonti tal-prefinanzjament); ordnijiet ta" rkupru għandhom jinħarġu lill-Ministeru tal-Finanzi ta" l-Istat Membru konċernat minflok li jsir irkupru awtomatiku minn xi ħlas li jkun se jiġi konċess lil dak l-Istat Membru;

296.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tuża l-ERF b'mod iktar proattiv, sabiex jissaħħaħ il-progress lejn Politika Komuni dwar il-Kenn;

297.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tkompli bl-isforzi tagħha biex tkun żgurata l-armonizzazzjoni ta" dejta statistika biex ikunu evitati manipulazzjonijiet fi programmi fejn it-tqassim b'mod raġonevoli tal-fondi jiddependi minn dejta statistika pprovduta mill-Eurostat;

Parti IV: Rapport Speċjali Nru 4/2007 dwar kontrolli fiżiċi u ta' sostituzzjoni fuq kunsinni ta' rimborsi fuq l-esportazzjoni

298.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-pubblikazzjoni tar-Rapport Speċjali Nru 4/2007 u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tittratta n-nuqqasijiet identifikati fir-rapport, kif ukoll biex tieħu azzjoni skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri;

299.  Jaqbel mal-Kummissjoni li sakemm ma jitħallas l-aħħar rimbors fuq l-esportazzjoni, "trid tibqa' fis-seħħ sistema ta' kontroll li taħdem għalkollox"; għalhekk jistenna li l-Kummissjoni tuża s-setgħa ta' inizjattiva tagħha biex tressaq proposti konkreti sabiex ittejjeb is-sitwazzjoni;

300.  Jilqa' b'sodisfazzjon f'dan ir-rigward ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 14/2008 tas-17 ta' Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 386/90 dwar is-sorveljanza mwettqa fil-waqt ta" l-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli li jirċievu rifużjonijiet jew ammonti oħra(67), li jippermetti lill-Istati Membri li japplikaw l-analiżi tar-riskju biex jiffissaw ir-rata ta' kontroll għal 5% għal kull Stat Membru minflok għal kull uffiċċju tad-dwana; jiddispjaċih madankollu għan-nuqqas ta' kalendarju ċar fit-tweġibiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-proposti futuri tagħha, meta jitqies iż-żmien qasir qabel ma jitneħħew gradwalment ir-rimborsi fuq l-esportazzjoni;

301.  Jiddeplora d-diversi nuqqasijiet li jnaqqsu l-effikaċja ta' kontrolli fiżiċi, b'mod partikulari l-fatt li wieħed jista' jbassar il-kontrolli, in-numru għoli ta' esportazzjonijiet ta' valur żgħir u ta' riskju baxx li qed ikunu kkontrollati kif ukoll il-metodu użat biex ikun ikkontrollat il-ġarr ta' prodotti bil-massa;

302.  Fir-rigward ta' kontrolli ta' sostituzzjoni, jiddispjaċih li l-kontrolli ma kinux bir-reqqa biżżejjed u li l-interpretazzjoni tan-numru ta' kontrolli li kellhom isiru varja bejn l-Istati Membri;

303.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-kopertura xierqa ta' kontrolli ewlenin mill-Kummissjoni meta timmoniterja l-kontrolli; madankollu jifhem il-preokkupazzjonijiet tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri li l-Kummissjoni ma rreaġixxietx, permezz ta' bidliet leġiżlattivi jew korrezzjonijiet finanzjarji f'waqthom, minkejja l-fatt li kienet taf bid-dgħjufijiet għal żmien konsiderevoli;

304.  Jinnota u jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-integrità tas-siġilli hija vverifikata mill-awtoritajiet kompetenti fil-fruntieri tal-Lvant ta' l-UE, u jinkuraġġixxi lill-Istati Membri l-oħra biex isegwu dan l-eżempju;

305.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli l-isforzi tagħha biex timmodifika l-leġiżlazzjoni rilevanti bil-għan li tittratta, fost oħrajn, il-kwistjoni ta' "spezzjonijiet tail-gate", u biex iddaħħal l-użu obbligatorju ta' l-analiżi tar-riskju għal proċeduri ta' esportazzjoni, skond l-evalwazzjoni tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri;

Parti V: Rapport Speċjali Nru 5/2007 dwar l-immaniġġjar tal-programm CARDS mill-Kummissjoni

306.  Jikkunsidra li l-programm CARDS kien ta" kontribut kbir għall-politika ta" l-istabbilizzazzjoni u ta" konnessjoni;

307.  Jiddispjaċih għan-nuqqas kbir ta" trasparenza fl-amministrazzjoni tal-Kummissjoni u tad-delegazzjonijiet tagħha, ħaġa li ma tippermettix li ssir evalwazzjoni; jikkunsidra inammissibbli li l-Kummissjoni m'għandhiex idea tal-globalità tal-proġetti ffinanzjati mill-programm CARDS, filwaqt li l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (EAR) tpoġġi l-lista tal-kuntratti li ffirmat, b'indikazzjoni tal-programmi u tal-proġetti, għad-dispożizzjoni tal-pubbliku;

308.  Ifakkar ir-rakkomandazzjonijiet stipulati fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-24 ta' April 2007 mehmuża mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-EAR għas-sena finanzjarja 2005(68), u b'mod partikulari l-punt 23 tagħha;

309.  Jistagħġeb meta jagħraf li fil-pajjiżi fejn l-amministrazzjoni tal-programm CARDS kienet taħt l-awspiċji ta" l-EAR, l-Aġenzija waħedha hija responsabbli għall-iskedar ta' l-Istrument għall-Għajnuna ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) għall-2007 u l-2008, kif ukoll tal-preparamenti għas-sejħiet għall-offerti li jirrikjedu l-firma tal-Kummissjoni; jinnota li dan imur kontra l-mandat ta" l-EAR u li partikolarment, il-proċedura tal-preparament għas-sejħiet għal offerti tixbah il-prattika tat-"TAOs" (Uffiċċji għall-Għajnuna Teknika), ikkundannati mill-Parlament u li ngħalqu b'riżultat ta" dan;

310.  Huwa tal-fehma, f'dan il-kuntest, li fl-2006 l-Kummissjoni ma ssodisfatx l-obbligi li ġejjin mid-deċiżjoni tagħha stess ta" l-2005 dwar it-tneħħija gradwali ta" l-EAR, u li kienet tispeċifika li d-delegazzjonijiet fid-diversi pajjiżi tal-Balkani kellhom ikunu kompletament responsabbli sa mill-bidu ta" l-IPA;

311.  Jitlob lill-Qorti ta' l-Awdituri sabiex twettaq verifika ta' segwitu dwar tqabbil bejn it-tmexxija mill-Kummissjoni tal-programm CARDS u t-tmexxija, mill-EAR, f'isem il-Kummissjoni, ta' dan il-programm, li r-riżultati tagħha għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament sa Settembru 2008;

Parti VI: Rapport Speċjali Nru 7/2007 (skond l-Artikolu 248(4), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat KE) dwar is-sistemi ta' kontroll, ta' spezzjoni u ta' sanzjoni fir-rigward tar-regoli dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi Komunitarji tas-sajd

312.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-pubblikazzjoni tar-rapport u jifraħ lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri għall-kontribut tagħha ta' siwi kbir biex tkun ittrattata din il-kwistjoni importanti ħafna ta' politika Ewropea;

313.  Jikkunsidra bis-serjetà l-kritika ta' l-ECA u jqis li din għandha tirriżulta f'bidliet radikali fil-politika;

314.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni ddikjarata tal-Kummissjoni li tittratta dawk in-nuqqasijiet imsemmija fir-rapport, kif ukoll li tieħu azzjoni skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri; jiddispjaċih madankollu għan-nuqqas ta' kalendarju ċar fit-tweġibiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-proposti futuri tagħha;

315.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Presidenza Slovena li tlaqqa' Kunsill Straordinarju tas-Sajd dwar il-Kontroll tas-Sajd fit-18 ta' Frar 2008 biex jiddiskuti dan ir-rapport;

316.  Jerġa' jiddikjara li l-immaniġġjar sod tar-riżorsi skond il-prinċipju ta' prekawzjoni u l-prinċipju ta' l-iżvilupp sostenibbli jirrikjedi t-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta' kontroll eżistenti sabiex l-Istat tal-bandiera u l-Istat kostali fejn ikunu qed joperaw il-bastimenti jista' jkollhom aċċess għall-informazzjoni dak il-ħin stess u kulmeta jixtiequ dwar fejn ikun qiegħed il-bastiment u dwar x'tip ta' sajd ikun qed isir;

317.  Fl-istess ħin jistieden lill-Kummissjoni sabiex, meta tkun qed tirrevedi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll applikabbli għall-politika komuni tas-sajd (ir-Regolament ta' Kontroll)(69), tipproponi miżuri biex tiggarantixxi l-kwalità u l-affidabilità tad-dejta dwar il-qabdiet;

318.  Jinnota li, flimkien mal-mekkaniżmi ta' kontroll, hemm problema fundamentali li tirrigwarda l-livelli ta' kwoti għas-sajd innegozjati mill-Istati Membri; jenfasizza li mhux aċċettabbli li sena wara sena, l-Istati Membri jiffissaw kwoti f'livell ogħla minn dak rakkomandat minn riċerkaturi għal sajd sostenibbli;

319.  Jenfasizza li, flimkien mal-mekkaniżmi ta' kontroll, is-sistema ta' kwoti nnegozjati hija problema fundamentali; iqis li ma jkunx sodisfaċenti li, sena wara sena, l-kwoti jiġu ffissati f'livell ogħla milli jirrakkomandaw ir-riċerkaturi sabiex jinżammu stokks vijabbli ta' ħut;

320.  Jilqa' b'sodisfazzjon is-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-kawża C-304/-02 il-Kummissjoni vs ir-Repubblika ta' Franza(70), li tat lill-komunità konferma ċara dwar l-irwol u l-obbligi ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-kontroll u l-infurzar tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd (CFP);

321.  Jinnota, madankollu, li għaddew 21 sena bejn iż-żmien meta nstab li nkisret il-liġi u ż-żmien meta ttieħdet din id-deċiżjoni, u li s-sostenibilità ta' l-intrapriżi Ewropej tas-sajd ma taffordjax li jgħaddi daqshekk żmien biex jitranġaw in-nuqqasijiet;

322.  Jenfasizza l-importanza ta' azzjoni mill-Kummissjoni kontra Stati Membri individwali fejn ikun hemm suspett li jkunu qegħdin jiksru jew jinjoraw is-sistemi ta' kontroll, ispezzjoni jew ta' sanzjonijiet tal-CFP.

323.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tesplora l-possibiltà li fl-inizjattivi ġodda proposti dwar is-sajd illegali, mhux regolat u mhux irrappurtat (IUU), jiġu inklużi sanzjonijiet amministrattivi armonizzati li jkunu applikati għal ċerti 'reati-IUU' speċifiċi;

324.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni (COM(2007)0039) li tniedi dibattitu dwar it-titjib tal-kapaċità tas-sajd u l-indikaturi ta" l-isforz taħt il-Politika Komuni tas-Sajd u għalhekk jistenna li l-Kummissjoni tuża s-setgħa ta' inizjattiva tagħha biex tressaq proposti konkreti sabiex ittejjeb tassew is-CFP;

325.  Jinnota u jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1966/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni u r-rappurtar elettroniku ta' l-attivitajiet tas-sajd u dwar il-mezzi ta' tiftix remot(71), il-Kummissjoni minnufih ħejjiet ir-regoli ta' implimentazzjoni tagħha (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1566/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1966/2006 dwar ir-reġistrazzjoni u r-rappurtar elettroniku ta" l-attivitajiet tas-sajd u dwar il-mezzi ta" tiftix remot(72));

326.  Jiddispjaċih li, anke jekk il-Kummissjoni pproponiet sistemi ta' sforz sempliċi u kontrollabbli, is-sistema saret konsiderevolment aktar ikkomplikata, minħabba numru kbir ta' derogi mdaħħla wara talba mill-Istati Membri waqt diskussjonijiet fil-Kunsill u li naqqsu konsiderevolment il-kontrollabilità tas-sistema kollha kemm hi;

327.  Iqis li l-qafas leġiżlattiv attwali huwa kumpless wisq u mhux aġġornat u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tuża s-setgħa ta' inizjattiva tagħha biex tressaq proposti konkreti sabiex tittejjeb is-sitwazzjoni bil-għan tas-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tas-CFP;

328.  Jiddeplora d-diversi dgħjufijiet li jnaqqsu l-effikaċja tal-kontrolli fiżiċi, u n-nuqqasijiet fis-sistema ta' trażmissjoni tad-dejta kollha kemm hi fl-Istati Membri, kif ukoll in-nuqqas ta' kultura Ewropea ta' kontroll fil-qasam tal-ħut;

329.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi tal-Kummissjoni biex ittejjeb is-sitwazzjoni fir-rigward tad-dejta dwar il-qabdiet u l-bejgħ, taż-żmien opportun ta' rrappurtar, bl-użu ta' teknoloġiji ġodda; iqis li r-regolament dwar ir-rekordjar u r-rappurtar elettroniċi jżid l-effiċjenza tas-sistemi ta' validazzjoni, pereżempju billi jaħseb għat-trażmissjoni elettronika immedjata ta' kopja tal-fattura tal-bejgħ lill-Istat tal-bandiera u lill-awtoritajiet ta' l-Istat fejn jinħatt il-ħut sabiex tkun tista' tiġi ċċekkjata darbtejn mad-dikjarazzjoni tal-ħatt;

330.  Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid l-għajnuna reċiproka u l-koperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-uffiċjali nazzjonali kompetenti billi toħloq sistema bħal dik li diġà qiegħda fis-seħħ għas-sistema Komunitarja tal-VAT;

331.  Iqis li l-kontroll huwa importanti ħafna kif ukoll li s-CFP kollha jkollha sistema li jippermetti l-kontroll tal-qabdiet mill-oriġini sal-konsumatur aħħari, kif teżisti diġà fis-suq intern fir-rigward tal-prodotti kollha ta' l-ikel, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex iddaħħal sistema bħal din;

332.  Jenfasizza li l-kwoti tas-sajd iffissati jridu jiġu rrispettati u miżmuma; iqis li l-Kummissjoni trid tieħu azzjoni qawwija u determinata f'każ ta' kwalunkwe suspett ta' vjolazzjoni tas-sistema ta' kwoti, jew frodi kontra tagħha;

333.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iżidu l-kompetenzi ta' l-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u biex jippromwovu l-irwol eżekuttiv importanti ta' l-Aġenzija fil-kontroll u l-armonizzazzjoni tas-CFP u fit-titjib tat-trasparenza u tal-koordinazzjoni bit-twaqqif ta' prattiki komuni skond il-qasam ta' applikazzjoni tal-pjanijiet konġunti ta' implimentazzjoni;

334.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi u lill-Istati Membri biex jaċċettaw il-kompetenzi li qed jiżdiedu tal-kontrolluri tal-Kummissjoni, li għandu jkollhom setgħat akbar sabiex tinħoloq strateġija komuni ta' kontroll Ewropew fis-CFP;

335.  Iqis, f'dan il-kuntest, li l-proporzjon bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji li jeżisti bejn ir-riżorsi ddedikati lill-attivitajiet ta' kontroll fis-CFP u r-riżultati miksuba minn dawn il-kontrolli (il-proporzjonalità u l-effikaċja f'sens ta' nfiq tal-kontrolli) għandu jkun element ewlieni li jrid jitqies mill-Kummissjoni fil-proposti futuri tagħha dwar is-CFP;

336.  Jinnota, f'dan ir-rigward, li l-mekkaniżmi ta' kontroll l-iktar effettivi f'sens ta' nfiq huma dawk fejn il-partijiet interessati għandhom interess dirett li jħarsu s-sostenibiltà ta' l-intrapriżi tas-sajd;

337.  Jistieden lill-Istati Membri, fil-qafas tat-tnaqqis ta' l-isforzi, biex jiddeċiedu jekk tnaqqis bħal dan isirx permezz ta':

   a) tnaqqis tal-ħin tas-sajd, mingħajr tnaqqis tal-kapaċità,
   b) tnaqqis tal-kapaċità, mingħajr tnaqqis tal-ħin tas-sajd, jew
   c) taħlita tat-tnejn,
  

u biex jimplimentaw il-miżuri strutturali meħtieġa biex jittaffa l-impatt soċjali ta' dan it-tnaqqis;

338.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli bl-isforzi tagħha biex timmodifika l-leġiżlazzjoni rilevanti biex tittratta, fost affarijiet oħra, il-kwistjoni tal-kapaċità żejda, u biex tipproponi miżuri sabiex titnaqqas il-kapaċità żejda fl-industrija tas-sajd.

339.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tirrevedi soluzzjonijiet politiċi alternattivi li bis-saħħa tagħhom titnaqqas il-ħtieġa ta' kontrolli u ta' sanzjonijiet billi tiżdied ir-responsabilità professjonali individwali tas-sajjieda lejn stokks vijabbli, kif ukoll l-interess tagħhom fihom;

Parti VII: Rapport Speċjali Nru 9/2007 (skond l-Artikolu 248(4), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat KE) dwar l-Evalwar tal-programmi ta' qafas ta' l-UE għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku (RTD) - jista' jittejjeb l-approċċ tal-Kummissjoni?

340.  Jirrikonoxxi li l-verifika kopriet l-arranġamenti ta' monitoraġġ u evalwazzjoni li kienu fis-seħħ għall-aħħar tliet perjodi ta' programmazzjoni mill-1995 kif ukoll il-prospetti għall-programm ta' qafas RTD mill-2007 sa l-2013;

341.  Jenfasizza li l-programmi ta' qafas għall-perjodu mill-1995 sa l-2006 ngħataw EUR 42.63 biljun, u għalhekk saru l-istrument finanzjarju l-iktar importanti li jikkontribwixxi lill-Istrateġija ta' Liżbona; taħt il-qafas finanzjarju attwali, s-7 programm ta' qafas irċieva EUR 50.52 biljun;

342.  Jinnota li l-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri ttrattat il-kwistjoni ta' jekk l-approċċ tal-Kummissjoni fl-assessjar tar-riżultati tal-programmi ta' qafas kienx xieraq jew le, filwaqt li tqiesu b'mod partikulari l-loġika ta' l-intervent, l-istrateġija ta' l-evalwazzjoni u l-metodoloġiji;

343.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li matul is-snin li għaddew il-Kummissjoni diġà daħħlet għadd konsiderevoli ta' titjib;

344.  Josserva li l-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri nnutat li l-objettivi tal-programmi ma tfasslux sew u nnutat ukoll nuqqas ta' loġika espliċita ta' intervent; jirrikonoxxi madankollu li l-objettivi tal-programmi huma deċiżi mill-partijiet interessati u mill-koleġiżlaturi; għalhekk jistieden lil min jieħu d-deċiżjonijiet biex jagħtu attenzjoni partikulari lit-tfassil ta' objettivi li jistgħu jintlaħqu; jirrikonoxxi li loġika iktar espliċita ta' intervent hija inkluża fis-7 Programm ta' Qafas RTD(73); jenfasizza li l-objettivi jridu jkunu operattivi u li jistgħu jitkejlu ("benchmarking") sabiex ikunu jistgħu jintużaw l-indikaturi tar-rendiment u l-monitoraġġ effettiv;

345.  Jinnota li l-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri kkritikat in-nuqqas ta' strateġija ta' evalwazzjoni komprensiva; jiġbed l-attenzjoni f'dan il-kuntest għat-titjib permezz ta' l-evalwazzjoni ta' l-impatt u l-evalwazzjoni ex-ante tas-7 programm ta' qafas RTD (SEC(2005) 0430);

346.  Jirrikonoxxi l-kritika tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri li l-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni eżistenti fid-direttorati ġenerali li jimplimentaw il-programmi ta' qafas RTD ma kinux effettivi; madankollu, f'dan l-istadju għadu m'huwiex konvint mill-idea li jinħoloq "uffiċċju konġunt għall-evalwazzjoni"; għalhekk jissuġġerixxi li d-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka jassumi aktar responsabiltà u rwol ta' koordinazzjoni; jaqbel mal-fehma tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri li l-pariri minn esperti esterni għandhom ikunu stabbiliti fi stadju bikri u jibqgħu fis-seħħ sabiex ikun garantit approċċ konsistenti u koerenti, b'mod partikulari billi l-evalwazzjonijiet huma skedati għall-2008 (evalwazzjoni ex-ante tas-6 programm ta' qafas RTD), għall-2009 (rapport interim fattwali dwar is-7 programm ta' qafas RTD), għall-2010 (evalwazzjoni ta' nofs it-term tas-7 programm ta' qafas RTD) u għall-2015 (evalwazzjoni ex-post tas-7 programm ta' qafas RTD);

347.  Jinnota r-rimarka tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri li ngħataw gwidi metodoloġiċi mhux xierqa; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-pubblikazzjoni ta' manwal dwar l-evalwazzjoni; jaf li r-rekwiżiti ta' rappurtar kienu riveduti fis-7 programm ta' qafas RTD bil-għan li tinħoloq bażi ta' dejta iktar b'saħħitha għall-evalwazzjoni u l-monitoraġġ;

348.  Huwa tal-fehma li l-kwalità ta' l-evalwazzjonijiet ta' nofs iż-żmien u ex-post tiċċara l-punti ta' referenza msemmija (i.e. l-objettivi li jistgħu jitkejlu, l-impatt mistenni, il-monitoraġġ effettiv, bażi ta' dejta b'saħħitha); jenfasizza li l-evalwazzjonijiet ikunu aktar utli jekk il-programmi ta' qafas ikunu adattabbli (programmi "ta' tagħlim") u jekk il-konklużjonijiet ikunu jistgħu jintużaw biex jittejbu l-programmi fis-seħħ;

349.  Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżomm f'moħħha r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri meta twettaq l-evalwazzjonijiet skedati fl-2008, fl-2009, fl-2010 u fl-2015;

o
o   o

350.  Jistieden lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri biex timmoniterja l-verifika tagħha qabel l-eżerċizzju ta' kwittanza għall-2010 u biex tagħti rapport lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit; jitlob lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri biex tħares lejn l-ammonti li ntefqu fuq l-evalwazzjonijiet b'rabta mal-valur ta' programmi speċifiċi u lejn kif dan il-persentaġġ huwa marbut ma' programmi RDT oħra f'pajjiżi terzi (eż. il-Kanada).

(1) ĠU L 78, 15.3.2006.
(2) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 1.
(3) ĠU C 107, 30.4.2004, p. 1.
(4) ĠU C 216, 14.9.2007, p. 3.
(5) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(6) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 130.
(7) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007(ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9)
(8) ĠU L 78, 15.3.2006.
(9) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 1.
(10) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 32.
(11) ĠU C 107, 30.4.2004, p. 1.
(12) ĠU C 216, 14.9.2007, p. 3.
(13) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 13.
(14) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 130.
(15) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007(ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9)
(16) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(17) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1821/2005 (ĠU L 293, 9.11.2005, p.10)
(18) ĠU L 24, 27.1.2005, p. 35. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/114/KE (ĠU L 49, 17.2.2007, p. 21)
(19) ĠU L 78, 15.3.2006.
(20) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 1.
(21) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 29.
(22) ĠU C 107, 30.4.2004, p. 1.
(23) ĠU C 216, 14.9.2007, p. 3.
(24) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 18.
(25) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 130.
(26) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007(ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9)
(27) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(28) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1821/2005 (ĠU L 293, 9.11.2005, p.10)
(29) ĠU L 5, 9.1.2004, p. 85. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/372/KE (ĠU L 140, 1.6.2007, p. 52)
(30) ĠU L 78, 15.3.2006.
(31) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 1.
(32) ĠU C 107, 30.4.2004, p. 1.
(33) ĠU C 216, 14.9.2007, p. 3.
(34) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(35) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 130.
(36) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007(ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9)
(37) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
(38) ĠU L 78, 15.3.2006.
(39) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 1.
(40) ĠU C 107, 30.4.2004, p. 1.
(41) ĠU C 216, 14.9.2007, p. 3.
(42) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(43) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 130.
(44) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007(ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9)
(45) ĠU L 187, 15.7.2008, p. 25.
(46) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1, kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2008/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 6, 10.1.2008, p. 7).
(47) ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1.
(48) ĠU L 270, 21. 10.2003, p.1. regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 293/2008 (ĠU L 90, 2.4.2008, p.5).
(49) Id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni skond l-Azzjoni 1 fir-rapport ta' progress tagħha fuq imsemmi ta' l-2008 dwar il-pjan ta' azzjoni lejn qafas ta' kontroll intern integrat.
(50) L_Azzjoni 11N taqra: "biex jiġi ddeterminat jekk is-sistemi ta' rkupru u kumpensi jaħdmux b'mod effettiv, billi jiġu identifikati l-ammonti rkuprati fl-2005 u l-2006 u l-koerenza tagħhom bi żbalji identifikati matul il-kontrolli, il-Kummissjoni trid, fl-immaniġġjar dirett, tiżviluppa tipoloġija ta' żbalji u relazzjoni ma' l-irkupru, mal-korrezzjonijiet u l-aġġustamenti finanzjarji għall-pagamenti u għall-immaniġġjar maqsum trid teżamina l-affidabilità ta' l-immontorjar nazzjonali u tas-sistemi tar-rappurtar"
(51) ĠU L 210, 31.07.2006, p. 1.
(52) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 12.
(53) ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.
(54) Ammont ta' kontanti għand l-Aġenziji fi tmiem l-2006 (minbarra l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetà tal-Pjanti u ċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea - u l-Awrorità Superviżorja Ewropa għall-GNSS). EUR 213-il miljun meta mqabbla ma' EUR 810 miljuni f'approprjazzjonijiet.
(55) Structural Funds aim at financing sustainable socio-economic and environmental development programmes in the Member States. B'mod partikulari, miżuri u programmi għandhom jappoġġjaw l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp, it-teknoloġija informatika, l-użu nadif u effiċjenti ta' l-enerġija, il-ħarsien ta' l-ambjent, it-tagħlim matul il-ħajja u l-inklużjoni soċjali. Il-perjodu ġdid ta' pprogrammar ipprova jikseb livell ogħla ta' konċentrazzjoni, strutturi aqwa ta' mmaniġġjar, effiċjenza akbar u kontroll baġitarju aktar strett (Laqgħa tal-Kunsill Ewropew f'Liżbona - Marzu 2000).
(56) Għall-perjodu 2000-2006 ntefqu madwar 260 biljun euro fuq miżuri strutturali. Minn din is-somma 213-il biljun euro kienu allokati għall-15-il Stat Membru ta' l-ewwel: il-programmi tal-Fondi Strutturali ngħataw 195 biljun euro u l-Fond ta' Koeżjoni 18-il biljun euro. 47 biljun euro twarrbu għall-Istati Membri l-ġodda (fondi ta' preadeżjoni u miżuri strutturali). Għas-snin 2004-2006, madwar 16-il biljun euro kienu allokati lil madwar 200 programm fl-Istati Membri l-ġodda.
(57) Effett 'deadweight' jeżisti meta attività jew investiment ikunu saru mingħajr finanzjament.
(58) Punt 51.
(59) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.
(60) ĠU L 177, 6.7.2007, p. 3.
(61) Artikolu 102 tar-Regolament Finanzjarju.
(62) ĠU L 187, 15.7.2008, p. 3.
(63) Rapport annwali tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri dwar is-sena finanzjarja 1999, punt 6.30 (ĠU C 342, 1.12.2000, p. 1).
(64) Deċiżjoni Nru 573/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2007 li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perjodu mill-2008 sa l-2013 bħala parti mill-programm ġenerali 'Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni' (ĠU L 144, 6.6.2007, p.1).
(65) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE ta' l-20 ta' Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta' influss bil-massa ta' persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta' dawn (ĠU L 212, 7.8.2001, p. 12).
(66) Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta" April 2004 dwar l-istandards minimi għall-kwalifika u l-istatus ta" ċittadini ta" pajjiż terz jew persuni bla ċittadinanza bħala refuġjati jew bħala persuni li b'mod ieħor jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU L 304, 30.9.2004, p. 12).
(67) ĠU L 8, 11.1.2008, p. 1.
(68) ĠU L 187, 15.7.2008, p. 183.
(69) ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1).
(70) ECR 2005, p. I-6263.
(71) ĠU L 409, 30. 12.2006, p. 1.
(72) ĠU L 340, 22.12.2007, p. 46.
(73) Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1).


Il-kwittanza ta' l-2006: Baġit ġenerali ta' l-UE, Taqsima I, Parlament Ewropew
PDF 479kWORD 255k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima I - Parlament Ewropew (C6-0363/2007 – 2007/2038(DEC))
P6_TA(2008)0134A6-0091/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(1),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 – Volum I (SEC(2007)1055 - C6-0363/2007)(2),

–   wara li kkunsidra r-rapport dwar l-amministrazzjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja, Taqsima I - Parlament Ewropew(3),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali ta' l-Awditur Intern għas-sena finanzjarja 2006,

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-istituzzjonijiet verifikati(4),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(5),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10) u 275 tat-Trattat KE kif ukoll l-Artikolu 179(a) tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tar-regoli interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew(7),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 147(1) tar-Regolament Finanzjarju skond liema kull Istituzzjoni Komunitarja għandha tieħu l-passi kollha xierqa biex twettaq l-osservazzjonijiet li jakkompanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza tal-Parlament Ewopew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tad-9 ta' Marzu 2005 dwar il-linji gwida għat-Taqsimiet II, IV, V, VI, VII, VIII(A) u VIII(B) u dwar l-abbozz preliminari ta' estimi tal-Parlament Ewropew (Taqsima I) għall-proċedura baġitarja 2006(8),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 71 u 74(3) u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0091/2008),

A.   billi l-verifika tal-Qorti ta' l-Awdituri nnotat li "(...) l-Istituzzjonijiet kollha kienu implimentaw qafas sodisfaċenti ta" sistemi ta" sorveljanza u kontroll kif mitlub mir-Regolament Finanzjarju u l-kampjun ittestjat ma wera l-ebda livell materjali ta" żball"(9);

B.   billi l-Qorti ta' l-Awdituri wriet insuffiċjenzi fil-qafas regolatorju stabbilit mill-Bureau u l-Kwesturi dwar il-ħlas ta' l-allowances ta' assistenza parlamentari, kif ukoll fl-implimentazzjoni li tirriżulta minnu;

C.   billi s-Segretarju Ġenerali fil-21 ta' Frar 2007 ċċertifika li għandu assigurazzjoni raġonevoli li l-baġit tal-Parlament Ewropew ġie implimentat b'konformità mal-prinċipji ta' amministrazzjoni finanzjarja fis-sod u li s-sistema ta' kontroll u ta' sorveljanza tagħti l-garanzija neċessarja dwar il-legalità u r-regularità ta' l-operazzjonijiet;

1.  Jagħti l-kwittanza lill-President tiegħu dwar l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2006;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti ta' l-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima I – Parlament Ewropew (C6-0363/2007 – 2007/2038(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(10),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 – Volum I (SEC(2007)1055 - C6-0363/2007)(11),

–   wara li kkunsidra r-rapport dwar l-amministrazzjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja, Taqsima I - Parlament Ewropew(12),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali ta' l-Awditur Intern għas-sena finanzjarja 2006,

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-istituzzjonijiet verifikati(13),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(14),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10) u 275 tat-Trattat KE kif ukoll l-Artikolu 179(a) tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(15), u b'mod partikolari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tar-regoli interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew(16),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 147(1) tar-Regolament Finanzjarju skond liema kull Istituzzjoni Komunitarja għandha tieħu l-passi kollha xierqa biex twettaq l-osservazzjonijiet li jakkompanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza tal-Parlament Ewopew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tad-9 ta' Marzu 2005 dwar il-linji gwida għat-Taqsimiet II, IV, V, VI, VII, VIII(A) u VIII(B) u dwar l-abbozz preliminari ta' estimi tal-Parlament Ewropew (Taqsima I) għall-proċedura baġitarja 2006(17),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 71 u 74(3) u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0091/2008),

A.   billi l-verifika tal-Qorti ta' l-Awdituri nnotat li "l-Istituzzjonijiet kollha kienu implimentaw qafas sodisfaċenti ta" sistemi ta" sorveljanza u kontroll kif mitlub mir-Regolament Finanzjarju u l-kampjun ittestjat ma wera l-ebda livell materjali ta" żball"(18);

B.   billi l-Qorti ta' l-Awdituri wriet insuffiċjenzi fil-qafas regolatorju stabbilit mill-Bureau u l-Kwesturi dwar il-ħlas ta' l-allowances ta' assistenza parlamentari, kif ukoll fl-implimentazzjoni li tirriżulta minnu;

C.   billi l-Qorti ta' l-Awdituri wriet li l-Bureau ma żgurax li r-regoli dwar il-ħlas ta' l-allowances għall-assistenza parlamentari li jeħtieġu l-preżentazzjoni ta' dokumenti rilevanti xierqa ġew implimentati b'mod effettiv,

D.   billi s-Segretarju Ġenerali fil-21 ta' Frar 2007 ċċertifika li għandu assigurazzjoni raġonevoli li l-baġit tal-Parlament Ewropew ġie implimentat b'konformità mal-prinċipji ta' amministrazzjoni finanzjarja fis-sod u li s-sistema ta' kontroll u ta' sorveljanza tagħti l-garanzija neċessarja dwar il-legalità u r-regularità ta' l-operazzjonijiet;

E.   billi hu importanti li jiġi żgurat is-segwitu tar-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Settembru 2006(19) u tar-riżoluzzjoni ta' l-24 ta' April 2007(20) dwar il-kwittanza li tikkonċerna s-snin finanzjarji 2004 u 2005, u li jiġi evalwat il-progress miksub f'dak li jikkonċerna l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu,

F.   billi jikkunsidra l-prijoritajiet politiċi għas-sena finanzjarja 2006, jiġifieri: il-konsolidazzjoni tat-tkabbir 2004, il-preparazzjoni tat-tkabbir 2007, it-titjib tal-politika ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni u t-titjib ta' l-assistenza għall-Membri Parlamentari,

1.  Jilqa" b'sodisfazzjon u jappoġġja l-impenn sod tal-President tiegħu li l-istatut ta" l-assistenti, li għandu jiġi propost mill-Kummissjoni u approvat mill-Kunsill, jidħol fis-seħħ fl-istess ħin bħall-Istatu tal-Membri(21);

2.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jikkoperaw bis-sħiħ mal-Parlament sabiex jiġi żgurat li l-istatut il-ġdid ta' l-assistenti jiġi adottat qabel l-elezzjonijiet Ewropej li jmiss f'Ġunju 2009;

Il-kwittanza - eżerċizzju politiku

3.  Jissottolinja li l-Parlament hu l-unika awtorità ta' kwittanza(22) u li l-kwittanza hija deċiżjoni politika; iqis, sabiex jasal għal din id-deċiżjoni politika, b'konformità ma' l-Artikolu 276(1) u (2) tat-Trattat KE, barra d-dokumenti msemmija f'dawn l-artikoli, kwalunkwe informazzjoni li jqis neċessarja;

4.  Iqis li l-istituzzjonijiet u l-organi kollha msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu għandhom jiġu trattati b'mod ugwali skond l-istess prinċipji u l-istess proċeduri bħal dawk segwiti waqt l-eżerċizzju annwali ta' kwittanza;

5.  Ifakkar li l-istituzzjonijiet u l-organi kollha jista' jkollhom strutturi politiċi u/jew amministrattivi li jkunu adattati bl-aħjar mod għall-bżonnijiet tagħhom; jissottolinja li, bħala konsegwenza, sabiex jirrispetta dawn l-istrutturi differenti, il-Parlament għandu jagħti l-kwittanza lil dawn l-istituzzjonijiet u organi bħala dawk li jistgħu jkunu rrappreżentati minn persuna għall-finijiet li tiġi żgurata lilhom viżibilità;

6.  Jikkonferma li hija responsabilità kemm tal-Parlament kif ukoll ta' kull istituzzjoni u organu li jidentifikaw il-livell ta' responsabilità l-iktar adegwat biex jirrispondu għall-osservazzjonijiet magħmula mill-Parlament waqt il-proċedura ta' kwittanza;

7.  Ifakkar li, fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-24 ta' April 2007, kif imsemmija hawn fuq, il-Parlament iddikkjara li l-eżerċizzju ta' kwittanza għandu wkoll ikopri d-deċiżjonijiet meħuda mill-President, mill-Bureau u mill-Konferenza tal-Presidenti, għaliex huma l-Membri eletti, u mhux l-uffiċjali, li huma responsabbli politikament; Jistieden, bħala konsegwenza, lill-President u lill-Viċi-President responsabbli mill-baġit biex jipparteċipaw fil-laqgħat tal-futur tal-Kumit għall-Kontroll tal-Baġit biex jinħoloq djalogu politiku;

8.  Ifakkar li l-plenarja tagħti kwittanza lill-Parlament, irrappreżentat mill-President tiegħu, b'konformità ma' l-Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu;

9.  Jifraħ li l-President tal-Parlament aċċetta l-prinċipju ta' djalogu politiku fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza u li, fuq talba tiegħu, il-Viċi-President tal-Parlament responsabbli mill-baġit u mill-kontroll baġitarju, li hu wkoll iċ-chairperson tal-Kumitat għas-Segwitu tal-Verifiki, ipparteċipa f'djalogu politiku mal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit waqt verifika pubblika fil-21 ta' Jannar 2008; Jitlob li dan id-djalogu fil-futur ikun imsejjes fuq dokumentazzjoni bil-miktub li tinkludi d-deċiżjonijiet tal-Bureau u tal-Konferenza tal-Presidenti li jkollhom impatt finanzjarju;

10.  Jilqa" bi pjaċir u jaċċetta l-offerta tas-Segretarju Ġenerali waqt is-seduta ta" smigħ tal-21 ta" Jannar 2008, li jsiru laqgħat regolari mal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, barra mill-proċedura annwali normali ta" kwittanza, dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament;

11.  Jinnota wkoll l-inizjattiva tal-President tal-Parlament li għandha l-għan li ssaħħaħ ir-rabtiet bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits, minn naħa, u bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, min-naħa l-oħra, billi toħloq grupp ta' ħidma b'mandat biex jikkonsolida dawn ir-rabtiet b'mod sostenibbli; jilqa" l-ewwel diskussjoni konġunta li saret fl-14 ta" Jannar 2008 u l-atmosfera ta" fiduċja u kooperazzjoni bejn l-entitajiet ikkonċernati stabbilita f'din id-diskussjoni; jistenna li dawn id-deliberazzjonijiet ikomplu u jistenna l-konlużjonijiet tagħhom;

12.  Iqis li l-proċeduri baġitarji u ta' kwittanza għandhom ikunu meqsjua bħala kumplimentari: baġit m'għandu qatt ikun adottat mingħajr ma jkunu ġew analizzati d-deċiżjonijiet ta' kwittanza diġà adottati, u deċiżjoni ta' kwittanza għandha tittieħed bil-konoxximent ta' l-objettivi politiċi ffissati waqt il-proċedura baġitarja għas-sena msemmija mill-kwittanza; Jitlob li l-interoperabilità tal-proċeduri baġitarji u ta' kwittanza jkunu iktar profondi;

Il-prijoritajiet baġitarji għas-sena finanzjarja 2006

13.  Jissottolinja li hu adotta l-prijoritajiet baġitarji li ġejjin għas-sena finanzjarja 2006(23):

   li jkunu previsti l-postijiet ta' xogħol għat-tkabbir u b'mod iktar partikulari numru biżżejjed ta' interpreti u tradutturi kwalifikati fil-lingwi uffiċjali kollha sabiex il-Membri kollha jkunu jistgħu jipparteċipaw b'mod attiv fil-ħidmiet tal-Parlament,
   li tiġi stabbilita politika għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni mmirata biex tressaq lill-Parlament iktar qrib iċ-ċittadin: li jiġu żviluppati iktar, f'dan il-kuntest, kemm l-irwol ta' l-uffiċċji esterni tal-Parlament kif ukoll il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni;
   li jkun eżaminat jekk hux importanti li tiġi modifikata l-istruttura ta' l-amministrazzjoni tiegħu jew li jingħata appoġġ ikbar għall-attivitajiet bażiċi tiegħu sabiex jiġu ottimizzati l-ħidmiet ta' l-istituzzjoni,
   li tkun garantita l-eżistenza ta' għajnuna suffiċjenti u l-preżenza ta' esperti biex tkun żgurata l-kwalità tal-ħidmiet leġiżlattivi,
   li jinħolqu regoli tal-persunal għall-assistenti;
   li jkun żgurat impenn finanzjarju sabiex ikopri l-ispejjeż ta' parteċipazzjoni tad-delegazzjonijiet tal-Parlament fil-laqgħat organizzati barra r-rabtiet ta' ħidma tagħhom;

Il-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-Parlament Ewropew

14.  Jinnota li fl-2006, il-Parlament sab dħul li jitla' għal EUR 126 126 604 (EUR 112 393 557 fl-2005: +12,2 %);

15.  Jirreġistra l-figuri li fuq il-bażi tagħhom ingħalqu l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2006, jiġifieri:

L-użu ta" l-approprijazzjonijiet fl-2006(24)

I. Approprijazzjonijiet 2006

- approprijazzjonijiet inizjali

- baġit li jemenda

- approprijazzjonijiet finali

1 321 600 000

xejn

1 321 600 000

I. Approprijazzjonijiet finali 2006

- impenji

(% ta" l-approprijazzjonijiet finali)

- ħlasijiet

(f'% ta" l-impenji)

1 306 325 432

(98,76 %)

1 117 578 610

(85,49 %)

III. Trasferimenti għall-2007

- trasferimenti awtomatiċi għall-2007

(f"% ota" l-approprijazzjonijiet finali)

(f'% ta" l-impenji)

- trasferimenti mhux awtomatiċi (approprijazzjonijiet

trasferiti mhux impenjati)

(f"% ta" l-approprijazzjonijiet finali)

188 746 822

(14,26 %)

(14,43 %)

4 817 000

(0,36 %)

IV. Kanċellazzjoni

- approprijazzjonijiet ikkanċellati

(f"% ta" l-approprijazzjonijiet finali)

15 274 568

(1,15 %)

V. Trasferimenti għall-2006

- trasferimenti awtomatiċi

- ħlasijiet taħt dawn it-trasferimenti

(f"% tat-trasferimenti)

- rata ta" kanċellazzjoni

307 163 636

285 578 104

(92,95 %)

21 585 532

VI. Approprijazzjonijiet minn dħul assenjat fl-2006

- approprijazzjonijiet minn dħul assenjat

- impenji

(f"% ta" l-approprijazzjonijiet minn dħul assenjat)

- ħlasijiet

(f"% ta" l-approprijazzjonijiet impenjati minn dħul assenjat)

- approprijazzjonijiet disponibbli minn dħul assenjat

40 017 311

30 778 877

(73,86 %)

5 858 229

(18,75 %)

9 238 434

VII. Approprijazzjonijiet minn dħul assenjat trasferiti

għall-2007

- approprijazzjonijiet minn dħul assenjat trasferiti

34 831 297

VIII. Approprijazzjonijiet minn dħul assenjat trasferiti

għall-2007

- approprijazzjonijiet minn dħul assenjat trasferiti

- impenji

- ħlasijiet

(f'% ta" l-impenji)

32 288 714

32 054 298

31 086 918

(96,.36 %)

16.  Jinnota li l-preżentazzjoni tal-kontijiet, kif jidhru fir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja, inbidlet meta mqabbla mas-sena preċedenti; Jixtieq li l-amministrazzjoni tistabbilixxi u żżomm preżentazzjoni li tippermetti li wieħed jikkompara faċilment l-implimentazzjoni tal-baġit matul is-snin;

17.  Jinnota li fl-2006, 98,76 % tal-krediti mdaħħla fil-baġit tal-Parlament ġew impenjati, jiġifieri rata ta' kanċellazzjoni ta' 1,15 %, u li, bħal għas-snin finanzjarji preċedenti, intlaħaq livell għoli ħafna ta' implimentazzjoni baġitarja;

18.  Ifakkar, madankollu, li dan il-livell għoli ta' implimentazzjoni hu parzjalment dovut għall-prattika regolari mill-1992 ta' kklerjar, operazzjoni li tikkonsisti fit-trasferiment tal-krediti kollha disponibbli fl-aħħar tas-sena għall-punti baġitarji dwar il-bini, b'mod partikulari biex ikun hemm dħul antiċipat tal-kapital sabiex jitnaqqsu l-ħlasijiet futuri ta' interessi; Jinnota li, f'dan il-kuntest, EUR 37 246 425 inġabru fl-2007;

19.  Jinnota li fl-2006 ammont ta' EUR 124 071 425 (71,4 % mit-trasferimenti) intuża biex isaħħaħ ċertu numru ta' punti baġitarji fil-qasam tal-politika tal-bini (minn dan l-ammont EUR 38 603 580 ġejjin mill-krediti proviżorji); Ifakkar li l-krediti li kienu inizjalment imdaħħla fil-punti baġitarji 2001-2008 kienu biss EUR 14,287 887;

20.  Ifakkar ukoll li, bħala total, ġew awtorizzatti 37 trasferiment li kienu marbuta ma' EUR 173 751 700 (jiġifieri 13 % tal-krediti definittivi; fil-Kummissjoni, it-trasferimenti jirrappreżentaw bejn wieħed u ieħor 4 % mill-krediti ta' ħlas); Josserva li numru għoli ta' ħlasijiet jistgħu jikkompromettu l-prinċipji baġitarji;

Osservazzjonijiet tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar is-sena finanzjarja 2006

21.  Jinnota li l-Qorti ta' l-Awdituri sabet li "l-Istituzzjonijiet kollha kienu implimentaw qafas sodisfaċenti ta" sistemi ta" sorveljanza u kontroll kif mitlub mir-Regolament Finanzjarju u l-kampjun ittestjat ma wera l-ebda livell materjali ta" żball"(25);

22.  Jirrimarka li l-Qorti ta" l-Awdituri semmiet id-dgħjufija li ġejja fl-għoti ta' l-allowances ta' assistenza parlamentari: "Il-Qorti tinnota (…) li l-Uffiċċju ma żgurax l-implimentazzjoni effettiva tar-regoli li jeħtieġu s-sottomissjoni ta" dokumentazzjoni ta" sostenn adegwata (…) L-Uffiċċju għandu jieħu azzjoni sabiex jikseb id-dokumenti kkunsidrati bħala essenzjali biex jagħtu prova li n-nefqa kienet iġġustifikata."(26);

23.  Jagħti dettall tal-kummenti tiegħu dwar dan is-suġġett, billi jqis ir-rimarki ta' l-awdituri intern fil-paragrafi 56 sa 68;

Ir-rapporti annwali ta' l-awditur intern

24.  Jinnota li fl-2006 is-servizz tal-verifika interna adotta jew ippubblika fil-forma ta' abbozz, 16-il rapport ta' verifika; fost dawn ir-rapporti hemm il-verifika tal-proċeduri ta' akkwist tal-kuntratti, il-verifika ta' l-allowance ta' assistenza parlamentari u s-segwitu ta' l-452 azzjoni individwali li joħorġu mill-eżami tal-mekkaniżmu ta' kontroll intern imwettaq fuq l-iskala ta' l-istituzzjoni;

25.  Jilqa" b'sodisfazzjoni l-fatt li l-awditur intern seta' jippreżenta b'mod uffiċjali l-konklużjonijiet tar-rapport annwali tiegħu għall-2006 lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, filwaqt li ġie indikat mill-kumitat stess li r-rapport tiegħu jikkostitwixxi mhux biss strument ta' ġestjoni interna imma wkoll element ta' referenza importanti għall-eżerċizzju annwali ta' kwittanza;

26.  Hu ta' l-istess opinjoni ta' l-awditur intern dwar l-importanza miksuba li hemm bżonn li tingħata lill-implimentazzjoni ta' mekkaniżmu ta' kontroll intern effikaċi; Jinnota, f'dan il-kuntest, il-miżuri li għandhom l-għan li jtejbu l-osservanza tan-normi u ta' l-objettivi ta' kontroll; Jinnota li l-implimentazzjoni ta' l-20 azzjoni ta' natura determinanti msemmija mill-awditur intern fl-ewwel verifika tiegħu ta' segwitu se tkun suġġetta għat-tieni segwitu fl-2008; Jieħu nota ta' l-indikazzjonijiet ta' l-amministrazzjoni li 18 minn dawn l-20 azzjoni ġew implimentati u li l-implimentazzjoni taż-żewġ azzjonijiet li fadal qiegħda titwettaq bħalissa;

27.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-progressi nnotifikati mill-amministrazzjoni fil-qasam tal-proċeduri ta' akkwist ta' kuntratti, u b'mod iktar partikulari fil-ħolqien ta' forum għall-kuntratti pubbliċi; jinnota li l-awditur intern fl-2008 se jagħmel verifika ġdida dwar is-segwitu ta' l-implimentazzjoni tal-144 azzjoni individwali li toħroġ mill-verifika tal-proċeduri ta' akkwist ta' kuntratti;

L-amministrazzjoni finanzjarja tal-Parlament u r-rapporti ta' attività tad-Diretturi Ġenerali

28.  Ifakkar lill-korpi kompetenti tiegħu fid-deċiżjoni(27) tiegħu li "ħlasijiet għal bini (...) għandhom ikunu parti mill-istrateġija baġitarja" ; jiddispjaċih mill-fatt li l-korpi kompetenti tiegħu qatt ma wettqu d-deċiżjonijiet tas-sessjoni plenarja u komplew bil-prattika tagħhom ta' nuqqas ta' bbaġittjar għall-politika għall-proprjetà tal-Parlament għal akkwist fil-futur (il-linja tal-baġit 'akkwisti ta' proprjetà immobbli' tinkludi biss entrati 'pro memoria' għall-2005, 2006 u 2007);

29.  Jinnota li waqt laqgħa pubblika tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-21 ta' Jannar 2008, is-Segretarju Ġenerali ħabbar pjan strateġiku għall-politika għall-bini tal-Parlament; jitlob li s-Segretarju Ġenerali jressaq dan il-pjan quddiem il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit waqt il-proċedura ta' kwittanza għas-sena 2007;

30.  Itenni t-talba tiegħu għal modifika fl-Artikolu 16 tar-Regoli Interni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament sabiex il-proġetti kollha ta' bini li jkollhom impatt finanazjarju importanti fuq il-baġit tal-Parlament jiġu sottomessi għall-approvazzjoni tal-Kumitat għall-Baġits;

31.  Jilqa" b'sodisfazzjoni l-fatt li s-Segretarju Ġenerali u d-Diretturi Ġenerali kollha stqarrew li għandom assigurazzjoni raġonevoli li r-riżorsi allokati għall-attivitajiet rispettivi tagħhom ġew użati għall-iskopijiet previsti u b'konformità mal-prinċipju ta' amministrazzjoni finanazjarja tajba; jinnota b'sodisfazzjon li huma stqarrew ukoll li l-proċeduri ta' kontroll implimentati jagħtu garanziji biżżejjed rigward il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi tagħhom;

32.  Jitlob li l-amministrazzjoni tiegħu tirrispetta l-prinċipji baġitarji u tfassal abbozz ta' baġit li jiggaranrixxi li l-ammonti ppreżentati f'dan l-abbożż ta' baġit jirriflettu aħjar il-ħtiġijiet reali tas-setturi ta' attività differenti tal-Parlament; jitlob lill-uffiċjali ta' awtorizzazzjoni b'delega biex jindikaw b'mod ċar fir-rapporti ta' l-attività annwali tagħhom permezz ta' sommarju f'tabella separata fil-bidu tar-rapporti tagħhom, l-approprijazzjonijiet ta' impenn, il-ħlasijiet, il-bilanċi, l-approprijazzjonijiet kanċellati u l-ammont li d-Direttorat Ġenerali jqiegħed għad-dispożizzjoni ta' trasferimenti ta' kklerjar (mopping up);

33.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li d-Diretturi Ġenerali rrevedew mill-ġdid il-kuntratti għal żmien twil;

34.  Jitlob lid-Diretturi Ġenerali tiegħu sabiex jagħmlu sforzi akbar sabiex ir-rapporti tagħhom ma jkunux limitati biss għal struttura komuni, imma jkun fihom ukoll elementi li jkunu jistgħu jiġu mqabbla ma' xulxin biex ikunu jistgħu jinqraw aħjar;

35.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Awditur Intern u s-servizzi laħqu ftehim dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni li għandhom l-iskop li jfornu lill-Parlament b'qafas effettiv ta" kontroll intern; f'dan il-kuntest, ġew deċiżi 452 azzjoni individwali fl-2003 u l-2004; jinnota li minn dawn l-452 azzjoni, 225 minnhom ġew imwettqa kollha u 121 ġew imwettqa parzjalment fl-2006; jinnota wkoll li l-Awditur Intern kien identifika 20 azzjoni "ta' natura kritika" f'oqsma esposti għal riskju għoli; jieħu nota li f'dan l-istadju l-amministrazzjoni tiddikjara li 18 minn dawn l-20 azzjoni ġew implimentati u jinnota li l-Awditur Intern sejjer ikompli jeżaminahom f'verifika oħra fl-2008;

L-għoti ta' kuntratti

36.  Ifakkar li skond l-Artikoli 54 u 119 tar-regoli ta' implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju(28), l-istituzzjonijiet għandhom iressqu lill-awtorità baġitarja r-rapporti dwar proċeduri nnegozjati u dwar kuntratti li ma jaqgħux taħt direttivi ta' akkwist pubbliku; ifakkar ukoll li lista ta' kuntratturi li ngħataw kuntratti li jiswew aktar minn EUR 50 000 iżda inqas mil-limitu minimu skond id-direttivi msemmija, hija ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali, u kuntratti li jiswew bejn EUR 13 800 u EUR 50 000 jiġu ppubblikati fil-websajts ta' l-istituzzjonijiet;

37.  Jinnota li r-rapport annwali fih l-informazzjoni li ġejja dwar kuntratti li ngħataw fl-2006:

Tip ta' kuntratt

Numru

[2005 in ( )]

Perċentwal

[2005 in ( )]

Somma f'EUR

[2005 in ( )]

Perċentwal

[2005 in ( )]

Servizzi

199 (199)

69 % (64 %)

67 315 809

(89 551 639)

23 % (44 %)

Fornimenti

56 (53)

20 % (17 %)

61 441 090

(29 036 604)

21 % (14 %)

Xogħlijiet

31 (48)

11 % (15 %)

20 026 192

(13 763 856)

7 % (7 %)

Proprjetà

1 (12)

0 % (4 %)

143 125 000

(73 149 658)

49 % (35 %)

Total

287 (312)

100 %

291 908 091

(205 501 756)

100 %

38.  Jinnota li d-distribuzzjoni tal-kuntratti mogħtija fl-2006 (minbarra kuntratti ta' proprjetà mogħtija bi proċedura neġozjata - ix-xiri ta' bini fi Strasburgu -, li jirrapreżentaw valur ta' EUR 143,125,000) jinqasmu skond it-tip ta' proċedura kif ġej:

Tip ta" proċedura

Numru

[2005 in ( )]

Perċentwal

[2005 in ( )]

Somma f'EUR

[2005 in ( )]

Perċentwal

[2005 in ( )]

Ammont medju.

[2005 in ( )]

MIftuħa

73 (64)

25 % (21 %)

93 681 193

(94 187 176)

62% (71 %)

1 283 304

(1 471 675)

Ristretta

84 (112)

30 % (37 %)

7 044 607

(26 676 276)

5% (20 %)

83 863

(238 181)

Negozjata

129 (124)

45 % (42 %)

48 057 291

(11 488 646)

33% (9 %)

372 537

(92 650)

Total

286 (300)

100 %

148 783 091

(132 352 098)

100 %

520 220

(441 174)

39.  Jinnota li fl-2006 ġew mogħtija 128 kuntratt li kienu jiswew talanqas EUR 50 000 u 159 kuntratt li kienu jiswew bejn EUR 13 800 u EUR 50 000; jenfasizza li l-figuri juru li l-kuntratti ta' anqas minn EUR 50 000 jirrapreżentaw biss 1,7 % tal-valur totali, iżda 55 % tan-numru totali ta' kuntratti mogħtija mill-Parlament;

40.  Jinnota li f'termini ta' valur, 67 % tal-kuntratti gew mogħtija skond proċeduri miftuħin (62%) u proċeduri ristretti (5%); jiddispjaċih madankollu li f'termini ta' valur, 33 % tal-kuntratti ġew mogħtija skond proċedura negozjata; jitlob lis-Segretarju Ġenerali sabiex jispjega din iż-żieda meta mqabbla mas-snin mgħoddija;

41.  Jinnota madankollu li għall-2006 ma jistax issir tqabbil, kif jitlob l-Artikolu 54 tal-regoli ta' implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, bejn in-numru ta' kuntratti mogħtija tul is-sena n u s-sena n-1 mill-uffiċjal ta' l-awtorizzazzjoni b'delega, minħabba l-modifiki tar-regolamenti li saru tul is-sena konċernata, modifiki li ma jirrigwardawx il-kuntratti maħruġa mit-22 ta' Awissu 'l hawn; fl-2006 il-Parlament irrikorra għall-proċedura negozjata għal 74 kuntratt (2005: 136 kuntratt);

42.  Ifakkar li l-Awditur Intern għamel verifika tal-proċeduri ta' l-għoti tal-kuntratti fil-livell ta' l-istituzzjonijiet; jinnota bi pjaċir il-ftehim li ntlaħaq bejn l-Awditur Intern u s-servizzi dwar pjan ta' azzjoni vast li jinkludi l-implimentazzjoni ta' 144 azzjoni individwali; jinnota b'sodisfazzjon li wieħed mill-impenji prinċipali ta' dan il-programm ta' ħidma ta' l-Awditur Intern għall-2008 huwa li ssir verifika oħra tal-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti sabiex jiġi eżminat il-progress li jkun sar;

43.  Jitlob lis-Segretarju Ġenerali sabiex jispjega l-istat avvanzat ta' l-implimentazzjoni ta' database rigward il-kuntratti skond l-Artikolu 95 tar-Regolament Finanzjarju; jinnota wkoll li r-Regolament Finanzjarju rivedut jipprevedi l-ħolqien ta' bażi waħda ta" data ċentrali amministrata mill-Kummissjoni għall-istituzzjonijiet kollha;

Gruppi politiċi (eżami tal-kontijiet u proċeduri - Punt 4000 tal-baġit)

44.  Jerġa' jisħaq li l-gruppi politiċi huma responsabbli għall-amministrazzjoni u l-użu ta' l-approprijazzjonijiet tal-baġit tal-Parlament li jingħataw u li l-ambitu ta' azzjoni tas-servizz ta' adwitjar intern tal-Parlament ma jestendix ruħu biex jinkludi l-kundizzjonijiet ta' użu ta' approprijazzjonijiet tal-Punt 4 0 0 0 tal-baġit;

45.  Jilqa" b'sodisfazzjon li l-gruppi politiċi ppubblikaw ir-rapporti tar-reviżjoni esterna u l-kontijiet ta' bilanċ għall-2006 fuq is-sit ta' l-intranet tal-Parlament;

46.  Jinnota li fl-2006 l-approprijazzjonijiet imdaħħla taħt il-Punt 4 0 0 0 tal-baġit intużaw kif ġej:

(f'eluf ta' EUR)

Total disponibbli skond il-baġit 2006

70 900

Membri mhux affiljati

1 644

Ammonti disponibbli għall-gruppi

69 256

Grupp

Approprijazzjonijiet allokati mill-baġit tal-Parlament

Riżorsi proprji tal-gruppi u approprijazzjonijiet trasferiti

Nefqa fl-2006

Rata ta' utilizzazzjoni ta' l-approprijazzjonijiet disponibbli

Limitu massimu ta' trasferimenti*)

Ammonti trasferiti għas-sena

2007

PPE-DE

18 088

7 203

16 345

64,6 %

9 044

8 947

PSE

13 989

6 934

14 191

67,8 %

6 995

6 732

ELDR/ALDE

6 526

3 145

6 383

66,1 %

3 263

3 263

Verts/ALE

2 836

1 157

2 716

68,0 %

1 418

1 278

GUE/NGL

2 582

1 265

3 189

77,5 %

1 426

928

UEN

1 896

454

1 863

79,3 %

948

487

IND/DEM

2 034

875

1 912

65,7 %

1 017

997

NI

1 384

260

1 222

74,3 %

692

136

TOTAL

49 606

21 294

47 821

67,4 %

24 803

22 767

*) bi qbil ma" l-Artikolu 2(1)(6) tar-Regoli dwar l-użu ta" l-approprijazzjonijiet mill-punt baġitarju 4 0 0 0

47.  Jinnota li l-awdituri esterni tal-partiti kkonfermaw li l-kontijiet tal-gruppi politiċi kienu konformi mad-dispożizzjonijiet statutorji, kif ukoll ma' l-istandards ta' kontabilità internazzjonali;

48.  Jinnota li l-gruppi politiċi ma użax għajr medja ta' 67,4 % ta' l-approprijazzjonijiet li kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom (kontra s-66% ta' l-2005 u l-74% ta' l-2004);

49.  Jinnota li, fit-9 ta' Lulju 2007, il-Bureau eżamina r-rapporti tal-gruppi politiċi dwar l-implimentazzjoni tal-baġit, kif ukoll ir-rapporti ta' l-awdituri rispettivi; jinnota f'dan il-kuntest li l-Bureau inkariga lill-uffiċjali responsabbli biex jiġbru rimbors mill-Grupp ALDE ta' EUR 25 403,77 mill-approprijazzjonijiet li ma ntużawx billi dawn l-ammonti ma setgħux jiġu trasferiti;

Il-partiti politiċi fil-livell Ewropew

50.  Jinnota li l-għeluq tal-kontijiet għas-sena baġitarja 2006 huwa kif jidher hawn taħt:

L-eżekuzzjoni tal-baġit ta' l-2006 kif miftiehem (EURO)

Partit *)

Riżorsi proprji

Sussidji totali mill-PE

Dħul totali

Sussidji bħala % ta" infiq eleġibbli (massimu 75 %)

PPE

1 106 891,41

2 914 059,56

4 020 950,97

72,5 %

PSE

932 781,81

2 580 000,00

3 512 781,81

71,49 %

ELDR

340 782,87

883 500,00

1 224 282,87

71,97 %

EFGP

240 204,29

581 000,00

821 204,29

71,20 %

GE

172 875,00

439 018,54

611 893,54

71,82 %

PDE

55 189,84

163 570,75

218 760,59

75 %

AEN

49 385,00

144 808,81

194 193,81

74,57 %

ADIE

59 513,36

125 016,22

184 529,58

75 %

EFA

69 665,67

220 913,67

290 579,34

75 %

EUD

47 597,22

29 670,24

77 267,46

62,59 %

Total

3 074 886,47

8 081 557,78

11 156 444,25

72,13 %

PPE: Partit Popolari Ewropew; PSE: Partit tas-Soċjalisti Ewropej: ELDR: Partit Ewropew tal-Liberali, Demokratiċi u Riformisti; EFPG: Alleanza Ħielsa tal-Ħodor Ewropej; GE: Partit tax-Xellug Ewropew; PDE: Partit Demokratiku Ewropew; AEN: Unjoni għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet; ADIE: Alleanza tad-Demokratiċi Indipendenti Ewropej; EFA: Alleanza Ħielsa Ewropea; EUD: Demokratiċi ta' l-UE

51.  Jenfasizza li l-fatt li l-awdituri esterni kkonfermaw li l-kontijiet tal-partiti kienu konformi mad-dispożizzjonijiet statutorji msemmijin fl-Artikoli 6, 7, 8 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Novembru 2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom(29), u li l-kontijiet ippreżentaw stampa vera u fidila tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-partiti politiċi fi tmiem is-sena finanzjarja 2006;

52.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-partiti politiċi fil-livell Ewropew laħqu livell għoli ta' użu ta' l-approprijazzjonijiet disponibbli għalihom;

53.  Jinnota, madankollu li l-uffiċjal responsabbli ġie inkarigat sabiex:

   jiġbor is-surplus ta' EUR 248 953,91 mingħand il-PDE, EUR 215 498,59 mingħand l-AEN u EUR 69 317,14 mingħand l-ADIE u surplus ta' EUR 24 799,11 mingħand l-EUD,
   u jiġbor lura EUR 121 670,10 mingħand l-EUD u EUR 70 902,64 mingħand l-ADIE minħabba nuqqas ta' konformità ma' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003;

54.  Jistaqsi lis-Segretarju Ġenerali jekk dawn l-ammonti ġewx miġbura;

55.  Jinnota li l-awditur intern irreveda l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-kontribuzzjonijiet għall-partiti politiċi fil-livell Ewropew u ħareġ ir-rapport tiegħu dwar dan f'Awwissu 2007; jinnota b'sodisfazzjon li dan wassal għal pjan ta' azzjoni dettaljat li ġie aċċettat mill-amministrazzjoni; jitlob li r-riżultati ta' din ir-reviżjoni jagħmlu parti mill-proċedura ta' kwittanza 2007;

56.  Jinnota li l-baġit ta' partit politiku Ewropew sa mill-2008 jista' jiġi ffinanzjat sa 85 % mill-baġit tal-Parlament Ewropew (sa 75 % sa tmien l-2007); jenfasizza li dan il-livell ta' sussidju mill-Parlament jitfa' fuq il-partiti responsabbiltà akbar rigward l-attivitajiet tagħhom;

L-allowances ta' assistenza parlamentari

57.  Jinnota li l-Qorti ta" l-Awdituri sabet u kkritikat nuqqasijiet fil-qafas regolamentarju mwaqqaf mill-Bureau u li l-parti l-kbira ta" l-ammonti mogħti lill-Membri tal-Parlament permezz ta" l-allowances ta' assistenza parlamentari ma ġietx appoġġjata aktar tard b'dokumenti ġustifikattivi suffiċjenti bħala evidenza ta" l-ispejjeż magħmula f'isem id-deputat; jirrikonoxxi, fl-istess waqt, l-isforz magħmul mill-Bureau u mill-amministrazzjoni fl-2007 biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni: Jilqa" b'sodisfazzjon il-fatt li, għas-sena 2006, l-amministrazzjoni tindika li sa l-aħħar ta" l-2007 irċeviet aktar minn 99 % tad-dokumenti ġustifikattivi;

58.  Josserva, madankollu, li għas-snin 2004 u 2005, l-amministrazzjoni setgħet tikseb biss 57 % u 51 % rispettivament tad-dokumenti meħtieġa; jinnota, f'dan il-kuntest, id-deċiżjoni politika li tiġi applikata r-regolamentazzjoni adottata fit-13 ta" Diċembru 2006 retrospettivament għall-perjodu 2004-2005;

59.  Jixtieq li, rigward l-obbligu tagħhom li jipprovdu d-dokumenti ġustifikattivi għall-użu ta" l-allowances ta" assistenza parlamentari tagħhom fl-2004 u fl-2005, il-Membri kollha jirċievu komunikazzjoni li tgħid jekk għadhomx iridu jippreżentaw dokumenti ġustifikattivi lill-amministrazzjoni għal dan il-perjodu jew jekk il-fajl tagħhom huwiex komplut;

60.  Jitlob lill-amministrazzjoni tiegħu biex tapplika b'mod korrett u konsistenti r- Regoli dwar il-ħlas ta' l-ispejjeż u l-allowances lill-Membri tal-Parlament Ewropew (30), u biex tidentifika malajr u b'mod immedjat kwalunkwe irregolaritajiet u qtugħ barra;

61.  Jitlob lill-ammnistrazzjoni biex tistabbilixxi proċedura b'komunikazzjoni mal-Membri li tkun aħjar u aktar viżibbli, li l-iskadenzi biex jintbagħtu d-dokumenti ġustifikattivi, kif stabbiliti fir-Regoli dwar il-ħlas ta" l-ispejjeż u l-allowances lill-Membri tal-Parlament Ewropew, jiġu rrispettati b'mod sistematiku, sabiex ikun assigurat li jingħataw b'mod li jikkonforma mal-proċedura u mal-kalendarju obbligatorju tal-Qorti ta" l-Awdituri għall-abbozzar tar-rapport annwali tiegħu, u konferma finali lill-Membri ladarba jkun ingħalaq il-fajl tagħhom;

62.  Iħeġġeġ lill-grupp ta" ħidma tal-Bureau dwar l-Istatut tal-Membri biex jippreżenta l-konklużjonijiet tiegħu bil-għan li malajr ikun jista' jingħata segwitu xieraq għall-osservazzjonijiet magħmula mill-awditur intern fir-rapport tiegħu dwar l-allowances ta" assistenza parlamentari; Jikkonferma, fid-dawl tal-ħidma ta" dan il-grupp u fil-kuntest ta" regolamentazzjoni ġdida li għandha titwaqqaf mill-entitajiet politiċi konċernati, ir-responsabilità ta" l-amministrazzjoni li tiżgura li l-allowances ta" assistenza parlamentari jingħataw b'rispett tal-prinċipji ta' l-immaniġġjar finanzjarju tajjeb, tal-legalità u tar-regolarità; Hu konxju tal-problemi u d-diffikultajiet biex l-allowances ta' assistenza parlamentari jiġu armonizzati mal-leġiżlazzjoni soċjali u fiskali ta" kull wieħed mis-27 Stat Membru; Jitlob li immedjatament jibdew in-negozjati meħtieġa ma" l-Istati Membri u ma" l-Gvern tal-Belġju; Jeżiġi li din l-operazzjoni kumplessa ma xxekkilx l-implimentazzjoni parallela ta" regolamentazzjoni ġdida għall-allowances ta' assistenza parlamentari;

63.  Jinnota li r-rapport ta" l-awditur intern jirrakkomanda evoluzzjoni f'żewġ stadji tal-kundizzjonijiet ta" impjieg ta" l-assistenti parlamentari: fl-ewwel stadju, ir-relazzjoni kontrattwali bejn l-assistent(i) u l-Membru tkun ibbażata b'mod sistematiku fuq kuntratt ta" impjieg li juża mudell ta" kuntratt obbligatorju mtejjeb; fit-tieni stadju, l-għan ikun li jiġu integrati l-assistenti fil-kategorija ta" staff koperti mis-sistema applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej;

64.  Jiġbed l-attenzjoni li l-assistenza għall-membri titlob aktar flessibilità u mobilità , filwaqt li l-istatut il-ġdid għall-assistenti għandu jistipula standards minimi ta' paga u drittijiet soċjali f'konformità mal-leġiżlazzjoni Ewropea applikabbli;

65.  Jieħu nota tad-deċiżjonijiet meħuda b'mod unanimu tal-Konferenza tal-Presidenti u tal-Bureau tas-6 u ta" l-10 ta" Marzu 2008 rispettivament li

   jistiednu lill-amministrazzjoni tiegħu biex tiżgura l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni konsistenti tar-regoli interni tal-Parlament dwar ir-rimbors ta" l-ispejjeż ta" l-assistenza parlamentari;
   jagħtu lis-Segretarju Ġenerali l-mandat biex jagħmel kuntatt mal-Kummissjoni u mal-Kunsill bl-għan li jiżgura l-possibilità ta' sett ġdid ta' regoli għall-assistenti tal-Membri permezz ta" sistema emendata għall- istaff kuntrattwali, filwaqt li jippreserva l-libertà tal-Membri li jimpjegaw l-assistenti tagħhom u li jiddeterminaw b'mod indipendenti l-livell tas-salarju tagħhom;
   jinkarigaw lill-grupp ta" ħidma tiegħu dwar l-Assistenti u l-Fond għall-Pensjonijiet tal-Membri biex jevalwa, bħala kwistjoni ta" urġenza, it-tħaddim tar-regoli eżistenti fid-dettall u, minħabba l-importanza tal-kwistjoni, biex iressaq proposti għal bidliet għar-regoli li hu jqis neċessarji;
  

Jinsisti li Membru tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli għall-kwittanza, għandu jkun parti minn dan il-grupp ta' ħidma bħala osservatur; Ifakkar lill-Bureau, f'dan il-kuntest, dwar il-kummenti tiegħu fir-rigward tat-Taqsima I – Parlament Ewropew magħmula fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta" Ottubru 2007 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008(31), u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Settembru 2006 b'kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Taqsima I - Parlament Ewropew(32); jitlob lill-awtoritajiet kompetenti biex jirrapportaw lura lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit dwar il-progress miksub qabel it-tmiem ta" l-2008;

66.  Jinsisti b'mod partikolari li

   bi qbil mal-paragrafu 76 tar-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta" Settembru 2006 msemmija hawn fuq, il-Parlament għandu jikkonkludi kuntratti qafas esklussivament ma" intrapriżi fl-Istati Membri speċjalizzati fl-immaniġġjar, bi qbil mal-liġi nazzjonali applikabbli, ta" kwistjonijiet fiskali u ta" sigurtà soċjali relatati mal-kuntratti ta" xogħol, u jistenna mill-amministrazzjoni tiegħu li tistabbilixxi skeda għall-implimentazzjoni sħiħa ta" dak il-paragrafu sa l-1 ta" Settembru 2008;
   peress li d-defiċjenzi skoperti mill-verifika interna jikkonċernaw primarjament kuntratti ma" fornituri tas-servizz, temporanjament, sakemm tinstab soluzzjoni permanenti, il-kuntratti ma" fornituri tas-servizz jiġu trattati mill-aġenti li jħallsu fl-Istati Membri; li l-aġenti li jħallsu jkunu responsabbli li l-kuntratti tal-fornituri tas-servizz josservaw il-leġiżlazzjoni fiskali u dwar is-sigurtà soċjali ta" l-Istat Membru kkonċernat, u mar-Regoli dwar il-ħlas ta" l-ispejjeż u l-allowances lill-Membri tal-Parlament Ewropew, filwaqt li dawn ta" l-aħħar għad iridu jiġu mmodifikati għal dan l-iskop; u li l-ebda kuntratt tal-fornitur tas-servizz li ma josservax dawn id-dispożizzjonijiet ma jkun aċċettat;
   l-amministrazzjoni tiegħu tkun f'pożizzjoni fejn tkun tista" tipprova lill-Qorti ta" l-Awdituri liema ammonti ġew imħallsa mill-Membri lill-assistenti, lill-aġenti li jħallsu u lill-fornituri tas-servizz tagħhom, u b'liema kundizzjonijiet;
   ma jiġux impjegati qraba tal-Membri;
   in-nuqqas ta" osservanza mal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew mar- Regoli dwar il-ħlas ta" l-ispejjeż u l-allowances lill-Membri tal-Parlament Ewropew iwassal awtomatikament għas-sospensjoni tal-ħlasijiet u għall-irkupru ta" ammonti mħallsa li ma kellhomx jitħallsu;

67.  Jitlob li l-miżuri ta" applikazzjoni ta" l-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew(33) li għandhom effett finanzjarju jiġu ppreżentati uffiċjalment lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit għal opinjoni preliminari;

68.  Jilqa" b'sodisfazzjoni il-fatt li l-Bureau, fil-25 ta" Settembru 2006, approva l-Kodiċi dwar l-assistenti u t-trainees parlamentari fil-Parlament Ewropew u li l-Membri kollha rċevew kopja ta" dan il-Kodiċi;

69.  Jitlob lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jinforma lill-Kumitat għall-Kontrol tal-Baġit sa tmiem Settembru 2008 bl-għadd ta' ordnijiet ta' rkupru maħruġa u bl-ammont totali involuti;

Fond ta" pensjoni volontarja

70.  Jinnota li, f'Novembru 2006, il-Fond ta" pensjoni voluntarja kellu 659 membru; jinnota li l-ħlas ta" kull xahar fil-fond għal kull Membru tela" għal EUR 3 354,21 u kien magħmul minn: terz, jiġifieri EUR 1 118,07, imħallas mill-Membru u bħalissa mnaqqas mill-allowance tiegħu għall-ispejjeż; u żewġ terzi, jiġifieri EUR 2 236,14 imħallsa mill-Parlament;

71.  Jiġbed l-attenzjoni għall-punti rigward it-trasparenza u s-sorsi tad-dħul imqajma fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-24 ta' April 2007 msemmija hawn fuq;

72.  Jinnota li d-defiċit attwarjali tal-Fond ta" pensjoni voluntarja (li ilu jeżisti mill-2001) niżel minn ta" EUR 43 756 745 fl-2004 u EUR 28 875 471 fl-2005 għal EUR 26 638 000 fl-2006, u b'hekk itejbet il-qagħda ta" l-iffinanzjar attwarjali (76,8 % fl-2004, 86,1 % fl-2005 u 88,4 % fl-2006); jenfasizza li, matul dawn l-aħħar snin, il-boroż kienu instabbli ħafna u li, għalhekk, ma hemm l-ebda ċertezza dwar id-direzzjoni li se jieħu d-defiċit attwarjali tal-fond; f'dan il-kuntest, jenfasizza li l-fond investa sa 73 % f'ishma; jiġbed l-attenzjoni li d-defiċit attwarjali kellu jiġi aġġornat mill-amministraturi tal-fond sa l-aħħar ta" Diċembru 2007, qabel il-15 ta" Marzu 2008;

73.  Jiġbed l-attenzjoni tal-Bureau tiegħu dwar il-paragrafu 84 tar-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq ta" l-24 ta" April 2007, li jgħid li ġie adottat wara d-dħul fis-seħħ ta" l-Istatut tal-Membri Parlamentari, il-fond ta" pensjoni voluntarja kellu jillimita ruħu li jonora d-drittijiet eżistenti (miksuba f'Ġunju 2009), li jfisser la l-Membru attwali u lanqas l-imsieħba l-oħra m'huma se jkunu jistgħu jibqgħu iħallsu l-kontribut tagħhom fil-fond;

74.  Kien sorpriż bir-rakkomandazzjoni riċenti tal-Konferenza tal-Presidenti tat-13 ta" Marzu 2008, wara li kienet ikkonsultata mill-grupp ta" ħidma tal-Bureau dwar l-Istatut tal-Membri, l-assistenti u l-fond ta' pensjoni, li l-membri tal-Fond tal-Pensjoni Volontarja xorta jistgħu jiksbu drittijiet ġodda għal pensjoni ladarba l-Istatut tal-Membru jidħol fis-seħħ; ifakkar lill-Bureau, bħala l-korp li jieħu d-deċiżjonijiet f'din iz-zona ta' volontà politika tal-Parlament, kif wera fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-kwittanza fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament għas-snin finanzjarji 52004 u 2005, li l-attivitajiet tal-Fond ta" Pensjoni Volontarja għandhom jitneħħew bil-mod b'mod effettiv u jiġu limitati għall-onorar ta" drittijiet miksuba ladarba l-Istatut tal-Membri jidħol fis-seħħ; jinsisti li l-grupp ta" ħidma tal-Bureau jipprepara l-miżuri neċessarji skond id-deċiżjonijiet tal-Parlament;

It-tħejjija ta" l-implimentazzjoni tat-Trattat ta" Liżbona

75.  Ifakkar li fl-2006 l-Parlament ried "li jkun eżaminat jekk jaqbilx li tiġi modifikata l-istruttura ta' l-amministrazzjoni tiegħu jew li jingħata appoġġ ikbar għall-attivitajiet bażiċi tiegħu sabiex jiġu ottimizzati l-ħidmiet ta' l-istituzzjoni"(34); Ifakkar ukoll li fl-istess waqt, huwa qies "li ż-żieda tar-responsabiltajiet tal-Parlament Ewropew fid-deċiżjonijiet leġiżlattivi teħtieġ l-appoġġ ta" riżorsi ferm aktar importanti għal din l-attività ċentrali"(35);

76.  Jinnota r-reazzjoni ta" l-amministrazzjoni tiegħu dwar l-implimentazzjoni tal-ftehima interistituzzjonali dwar regolamentazzjoni aħjar;

77.  Jisħaq, barra minn dan, li t-Trattat ta" Liżbona jwessa" l-kamp ta" applikazzjoni tal-kodeċiżjoni b'mod konsiderevoli, u se ssir il-proċedura leġiżlattiva standard, u li l-Parlament, b'hekk, se jsir ko-leġiżlatur, fuq l-istess livell, għal 95 % tal-leġiżlazzjoni Ewropea;

78.  Jitlob lill-amministrazzjoni, fid-dawl ta" dan, biex, qabel it-30 ta" Novembru 2008, tippreżenta:

   tabella ta" persuni li jaħdmu fil-Parlament (uffiċjali u aġenti oħra) skond il-grad, id-direttorat ġenerali, in-nazzjonalità u s-sess, flimkien ma" evalwazzjoni,
   analiżi tal-mod li bih il-baġit għall-istħarriġ intuża fid-direttorati ġenerali;

79.  Ifakkar li matul il-proċedura baġitarja ta" l-2007, il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex twettaq evalwazzjoni fuq medda ta" żmien medju tal-ħtiġijiet tagħha rigward l-istaff u biex tipprovdi rapport dettaljat dwar l-istaff ta" appoġġ tagħha u l-funzjonijiet ta" koordinazzjoni tiegħu; Jistieden lill-amministrazzjoni tiegħu sabiex twettaq evalwazzjoni ta" l-istaff tagħha fuq din il-bażi u billi tuża l-istess strumenti; Jixtieq li jsir rapport ta" evalwazzjoni u li jiġi indirizzat lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit f'mument li jkun opportun għall-kwittanza ta" l-2007; Jixtieq, f'dan il-kuntest, li jkun jaf kemm huwa l-għadd ta" uffiċjali u ta" aġenti oħra li għandhom l-irwol li jgħinu lill-Parlamentari fil-ħidma tagħhom ta' ko-leġiżlaturi, kemm huwa l-għadd ta' aġenti li jaħdmu għad-delegazzjonijiet parlamentari u ta' dawk li jiżguraw l-appoġġ amministrattiv tal-Parlament;

Segwitu għall-kwittanza ta" l-2005

80.  Jilqa' b'sodisfazzjon it-tnaqqis fl-istima ta' l-ispejjeż ta' l-operat minħabba l-ħtieġa ta' manutenzjoni ta' aktar minn post wieħed tax-xogħol, minn EUR 203 000 000 għall-2002 għal EUR 155 000 000 għall-2007; jenfasizza li dan jirrappreżenta tnaqqis ta' kważi 24 % fuq il-perjodu ta' ħames snin; jistieden lill-amministrazzjoni tiegħu biex tkompli bil-proċess ta' razzjonalizzazzjoni; jisħaq li r-rekwiżit biex jinżammu diversi postijiet tax-xogħol hu stipulat fit-Trattati; iqis li għandu jkun hemm koordinazzjoni mill-aqwa bejn dawn il-postijiet tax-xogħol; jenfasizza li ċ-ċittadini ma jifhmux għaliex il-Parlament għandu jżomm tliet postijiet tax-xogħol;

81.  Jinnota t-tweġiba ta' l-amministrazzjoni tiegħu(36) dwar il-possibilità li tinħoloq awtorità Ewropea għall-bini li tistqarr li l-ħolqien ta' uffiċċju wieħed kbir li jibni u jiġbor fih il-lokali ta' l-istituzzjonijiet u l-organi lokali ta' l-istituzzjonijiet u organi ta' l-Unjoni Ewropea ma jesprimix ix-xewqat murija li jkun hemm ekonomija u amministrazzjoni aħjar; jisħaq, fl-istess ħin, li hemm ix-xewqa għal kooperazzjoni iktar mill-qrib;

82.  Jinnota li ebda progress ma seta' jsir dwar żvilupp fin-negozjati mal-Gvern Belġjan dwar l-art okkupata mill-bini D4 u D5 u l-futur tagħha; jitlob lill-Viċi-President responsabbli għall-bini biex jikkuntattja lill-Gvern Belġjan il-ġdid mill-iktar fis possibbli;

83.  Jinnota l-progress li sar biex ikun hemm segwitu għat-talbiet biex jinħoloq pjan Kjoto-Plus; ifakkar li fit-18 ta' Ġunju 2007 l-Bureau:

   stieden lis-Segretarju Ġenerali biex iniedi sejħa għall-offerti biex issir evalwazzjoni ta' l-ammont ta' CO2 ikkawżat mill-Parlament Ewropew;
   ħa nota u approva r-reviżjoni mid-Direttorat tal-miri ambjentali u ta' attivitajiet kruċjali għall-ġejjieni,
   adotta l-kalendarju tal-fażijiet futuri ta' l-EMAS,
   talab lis-Segretarju biex jistabbilixxi pjan ta' azzjoni dettaljat,
   iddeċieda li jinħoloq grupp ta' ħidma responsabbli biex jimmoniterja l-emmissjonijiet ta' CO2 u li dan ikun magħmul minn żewġ membri tal-Bureau li jinħatru fi stadju aktar tard tal-proċess EMAS,
   approva l-prinċipju li jiġu inklużi fl-EMAS l-inizjattivi kollha ambjentali u jaqbel mal-ħtiega li tiġi żgurata d-disponibilità ta' riżorsi biex l-EMAS titjib;

84.  Jitlob li kull progress ieħor li jsir jiġi mgħarraf bih il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit;

Il-multilingwiżmu

85.  Jenfasizza l-importanza akbar ta' kodiċi ta' kondotta dwar il-multilingwiżmu fix-xogħol parlamentari tal-Membri; jinsab imħaseb dwar il-fatt li ż-żewġ rapporti ta' kull sitt xhur ta' l-2006 dwar l-implimentazzjoni tal-kodiċi ta' kondotta kixfu nuqqasijiet fl-użu effikaċi tas-servizz ta' l-interpretazzjoni; Jinnota, għalhekk, li l-approprijazzjonijiet disponibbli ma ntużawx bl-aktar mod ekonomiku u li s-setturi l-aktar milquta minn dan in-nuqqas kienu l-kumitati u d-delegazzjonijiet parlamentari, kif ukoll il-gruppi politiċi; jitlob, f'dan il-kuntest u fid-dawl tar-rapport dwar il-multilingwiżmu adottat fil-5 ta' Settembru 2006, għalhekk lis-Segretarju Ġenerali sabiex isib soluzzjoni komuni ma' l-utenti;

Il-politika għall-informazzjoni u għall-komunikazzjoni

86.  Ifakkar li fil-qafas tal-politika għall-informazzjoni u għall-komunikazzjoni tal-Parlament, l-attivitajiet infirxu aktar u li nħolqu strumenti ġodda ta' informazzjoni li kellhom impatt finanzjarju konsiderovoli fuq il-Baġit 2006 (ċentru għall-viżitaturi, Web TV, stallazzjonijiet awdjoviżwali); jitlob lis-Segretarju Ġenerali sabiex jippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politika għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni u li dan isir qabel tmiem ix-xahar ta' Lulju 2008;

It-teknoloġiji ta' l-informazzjoni

87.  Jenfasizza l-importanza tat-teknoloġiji ta' l-informazzjoni għall-Parlament b'mod ġenerali u b'mod partikulari għax-xogħol tal-Parlament; jiddispjaċih li t-titjib li sar kien iffukat fuq il-preżentazzjoni ta' l-istituzzjoni fuq l-internet u l-intranet, aktar milli fuq il-possibilità li jagħmel aktar komdu u effikaċi x-xogħol ta' leġiżlazzjoni;

Affarijiet oħra

88.  Jitlob lis-Segretarju Ġenerali biex jibgħat lill-Kumitat għall-Baġits u lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit kopji tar-rapporti kollha tal-Bureau, inklużi r-rapporti tal-gruppi ta' ħidma, kif ukoll tal-Konferenza tal-Presidenti, li jkollhom impatt finanzjarju;

89.  Jinnota li ġiet solvuta l-kwistjoni dwar id-differenza ta' 4 136 125 Franki Belġjani li nstabet fl-1982 bejn flus kontanti u l-ammonti korrispondenti u għalhekk din se tagħmel parti mill-kwittanza għall-baġit ta' l-2007;

Konklużjonijiet tad-diskussjonijiet dwar l-abbozz ta' rapport fil-kumitat

90.  Jerġa' jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-prijoritajiet tal-baġit għall-proċedura tal-kwittanza u jkompli jqis li, fl-istess ħin, l-effett tal-proċedura tal-kwittanza hu ta' importanza kbira għall-proċedura baġitarja; jilqa' b'sodisfazzjon, għalhekk, il-fatt li l-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tkompli tikber fl-importanza bit-Trattat ta' Liżbona;

91.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-baġit għall-2006; Se jkompli jara, madankollu, kif jiżgura li jintlaħqu l-prijoritajiet kollha;

92.  Jinnota r-rapport (kunfidenzjali) ta' l-Awditur Intern dwar il-PAA, li jeżamina s-sistema interna ta' kontroll f'dan il-qasam u jissuġġerixxi xi titjib li jista' jsir; jenfasizza li l-amministrazzjoni tiegħu kkooperat bis-sħiħ u bil-miftuħ mar-rapporteur fil-fażijiet kollha tal-produzzjoni ta' l-abbozz ta' rapport; jenfasizza, barra minn hekk, li l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (l-OLAF) u l-Qorti ta' l-Awdituri ġew mistiedna biex jeżaminaw ir-rapport tal-verifika interna u biex jieħdu azzjoni xierqa dwar il-konklużjonijiet tagħhom; jiddispjaċih għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' kunfidenzjalità stipulati fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament u għall-pubblikazzjoni ta' interpretazzjonijiet personali u politiċi ta' informazzjoni kunfidenzjali; iqis dawk l-interpretazzjonijiet bħala li jagħtu impressjoni qarrieqa ta' l-għanijiet u l-konklużjonijiet tar-rapport;

93.  Jitlob lill-korpi kompetenti tiegħi biex jieħdu l-miżuri xierqa bl-għan li, bi qbil ma" l-Anness VII, Taqsima A, paragrafu 1, subparagrafu 4 tar-Regoli ta" Proċedura tal-Parlament, ir-regoli dwar l-ipproċessar amministrattiv ta' dokumenti kunfidenzjali, approvati mill-Burearu fit-13 ta" Novembru 2006, jiġu adottati mill-plenarja sal-proċedura ta' kwittanza fir-rigward tas-sena finanzjarja 2007;

94.  Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' progress fin-negozjati mal-Gvern Belġjan dwar l-art għall-Binjiet D4 u D5 u għall-iżvilupp tas-sit; iħeġġeġ lill-Gvern Belġjan biex jirrispetta l-impenn politiku sod li ta lill-Parlament.

(1) ĠU L 78, 15.3.2006.
(2) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 1.
(3) ĠU C 318, 29.12.2007.
(4) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(5) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 130.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(7) PE 349.540/Bur/ann/def.
(8) ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 156.
(9) ĠU C 273, 15.11.2007, punt 10.6.
(10) ĠU L 78, 15.3.2006.
(11) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 1.
(12) ĠU C 318, 29.12.2007.
(13) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(14) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 130.
(15) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(16) PE 349.540/Bur/ann/def.
(17) ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 156.
(18) ĠU C 273, 15.11.2007, punt 10.6.
(19) ĠU L 177, 6.7.2007, p. 3.
(20) ĠU L 187, 15.7.2008, p. 3.
(21) Deċiżjoni 2005/684/KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tat-28 ta" Settembru 2005 li tadotta l-Istatut għall-Membru tal-Parlament Ewropew (ĠU L 262, 7.10.2005, p. 1).
(22) L-Artikolu 276(1) tat-Trattat tal-KE.
(23) ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 156.
(24) ĠU C 318, 29.12.2007, p. 3.
(25) ĠU C 273, 15.11.2007, paragrafu 10.6.
(26) ĠU C 273, 15.11.2007, paragrafu 10.12.
(27) Paragrafu 5 tar-riżoluzzjoni tiegħu ta" l-24 ta" April 2007 msemmija hawn fuq.
(28) Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet (ĠU L 357, 31.12.2002, p.1). Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 478/2007 (ĠU L 111, 28.4.2007, p. 13).
(29) ĠU L 297, 15.11.2003, p. 1.
(30) Dokument PE 113.116/BUR./rev. XXIV/03-2007 ta' l-1 ta" Marzu 2007.
(31) P6_TA(2007)0474, speċjalment il-paragrafi 23 u 24.
(32) Testi Adottati, ĠU L 177, 6.7.2007, p. 3, paragrafi 73 sa 79.
(33) PE 388.087/BUR/GT/REV 10.
(34) ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 156, paragrafu 19.
(35) ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 156, paragrafu 20.
(36) Ittra tas-Segretarju Ġenerali tat-29 ta' Ottubru 2007 (317124).


Il-kwittanza ta' l-2006: Baġit ġenerali ta' l-UE, Taqsima II - Kunsill
PDF 226kWORD 56k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima II - Kunsill (C6-0364/2007 – 2007/2039(DEC))
P6_TA(2008)0135A6-0096/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(1),

–   wara li kkunsidra l-kontabilità annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 - Volum I (C6-0364/2007)(2),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kunsill lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni li saru fl-2006,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006 u r-rapporti speċjali tal-Qorti ta" l-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet ta" l-istituzzjonijiet verifikati(3),

–   wara li kkunsidra l-istqarrija ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti pprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(4),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat tal-KE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5), u partikolarment l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0096/2008),

1.  Jagħti lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill il-kwittanza fir-rigward ta" l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2006;

2.  Jindika l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni ta" hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti ta' l-Awdituri u lill-Bank Ewropew għall-Investiment kif ukoll lill-istituzzjonijiet tal-verifika nazzjonali u reġjonali ta' l-Istati Membri, u biex jirranġa l-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 flimkien ma' osservazzjonijiet li jiffurmaw parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-unjoni ewropea għas-sena finanzjarja 2006 Taqsima II - Kunsill (C6-0364/2007 – 2007/2039(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(6),

–   wara li kkunsidra l-kontabilità annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 - Volum I (C6-0364/2007)(7),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kunsill lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni li saru fl-2006,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006 u r-rapporti speċjali tal-Qorti ta" l-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet ta" l-istituzzjonijiet verifikati(8),

–   wara li kkunsidra l-istqarrija ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti pprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(9),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat tal-KE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10), u partikolarment l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0096/2008),

1.  Jiġbed l-attenzjoni li fl-2006, il-Kunsill kellu għad-dispożizzjoni tiegħu total ta' EUR 626 102 378,31 f'approprijazzjonijiet ta' impenn, (2005: 586 182 640,52), b'rata ta' utilizzazzjoni ta' 91.79%, rata li hija inqas minn dik ta' l-2005 (96.69%);

2.  Jiġbed l-attenzjoni li, wara l-introduzzjoni ta' kontabilità permezz ta' 'accruals' b'effett mill-1 ta' jannar 2005, ir-rendikonti finanzjarji tal-Kunsill, jiżvelaw out-turn ekonomiku pożittiv ta' EUR 90 578 934 u ammonti identiċi (EUR 498 579 523) ta' attivi u passivi (assets and liabilities);

3.  Jiddispjaċih li, għall-kuntrarju ta' istituzzjonijiet oħra, il-Kunsill ma jissottomettix rapport ta' attività annwali, filwaqt li jikkwota l-Ftehima mhux uffiċjali li saret bil-kelma ta' l-1970 (Riżoluzzjoni mniżżla fil-minuti tal-laqgħa tal-Kunsill tat-22 ta' April 1970) u n-nuqqas ta' kwalunkwe rekwiżit korrispondenti fir-Regolament Finanzjarju; jistieden lill-Kunsill biex jikkunsidra mill-ġdid id-deċiżjoni li ma jippubblikax u ma jgħaddix lill-parlament rapport ta' attività sabiex ikun iktar kontabbli għall-pubbliku ġenerali u għal min iħallas it-taxxa;

4.  Jiġbed l-attenzjoni għas-sejba mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri (ECA) f'paragrafu 10.14 tar-rapport Annwali tagħha msemmi hawn fuq, li l-Kunsill estenda kuntratt għall-provvista ta' servizzi ta' telekomunikazzjoni għal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew u ġġustifika b'mod li mhux korrett din l-estensjoni b'referenza għall-Artikolu 126(1)(e) tar-Regoli ta' Implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju;

5.  Jaqbel f'dan il-kuntest ma' l-ECA li kellha ssir proċedura miftuħa għall-għoti ta' kuntratti qabel ma skada l-kuntratt; jifhem madanakollu ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li rrefera għalihom il-Kunsill fit-tweġibiet tiegħu, speċjalment li l-isforzi kollha tas-Segretarjat tal-Kunsill kellhom ikunu kkonċentrati fuq il-proġetti relatati ma' l-okkupazzjoni tal-bini LEX il-ġdid; jiġbed l-attenzjoni li fl-2007 saret estensjoni ulterjuri tal-kuntratt mingħajr ma kien hemm sejħa għall-offerti; jilqa' b'sodisfazzjon madanakollu, il-fatt li ġiet imnidija proċedura l-ġdida għall-għoti ta' kuntratti u li għandu jkun hemm kuntratt ġdid minn Lulju 2008;

6.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Kunsill irnexxilu jnaqqas b'madwar żewġ-terzi l-istokk ta' leave ta' kumpens mogħti lill-istaff li qabel il-31 ta' Diċembru 1997 kienu f'kategori A u B u li ma kinux ħadu dan il-leave; jiġbed l-attenzjoni li l-amministrazzjoni tal-Kunsill ħarġet istruzzjonijiet obbligatorji li għandhom l-għan li jeliminaw kompletament l-istokks li baqa' sa l-2009 u jinkoraġġixxi lill-Kunsill biex josserva din l-iskadenza awtoimposta;

7.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li r-regoli interni ta' missjoni l-ġodda tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill dwar spejjeż għall-akkomodazzjoni daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2007, qabel minn kif kien previst oriġinarjament mill-Kunsill (Ottubru 2007) fis-segwitu tiegħu ta' l-osservazzjonijiet ta' l-ECA għas-sena finanzjarja 2005;

8.  Jinnota b'sodisfazzjon it-twaqqif ta' Task Force u r-rakkomandazzjonijiet li kienet għamlet biex tkun irriformata s-sistema għar-rimborż ta' l-ispejjeż ta' l-ivjaġġar ta' delegati ta' Membri tal-Kunsill; jappoġġja l-intenzjoni tal-Kunsill biex dan ikompli jiċċekkja b'mod rigoruż ir-rendikonti fornuti mill-Istati Membri sakemm is-sistema l-ġdida ta' badges elettroniċi li għandha tkun introdotta sal-bidu ta' l-2009, tkun qed tiffunzjona kif suppost;

9.  Jiġbed l-attenzjoni li s-Servizz għall-Mistoqsijiet Amministrattivi Ġenerali kien ingħata, bejn l-1 ta' Jannar 2005 u l-1 ta' Lulju 2007, il-kompitu, fost l-oħrajn, li jikkoordina u jimmoniterja l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Awditur Intern, u b'hekk ġie evitat li hu jkollu jiżgura s-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu stess; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li din ir-responsabiltà kienet ingħatat lura lill-Awditur Intern;

10.  Jiġbed l-attenzjoni li l-Ftehima mhux uffiċjali li saret bil-kliem imsemmija hawn fuq, tistabbilixxi li, rigward it-taqsima tal-baġit li tikkonċerna lill-Parlament, "il-Kunsill jimpenja ruħu li ma jagħmel l-ebda emenda għall-estimi tan-nefqa tal-Parlament Ewropew. Dan l-impenn għandu jorbot biss sakemm dawn l-estimi ma joħolqux kunflitt mad-dispożizzjonijiet tal-Komunità, b'mod partikolari mar-Regolamenti ta' l-Istaff u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' l-Uffiċjali u l-Aġenti l-Oħra, u għall-kariga ta' l-istituzzjonijiet";

11.  Jerġa jtenni l-opinjoni tiegħu fl-isfond ta' żmien li ila teżisti u tan-nuqqas sostanzjali bejn il-kliem użati u t-tifsira jew l-interpretazzjoni attribwita lilhom, li l-Ftehima uffiċjali li saret bil-kliem għandha tkun riveduta; fi kwalunkwe każ, fil-preżent ma hemm l-ebda ostakolu li l-Kunsill jiġi sottomess għall-proċedura ta' kwittanza normali, bħall-istituzzjonijiet l-oħra;

12.  Jilqa' b'sodisfazzjon, f'dan ir-rigward, il-fatt li l-Kunsill u l-organi u l-istituzzjonijiet l-oħra tal-Komunità jaċċettaw il-prattika kollha approvata skond liema prattika l-Parlament jagħti l-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit lis-segretarji ġenerali tagħhom, imma jiddispjaċih b'mod espliċitu mill-fatt li r-Regolament Finanzjarju ma fih l-ebda referenza għal din il-proċedura ħlief għal dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni;

13.  Jitlob li jkun hemm trasparenza massima fil-qasam tal-Politika Barranija u tas-Sigurtà Komuni (CFSP); jitlob lill-Kunsill biex jiżgura li, b'konformità ma' punt 42 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod(11), l-ebda nefqa għall-operat tas-CFSP ma għandha tidher fil-baġit tal-Kunsill;

14.  Iħeġġeġ lill-Kunsill biex jindika l-karatteristika eżatta ta' l-ispejjeż, ħaġa ħaġa, skond Titolu 3 ('Nefqa mġarrba mir-rendiment ta' l-Istituzzjonijiet għal missjoni speċifika')(12) tat-Taqsima II tal-Baġit Ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, li hija ddedikata għall-Kunsill, biex tippermetti lill-Parlament jivverifika jekk hux qed tiġi osservata l-Ftehima Interistituzzjonali msemmija hawn fuq; jirriżerva d-dritt li jieħu l-passi neċessarji, meta xieraq, meta jkun hemm ksur ta' dik il-Ftehima;

15.  Jitlob lill-Kunsill biex jipprovdi lill-Parlament b'evalwazzjoni retrospettiva tal-missjonijiet individwali tal-Politika Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża u ta' l-azzjonijiet tar-Rappreżentanti Speċjali ta' l-UE, li l-attivitajiet tagħhom allegatament huma verifikati u evalwati regolarment.

(1) ĠU L 78, 15.3.2006.
(2) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 1.
(3) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(4) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 130.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(6) ĠU L 78, 15.3.2006.
(7) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 1.
(8) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(9) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 130.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, tas-27.12.2007, pġ. 9).
(11) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 6, 10.1.2008, p. 7).
(12) ĠU L 78, 15.3.2006, p. I/273.


Il-kwittanza ta' l-2006 : Baġit ġenerali ta' l-UE, Taqsima IV - Qorti tal-Ġustizzja
PDF 228kWORD 59k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima IV - Qorti tal-Ġustizzja (C6-0365/2007 – 2007/2040(DEC))
P6_TA(2008)0136A6-0097/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(1),

–   wara li kkunsidra l-kontabilità annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 - Volum I (C6-0365/2007)(2),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-awtorità tal-kwittanza rigward il-verifiki interni mwettqa fl-2006,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006 u r-rapporti speċjali tal-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet ta' l-istituzzjonijiet li ġew verifikati(3),

–   wara li kkunsidra l-istqarrija ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti pprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(4),

–   wara li kkunsdira l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat tal-KE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5), u partikolarment l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li qies ir-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0097/2008),

1.  Jagħti l-kwittanza lir-Reġistrar tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti tal-Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2006;

2.  Jindika l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni ta" hawn taħt;

3.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha lill-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti ta" l-Awdituri, l-Ombudsman Ewropew u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, u biex jagħmel l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 b'osservazzjonijiet li jiffurmaw parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima IV – Qorti tal-Ġustizzja (C6-0365/2007 – 2007/2040(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(6),

–   wara li kkunsidra l-kontabilità annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 - Volum I (C6-0365/2007)(7),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-awtorità tal-kwittanza rigward il-verifiki interni mwettqa fl-2006,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006 u r-rapporti speċjali tal-Qorti ta" l-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet ta" l-istituzzjonijiet verifikati(8),

–   wara li kkunsidra l-istqarrija ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti pprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(9),

–   wara li kkunsdira l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat tal-KE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10), u partikolarment l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0097/2008),

1.  Jinnota li fl-2006 il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (ECJ) kellha approprjazzjonijiet ta' impenn disponibbli li jammontaw għal total ta' EUR 252,306,372.60 (2005: EUR 232,602,467.74), b'rata ta' utilizzazzjoni ta' 94.58%;

2.  Jinnota li, wara l-introduzzjoni tal-kontabilità tad-dovuti fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2005, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta' l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja urew rendiment ekonomiku negattiv għas-sena 2006 (EUR 1,529,933) u totali simili għall-attiv u l-passiv (EUR 72 187 617);

3.  Jinnota b'sodisfazzjon l-adozzjoni mill-ECJ f'Lulju 2007 ta' kodiċi ta' kondotta li japplika għall-Membri u l-ex Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti ta' l-Ewwel Istanza u t-Tribunal tas-Servizz Ċivili(11), inkluż l-obbligu li titressaq dikjarazzjoni ta' l-interessi finanzjarji lill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja; jenfasizza, madankollu, ir-rikjesta ripetuta tiegħu, fl-interess tat-trasparenza, anki fin-nuqqas ta' rekwiżiti legal fil-preżent, għall-pubblikazzjoni ta" dikjarazzjonijiet konkreti, pereżempju fuq il-websajt tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.

4.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li mill-1 ta' Ottubru 2007 nħolqu żewġ unitajiet ta' amministrazzjoni separati (unità tal-verifika interna u unità tal-verifika) b'żewġ kapijiet ta' l-unità differenti, li ttemm sitwazzjoni kkritikata fis-snin li għaddew kemm mill-ECA kif ukoll mill-Parlament fejn il-kap tas-Servizz tal-Verifika Interna kien responsabbli għal verifika ex-ante ta' l-operazzjonijiet ta' l-uffiċjali li jawtorizzaw;

5.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-informazzjoni li tinsab fit-tweġiba ta' l-ECJ għall-kwestjonarju tar-rapporteur dwar in-natura u l-kontenut eżatt tar-rakkomandazzjonijiet tal-verifiki interni li twettqu fl-2006 b'effett li l-Awditur Intern ta' l-ECJ wettaq ħames verifiki speċifiċi u indirizza rakkomandazzjonijiet lis-servizzi kkonċernati (dwar l-organizzazzjoni u l-ġestjoni baġitarja taż-żjarat, dwar il-kuntratti ta' l-assigurazzjoni, dwar il-proċeduri marbuta ma' l-istandards minimi tal-kontroll intern, dwar il-ġestjoni ta' l-ispejjeż tal-ġarr u dwar l-użu tat-telefown); jenfasizza madankollu l-bżonn għall-implimentazzjoni sħiħa ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet;

6.  Jesprimi wkoll is-sodisfazzjon tiegħu li, wara l-2005, meta ebda verifiki "ex-post" ma kienu saru, fl-2006 l-verifika interna u l-unità ta' l-assistenza finanzjarja wettqu verifiki "ex-post" fuq tliet tipi ta' nfiq, primarjament nfiq għad-dokumentazzjoni u l-librerija, il-vetturi kif ukoll it-telekomunikazzjonijiet, li kkonfermaw ir-regolarità u l-konformità tan-infiq osservat;

7.  Jilqa' b'sodisfazzjon it-tnaqqis ta' l-għadd ta' kuntratti nnegozjati, bħala proporzjon ta' l-għadd ta' kuntratti mogħtija, minn 38% fl-2005 għal 34% fl-2006 (b'valur ta' aktar minn EUR 60 000, wara l-emenda tar-Regoli ta' Implimentazzjoni(12) għar-Regolament Finanzjarju); jirrikjedi, madankollu, li jsiru sforzi akbar mill-ECJ sabiex dan il-proporzjon jitnaqqas ulterjorment;

8.  Jinnota li fil-prattika l-2006 kienet l-ewwel sena ta' attività ġudizzjarja, tat-Tribunal tas-Servizz Ċivili stabbilit reċentement wara li beda jopera f'Diċembru ta' l-2005;

9.  Jinnota li għalkemm l-għadd ta' paġni tradotti żdiedu b'24% għal 669 668 fl-2006 meta mqabbla ma' l-2005, l-għadd ta' paġni mibgħuta għat-traduzzjoni baqa' stabbli (645 176 fl-2005 u 642 113 fl-2006), u li x-xogħol b'lura li rriżulta mit-tkabbir ta' l-2004 tnaqqas, grazzi għall-miżuri meħuda mill-ECJ;

10.  Jiġbed l-attenzjoni għall-kritika fir-rapport speċjali Nru 2/2007 ta' l-ECA dwar in-nefqa fuq il-bini, li l-espert indipendenti, li l-ħatra tiegħu ġiet prevista fil-kuntratt ta' qafas għall-estensjoni tal-bini prinċipali ta' l-ECJ (il-'Palais'), ma ġiex maħtur mill-bidu u l-kuntratt ta' qafas oriġinali stabbilixxa biss prinċipji ġenerali;

11.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-espert indipendenti (KPMG) ġie finalment maħtur u beda x-xogħol tiegħu ta' monitoraġġ tal-kuntratt u ta' l-ivverifikar "ex post" tal-kotba tal-kontijiet kollha; jittama li l-baġit inizjali jkun irrispettat u jħeġġeġ lill-ECJ biex tissorvelja mill-qrib l-aspetti kollha marbuta mal-progress tal-proġett permezz tar-regoli ta' implimentazzjoni li jirregolaw il-monitoraġġ;

12.  Jinnota wkoll b'sodisfazzjon li ġie ffirmat kuntratt ta' xiri bin-nifs (lease-purchase) bejn il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u l-Qorti tal-Ġustizzja li jistipula d-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jissaħħaħ il-kuntratt ta' qafas ta' l-2001 u jipprovdi għall-bejgħ lill-ECJ ta' l-art li fuqha jinsab il-bini għall-prezz simboliku ta' EUR 1 meta l-ECJ issir il-proprjetarja tal-binjiet;

13.  Ifakkar li f'punt 35 tar-Rapport Speċjali tiegħu Nru 2/2007 dwar in-nefqa ta" l-Istituzzjoni fuq il-bini, il-Qorti ta" l-Awdituri kkummentat kif ġej dwar l-arranġamenti finanzjarji għall-bini ta" l-estensjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Lussemburgu: "(...) Il-Qorti tal-Ġustizzja ma kinetx involuta fl-għoti tal-kuntratt u fin-negozjati dettaljati tal-kuntratt – li l-klawsoli u l-għażliet tiegħu ma kinux jaqblu minn qabel – u mhix firmatarja tal-kuntratti ta" ffinanzjar għalkemm hija se ġġarrab l-ispiża finanzjarja (e.ż. rati ta" interessi, tariffi għall-immaniġġjar). Id-dipartimenti tal-Qorti tal-Ġustizzja eżaminaw il-proċedura li kienet segwita mill-gvern għall-għoti ta" kuntratt dwar l-iffinanzjar tal-proġett u ġibdu l-attenzjoni li kien hemm nuqqas ta" kompetizzjoni xierqa (...)"; Jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq, mhux iktar tard minn Lulju 2008, ir-riżultati ta" investigazzjonijiet ulterjuri dwar ksur possibbli tad-Direttivi dwar kuntratti mħabbra b'konnessjoni mal-proġett ta" estensjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-risposta tagħha għall-Mistoqsija bil-miktub E-4016/2007;

14.  Jiġbed l-attenzjoni li fl-2006 l-għadd ta' uffiċjali u aġenti (membri ta' l-istaff awżiljari u temporanji, aġenti kuntrattwali) fis-servizz żdied matul din is-sena b'4,8% għal 1 786;

15.  Jinnota bi tħassib madankollu, id-diffikultajiet persistenti ta' l-ECJ biex timpjega staff kwalifikat, kopert mir-Regolamenti ta' l-Istaff, għal bosta postijiet (primarjament interpreti u speċjalisti ta' l-IT) fuq il-bażi tal-kompetizzjonijiet organizzati mill-EPSO;

16.  Jifraħ lill-ECJ għall-inklużjoni ta' kapitolu fir-rapport ta' l-attivitajiet tagħha li jistabbilixxi s-segwitu matul is-sena għad-deċiżjonijijet ta' kwittanza preċedenti tal-Parlament u r-rapporti ta' l-ECA; jitlob, madankollu, li din it-taqsima, kif ukoll ir-rapport dwar il-verifiki interni mibgħut mill-ECJ lill-awtorità ta' kwittanza, ikunu aktar dettaljati.

(1) ĠU L 78, 15.3.2006.
(2) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 1.
(3) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(4) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 130.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, tas-27.12.2007, pġ. 9).
(6) ĠU L 78, 15.3.2006.
(7) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 1.
(8) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(9) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 130.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, tas-27.12.2007, pġ. 9).
(11) ĠU C 223, tat-22.9.2007, p. 1.
(12) Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta" Diċembru 2002 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1). Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 478/2007 (ĠU L 111, 28.4.2007, p. 13).


Il-kwittanza ta' l-2006: Baġit Ġenerali ta' l-UE, Taqsima V - Qorti ta' l-Awdituri
PDF 224kWORD 56k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima V - Qorti ta' l-Awdituri (C6-0366/2007 – 2007/2041(DEC))
P6_TA(2008)0137A6-0093/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(1),

–   wara li kkunsidra l-kontabilità annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 - Volum I (C6-0366/2007)(2),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri lill-awtorità tal-kwittanza rigward il-verifiki interni mwettqa fl-2006,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006 u r-rapporti speċjali tal-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet ta' l-istituzzjonijiet li ġew verifikati(3),

–   wara li kkunsidra r-rapport mill-Awditur Estern dwar il-kontabilità tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-sena finanzjarja 2006(4),

–   wara li kkunsidra l-istqarrija ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti pprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(5),

–   wara li kkunsdira l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6), u partikolarment l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0093/2008),

1.  Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Qorti ta' l-Awdituri fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-sena finanzjarja 2006;

2.  Jindika l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni ta" hawn taħt;

3.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha lill-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti ta" l-Awdituri, l-Ombudsman Ewropew u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jagħmel l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 b'osservazzjonijiet li jiffurmaw parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima V – Qorti ta' l-Awdituri (C6-0366/2007 – 2007/2041(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(7),

–   wara li kkunsidra l-kontabilità annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 - Volum I (C6-0366/2007)(8),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri lill-awtorità tal-kwittanza rigward il-verifiki interni mwettqa fl-2006,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006 u r-rapporti speċjali tal-Qorti ta" l-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet ta" l-istituzzjonijiet verifikati(9),

–   wara li kkunsidra r-rapport mill-Awditur Estern dwar il-kontabilità tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-sena finanzjarja 2006(10),

–   wara li kkunsidra l-istqarrija ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti pprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(11),

–   wara li kkunsdira l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat tal-KE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(12), u partikolarment l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0093/2008),

1.  Jinnota li fl-2006 il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri (ECA) kellha approprjazzjonijiet ta' impenn disponibbli li jammontaw għal total ta' EUR 113 596 668 31 (2005: 107 548 618 24 EUR), b'rata ta" utilizzazzjoni ta" 89%, taħt il-medja ta" l-istituzzjonijiet l-oħra;

2.  Jinnota li, wara l-introduzzjoni tal-kontabilità tad-dovuti fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2005, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta' l-ECA wrew rendiment ekonomiku negattiv għas-sena finanzjarja 2006 (EUR 32 000) u żieda fil-passiv, meta mqabbla ma' l-attiv, ta' EUR 11 418 000;

3.  Ifakkar li fir-rigward tas-sena finanzjarja 2006 (hekk kif kien ukoll il-każ għas-sena finanzjarja 2004) il-kontijiet ta' l-ECA ġew ivverifikati minn impriża esterna, KPMG, illi kkonkludiet li: "[...] id-dikjazzjonijiet finanzjarji jagħtu stampa ċara u ġusta tal-qagħda finanzjarja tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri sal-31 ta' Diċembru 2006 u tar-riżultati operattivi tagħha għas-sena li ntemmet, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002, tar-regoli ta' implimentazzjoni tagħha, tal-prinċipji tal-kontabilità ġeneralment aċċettati u tar-Regoli Interni tal-Qorti Ewropea ta' l-awdituri.";

4.  Jinnota li t-tweġiba miktuba pprovduta mill-ECA għall-kwestjonarju tar-rapporteur fir-rigward tal-kontabilità tal-pensjonijiet ta' l-ex Membri ta' l-ECA, li skond hi l-passiv għall-pagamenti tal-pensjonijiet sal-31 ta' Diċembru 2006 hija mniżżla mill-ECA fuq il-karta tal-bilanċ tagħha u l-garanzija min-naħa ta' l-Istati Membri hija ppreżentata fin-nota tal-karta tal-bilanċ, iżda mhux imdaħħla bħala kreditu fuq medda twila ta' żmien fil-konfront ta' l-Istati Membri; jinnota wkoll li fis-sena finanzjarja 2006 l-pagamenti tal-pensjonijiet maħruġa mill-ECA lill-Membri tagħha jammontaw għal EUR 2,3 miljun;

5.  Itenni l-opinjoni tiegħu li kemm il-passiv għall-pagamenti tal-pensjoni fil-ġejjieni u anki l-kreditu fuq medda twila ta' żmien fir-rigward ta' l-Istati Membri – dawn ta' l-aħħar jiggarantixxu l-finanzjament ta' l-iskema tal-pensjonijiet – għandhom jiġu inklużi fil-karta tal-bilanċ sabiex tingħata stampa ċara tal-passiv eżistenti u n-nefqa reali ta' l-ivverifikar fl-UE, kif ukoll biex ikunu riflessi l-prinċipji tal-kontabilità tad-dovuti mill-1 ta' Jannar 2005;

6.  Jinnota li r-rapport ta' l-2006 ta' l-Awditur Intern ta' l-ECA kien pożittiv ħafna u stabbilixxa li l-kwalità tal-fajls u tal-kuntratti għas-sejħa għall-offerti kienet sodisfaċenti għalkemm "l-għażla ta' proċeduri ssimplifikati jew derogatorji setgħu ġew ġustifikati aħjar u d-dokumentazzjoni fil-livell ta' evalwazzjoni ta' l-offerti għandha titjieb"; jilqa' b'sodisfazzjon f'dan il-kuntest li r-rakkomandazzjonijiet kollha mressqa mill-Awditur Intern (it-tisħiħ ta' taħriġ ta' akkwist xieraq u l-irreġistrar tal-kuntratti kollha f'bażi ta' data singola) ittieħdu azzjoni dwarhom;

7.  Jinnota bi tħassib li, skond it-tweġibiet għall-kwestjonarju tar-rapporteur, l-ECA għadha qed taffronta diffikultajiet marbuta mar-reklutaġġ fir-rigward ta' staff professjonalment kwalifikat għal bosta postijiet ta' impjieg minn kompetizzjonijiet organizzati mill-EPSO minħabba l-għoli tal-ħajja fil-Lussemburgu u n-nuqqas ta' attrazzjoni tas-salarju marbut mal-grad AD5 bażiku; jilqa' b'sodisfazzjon madankollu t-tnaqqis sinifikanti fl-għadd ta' postijiet vakanti minn 74 fl-2006 għal 56 fl-2007 u jfaħħar l-intenzjoni ta' l-ECA li tnaqqas ulterjorment l-għadd ta' postijiet vakanti u s-sehem relattiv tagħhom fl-organigramma totali fis-snin attwali u f'dawk li ġejjin;

8.  Jinnota li ħames Membri ġodda ngħaqdu ma' l-ECA matul l-2006; itenni t-tama tiegħu li se jkun possibbli li tinħoloq struttura aktar razzjonali għall-ECA qabel it-tkabbir li jmiss; jitlob lill-ECA biex tqis mudelli eżistenti bil-għan li tnaqqas l-għadd totali ta' Membri; itenni l-istedina tiegħu biex jitqiesu proposti li jintroduċu sistema rotatorja simili għal dik applikata mill-Kunsill ta' Governanza tal-Bank Ċentrali Ewropew jew sistema b'Awditur Ġenerali wieħed; jistieden lill-ECA biex iżżomm lill-Parlament aġġornat bis-segwitu ta' din ir-rakkomandazzjoni sat-30 ta' Settembru 2008;

9.  Jinnota li l-ECA adottat manwal ġdid għall-verifika tar-rendiment u pjan biex tkun żviluppata aktar il-verifika bl-IT kif ukoll tkun regolata l-organizzazzjoni ta' gruppi ta' verifika biex jirriflettu l-impatt ta' l-ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività (ABB) fuq l-ivverifikar; apparti dan jinnota li l-ECA wettqet eżerċizzju ta' awto-valutazzjoni matul l-2006 li wassal għal pjan ta' azzjoni;

10.  Jinnota li dan il-pjan ta' azzjoni huwa soġġett għal "reviżjoni bejn il-pari" minn grupp ta' reviżuri bejn il-pari internazzjonali; jitlob lill-President ta' l-ECA biex iressaq aġġornament dwar l-iżvilupp tar-reviżjoni u l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni;

11.  Jinnota fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet ta' l-interessi finanzjarji tal-Membri li f'konformità mal-Kodiċi ta' Kondotta ta' l-ECA, il-membri ta' l-ECA għandhom jgħaddu dikjarazzjoni ta' l-interessi finanzjarji tagħhom u assi oħra (inklużi ishma, bonds konvertibbli, ċertifikati ta' investiment, kif ukoll art u proprjetà immobbli, flimkien ma' l-attivitajiet professjonali tal-konjuġi) lill-President ta' l-ECA, li jżommhom għandu fir-rispett tal-kunfidenzjalità, u li dawn ma jiġux ippubblikati;

12.  Itenni s-sejħa tiegħu li, bħala kwistjoni ta' prinċipju u fl-interess tat-trasparenza, il-Membri ta' l-istituzzjonijiet kollha ta' l-UE għandhom ikunu meħtieġa jressqu dikjarazzjoni ta' l-interessi finanzjarji li għandha tkun disponibbli fuq l-internet permezz ta' reġistru pubbliku; jesprimi d-diżappunt tiegħu li, kuntrarju għar-rikjesta tiegħu tas-sena l-oħra, l-ECA ma nfurmatx lill-Parlament sat-30 ta' Settembru 2007 dwar liema miżuri adattati se tieħu f'dan ir-rigward.

(1) ĠU L 78, 15.3.2006.
(2) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 1.
(3) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(4) ĠU C 292, 5.12.2007, p. 1.
(5) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 130.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(7) ĠU L 78, 15.3.2006.
(8) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 1.
(9) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(10) ĠU C 292, 5.12.2007, p. 1.
(11) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 130.
(12) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).


Il-kwittanza ta' l-2006: Baġit Ġenerali tal-UE, Taqsima VI - il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
PDF 226kWORD 58k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima VI - il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (C6-0367/2007 – 2007/2042(DEC))
P6_TA(2008)0138A6-0098/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(1),

–   wara li kkunsidra l-kontabilità annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 - Volum I (C6-0367/2007)(2),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2006,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006 u r-rapporti speċjali tal-Qorti ta" l-Awdituri,flimkien mat-tweġibiet ta' l-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati(3),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(4),

–   wara li kkunsdira l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat tal-KE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5), u partikolarment l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra ir-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0098/2008),

1.  Jagħti lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew il-kwittanza rigward l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għas-sena finanzjarja 2006;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti ta' l-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura/tiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza rigward l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima VI - Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (C6-0367/2007 – 2007/2042(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(6),

–   wara li kkunsidra l-kontabilità annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 - Volum I (C6-0367/2007)(7),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2006,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006 u r-rapporti speċjali tal-Qorti ta" l-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet ta' l-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati(8),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(9),

–   wara li kkunsdira l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat tal-KE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10), u partikolarment l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra ir-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0098/2008),

1.  Jinnota li fl-2006 il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (EESC) kellu approprijazzjonijiet ta' impenn disponibbli li jammontaw għal total ta' EUR 112 389 673,52 (2005: EUR 106 880 105,67), b'rata ta' utilizzazzjoni ta' 97,01%;

2.  Jinnota li, wara l-introduzzjoni tal-kontabilità fuq bażi ta" accruals b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2005, ir-rendikonti finanzjarji ta' l-EESC wrew rendiment ekonomiku negattiv ta' EUR 2 204 729 (defiċit) u ammonti identiċi (EUR 164 448 636) kemm fir-rigward ta' l-attivi u tal-passivi;

3.  Jilqa' b'sodifazzjon il-firma f'Diċembru 2007 ta' Ftehim ta' Koperazzjoni Amministrattiva bejn l-EESC u l-Kumitat tar-Reġjuni (CoR) għall-perjodu 2008 sa 2014; huwa konvint li l-koperazzjoni bejn iż-żewġ istituzzjonijiet se tkun finanzjarjament vantaġġuża għall-Ewropew li jħallas it-taxxa;

4.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn ċar taż-żewġ Kumitati għall-għan ta' l-armonizzazzjoni ta' l-istandards tal-kontroll intern tagħhom, ibbażati fuq l-aħjar prattiki, kif ukoll proċeduri finanzjarji rilevanti oħra marbuta mas-Servizzi Konġunti;

5.  Jinnota li l-Ftehim l-ġdid iżomm l-oqsma l-iktar importanti (infrastrutturi, IT u telekomunikazzjoni kif ukoll it-traduzzjoni, inkluża l-produzzjoni tad-dokumenti) fil-kamp tal-mandat tas-Servizzi Konġunti, waqt li numru limitat ta' servizzi ġew isseparati, bħas-servizzi interni, s-servizz soċjo-mediku, il-librerija u t-tħejjija għall-istampar;

6.  Jinsisti madankollu li din is-separazzjoni m'għandhiex taffettwa lill-baġit, u, għalhekk, iħeġġeġ liż-żewġ Kumitati biex jagħmlu analiżi konġunta bħala parti mir-reviżjoni ta" nofs il-perjodu ta" żmien sabiex jevalwaw jekk iċ-ċaqlieq ta" riżorsi kienx ta' benefiċċju għat-tnejn; jistieden liż-żewġ Kumitati biex iżommu lill-Parlament infurmat bil-mini-ftehim ta" koperazzjoni fl-oqsma kkonċernati mis-separazzjoni;

7.  Jiġbed l-attenzjoni għar-rimarka li saret mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri fil-paragrafu 10.19 tar-Rapport Annwali msemmi hawn fuq li xi nuqqasijiet ta' mmaniġġjar u kontroll dehru fir-rigward ta' l-akkwist pubbliku; jinnota bi tħassib il-perċentaġġ għoli ta" proċeduri nnegozjati, minflok sejħiet għall-offerti, fil-kuntest tan-nefqa sħiħa għall-akkwist; jilqa" b'sodisfazzjon madankollu l-informazzjoni pprovduta mis-Servizzi Konġunti skond liema, fir-rigward ta' parti kbira mis-servizzi relatati mal-bini li qabel kienu ngħataw wara proċeduri nnegozjati ġew iffirmati, kuntratti ġodda wara sejħiet għall-offerti, jew għaddejjin bħalissa proċeduri ta' sejħa għall-offerti;

8.  Jilqa" b'sodisfazzjon f'dan il-kuntest il-ħolqien fi ħdan is-Servizzi Konġunti ta" Taqsima tal-Kuntratti li tipprovdi għajnuna lid-dipartimenti operattivi kollha fis-Servizzi Konġunti fil-qasam ta" l-akkwist pubbliku; jinnota li skond il-Ftehim l-ġdid is-servizz ta" verifika tas-Servizzi Konġunti ġie ttrasferiti għas-servizzi ta' kull Kumitat;

9.  Jinnota li, skond it-tweġibiet tas-Servizzi Konġunti għall-kwestjonarju tar-Rapporteur, bl-okkupazzjoni tal-bini Remorquer u Van Maerlant fl-2007, 92% ta" l-ispazju totali għall-uffiċċji tal-Kumitati issa huwa okkupat u l-ħtiġijiet tagħhom għall-ispazju ġew sodisfatti għas-snin li ġejjin;

10.  Jinnota, fir-rigward tar-rinnovazzjoni tas-sala tad-dħul tal-Montoyer, li l-Awditur Intern ta" l-EESC ikkonkluda fir-rapport tiegħu li "huwa ma sabx elementi li jissuġġerixxu li ma kienx possibli li jiġi difiż il-ħlas tal-multi għat-tkomplija tard tar-rinnovazzjoni tas-sala tal-bini Montoyer "; jinnota li dan ir-rapport kien preżentat lill-OLAF u li dan ma rriżultax f'xi segwitu li jafu bih l-EESC jew il-CoR;

11.  Jinnota li fir-rapport annwali dwar l-attività tiegħu, l-EESC ikkunsidra li n-numru ta' kontrolli ex post li saru fl-2006 ma kienx biżżejjed; jinnota b'sodisfazzjon il-passi li ħa l-EESC biex ittejjeb din is-sitwazzjoni, inklużi l-ħolqien ta' sitwazzjoni stabbli ta' persunal, it-titjib ta' l-interoperabilità tal-verifikaturi, u passi oħra simili;

12.  Jikkunsidra li huwa kruċjali li l-kontrolli mwettqa, pereżempju, mill-uffiċjali li jawtorizzaw, verifikaturi u awdituri, ikunu stretti biżżejjed; jenfasizza f'dan il-kuntest l-importanza ta" numru suffiċjenti ta' kontrolli każwali fis-setturi kollha, flimkien ma' dawk il-ftit strateġiċi li jippreżentaw riskju ogħla;

13.  Jinnota b'sodisfazzjon f'dan il-kuntest l-assigurazzjoni personali li ngħatat mis-Segretarju Ġenerali ta' l-EESC lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament li ġew stabbiliti garanziji u salvagwardji raġonevoli fir-rigward l-effiċjenza u r-regolarità ta' kontrolli ex ante u ex post;

14.  Jilqa' b'sodisfazzjon it-twaqqif ta' kumitat ta' verifika magħmul minn tliet membri ta' l-EESC, mgħejjuna minn awditur estern u li jirrapporta lill-President ta' l-EESC, u li r-responsabilitajiet tiegħu jinkludu, fost affarijiet oħra, il-verifika ta' l-indipendenza ta' l-Unità Interna tal-Verifika u l-evalwazzjoni tal-passi li ttieħdu b'risposta għar-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-rapporti ta' verifika;

15.  Jinnota b'dispjaċir li, fil-kuntest tal-proċedimenti kriminali fil-Belġju kontra ex-membru ta' l-EESC rigward spejjeż għall-ivvjaġġar (imsemmija fil-paragrafu 4 tar-riżoluzzjoni ta' kwittanza tal-Parlament tas-27 t'April 2006(11)), is-smigħ quddiem it-tribunal kien pospost ħames darbiet, li tlieta minnhom kienu fuq talba tad-difiża; jinnota b'sodisfazzjon li l-amministrazzjoni ta' l-EESC tat provi bil-miktub li l-EESC ma tax inkoraġġiment għal dawn il-posponimenti;

16.  Jinnota b'sodisfazzjon li reviżjoni ġenerali tar-regoli għar-rimbors ta' l-ispejjeż għall-ivvjaġġar u l-laqgħat ġiet adottata fl-10 t'Ottubru 2007 bl-għan li ttejjeb u tissimplifika l-proċeduri nvoluti, waqt li tiżgura t-trasparenza u t-trattament indaqs għall-Membri kollha u tikkunsidra l-iżviluppi teknoloġiċi (bħal pereżempju biljetti elettroniċi, riżervazzjonijiet ta' lukandi bl-Internet u konferenzi permezz tal-video).

(1) ĠU L 78, 15.3.2006.
(2) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 1.
(3) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(4) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 130.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(6) ĠU L 78, 15.3.2006.
(7) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 1.
(8) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(9) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 130.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, tas-27.12.2007, p. 9).
(11) ĠU C 296 E, 6.12.2006, p. 171.


Il-kwittanza ta' l-2006: Baġit ġenerali ta' l-UE, Taqsima VII - Kumitat tar-Reġjuni
PDF 230kWORD 62k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima VII - Kumitat tar-Reġjuni (C6-0368/2007 – 2007/2043(DEC))
P6_TA(2008)0139A6-0095/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(1),

–   wara li kkunsidra l-kontabilità annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 - Volum I (C6-0368/2007)(2),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-awtorità tal-kwittanza dwar verifiki interni mwettqa fl-2006,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006 u r-rapporti speċjali tal-Qorti ta" l-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet ta" l-istituzzjonijiet verifikati(3),

–   wara li kkunsidra l-istqarrija ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti pprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(4),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat tal-KE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5), u partikolarment l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra ir-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0095/2008),

1.  Jagħti kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat tar-Reġjuni fir-rigward ta" l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat tar-Reġjuni għas-sena finanzjarja 2006;

2.  Jindika l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni ta" hawn taħt;

3.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha lill-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti ta" l-Awdituri, l-Ombudsman Ewropew u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, u biex jagħmel l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 b'osservazzjonijiet li jiffurmaw parti integrali mid-deċiżjoni tal-kwittanza fir-rigward ta" l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta" l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima VII - Kumitat tar-Reġjuni (C6-0368/2007 – 2007/2043(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(6),

–   wara li kkunsidra l-kontabilità annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 - Volum I (C6-0368/2007)(7),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-awtorità tal-kwittanza dwar verifiki interni mwettqa fl-2006,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006 u r-rapporti speċjali tal-Qorti ta" l-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet ta" l-istituzzjonijiet verifikati(8),

–   wara li kkunsidra l-istqarrija ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti pprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(9),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat tal-KE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10), u partikolarment l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra ir-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0095/2008),

1.  Jinnota li fl-2006 il-CoR kellu disponibbli approprjazzjonijiet ta" impenn li jammontaw għal total ta" EUR 74 391 953,27 (2005: EUR 69,570,456.32), b'rata ta' utilizzazzjoni ta' 97,94%;

2.  Jinnota li, wara l-introduzzjoni tal-verifika tad-dovut b'effett mill-1 ta" Jannar 2005, l-istqarrijiet finanzjarji tal-CoR juru riżultat ekonomiku negattiv għas-sena finanzjarja 2006 (EUR 8 306 761) u ammonti identiċi ta" assi u obbligi (EUR 101 124 165);

3.  Jilqa" l-firma f'Diċembru 2007 ta" Ftehima ta" Koperazzjoni Amministrattiva ġdida bejn l-EESC u l-CoR għall-perjodu 2008 sa 2014; huwa konvint li l-koperazzjoni bejn iż-żewġ istituzzjonijiet se tkun vantaġġuża finanzjarjament għal dawk li jħallsu t-taxxa fl-Ewropa;

4.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn ċar taż-żewġ Kumitati għall-għan ta' l-armonizzazzjoni ta' l-istandards tal-kontroll intern tagħhom, ibbażati fuq l-aħjar prattiki, kif ukoll proċeduri finanzjarji rilevanti oħra marbuta mas-Servizzi Konġunti;

5.  Jinnota li l-Ftehima l-ġdida żżomm l-oqsma l-iktar importanti (infrastrutturi, IT u telekomunikazzjonijiet kif ukoll it-traduzzjoni, inkluża l-produzzjoni tad-dokumenti) fil-qasam tal-mandat tas-Servizzi Konġunti, waqt li numru limitat ta' servizzi kienu separati, bħas-servizzi interni, is-servizz soċjo-mediku, il-librerija u t-tħejjija għall-istampar;

6.  Jinsisti madankollu li dan is-separazzjoni għandha tkun newtrali mill-baġit u, għalhekk, iħeġġeġ liż-żewġ Kumitati biex jagħmlu analiżi konġunta bħala parti mir-reviżjoni ta" nofs il-perjodu ta" żmien sabiex jevalwaw jekk iċ-ċaqlieq ta" riżorsi kienx ta' benefiċċju għat-tnejn; jistieden liż-żewġ Kumitati biex iżommu lill-Parlament infurmat bil-ftehimiet ta" koperazzjoni ta" daqs żgħir fl-oqsma kkonċernati mis-separazzjoni;

7.  Jinnota r-rimarka mwettqa mill-ECA fil-paragrafu 10.19 tar-Rapport Annwali msemmi hawn fuq li xi nuqqasijiet ta' mmaniġġjar u kontroll dehru fir-rigward ta' l-akkwist pubbliku; jinnota bi tħassib il-perċentwali għoli ta" proċeduri nnegozjati, minflok sejħiet għall-offerti, fil-kuntest tan-nefqa sħiħa għall-akkwist; jilqa" b'sodisfazzjon madankollu l-informazzjoni pprovduta mis-Servizzi Konġunti skond liema, għall-parti l-kbira mis-servizzi relatati mal-bini li qabel kienu ngħataw wara proċeduri nnegozjati, kuntratti ġodda ġew iffirmati wara sejħiet għall-offerti jew għaddejjin bħalissa proċeduri ta' sejħa għall-offerti;

8.  Jilqa" b'sodisfazzjon f'dan il-kuntest il-ħolqien fi ħdan is-Servizzi Konġunti ta" Taqsima tal-Kuntratti li tipprovdi għajnuna lid-dipartimenti operattivi kollha fis-Servizzi Konġunti fil-qasam ta" l-akkwist pubbliku; jinnota li skond il-Ftehima l-ġdida s-servizz ta" verifika tas-Servizzi Konġunti kien ittrasferit għas-servizzi ta' kull Kumitat;

9.  Jinnota li, skond it-tweġibiet tas-Servizzi Konġunti għall-kwestjonarju tar-Rapporteur, bl-okkupazzjoni tal-bini Remorquer u Van Maerlant fl-2007, 92% ta" l-ispazju totali għall-uffiċċji tal-Kumitati issa huwa okkupat u l-ħtiġijiet tagħhom għall-ispazju kienu sodisfatti għas-snin li ġejjin;

10.  Jinnota fir-rigward tar-rinnovazzjoni tas-sala tad-dħul tal-Montoyer, li l-Awditur Intern ta" l-EESC ikkonkluda fir-rapport tiegħu li "huwa ma sabx elementi li jissuġġerixxu li l-ħlas tal-multi għal provvista fit-tard tar-rinnovazzjoni tas-sala tal-Montoyer ma kienx f'possibilità li jkun difiż"; jinnota li dan ir-rapport kien preżentat lill-OLAF u li dan ma rriżultax f'xi segwitu li jafu bih l-EESC jew il-CoR;

11.  Jinnota li s-servizz ta" verifika kien trasferit fl-2006 mit-taqsima tal-Baġit u l-Finanzi għat-taqsima ta' l-Amministrazzjoni Ġenerali, bil-ħsieb li l-prinċipju tas-separazzjoni tal-funzjonijiet u l-indipendenza ta' dan is-servizz ikunu enfasizzati aktar; jinnota wkoll li l-CoR iqis li huwa wettaq numru sodisfaċenti ta" kontrolli retrospettivi fl-2006 u li huwa talab is-servizzi kollha tiegħu biex jivverifikaw 5% tal-fajls kollha fl-2007; jilqa" l-fatt li l-CoR żied b'mod sinifikattiv ir-riżorsi u l-kapaċitajiet tiegħu fis-servizz ta" verifika finanzjarja tiegħu;

12.  Iqis li huwa kruċjali li l-kontrolli mwettqa, pereżempju, mill-uffiċjali li jawtorizzaw, il-verifikaturi u l-awdituri, ikunu stretti biżżejjed; jenfasizza f'dan il-kuntest l-importanza ta" numru suffiċjenti ta' kontrolli mingħajr avviż fis-setturi kollha, flimkien ma' dawk il-ftit strateġiċi li jippreżentaw riskju ogħla;

13.  Jinnota r-rimarka mwettqa mill-ECA fil-paragrafu 10.23 fir-Rapport Annwali tagħha msemmi hawn fuq li fil-kuntest ta" proċedura ta" verifika retrospettiva, l-amministrazzjoni tal-CoR sabet li, fil-każ ta" delegazzjoni nazzjonali waħda, l-ammonti li ngħataw lura lill-membri għal nefqa għall-ivvjaġġar (biljetti ta" l-ajru) fuq il-bażi ta" rċevuti miktubin bl-idejn mill-aġenziji ta' l-ivvjaġġar kienu f'medja ta' 83% ogħla mill-prezz attwali stabbilit mil-linja ta' l-ajru użata;

14.  Josserva li, wara dan, l-amministrazzjoni tal-CoR wettqet investigazzjoni wiesgħa dwar din is-sitwazzjoni, li ma kinitx lesta f'Lulju 2007 u li r-riżultati tagħha ma wrewx, fl-opinjoni ta' l-ECA, li l-ammonti mħallsa għal spejjeż amministrattivi kienu ġustifikati;

15.  Jinnota b'sodisfazzjoni li l-CoR iddeċieda li jwettaq aktar rimborsi suġġetti għal konformità ma' numru ta' kundizzjonijiet u ssospenda r-rimborsi kollha bbażati fuq dokumenti ta' l-ivvjaġġar mixtrija skond arranġamenti preċedenti; jilqa" li, bħala miżura ta" prekawzjoni, il-CoR informa wkoll lill-OLAF dwar l-evoluzzjoni ta" verifiki retrospettivi u l-miżuri adottati mill-amministrazzjoni tal-CoR;

16.  Jinnota li l-verifika interna dwar trasferimenti tas-salarji, li kienet lesta fl-2006 u li inkludiet reviżjoni dettaljata tat-trasferimenti attwali kollha, żvelat li "nuqqasijiet eżistew fir-rigward tal-prinċipju ta' separazzjoni tal-funzjonijiet f'dan il-qasam (bidu tal-funzjonijiet u verifika interna) u l-ambjent tal-kontroll kellu jingħata prijorità akbar bil-ħsieb tar-riskji kkonċernati"; jinnota wkoll li s-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet ta" l-Awditur Intern twettaq fi Frar 2007; iħeġġeġ lill-amministrazzjoni tal-CoR biex tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tar-rakkomandazzjonijiet ta" verifika kollha;

17.  Jinnota li, wara investigazzjoni, l-OLAF stabbilixxa fir-rigward ta" tmien trasferimenti li huma ma kinux f'konformità mal-kundizzjonijiet statutorji u rrakkomanda l-irkupru ta" l-ammonti żejda li tħallsu mill-uffiċjali kkonċernati; jinnota b'sodisfazzjon li l-irkupri kollha tlestew kmieni fl-2007; jinnota wkoll li fir-rigward ta" sitt membri ta" l-istaff, l-OLAF irrakkomanda l-ftuħ ta" proċedimenti dixxiplinarji, u għal ħamsa minnhom huwa ressaq fajls lill-awtoritajiet Belġjani wkoll;

18.  Josserva li, wara talba mill-awtoritajiet Belġjani, l-Awtorità ta' Ħatra tal-CoR tneħħi l-immunità ta" l-uffiċjali kkonċernati fis-6 ta" Lulju 2007 biex jippermettu li jkunu intervistati mill-awtoritajiet; jinnota wkoll li sal-lum, ebda informazzjoni ma waslet għand l-amministrazzjoni tal-CoR dwar jekk l-awtoritajiet Belġjani humiex intenzjonati li jsegwu dawn il-fajls;

19.  Jinnota b'sodisfazzjoni li kienet imnedija inkjesta amministrattiva mis-Segretarju Ġenerali tal-CoR u mwettqa mill-ex viċi Direttur Ġenerali tal-Kummissjoni; jinnota li fi tnejn mill-ħames każi fejn il-fajls tressqu lill-awtoritajiet, li l-Awtorità tal-Ħatra tal-CoR iddeċidiet li tiftaħ proċedimenti dixxiplinarji fil-Bord tad-Dixxiplina; jifhem li skond ir-Regolamenti ta" l-Istaff, tista" tittieħed deċiżjoni finali f'dawn il-każi biss wara ġudizzju finali preżentat mill-qorti Belġjana;

20.  Jinnota li fit-tliet każi l-oħra, l-Awtorità tal-Ħatra se tieħu d-deċiżjoni tagħha fil-ftuħ tal-proċedimenti dixxiplinarji hekk kif hija tirċievi l-informazzjoni meħtieġa dwar is-segwitu li l-awtoritajiet Belġjani huma intenzjonati li jagħtu għal dawn il-fajls; jinnota wkoll li f'każ ieħor, li fih l-OLAF ma ressqitx il-fajl lill-awtoritajiet tal-Belġju, l-Awtorità tal-Ħatra iddeċidiet, bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet ta' l-inkjesta amministrattiva, li tindirizza avviż lill-uffiċjal ikkonċernat; itenni mill-ġdid it-talba tiegħu għal persekuzzjoni stretta tal-każi kollha fejn imġieba frodulenti tista" tkun pruvata;

21.  Jitlob lill-CoR biex iqis miżuri ta" dixxiplina proporzjonati jekk ir-riżultat tal-każi pendenti għand il-qrati kompetenti ikun jeħtieġhom;

22.  Jinnota b'sodisfazzjon li ma hemm ebda problema speċifika aktar għall-CoR fir-rigward tar-reklutaġġ u li huwa jieħu kważi l-kwota sħiħa tiegħu kif negozjat ma" l-istituzzjonijiet l-oħrajn.

(1) ĠU L 78, 15.3.2006.
(2) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 1.
(3) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(4) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 130.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, tas-27.12.2007, pġ. 9).
(6) ĠU L 78, 15.3.2006.
(7) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 1.
(8) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(9) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 130.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, tas-27.12.2007, pġ. 9).


Il-kwittanza ta' l-2006: Baġit Ġenerali ta' l-UE, Taqsima VIII - Ombudsman Ewropew
PDF 223kWORD 50k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima VIII - Ombudsman Ewropew (C6-0369/2007 – 2007/2036(DEC))
P6_TA(2008)0140A6-0092/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(1),

–   wara li kkunsidra l-kontabilità annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 - Volum I (C6-0369/2007)(2),

–   wara li qies ir-rapport annwali ta" l-Ombudsman Ewropew lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fl-2006,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006 u r-rapporti speċjali tal-Qorti ta" l-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet ta" l-istituzzjonijiet verifikati(3),

–   wara li kkunsidra l-istqarrija ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti pprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(4),

–   wara li kkunsdira l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5), u partikolarment l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0092/2008),

1.  Japprova l-kwittanza għall-Ombudsman Ewropew fir-rigward ta" l-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2006;

2.  Jindika l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni ta" hawn taħt;

3.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha lill-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti ta" l-Awdituri, l-Ombudsman Ewropew u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jagħmel l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 b'osservazzjonijiet li jiffurmaw parti integrali mid-deċiżjoni dwar kwittanza fir-rigward tal-baġit ġenerali ta" l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima VIII – Ombudsman Ewropew (C6-0369/2007 – 2007/2036(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(6),

–   wara li kkunsidra l-kontabilità annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 - Volum I (C6-0369/2007)(7),

–   wara li qies ir-rapport annwali ta" l-Ombudsman Ewropew lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fl-2006,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006 u r-rapporti speċjali tal-Qorti ta" l-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet ta" l-istituzzjonijiet verifikati(8),

–   wara li kkunsidra l-istqarrija ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti pprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(9),

–   wara li kkunsdira l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat tal-KE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10), u partikolarment l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li qies ir-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0092/2008),

1.  Jinnota li fl-2006 l-Ombudsman Ewropew (l-Ombudsman) kellu disponibbli approprijazzjonijiet ta" impenn li jammontaw għal total ta" EUR 7 682 538 (2005: EUR 7 224 554), b'rata ta" utilizzazzjoni ta" 88,13%, taħt il-medja ta" l-istituzzjonijiet l-oħra;

2.  Jinnota li r-rendikonti finanzjarji ta" l-2006 ta" l-Ombudsman juru riżultat ekonomiku negattiv għal dik is-sena (EUR 1 214 375) u totali identiċi għall-assi u l-obbligi (EUR 2 308 799);

3.  Jinnota li, fil-perjodu 2003 sa 2006, l-approprijazzjonijiet għall-impenji żdiedu b'mod kostanti minn EUR 4 438 653 għal EUR 7 682 538 (+73%) u l-postijiet minn 31 għal 57 unità (+84%), filwaqt li l-ilmenti żdiedu minn 2436 għal 3830 (+57%) u inkjesti ġodda miftuħa minn 253 għal 258 (+2%);

4.  Ifakkar li l-Qorti Ewropea ta" l-Awdituri indikat fir-Rapport Annwali tagħha li l-verifika ma wasslitx għal osservazzjonijiet fir-rigward ta" l-Ombudsman;

5.  Ifakkar li l-Uffiċċju ta" l-Ombudsman refa" r-responsabbiltà kollha għall-ġestjoni ta" l-istaff tiegħu minn Jannar 2006; jinnota f'dan il-kuntest li skond ir-rapport ta" l-Awditur Intern lill-Istituzzjoni Nru 06/04, il-verifika mwettqa biex tevalwa l-effikaċja tal-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll biex jistabbilixxu d-drittijiet individwali ta" l-istaff "ma indikawx oqsma ta" riskju sinifikanti fil-proċeduri tal-ġestjoni u l-kontroll, imma madankollu kkonfermat li l-Istituzzjoni għandha tindirizza għadd ta" kwistjonijiet partikulari";

6.  Jinnota l-informazzjoni mogħtija mill-Uffiċjal Prinċipali li Jawtorizza għad-Delegazzjonijiet fir-rapport ta" ħidma ta" l-2006 dwar il-fatt li l-awto-evalwazzjoni dwar l-effiċjenza tal-qafas ta" kontroll intern tas-servizzi ta" l-Ombudsman twettaq kmieni fl-2007 u li l-istampa globali li rriżultat minn dan l-eżerċizzju kienet ta" sodisfazzjoni ġenerali dwar il-livell tat-twettiq ta" l-istandards ta" kontroll intern (85% kontra 76% fl-2004); jinnota wkoll, madankollu, li titjib fl-effikaċja kienu tqiesu li huma meħtieġa f'xi oqsma (l-identifikazzjoni ta" funzjonijiet sensittivi); jinkoraġixxi lill-Ombudsman biex jagħmel l-isforzi kollha biex itejjeb aktar l-effiċjenza tal-qafas ta" kontroll intern ta" l-istituzzjoni tiegħu;

7.  Jinnota b'sodisfazzjon li qafas ġdid ta" ftehima ta" koperazzjoni għal perijodu indefinit bejn l-Ombudsman u l-Parlament rigward il-forniment ta" ċerti servizzi amministrattivi, li jinkludu l-bini, l-informatika, il-komunikazzjonijiet, il-pariri legali, is-servizzi mediċi, it-taħriġ, it-traduzzjoni u l-interpretazzjoni, kien innegozjat matul l-2005, iffirmat f'Marzu 2006 u daħal fis-seħħ fl-1 ta" April 2006; jinnota wkoll li l-Ombudsman iqis il-ftehima l-ġdida bħala sodisfaċenti f'kollox;

8.  Jinnota b'sodisfazzjoni li l-ewwel Segretarju Ġenerali ta" l-Ombudsman inħatar fl-1 ta" Awissu 2006;

9.  Jinnota bi tħassib skond ir-rapport annwali ta" l-Ombudsman li l-istituzzjoni tiegħu sabet diffikultajiet fir-reklutaġġ fl-2006, b'mod speċjali fir-rigward ta" l-avukati kwalifikati, minħabba ż-żewġ mewġiet suċċessivi ta" tkabbir (billi ffinalizza r-reklutaġġ mill-Istati Membri li daħlu fl-2004 u ħejja r-reklutaġġ għall-2007), minħabba d-dħul ta" l-istaff u d-diffikultà biex jattira u jżomm il-kandidati fi Strasburgu b'kuntratti temporanji; josserva li l-Ombudsman jistenna li jsib inqas diffikultajiet fir-reklutaġġ ta" l-istaff fis-snin li ġejjin;

10.  Jilqa" b'sodisfazzjon l-adozzjoni mill-Ombudsman fl-14 ta" Diċembru 2007 tad-deċiżjoni dwar l-istqarrija annwali ta" l-interessi ta" l-Ombudsman; jinnota b'sodisfazzjon li din l-istqarrija tinsab ippubblikata fil-website ta" l-Ombudsman;

11.  Jilqa" b'sodisfazzjon id-disponibbiltà ta" l-Ombudsman li jingħaqad fil-Ftehima Interistituzzjonali tal-25 ta" Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni rigward l-istħarriġ intern mill-Uffiċċju Ewropew ta" Kontra l-Frodi (OLAF)(11) meta japplika s-sistema stabbilita mir-Regolament (KE) Nru1073/1999(12); jinnota b'sodisfazzjon li l-Ombudsman stieden lill-OLAF, permezz ta" ittra mibgħuta fid-9 ta" Jannar 2008, biex jispjega l-fehmiet tiegħu rigward l-utilità u l-modalitajiet tad-dħul potenzjali ta" l-Ombudsman f'dik il-Ftehima.

(1) ĠU L 78, 15.3.2006.
(2) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 1.
(3) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(4) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 130.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(6) ĠU L 78, 15.3.2006.
(7) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 1.
(8) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(9) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 130.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(11) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.
(12) Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta" Mejju 1999 rigward l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew ta" Kontra l-Frodi (OLAF), (ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1).


Il-kwittanza ta' l-2006: Baġit Ġenerali ta' l-UE, Taqsima IX - Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
PDF 219kWORD 50k
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima IX - Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (C6-0370/2007 – 2007/2044(DEC))
P6_TA(2008)0141A6-0094/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(1),

–   wara li kkunsidra l-kontabilità annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 - Volum I (C6-0370/2007)(2),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data lill-awtorità tal-kwittanza rigward il-verifiki interni mwettqa fl-2006,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006 u r-rapporti speċjali tal-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet ta' l-istituzzjonijiet li ġew verifikati(3),

–   wara li kkunsidra l-istqarrija ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti pprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(4),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5), u partikolarment l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0094/2008),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2006;

2.  Jindika l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni ta" hawn taħt;

3.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha lill-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti ta" l-Awdituri, l-Ombudsman Ewropew u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jagħmel l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 b'osservazzjonijiet li jiffurmaw parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza rigward l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima IX – Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (C6-0370/2007 – 2007/2044(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(6),

–   wara li kkunsidra l-kontabilità annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 - Volum I (C6-0370/2007)(7),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-awtorità tal-kwittanza rigward il-verifiki interni mwettqa fl-2006,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006 u r-rapporti speċjali tal-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet ta' l-istituzzjonijiet li ġew verifikati(8),

–   wara li kkunsidra l-istqarrija ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti pprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(9),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10), u partikolarment l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0094/2008),

1.  Jinnota li fl-2006 il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) kellu approprjazzjonijiet ta' impenn disponibbli li jammontaw għal total ta' EUR 4 138 378 (2005: EUR 2 840 733), b'rata ta' utilizzazzjoni ta' 93.3%;

2.  Jinnota li l-verifika ta' l-EDPS mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri ma waslet għal ebda osservazzjoni materjali fir-rigward ta' l-EDPS; jinnota li, wara l-introduzzjoni tal-kontabilità tad-dovuti fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2005, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta' l-EDPS urew rendiment ekonomiku negattiv għas-sena 2006 (EUR 1 402 513) u totali simili għall-attiv u l-passiv (EUR 23 517);

3.  Jinnota li fis-7 ta' Diċembru 2006 l-ftehima dwar il-koperazzjoni amministrattiva bejn is-Segretarjati Ġenerali tal-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill, iffirmata flimkien ma' l-EDPS, ġiet imġedda għal perjodu ulterjuri ta' 3 snin b'effett mis-16 ta' Jannar 2007;

4.  Jinnota li, ibbażata fuq il-ftehima dwar il-koperazzjoni msemmija hawn fuq, il-ġestjoni amministrattiva tal-missjonijiet kollha ta' l-EDPS hija żgurata mill-Uffiċċju ta' l-Uffiċjal inkarigat mill-pagi tal-Kummissjoni u l-istess regoli interni japplikaw għar-rimbors ta' l-ispejjeż ta' l-akkomodazzjoni li jkunu ġew imġarrba matul missjoni għaż-żewġ kategoriji tagħha kif ukoll għaż-żewġ Membri tagħha u għall-istaff;

5.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-proċessi ta' verifikar minn qabel "ex post" u l-ħruġ ta' l-opinjonijiet finali mill-EDPS imxew 'il quddiem sew u l-iskadenza tar-Rebbiegħa 2007 imposta mill-EDPS ħeġġet istituzzjonijiet u korpi biex iżidu l-isforzi tagħhom biex jissodisfaw l-obbligi notifikati;

6.  Jinnota li bid-deċiżjoni tas-7 ta' Novembru 2006 l-EDPS iddeċidiet li tfassal struttura ta' kontroll intern xierqa għall-attivitajiet u l-ħtiġijiet tagħha;

7.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-pubblikazzjoni annwali mill-EDPS u mill-Assistent ta' l-EDPS, tad-dikjarazzjoni ta' l-interessi finanzjarji tagħhom, b'formola simili għal dik mimlija kull sena mill-Membri tal-Parlament Ewropew, li fiha tagħrif rilevanti dwar affarijiet bħal attivitajiet professjonali li għandhom ikunu ddikjarati kif ukoll karigi u attivitajiet remunerati;

8.  Jifraħ lill-EDPS dwar id-deċiżjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2007 li jirrispetta l-Ftehima Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar investigazzjonijiet interni min-naħa ta' OLAF(11) fl-applikar tas-sistema stabbilita mir-Regolament (KE) Nru1073/1999(12).

(1) ĠU L 78, 15.3.2006.
(2) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 1.
(3) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(4) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 130.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(6) ĠU L 78, 15.3.2006.
(7) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 1.
(8) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(9) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 130.
(10) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(11) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.
(12) Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta" Mejju 1999 rigward l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew ta" Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1).


Il-kwittanza ta' l-2006: il-Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol
PDF 434kWORD 100k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0372/2007 – 2007/2047(DEC))
P6_TA(2008)0142A6-0111/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2006(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwalidefinittivi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta" Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta" Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0111/2008),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-direttur eżekuttiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol b'rabta ma" l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2006;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta" l-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0372/2007 – 2007/2047(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivital-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2006,(6)

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivital-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni(7),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta" Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta" Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0111/2008),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali definittivi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri.

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2006;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta" l-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 b'osservazzjonijiet li jiffurmaw parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza rigward l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0372/2007 – 2007/2047(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2006(11),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni(12),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta" Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta" Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(15), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0111/2008),

A.   billi l-Qorti ta" l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġjonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2006 huma ta" min wieħed joqgħod fuqhom u li t-tranżazzjonijiet bażiċi huma legali u regolari,

B.   billi fl-24 ta" April 2007, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol b'rabta ma" l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2005(16), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta" kwittanza fost affarijiet oħrajn:

   · stieden lill-Fondazzjoni sabiex tagħti iktar attenzjoni lit-trasferimenti fl-2005 b'rabta ma" impenji għal infiq amministrattiv (Intestatura II) u għal attivitajiet operattivi (Intestatura III), li baqgħu għoljin b'perċentwal ta" 37% u 44% rispettivament;
   · stieden lill-Fondazzjoni sabiex tippreżenta programm ta" ħidma li jesprimi l-kontribuzzjoni tagħha f'termini operattivi u li jistgħu jitkejlu;
   · esprima tħassib dwar il-fatt li fl-2005 ma kien hemm ebda dokument komprensiv li janalizza r-riskji li jinħolqu mill-aspetti finanzjarji u operattivi ta" l-attivitajiet tal-Fondazzjoni, lanqas ma saret verifika tal-proċeduri li ġew introdotti mill-Uffiċjali li joħorġu l-Awtorizzazzjoni sabiex ikun żgurat li t-tagħrif finanzjarju li jintbgħat lill-Uffiċjal tal-Kontijiet ikun preċiż u eżawrjenti, barra f'dak li għandu x'jaqsam ma" l-aspetti ta" l-ipproċessar tad-data;

Punti ġenerali li jikkonċernaw il-kwestjonijiet orizzontali ta" l-aġenziji ta" l-UE, u li għalhekk huma importanti wkoll għall-proċeduri ta" kwittanza ta" kull aġenzija individwali

1.  Jinnota li l-baġits ta" l-24 aġenzija u ta" korpi satelliti oħrajn li saritilhom il-verifika mill-Qorti ta" l-Awdituri kienu jammontaw għal EUR 1 080,5 miljun fl-2006 (l-ogħla baġit kien ta" l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni li kien jammonta għal EUR 271 miljun u l-inqas baġit kien tal-Kulleġġ tal-Pulizija Ewropew (CEPOL) li kien jammonta għal EUR 5 miljun);

2.  Jenfasizza l-fatt li l-firxa ta" korpi esterni ta" l-UE li huma suġġetti għal verifika u għal kwittanza issa tinkludi mhux biss aġenziji regolatorji tradizzjonali, iżda wkoll aġenziji eżekuttivi li ġew stabbiliti sabiex jimplimentaw programmi speċifiċi, u fil-futur qarib se tiġi estiża wkoll għal intrapriżi konġunti li ġew stabbiliti bħala sħubiji pubbliċi-privati (inizjattivi teknoloġiċi konġunti);

3.  Josserva fir-rigward tal-Parlament li l-għadd ta" aġenziji suġġetti għall-proċedura ta" kwittanza evolva kif ġej: sena finanzjarja 2000: 8; 2001: 10; 2002: 11; 2003: 14; 2004: 14; 2005: 16; 2006: 20 aġenzija regolatorja u 2 aġenziji eżekuttivi (m'humiex qegħdin jiġu inklużi 2 aġenziji li jiġu verifikati mill-ECA, iżda li huma suġġetti għal proċess ta" kwittanza intern);

4.  Għaldaqstant, jikkonkludi li l-proċess ta" verifika / kwittanza sar ineffiċjenti u sproporzjonat meta mqabbel mad-daqs relattiv tal-baġits ta" l-aġenziji / tal-korpi satelliti; jagħti istruzzjonijiet lill-kumitat kompetenti tiegħu sabiex jagħmel analiżi mill-ġdid fuq firxa wiesgħa tal-proċess ta" kwittanza fir-rigward ta" aġenziji u korpi satelliti bil-għan li jitfassal metodu iktar sempliċi u razzjonali, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu l-għadd li kulma jmur qiegħed jikber ta" korpi li kull wieħed minnhom fis-snin li ġejjin se jeżiġi rapport ta" kwittanza separat;

Kunsiderazzjonijiet fundamentali

5.  Jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi spjegazzjonijiet ċari fir-rigward ta" l-elementi li ġejjin qabel il-ħolqien ta" aġenzija ġdida jew ir-riforma ta" aġenzija eżistenti: it-tip ta" aġenzija, l-għanijiet ta" l-aġenzija, l-istruttura ta" governanza interna, il-prodotti, is-servizzi, il-proċeduri ewlenin, il-grupp immirat, il-klijenti u l-imsieħba ta" l-aġenzija, ir-relazzjoni formali ma" l-atturi esterni, ir-responsabiltà tal-baġit, l-ippjanar finanzjarju, u l-politika dwar il-personal u l-provvista ta" staff;

6.  Jitlob li kull aġenzija tiġi regolata minn ftehim ta" l-eżekuzzjoni annwali li jiġi formulat mill-aġenzija u mid-DĠ responsabbli u li għandu jinkludi l-għanijiet ewlenin għas-sena li tkun ġejja, qafas finanzjarju u indikaturi ċari għall-kejl tar-rendiment;

7.  Jitlob li r-rendiment ta" l-aġenziji jiġi verifikat b'mod regolari (u fuq bażi ad hoc) mill-Qorti ta" l-Awdituri jew awditur indipendenti ieħor; jikkunsidra li din il-verifika m'għandhiex tkun limitata għal elementi tradizzjonali ta" ġestjoni finanzjarja u għall-użu kif suppost tal-fondi pubbliċi, iżda għandha tkopri wkoll l-effiċjenza u l-effikaċja amministrattiva u għandha tinkludi klassifika tal-ġestjoni finanzjarja ta" kull aġenzija;

8.  Hu ta l-opinjoni li fil-każ ta" aġenziji li qegħdin kontinwament jgħollu "l fuq il-ħtiġijiet tal-baġit tagħhom rispettiv għandu jkun hemm tnaqqis tekniku skond il-postijiet vakanti; huwa ta" l-opinjoni li dan għandu jwassal f'perjodu fit-tul għal dħul inqas assenjat għall-aġenziji u għalhekk inaqqas ukoll l-ispejjeż amministrattivi;

9.  Jinnota li hija problema serja li għadd ta' aġenziji jiġu kkritikati talli ma jsegwux ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku, ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolamenti ta' l-Istaff eċċ.; jikkunsidra li r-raġuni ewlenija għal dan hija li ħafna mir-regolamenti u r-Regolament Finanzjarju huma mfassla għal istituzzjonijiet akbar u li ħafna mill-aġenziji ż-żgħar m'għandhomx il-kapaċità mixtieqa biex jaqdu dawn il-ħtiġijiet regolatorji; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex tfittex soluzzjoni rapida sabiex tkattar l-effiċjenza billi jingħaqdu flimkien il-funzjonijiet amministrattivi ta" l-aġenziji differenti flimkien sabiex tinkiseb din il-kapaċità kritika (billi jiġu kkunsidrati l-bidliet meħteġa fir-regolamenti bażiċi li jiggvernaw l-aġenziji u l-indipendenza tal-baġit tagħhom), jew li b'mod urġenti jitfasslu regoli speċifiċi għall-aġenziji li jippermettulhom li jkunu konformi b'mod sħiħ;

10.  Jinsisti li meta tkun qed tfassal l-Abbozz Preliminari tal-Baġit il-Kummissjoni għandha tikkunsidra ir-riżultati ta' l-implimentazzjoni tal-baġit mill-aġenziji individwali għas-snin ta' qabel, b'mod partikolari għas-sena n-1 u, tirrevedi l-baġit mitlub mill-aġenzija partikolari kif meħtieġ; jistieden lill-kumitat kompetenti tagħha biex jirrispetta din ir-reviżjoni u, jekk dan ma jsirx mill-Kummissjoni, tirrevedi hija stess il-baġit in kwsitjoni għal-livell realistiku li jaqbel mal-kapaċità ta" assorbiment u ta' implimentazzjoni ta" l-aġenzija konċernata;

11.  Ifakkar fid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2005 meta stieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta kull ħames snin studju dwar il-valur miżjud ta" kull aġenzija eżistenti; jistieden lill-istituzzjonijiet kollha relevanti sabiex f'każ ta" evalwazzjoni negattiva tal-valur miżjud ta" l-aġenzija jieħdu l-passi meħtieġa billi jiġi fformulat mill-ġdid il-mandat ta" dik l-aġenzija jew billi tingħalaq; jenfasizza li ma kien hemm ebda evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni fl-2007; jinsisti li l-Kummissjoni għandha tippreżenta mill-inqas 5 evalwazzjonijiet bħal dawn qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2007, u dan billi tibda mill-aktar aġenziji antiki;

12.  Huwa ta" l-opinjoni li r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti ta" l-Awdituri għandhom jiġu implimentati minnufih u li l-livell tas-sussidji mħallsa lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-ħtiġijiet attwali tagħhom għall-flus kontanti; barra minn hekk jikkunsidra li l-emendi tar-Regolament Finanzjarju ġenerali għandhom jiġu miżjuda mar-regolament finanzjarju ta' qafas ta" l-aġenziji u mar-regolamenti finanzjarji speċifiċi varji tagħhom;

Preżentazzjoni ta" rapportar tad-data

13.  Jinnota li m'hemm ebda metodu standard fost l-aġenziji għall-preżentazzjoni ta" l-attivitajiet tagħhom matul is-sena finanzjarja konċernata, u tal-kontijiet u tar-rapporti tagħhom dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja u lanqas dwar il-kwistjoni jekk għandhiex titfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni mid-direttur ta" l-aġenzija; josserva li mhux l-aġenziji kollha jiddistingwu b'mod ċar bejn a) il-preżentazzjoni tax-xogħol ta" l-aġenzija lill-pubbliku u b) ir-rapportar tekniku dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja;

14.  Jinnota li filwaqt li l-istruzzjonijiet fis-seħħ tal-Kummissjoni għall-preparazzjoni tar-rapporti ta" attività ma jeżiġux b'mod espliċitu li l-aġenzija tfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni, bosta diretturi, minkejja dan, xorta waħda għamluha għall-2006, filwaqt li f'każ wieħed minnhom kienet inkluża riserva importanti;

15.  Ifakkar li l-paragrafu 23 tar-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta" April 2005(17) jistieden lid-Diretturi ta" l-Aġenziji sabiex minn issa "l quddiem ir-rapport ta" attività annwali tagħhom li jiġi ppreżentat flimkien mat-tagħrif finanzjarju u tal-ġestjoni jrid ikollu miegħu dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni li tikkonċerna l-legalità u r-regolarità ta" l-operazzjonijiet, simili għad-dikjarazzjonijiet li ffirmati mid-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;

16.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex temenda l-istruzzjonijiet tagħha fis-seħħ għall-aġenziji skond dak li ntqal hawn fuq;

17.  Barra minn hekk, jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha taħdem ma" l-aġenziji sabiex tipproduċi mudell armonizzat li japplika għall-aġenziji u għall-korpi satelliti kollha, filwaqt li jiddistingwi b'mod ċar bejn

   - rapport annwali maħsub għall-qarrejja ġenerali dwar l-operazzjonijiet, ix-xogħol u l-kisbiet tal-korpi;
   - rendikontijiet finanzjarji u rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit;
   - rapport dwar l-attività simili għar-rapporti ta' attività tad-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;
   - dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni ffirmata mid-direttur tal-korp, flimkien ma" kull riserva jew osservazzjoni li jikkunsidra xierqa li tinġibed fuqhom l-attenzjoni ta" l-awtorità ta" kwittanza;

Riżultati ġenerali mill-Qorti ta" l-Awdituri

18.  Jinnota dak li sabet il-Qorti (Rapport Annwali, il-paragrafu 10.29(18)) dwar l-iżburżar ta" sussidji li jitħallsu mill-Kummissjoni mill-baġit tal-Komunità li m'huwiex ibbażat fuq stimi ġġustifikati biżżejjed tar-rekwiżiti ta" flus kontanti ta" l-aġenziji u li dan, flimkien mad-daqs tat-trasferimenti (carry-overs), iwassalhom sabiex ikollhom fil-pussess bilanċi ta" kreditu kbar mhux ħażin; jinnota wkoll ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-livell ta" sussidji li jitħallsu lill-aġenziji għandu jkun konformi mar-rekwiżiti ta" flus kontanti reali tagħhom;

19.  Jinnota li fi tmiem l-2006, 14-il aġenzija kienu għad iridu jimplimentaw is-sistema tal-kontijiet ABAC (Rapport Annwali, in-nota f'qiegħ il-paġna għall-paragrafu 10.31);

20.  Jinnota l-kumment tal-Qorti (Rapport Annwali, il-paragrafu 1.25) dwar spejjeż akkumulati li tagħhom jagħtu kont xi wħud mill-aġenziji minħabba li ma tteħidx il-liv; jenfasizza l-fatt li l-Qorti ta" l-Awdituri kkwalifikat l-istqarrija ta" assigurazzjoni tagħha fil-każ ta" tliet aġenziji (Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP), CEPOL u l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2006 (2005: CEDEFOP, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni);

Verifika interna

21.  Ifakkar li f'konformità ma" l-Artikolu 185(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-Awditur Intern tal-Kummissjoni huwa wkoll l-awditur intern ta" l-aġenziji regolatorji li jirċievu konċessjonijiet mill-baġit ta" l-UE; jenfasizza l-fatt li l-Awditur Intern jirrapporta lill-bord ta" tmexxija u lid-direttur ta" kull aġenzija;

22.  Jiġbed l-attenzjoni għar-riserva li tniżżlet fir-Rapport ta" Attività Annwali ta" l-Awditur Intern għall-2006 kif ġej:"

L-Awditur Intern tal-Kummissjoni ma jinsabx f'pożizzjoni li jissodisfa kif suppost l-obbligu konferut lilu mill-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju bħala awditur intern tal-korpi tal-Komunità minħabba nuqqas ta" riżorsi ta" staff.

"

23.  Madankollu, jinnota l-kumment ta" l-Awditur Intern fir-rapport ta" attività tiegħu għall-2006 li mill-2007, bis-saħħa tar-riżorsi ta" l-istaff addizzjonali konċessi mill-Kummissjoni lis-Servizz ta" Verifika Interna (IAS), l-aġenziji regolatorji operattivi kollha se jkunu suġġetti għal xogħol ta" verifika interna fuq bażi annwali;

24.  Jinnota l-għadd li kulma jmur qiegħed jikber ta" aġenziji regolatorji u eżekuttivi u ta" intrapriżi konġunti meħtieġa li ssirilhom il-verifika mill-IAS skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinforma lill-kumitat kompetenti tiegħu dwar jekk ir-riżorsi ta" l-istaff li huma disponibbli għall-IAS humiex se jkunu biżżejjed sabiex issir verifika annwali ta" dawn il-korpi kollha fis-snin li ġejjin;

25.  Josserva li l-Artikolu 72(5) tar-Regolament (KE, Euratom)Nru 2343/2002 jeżiġi li kull sena l-entità tal-Komunità tibgħat rapport lill-Kummissjoni u lill-awtorità responsabbli għar-kwittanza, li jkun imħejji mid-direttur u li jiġbor l-għadd u t-tip ta" verifiki interni li saru mill-awditur intern, ir-rakkomandazzjonijiet li saru u l-azzjonijiet li ttieħdu fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet; jitlob lill-aġenziji sabiex jindikaw jekk dan huwiex qiegħed isir u, jekk inhu hekk, kif qiegħed isir;

26.  Jieħu nota, fir-rigward tal-kapaċità tal-verifika interna, l-iktar b'rabta ma" l-aġenziji iżgħar, ta" proposta li saret mill-Awditur Intern quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament fl-14 ta" Settembru 2006 li aġenziji iżgħar għandhom ikunu awtorizzati jixtru, f'servizzi ta" verifika interna, mis-settur privat;

Evalwazzjoni ta" l-aġenziji

27.  Ifakkar l-istqarrija konġunta mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni(19) li ġiet innegozjata fil-konċiljazzjoni quddiem il-Kunsill tal-baġit ECOFIN tat-13 ta" Lulju 2007 li titlob għal i) lista ta" aġenziji li l-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tevalwa, u ii) lista ta" aġenziji li diġà ġew evalwati, flimkien ma" sommarju tar-riżultati prinċipali;

Proċeduri dixxiplinari

28.  Jinnota li, minħabba d-daqs tagħhom, aġenziji individwali jsibu diffikultà biex jistabbilixxu bordijiet dixxiplinari ad hoc minn fost staff li huwa ta" grad xieraq tal-karriera u li l-IDOC (l-Uffiċċju ta" l-Investigazzjoni u Dixxiplina) tal-Kummissjoni m'huwiex kompetenti għall-aġenziji; jitlob lill-aġenziji sabiex jikkunsidrau bord ta dixxiplina bejn l-aġenziji;

Abbozz ta" ftehim interistituzzjonali

29.  Ifakkar l-abbozz tal-Ftehim Interistituzzjonali tal-Kummissjoni dwar il-qafas operattiv għall-aġenziji regolatorji Ewropej (COM(2005)0059) li kien maħsub li joħloq qafas orizzontali għall-ħolqien, l-istruttura, it-tħaddim, l-evalwazzjoni u l-kontroll ta" l-aġenziji regolatorji Ewropej; jinnota li l-abbozz jirrappreżenta inizjattiva utli għall-isforz sabiex ikunu razzjonalizzati l-ħolqien u l-immaniġġjar ta" l-aġenziji; jinnota l-istqarrija fir-rapport ta" sintesi 2006 tal-Kummissjoni (il-paragrafu 3.1, COM(2007)0274) li għalkemm ma sarx progress fin-negozjati wara l-pubblikazzjoni tal-proposta, tniedew mill-ġdid diskussjonijiet dwar sustanza fil-Kunsill fi tmiem l-2006; jiddispjaċih li ma kienx possibbli li jsir iktar progress lejn l-adozzjoni;

30.  Għaldaqstant, jilqa" b'sodisfazzjon l-impenn tal-Kummissjoni li tressaq Komunikazzjoni dwar il-ġejjieni ta" l-aġenziji regolatorji matul l-2008;

Aġenziji ffinanzjati minnhom infushom

31.  Ifakkar li għaż-żewġ aġenziji li jiffinanzjaw lilhom infushom, tiġi konċessa kwittanza lid-direttur mill-bord amministrattiv; jinnota li t-tnejn li huma għandhom surpluses akkumulati sinifikanti minn dħul ta' onorarji li ġew trasferiti miċ-ċifri tas-snin preċedenti:

   Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern, flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 281 miljun(20);
   Uffiċċju tal-Komunità għall-Varjetà ta" Pjanti, flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 18-il miljun(21);

Punti speċifiċi

32.  Jinnota li għas-sena finanzjarja 2006, il-Qorti ta" l-Awdituri għal darb'oħra sabet rati għoljin ta" trasferimenti (43% għall-infiq amministrattiv (Intestatura II) u 45% għall-attivitajiet operattivi (Intestatura III));

33.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li għalkemm il-Qorti ta" l-Awdituri tikkonferma li, matul is-sena finanzjarja, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzonijiet ta" l-Ħajja u tax-Xogħol ikkonformat fl-aspetti kollha essenzjali mad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-affidabilità, kien hemm numru ta" nuqqasijiet, mhux l-anqas fir-rigward tar-regola ta' l-annwalità tal-baġit, l-għoti ta' żewġ kuntratti, il-fatt li ammonti li kellhom jintefqu kompletament fl-2007 ġew ibbaġitjati fl-2006, u n-nuqqas ta" osservazzjoni tal-kriterji ta" l-għażla fir-rigward ta" uffiċjali, tqanqal is-suspett li t-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni setgħu ma' ġewx garantiti waqt li kienu għaddejin il-proċeduri;

34.  Jinnota l-kritika tal-Qorti li, b'rabta mal-proċeduri ta" reklutaġġ, il-kriterji ta" l-għażla la ġew deċiżi mill-bordijiet ta" l-għażla mill-bidunett u lanqas ma ġew definiti f'konformità ma" l-avviż ta" postijiet vakanti, u t-tweġiba tal-Fondazzjoni li l-avviżi kollha ta" postijiet vakanti issa jinkludu indikazzjoni ċara dwar jekk is-suċċess li jinkiseb fit-testijiet huwiex kondizzjoni minn qabel għall-ksib ta" suċċess fil-kompetizzjoni;

35.  Jinnota li l-karta tal-bilanċ tal-Fondazzjoni tinkludi artijiet u binjiet b'valur ta" EUR 1,8 miljun (għalkemm l-ispiża ta" kostruzzjoni ta" l-1992 kienet ta" EUR 7,2 miljun) u surplus akkumulat ta" EUR 4,09 miljun;

36.  Jinnota mir-Rapport Annwali tal-Fondazzjoni għall-2006 li, fl-2006, il-Fondazzjoni stabbiliet sistema għall-immaniġġjar tal-proġett għat-titjib ta" l-effiċjenza ta" l-organizzazzjoni permezz ta" trasparenza ikbar u koordinazzjoni aħjar fl-użu tar-riżorsi, u li sistema għall-immonitorjar ta" l-eżekuzzjoni ġiet implimentata wkoll sabiex tkompli tiżdied l-effiċjenza; ; barra minn hekk, is-sistema ta' l-akkwist ġiet estiża sabiex tipprovdi flessibiltà ikbar;

37.  Jinnota wkoll li fl-2006 l-Fondazzjoni nediet evalwazzjoni ex-post tal-programm ta" ħidma 2001-2004, flimkien ma" evalwazzjoni interim ta" aspetti magħżulin tax-xogħol li jsir mill-Fondazzjoni bil-għan li jiġu determinati l-impatt ta" l-organizzazzjoni, il-valur miżjud u l-effikaċja; jitlob sabiex jiġi infurmat dwar ir-riżultati ta" l-evalwazzjoni.

(1) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 60.
(2) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 116.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007(ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9)
(4) ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1111/2005 (ĠU L 184, 15.7.2005, p. 1).
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 60.
(7) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 116.
(8) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007(ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9)
(9) ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1111/2005 (ĠU L 184, 15.7.2005, p. 1).
(10) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(11) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 60.
(12) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 116.
(13) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007(ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9)
(14) ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1111/2005 (ĠU L 184, 15.7.2005, p. 1).
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) ĠU L 187, 15.7.2008, p. 85.
(17) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew bil-kummenti li takkumpanja d-deċiżjoni dwar il-kwittanza mogħtija lid Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Hajja u tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2003 (ĠU L 196, 27.7.2005, p. 75).
(18) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(19) Dokument tal-Kunsill DS 605/1/07 Rev 1.
(20) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p.141).
(21) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju tal-Komunità għall-Varjetà ta" Pjanti għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p.135).


Il-kwittanza ta' l-2006: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ
PDF 428kWORD 102k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0381/2007 – 2007/2056(DEC))
P6_TA(2008)0143A6-0114/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2006(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 tas-7 ta" Mejju 1990 li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 11 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0114/2008),

1.  Jagħti kwittanza lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ fir-rigward ta" l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2006;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex iressaq din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta" l-Awdituri, u sabiex jagħmel l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea (Serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0381/2007 – 2007/2056(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet finali annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2006(6),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni(7),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 tas-7 ta" Mejju 1990 li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ(9), u b'mod partikulari l-Artikolu 11 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0114/2008),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2006;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jirranġa li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0381/2007 – 2007/2056(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet finali annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2006(11),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni(12),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 tas-7 ta" Mejju 1990 li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ(14), u b'mod partikulari l-Artikolu 11,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(15), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0114/2008),

A.   billi l-Qorti ta" l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2006 huma ta" min wieħed joqgħod fuqhom, u li t-tranżazzjonijiet bażiċi huma legali u regolari,

B.   billi fl-24 ta" April 2007, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2005(16), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta" kwittanza, fost affarijiet oħra

   · ġibed l-attenzjoni tal-Fondazzjoni għar-rata għolja (fuq 40%) ta" fondi trasferiti għas-sena ta' wara ta" impenji għal attivitajiet operattivi; stieden lill-Fondazzjoni biex itejjeb l-ipprogrammar tagħha;
   · ikkritika l-fatt li, bħal snin preċedenti u bi ksur tar-regolament finanzjarju tiegħu, il-Fondazzjoni ippubblikat biss sommarju tal-baġit tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali;
   · jiddeplora l-fatti li l-Fondazzjoni għadha ma kkonkludietx l-introduzzjoni ta" sistema tagħha ta" kontroll intern u li fl-aħħar ta" l-2005 ma kien hemm ebda analiżi ta" riskji operattivi u kontrolli retrospettivi u fl-istess waqt l-uffiċjal tal-verifika għadu ma vvalidax l-informazzjoni tal-kontijiet u s-sistemi ta" inventarju,

Punti ġenerali li jikkonċernaw il-kwistjonijiet orizzontali li jaffettwaw lill-aġenziji ta" l-UE, u li b'hekk huma importanti wkoll għall-proċedura ta" kwittanza ta" kull waħda mill-aġenziji individwali

1.  Jinnota li l-baġits ta" l-24 aġenzija u ta" korpi relatati oħrajn li saritilhom il-verifika mill-Qorti ta" l-Awdituri kienu jammontaw għal EUR 1 080,5 miljun fl-2006 (l-akbar baġit kien ta" l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni li kien jammonta għal EUR 271 miljun u l-iżgħar baġit kien tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) li kien jammonta għal EUR 5 miljun);

2.  Jenfasizza l-fatt li l-firxa ta" korpi esterni ta" l-UE li huma suġġetti għal verifika u għal kwittanza issa tinkludi mhux biss aġenziji regolatorji tradizzjonali iżda wkoll aġenziji eżekuttivi li ġew stabbiliti sabiex jimplimentaw programmi speċifiċi, u fil-futur qrib se testendi wkoll għal intrapriżi konġunti li ġew stabbiliti bħala sħubiji pubbliċi-privati (inizjattivi teknoloġiċi konġunti);

3.  Josserva fir-rigward tal-Parlament li l-għadd ta" aġenziji suġġetti għall-proċedura ta" kwittanza evolva kif ġej: sena finanzjarja 2000: 8; 2001: 10; 2002: 11; 2003: 14; 2004: 14; 2005: 16; 2006: 20 aġenzija regolatorja u 2 aġenziji eżekuttivi (m'humiex qegħdin jiġu inklużi 2 aġenziji li jiġu vverifikati mill-ECA iżda li huma suġġetti għal proċess ta" kwittanza intern);

4.  Għaldaqstant, jikkonkludi li l-proċess ta" verifika / kwittanza sar ineffiċjenti u sproporzjonat meta mqabbel mad-daqs relattiv tal-baġits ta" l-aġenziji / tal-korpi satelliti; jagħti istruzzjonijiet lill-kumitat kompetenti tiegħu sabiex jagħmel analiżi mill-ġdid fuq firxa wiesgħa tal-proċess ta" kwittanza fir-rigward ta" aġenziji u korpi satelliti bil-għan li jitfassal metodu iktar sempliċi u razzjonali, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu l-għadd li kulma jmur qiegħed jikber ta" korpi li kull wieħed minnhom jesiġi rapport ta" kwittanza separat fis-snin li ġejjin;

Kunsiderazzjonijiet fundamentali

5.  Jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi spjegazzjonijiet ċari fir-rigward ta" l-elementi li ġejjin qabel il-ħolqien ta" aġenzija ġdida jew ir-riforma ta" aġenzija eżistenti: it-tip ta" aġenzija, l-għanijiet ta" l-aġenzija, l-istruttura ta" governanza interna, il-prodotti, is-servizzi, il-proċeduri ewlenin, il-grupp immirat, il-klijenti u l-imsieħba ta" l-aġenzija, ir-relazzjoni formali ma" l-atturi esterni, ir-responsabiltà tal-baġit, l-ippjanar finanzjarju, u l-politika dwar il-personal u l-provvista ta" staff;

6.  Jitlob li kull aġenzija tiġi regolata minn ftehim ta" l-eżekuzzjoni fis-sena li huwa fformulat mill-aġenzija u mid-DĠ responsabbli u li għandu jinkludi l-għanijiet ewlenin għas-sena li tkun ġejja, qafas finanzjarju u indikaturi ċari għall-kejl ta" l-eżekuzzjoni;

7.  Jitlob li l-eżekuzzjoni ta" l-aġenziji tiġi vverifikata b'mod regolari (u fuq bażi ad hoc) mill-Qorti ta" l-Awdituri jew awditur indipendenti ieħor; iqis li din il-verifika m'għandhiex tkun limitata għal elementi tradizzjonali ta" ġestjoni finanzjarja u għall-użu kif suppost tal-fondi pubbliċi, iżda għandha tkopri wkoll l-effiċjenza u l-effikaċja amministrattiva u għandha tinkludi klassifika tal-ġestjoni finanzjarja ta" kull aġenzija;

8.  Jargumenta li fil-każ ta" aġenziji li qegħdin kontinwament jgħollu "l fuq il-ħtiġijiet tal-baġit tagħhom rispettiv, għandu jkun hemm tnaqqis tekniku skond il-postijiet vakanti; huwa ta" l-opinjoni li dan għandu jwassal f'perjodu fit-tul għal dħul inqas assenjat għall-aġenziji u għalhekk inaqqas ukoll l-ispejjeż amministrattivi;

9.  Jinnota li hija problema serja li numru ta' aġenziji jiġu kkritikati talli ma jsegwux ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku, ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolamenti ta' l-Istaff eċċ.; jikkunsidra li r-raġuni ewlenija għal dan hija li ħafna mir-regolamenti u r-Regolament Finanzjarju huma mfassla għal istituzzjonijiet akbar u li ħafna mill-aġenziji ż-żgħar m'ghandhomx il-kapaċità mixtieqa biex jaqdu dawn il-ħtiġijiet regolatorji; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni sabiex issib soluzzjoni malajr kemm jista" jkun, sabiex titjieb l-effiċjenza billi l-funzjonijiet amministrattivi ta" diversi aġenziji jingħaqdu flimkien, sabiex tinkiseb din is-saħħa (billi wieħed jikkunsidra l-kambjamenti neċessarji fir-Regolamenti bażiċi li jmexxu lill-aġenziji u l-indipendenza baġitarja tagħhom), jew sabiex toħloq abbozz ta" regoli speċifiċi għall-aġenziji (b'mod partikolari billi timplimenta regoli għall-aġenziji) li jippermettulhom li jkunu konformi fit-totalità tagħhom;

10.  Jinsisti li l-Kummissjoni, meta tkun qed tfassal l-Abbozz Preliminari tal-Baġit, għandha tqis ir-riżultati ta' l-implimentazzjoni tal-baġit mill-aġenziji individwali għas-snin ta' qabel, b'mod partikolari għas-sena n-1 u, tirrevedi l-baġit mitlub mill-aġenzija partikolari kif meħtieġ; jistieden lill-Kumitat kompetenti tiegħu sabiex jirrispetta din ir-reviżjoni u, jekk ma jkunx diġà ġie rivedut mill-Kummissjoni, jirrevedi huwa stess il-baġit imsemmi fuq livell realistiku li jaqbel mal-kapaċità ta" assorbiment u implimentazzjoni ta" l-aġenzija imsemmija;

11.  Ifakkar id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2005, fejn huwa stieden lill-Kummissjoni sabiex kull ħames snin tippreżenta studju dwar il-valur miżjud ta" kull aġenzija li teżisti; f'każ ta" evalwazzjoni negattiva tal-valur miżjud ta" aġenzija, jistieden lill-istituzzjonijiet relevanti kollha sabiex jieħdu l-passi neċessarji, billi jifformulaw mill-ġdid il-mandat ta" dik l-aġenzija jew billi jagħlquh; jinnota li ma saret l-ebda evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni fl-2007; jinsisti li l-Kummissjoni għandha tippreżenta, ta" l-inqas, 5 minn dan it-tip ta" evalwazzjonijiet qabel id-deċiżjoni dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2007, billi tibda mill-iżjed aġenzija antika;

12.  Huwa ta" l-opinjoni li r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti ta" l-Awdituri għandhom jiġu implimentati minnufih, u li l-livell tas-sussidji mħallsa lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-ħtiġijiet attwali tagħhom għall-flus kontanti; barra minn hekk jikkunsidra li l-emendi tar-Regolament Finanzjarju ġenerali għandhom jiġu miżjuda fir-Regolament finanzjarju tal-qafas ta" l-aġenziji u f'bosta regolamenti finanzjarji speċifiċi;

Preżentazzjoni tad-data ta' rappurtaġġ

13.  Jinnota li m'hemm ebda metodu standard fost l-aġenziji fir-rigward tal-preżentazzjoni ta" l-attivitajiet tagħhom matul is-sena finanzjarja konċernata, il-kontijiet tagħhom u r-rapporti dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja u l-kwistjoni dwar jekk għandhiex titfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni mid-direttur ta" l-aġenzija; josserva li mhux l-aġenziji kollha jiddistingwu b'mod ċar bejn a) il-preżentazzjoni tax-xogħol ta" l-aġenzija lill-pubbliku u b) ir-rapportar tekniku dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja;

14.  Jinnota li filwaqt li l-istruzzjonijiet fis-seħħ tal-Kummissjoni għall-preparazzjoni tar-rapporti ta" attività ma jesiġux b'mod espliċitu li l-aġenzija tfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni, bosta diretturi, minkejja dan, xorta waħda għamluha għall-2006, filwaqt li f'każ wieħed minnhom kienet inkluża riserva importanti;

15.  Ifakkar li l-paragrafu 25 tar-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta" April 2005(17), li jistieden lid-Diretturi ta" l-Aġenziji sabiex minn issa "l quddiem ir-rapport ta" attività annwali tagħhom, li jiġi ppreżentat flimkien mat-tagħrif finanzjarju u tal-ġestjoni, irid ikollu miegħu dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni li tikkonċerna l-legalità u r-regolarità ta" l-operazzjonijiet, simili għad-dikjarazzjonijiet li ġew iffirmati mid-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;

16.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex temenda l-istruzzjonijiet tagħha fis-seħħ għall-aġenziji skond dak li ntqal hawn fuq;

17.  Barra minn hekk, jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha taħdem ma" l-aġenziji sabiex tipproduċi mudell armonizzat li japplika għall-aġenziji u għall-korpi satelliti kollha filwaqt li jiddistingwi b'mod ċar bejn

   - rapport annwali maħsub għall-qarrejja ġenerali dwar l-operazzjonijiet, ix-xogħol u l-kisbiet tal-korpi;
   - rendikontijiet finanzjarji u rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit;
   - rapport dwar l-attività simili għar-rapporti ta' attività tad-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;
   - dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni ffirmata mid-direttur tal-korp, flimkien ma" kull riserva jew osservazzjoni li jqis xierqa sabiex jiġbed l-attenzjoni ta" l-awtorità ta" kwittanza;

Sejbiet ġenerali mill-Qorti ta" l-Awdituri

18.  Jinnota s-sejba tal-Qorti (Rapport Annwali, il-paragrafu 10.29(18)) li l-iżburżar ta" sussidji li jitħallsu mill-Kummissjoni mill-baġit tal-Komunità m'huwiex ibbażat fuq stimi ġġustifikati biżżejjed tar-rekwiżiti ta" flus kontanti ta" l-aġenziji u li dan, flimkien mad-daqs tat-trasferimenti għas-sena ta' wara, iwassalhom sabiex ikollhom fil-pussess bilanċi ta" kreditu kbar mhux ħażin; jinnota wkoll ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-livell ta" sussidji li jitħallsu lill-aġenziji għandu jkun konformi mar-rekwiżiti ta" flus kontanti reali tagħhom;

19.  Jinnota li fi tmiem l-2006, 14-il aġenzija kienu għad iridu jimplimentaw is-sistema tal-kontijiet ABAC (Rapport Annwali, in-nota f'qiegħ il-paġna għall-paragrafu 10.31);

20.  Jinnota l-kumment tal-Qorti (Rapport Annwali, il-paragrafu 1.25) dwar spejjeż akkumulati minħabba lif li ma tteħidx li għalihom jagħtu kont xi wħud mill-aġenziji; jenfasizza l-fatt li l-Qorti ta" l-Awdituri kkwalifikat l-istqarrija ta" assigurazzjoni tagħha fil-każ ta" tliet aġenziji (Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP), CEPOL u l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2006 (2005: CEDEFOP, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni);

Verifika interna

21.  Ifakkar li f'konformità ma" l-Artikolu 185(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-Awditur Intern tal-Kummissjoni huwa wkoll l-awditur intern ta" l-aġenziji regolatorji li jirċievu konċessjonijiet mill-baġit ta" l-UE; jenfasizza l-fatt li l-Awditur Intern jirrapporta lill-bord ta" tmexxija u lid-direttur ta" kull aġenzija;

22.  Jiġbed l-attenzjoni għar-riserva li tniżżlet fir-Rapport ta" Attività Annwali ta" l-Awditur Intern għall-2006 kif ġej:"

L-Awditur Intern tal-Kummissjoni ma jinsabx f'pożizzjoni li jissodisfa kif suppost l-obbligu tiegħu konferut lilu mill-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju bħala awditur intern tal-korpi tal-Komunità minħabba nuqqas ta" riżorsi ta" staff.

"

23.  Madankollu, jinnota l-kumment ta" l-Awditur Intern fir-rapport ta" attività tiegħu għall-2006 li mill-2007, bis-saħħa tar-riżorsi ta" l-istaff addizzjonali konċessi mill-Kummissjoni lis-Servizz ta" Verifika Interna (IAS), l-aġenziji regolatorji operattivi kollha se jkunu suġġetti għal xogħol ta" verifika interna fuq bażi annwali;

24.  Jinnota l-għadd li kulma jmur qiegħed jikber ta" aġenziji regolatorji u eżekuttivi u ta" intrapriżi konġunti meħtieġa li ssirilhom il-verifika mill-IAS skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinforma lill-kumitat kompetenti tiegħu dwar jekk ir-riżorsi ta" l-istaff li huma disponibbli għall-IAS humiex se jkunu biżżejjed sabiex issir verifika annwali ta" dawn il-korpi kollha fis-snin li ġejjin;

25.  Josserva li l-Artikolu 72(5) tar-Regolament (KE, Euratom)Nru 2343/2002 jeżiġi li kull aġenzija tibgħat kull sena lill-awtorità tal-kwittanza u lill-Kummissjoni rapport li jkun imħejji mid-direttur tagħha u li jiġbor l-għadd u t-tip ta" verifiki interni li saru mill-awditur intern, ir-rakkomandazzjonijiet li saru u l-azzjonijiet li ttieħdu fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet; jitlob lill-aġenziji sabiex jindikaw jekk dan huwiex qiegħed isir u, jekk inhu hekk, kif qiegħed isir;

26.  Jieħu nota, fir-rigward tal-kapaċità tal-verifika interna, l-iktar b'rabta ma" l-aġenziji iżgħar, ta" proposta li saret mill-Awditur Intern quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament nhar l-14 ta" Settembru 2006 li aġenziji iżgħar għandhom ikunu awtorizzati jixtru, f'servizzi ta" verifika interna, mis-settur privat;

Evalwazzjoni ta" l-aġenziji

27.  Ifakkar l-istqarrija konġunta mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni(19) li ġiet innegozjata fil-konċiljazzjoni quddiem il-Kunsill tal-baġit ECOFIN tat-13 ta" Lulju 2007 li titlob għal i) lista ta" aġenziji li l-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tevalwa, u ii) lista ta" aġenziji li diġà ġew evalwati, flimkien ma" sommarju tar-riżultati prinċipali;

Proċeduri dixxiplinari

28.  Jinnota li, minħabba d-daqs tagħhom, aġenziji individwali jsibu diffikultà biex jistabbilixxu bordijiet dixxiplinari ad hoc minn fost staff li huwa ta" grad xieraq tal-karriera u li l-IDOC (l-Uffiċċju ta" l-Investigazzjoni u Dixxiplina) tal-Kummissjoni m'huwiex kompetenti għall-aġenziji; jitlob lill-aġenziji sabiex iqisu bord ta dixxiplina bejn l-aġenziji;

Abbozz ta" Ftehima Inter-istituzzjonali

29.  Ifakkar l-abbozz ta' ftehim Inter-istituzzjonali dwar il-ħolqien ta' qafas operattiv għall-aġenziji regolatorji Ewropej ippreżentat mill-Kummissjoni(COM(2005)0059), li kien maħsub li joħloq qafas orizzontali għall-ħolqien, l-istruttura, it-tħaddim, l-evalwazzjoni u l-kontroll ta" l-aġenziji regolatorji Ewropej; jinnota li l-abbozz jirrappreżenta inizjattiva utli bħala sforz sabiex ikunu rrazzjonalizzati l-ħolqien u l-immaniġġjar ta" l-aġenziji; jinnota l-istqarrija fir-rapport ta" sintesi 2006 tal-Kummissjoni (il-paragrafu 3.1, COM(2007)0274) li għalkemm ma sarx progress fin-negozjati wara l-pubblikazzjoni ta' l-abbozz, tniedew mill-ġdid diskussjonijiet dwar sustanza fil-Kunsill fi tmiem l-2006; jiddispjaċih li ma kienx possibbli li jsir iktar progress lejn l-adozzjoni;

30.  Għaldaqstant, jilqa" b'sodisfazzjon l-impenn tal-Kummissjoni li tressaq Komunikazzjoni dwar il-ġejjieni ta" l-aġenziji regolatorji matul l-2008;

Aġenziji ffinanzjati minnhom infushom

31.  Ifakkar li għaż-żewġ aġenziji li huma ffinanzjati minnhom infushom, tiġi konċessa kwittanza lid-direttur mill-bord amministrattiv; jinnota li t-tnejn li huma għandhom eċċessi akkumulati sinifikanti minn dħul minn onorarji li jkunu ġew trasferiti minn ċifri tas-snin preċedenti:

   Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 281 miljun;(20)
   Uffiċċju tal-Komunità għall-Varjetà ta" Pjanti flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 18-il miljun(21);

Punti speċifiċi

32.  Jesprimi s-sodisfazzjoni tiegħu dwar l-implimentazzjoni xierqa tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006;

33.  Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti fir-rapport ta" l-2006 tagħha li, kuntrarju għall-Artikolu 31 tar-Regolament Finanzjarju ta" qafas, li jirrikjedi li l-baġit ikun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali biex jintwerew kemm l-approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll l-approprijazzjonijiet ta" ħlas bi skeda ta" pagament meta l-approprjazzjonijiet ikunu divrenzjati, il-Fondazzjoni ippublikat biss l-approprjazzjonijiet ta" impenn għal baġit ta' l-2006 tagħha, u b'hekk kisret ir-regoli tal-preżentazzjoni tal-baġit;

34.  Jinnota wkoll is-sejba tal-Qorti fir-rigward tal-kuntratti plurijennali fis-seħħ MEDA u TEMPUS mal-Kummissjoni, it-tnejn imnedija fl-2004, li l-Fondazzjoni daħħlet l-ammont kuntrattwali totali ta" dan id-dħul fil-baġit tagħha, minflok l-ammonti li riedu jidħlu kull sena;

35.  Huwa sorpriż li r-rapport tal-Qorti ma jagħmel ebda referenza għall-fatt li d-dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni tad-Direttur (annessa mar-Rapport ta" Attività Annwali tal-Fondazzjoni) hija suġġetta għal riservi rigward

   · inċertezza politika f'pajjiżi msieħba;
   · l-immaniġġjar finanzjarju tal-konvenzjoni Tempus;
   · l-implikazzjonijiet soċjali, reputattivi, legali u finanzjarji possibbli ta" l-assistenza teknika tat-Tempus fil-Fondazzjoni;

36.  Jinnota l-inklużjoni fir-reġistru tal-bilanċ ta" "dritt ta" okkupazzjoni" valutat f'EUR 5 miljun (jikkorrispondi ma" kontribuzzjoni għall-ispiża ta" rikostruzzjoni ta" bini), u EUR 12 miljun f'kontijiet bankarji;

37.  Jinnota l-istqarrija fir-rapport ta" attività annwali tal-Fondazzjoni rigward l-applikabilità għal aġenziji tar-Regolamenti ta" l-Istaff u r-Regolament Finanzjarju li:

   · bil-limitar ta" gradi ta" reklutaġġ standard, ir-Regolamenti ta" l-Istaff ma jindirizzawx il-ħtiġijiet ta" reklutaġġ ta" aġenziji speċjalizzati li jeħtieġ li jiġbdu professjonisti kwalifikati jew ta' l-esperjenza għal pożizzjonijiet ewlenin, kif ukoll bil-preżentazzjoni ta' problemi f'termini ta' avanz ta' mobilità u karriera;
   · ir-Regolament Finanzjarju mhux neċessarjament xieraq għal aġenzija żgħira bħall-Fondazzjoni li timmaniġġja l-fondi minn sorsi differenti u twettaq l-attivitajiet tagħha permezz ta' tranżazzjonijiet relattivament żgħar f'pajjiżi msieħba li jista' jkollhom servizzi amministrattivi u finanzjarji foqra u livelli għolja ta' korruzzjoni.

(1) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 63.
(2) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 122.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007(ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(4) ĠU L 131, 23.5.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1638/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 22).
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 63.
(7) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 122.
(8) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007(ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(9) ĠU L 131, 23.5.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1638/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 22).
(10) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(11) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 63.
(12) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 122.
(13) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007(ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(14) ĠU L 131, 23.5.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1638/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 22).
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) ĠU L 187, 15.7.2008, p. 142.
(17) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li fiha l-kummenti li jakkumpanjaw id-deċiżjoni dwar il-kwittanza lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit tagħha għas-sena finanzjarja 2003 (ĠU L 196, 27.7.2005, p. 114).
(18) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(19) Dokument tal-Kunsill DS 605/1/07 Rev. 1.
(20) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p. 141).
(21) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p. 135).


Il-kwittanza ta' l-2006: iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Professjonali
PDF 437kWORD 105k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0371/2007 – 2007/2046(DEC))
P6_TA(2008)0144A6-0110/2008

Il-Parlament Ewropew,

-   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali] għas-sena finanzjarja 2006(1),

-   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru-(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KEE) Nru 337/75 tal-Kunsill ta" l-10 ta" Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Professjonali(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0110/2008),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Professjonali għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2006;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0371/2007 – 2007/2046(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

-   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali] għas-sena finanzjarja 2006(6),

-   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (7),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KEE) Nru 337/75 tal-Kunsill ta" l-10 ta" Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Professjonali(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0110/2008),

1.  Jinnota li l-ammonti annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2006;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0371/2007 – 2007/2046(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

-   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali] għas-sena finanzjarja 2006(11),

-   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru-(12),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KEE) Nru 337/75 tal-Kunsill ta" l-10 ta" Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Professjonali(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(15), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0110/2008),

A.   billi l-Qorti ta" l-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2006 humaaffidabbli , u li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażatii, ħlief għal riserva li saret fuq punt wieħed, huma legali u regolari,

B.   billi fl-24 ta" April 2007, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Professjonali għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2005(16), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta" kwittanza, inter alia:

   · fakkar li l-approprjazzjonijiet għal attivitajiet operattivi ma kinux qegħdin jintużaw biżżejjed (kanċellazzjoni ta" 15% ta" l-approprjazzjonijiet ta' impenn, 20 % ta" l-approprjazzjonijiet ta' ħlas u 15 % ta" l-approprjazzjonijiet ġew trasferiti għas-sena ta' wara), u b'mod partikolari wara l-organizzazzjoni mill-ġdid tal-proċeduri għall-għoti ta" kuntratti;
   · talab l-applikazzjoni b'mod sħiħ tal-prinċipju tas-separazzjoni tad-dmirijiet ta" l-uffiċjal li joħroġ l-awtorizzazzjoni u ta" l-uffiċjal tal-kontijiet sabiex ikunu evitati sitwazzjonijiet bħalma ġara fl-2005 meta xi wħud mid-dmirijiet ta" l-uffiċjal tal-kontijiet ġew esegwiti minn dipartimenti li għalihom kien responsabbli l-uffiċjal li joħroġ l-awtorizzazzjoni;
   · insista li ċ-Ċentru għandu japplika proċeduri ta" reklutaġġ standard sabiex jevita sitwazzjoni bħal dik ta" l-2005 meta impjieg importanti fil-qasam ta" l-immaniġġjar intela permezz ta" proċedura ta" l-għażla interna meta proċedura esterna kienet tipprovdi firxa usa" ta" kandidati;
   · esprima tħassib dwar ir-rata għolja ħafna ta" irregolaritajiet li nstabu mill-Qorti ta" l-Awdituri fil-kuntratti li ġew eżaminati, fejn minn sitt kuntratti wieħed biss ma kienx fih irregolaritajiet;

Punti ġenerali li jikkonċernaw il-kwistjonijiet orizzontali li jaffettwaw lill-aġenziji ta" l-UE u li b'hekk huma importanti wkoll għall-proċedura ta" kwittanza għal kull waħda mill-aġenziji individwali

1.  Jinnota li l-baġits ta" l-24 aġenzija u ta" korpi satelliti oħrajn li saritilhom il-verifika mill-Qorti ta" l-Awdituri kienu jammontaw għal EUR 1 080,5 miljun fl-2006 (l-akbar baġit kien ta" l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni li kien jammonta għal EUR 271 miljun u l-iżgħar baġit kien tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) li kien jammonta għal EUR 5 miljun);

2.  Jenfasizza l-fatt li l-firxa ta" korpi esterni ta" l-UE li huma suġġetti għal verifika u għal kwittanza issa tinkludi mhux biss aġenziji regolatorji tradizzjonali iżda wkoll aġenziji eżekuttivi li ġew stabbiliti sabiex jimplimentaw programmi speċifiċi, u fil-futur qrib se testendi wkoll għal intrapriżi konġunti li ġew stabbiliti bħala sħubiji pubbliċi-privati (inizjattivi teknoloġiċi konġunti);

3.  Josserva fir-rigward tal-Parlament li l-għadd ta" aġenziji suġġetti għall-proċedura ta" kwittanza evolva kif ġej: sena finanzjarja 2000: 8; 2001: 10; 2002: 11; 2003: 14; 2004: 14; 2005: 16; 2006: 20 aġenzija regolatorja u 2 aġenziji eżekuttivi (m'humiex qegħdin jiġu inklużi 2 aġenziji li jiġu vverifikati mill-Qorti ta' l-Awdituri iżda li huma suġġetti għal proċess ta" kwittanza intern);

4.  Jikkonkludi, għaldaqstant, li l-proċess ta" verifika / kwittanza sar ineffiċjenti u sproporzjonat meta mqabbel mad-daqs relattiv tal-baġits ta" l-aġenziji / tal-korpi satelliti; jagħti istruzzjonijiet lill-kumitat kompetenti tiegħu sabiex jagħmel reviżjoni fuq firxa wiesgħa tal-proċess ta" kwittanza fir-rigward ta" aġenziji u korpi satelliti bl-għan li jitfassal metodu iktar sempliċi u razzjonali, filwaqt li jżomm f'moħħu l-għadd dejjem jikber ta" korpi li kull wieħed minnhom jesiġi rapport ta" kwittanza separat fis-snin li ġejjin;

Kunsiderazzjonijiet Fundamentali

5.  Jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi spjegazzjonijiet ċari fir-rigward ta" l-elementi li ġejjin qabel il-ħolqien ta" aġenzija ġdida jew ir-riforma ta" aġenzija eżistenti: it-tip ta" aġenzija, l-għanijiet ta" l-aġenzija, l-istruttura ta" governanza interna, il-prodotti, is-servizzi, il-proċeduri ewlenin, il-grupp fil-mira, il-klijenti u l-partijiet interessati ta" l-aġenzija, ir-relazzjoni formali ma" l-atturi esterni, ir-responsabiltà tal-baġit, l-ippjanar finanzjarju, u l-istaff u l-politika dwar l-istaff;

6.  Jitlob li kull aġenzija tkun irregolata minn ftehim annwali rigward ir-rendiment li tkun ifformulata mill-aġenzija u mid-DĠ responsabbli u li għandha tinkludi l-għanijiet ewlenin għas-sena li tkun ġejja, qafas finanzjarju u indikaturi ċari għall-kejl tar-rendiment;

7.  Jitlob li l-eżekuzzjoni ta" l-aġenziji tiġi vverifikata b'mod regolari (u fuq bażi ad hoc) mill-Qorti ta" l-Awdituri jew awditur indipendenti ieħor; jikkunsidra li din il-verifika m'għandhiex tkun limitata għal elementi tradizzjonali ta" ġestjoni finanzjarja u għall-użu kif suppost tal-fondi pubbliċi, iżda għandha tkopri wkoll l-effiċjenza u l-effikaċja amministrattiva u għandha tinkludi klassifika tal-ġestjoni finanzjarja ta" kull aġenzija;

8.  Jargumenta li fil-każ ta" aġenziji li qegħdin kontinwament jikkalkulaw il-ħtiġijiet baġitarji rispettivi tagħhom bħala akbar milli dawn fil-fatt huma, għandu jkun hemm tnaqqis tekniku skond il-postijiet ta' impjieg vakanti; huwa ta" l-opinjoni li fuq perjodu ta' żmien twil dan se jwassal għal inqas dħul assenjat għall-aġenziji u għalhekk għal spejjeż amministrattivi iżgħar;

9.  Jinnota li hija problema serja li numru ta' aġenziji jiġu kkritikati talli ma jsegwux ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku, ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolamenti ta' l-Istaff eċċ.; jikkunsidra li r-raġuni ewlenija għal dan hija li ħafna mir-regolamenti u r-Regolament Finanzjarju huma mfassla għal istituzzjonijiet akbar u li ħafna mill-aġenziji ż-żgħar m'għandhomx il-kapaċità mixtieqa biex jaqdu dawn ir-rekwiżiti regolatorji; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex issib soluzzjoni rapida, sabiex titjieb l-effikaċja permezz li jingħaqdu flimkien il-funzjonijiet amministrattivi ta" diversi aġenziji, sabiex tinkiseb din il-kapaċità (billi wieħed jikkunsidra l-bidliet neċessarji fir-regolamenti bażiċi li jirregolaw lill-aġenziji u l-indipendenza baġitarja tagħhom), jew biex, b'mod urġenti, tabbozza regoli speċifiċi għall-aġenziji (b'mod partikolari regoli ta' implimentazzjoni għall-aġenziji) li jippermettulhom li jkunu konformi bis-sħiħ;

10.  Jinsisti li l-Kummissjoni, meta tkun qed tfassal l-Abbozz Preliminari tal-Baġit, tikkunsidra ir-riżultati ta' l-implimentazzjoni tal-baġit mill-aġenziji individwali fis-snin ta' qabel, b'mod partikolari għas-sena n-1, u tirrevedi l-baġit rikjest mill-aġenzija partikolari kif meħtieġ; jistieden lill-kumitat kompetenti tiegħu sabiex jirrispetta din ir-reviżjoni u, jekk din ma ssirx mill-Kummissjoni, jirrevedi huwa stess il-baġit rilevanti fuq livell realistiku li jaqbel mal-kapaċità ta" assorbiment u implimentazzjoni ta" l-aġenzija in kwistjoni;

11.  Ifakkar fid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza rigward is-sena finanzjarja 2005, fejn huwa stieden lill-Kummissjoni sabiex kull ħames snin tippreżenta studju dwar il-valur miżjud ta" kull aġenzija li teżisti; jistieden lill-istituzzjonijiet rilevanti kollha sabiex f'każ ta" evalwazzjoni negattiva tal-valur miżjud ta" aġenzija jieħdu l-passi neċessarji billi jifformulaw mill-ġdid il-mandat ta" dik l-aġenzija jew billi jagħlquha; jinnota li ma saret l-ebda evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni fl-2007; jinsisti li l-Kummissjoni għandha tippreżenta ta" l-inqas 5 evalwazzjonijiet bħal dawn qabel id-deċiżjoni dwar il-kwittanza rigward is-sena finanzjarja 2007, u għandha tibda mill-aġenziji l-iktar antiki;

12.  Huwa ta" l-opinjoni li r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti ta" l-Awdituri għandhom jiġu implimentati minnufih, u li l-livell tas-sussidji mħallsa lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-ħtiġijiet reali tagħhom għall-flus kontanti; barra minn hekk jikkunsidra li l-emendi tar-Regolament Finanzjarju ġenerali għandhom jiġu inkorporati fir-regolament finanzjarju ta' qafas ta" l-aġenziji u fil-varji regolamenti finanzjarji speċifiċi tagħhom;

Preżentazzjoni tar-rappurtar tad-data

13.  Jinnota li m'hemm ebda metodu standard fost l-aġenziji fir-rigward tal-preżentazzjoni ta" l-attivitajiet tagħhom matul is-sena finanzjarja kkonċernata u tal-kontijiet tagħhom u tar-rapporti dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja, u l-anqas rigward jekk għandhiex titfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni mid-direttur ta" l-aġenzija; josserva li mhux l-aġenziji kollha jiddistingwu b'mod ċar bejn (a) il-preżentazzjoni tax-xogħol ta" l-aġenzija lill-pubbliku u (b) ir-rappurtar tekniku dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja;

14.  Jinnota li filwaqt li l-istruzzjonijiet fis-seħħ tal-Kummissjoni għall-preparazzjoni tar-rapporti ta" attività ma jesiġux b'mod espliċitu li l-aġenzija tfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni, bosta diretturi, minkejja dan, xorta waħda għamluha għall-2006, filwaqt li f'każ wieħed minnhom kienet inkluża riserva importanti;

15.  Ifakkar li l-paragrafu 27 tar-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta" April 2005(17) jistieden lid-diretturi ta" l-aġenziji sabiex minn issa "l quddiem jibgħatu mar-rapport ta" attività annwali tagħhom, li jiġi ppreżentat flimkien mat-tagħrif finanzjarju u dwar il-ġestjoni, dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni li tikkonċerna l-legalità u r-regolarità ta" l-operazzjonijiet, simili għad-dikjarazzjonijiet li ġew iffirmati mid-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;

16.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex temenda l-istruzzjonijiet fis-seħħ tagħha lill-aġenziji skond dak li ntqal hawn fuq;

17.  Barra minn hekk, jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha taħdem ma" l-aġenziji biex jinħoloq mudell armonizzat li japplika għall-aġenziji u għall-korpi satelliti kollha li jiddistingwi b'mod ċar bejn

   - rapport annwali maħsub għall-qarrejja ġenerali dwar l-operazzjonijiet, ix-xogħol u l-kisbiet tal-korpi;
   - rendikontijiet finanzjarji u rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit;
   - rapport ta' attività simili għar-rapporti ta' attività tad-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;
   - dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni ffirmata mid-direttur tal-korp, flimkien ma" kull riserva jew osservazzjoni li jqis xierqa li jwassal għall-attenzjoni ta" l-awtorità ta" kwittanza;

Sejbiet ġenerali mill-Qorti ta" l-Awdituri

18.  Jinnota dak li sabet il-Qorti (Rapport Annwali, paragrafu 10.29(18)) li l-iżburżar ta" sussidji li jitħallsu mill-Kummissjoni mill-baġit tal-Komunità m'huwiex ibbażat fuq stimi ġġustifikati biżżejjed tar-rekwiżiti ta" flus kontanti ta" l-aġenziji u li dan, flimkien mad-daqs tat-trasferimenti (carry-overs), iwassal sabiex ikollhom bilanċi ta" kreditu kbar mhux ħażin; jinnota wkoll ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-livell ta" sussidji li jitħallsu lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-bżonnijiet reali ta" flus kontanti tagħhom;

19.  Jinnota li fi tmiem l-2006, 14-il aġenzija kienu għad iridu jimplimentaw is-sistema tal-kontijiet ABAC (Rapport Annwali, in-nota f'qiegħ il-paġna għall-paragrafu 10.31);

20.  Jinnota l-kumment tal-Qorti (Rapport Annwali, paragrafu 1.25) dwar spejjeż akkumulati minħabba liv li ma tteħidx li huma responsabbli għalihom uħud mill-aġenziji; jirrimarka li l-Qorti ta" l-Awdituri kkwalifikat id-dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni tagħha fil-każ ta" tliet aġenziji (iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP), CEPOL u l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2006 (2005: CEDEFOP, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni);

Verifika interna

21.  Ifakkar li f'konformità ma" l-Artikolu 185(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-Awditur Intern tal-Kummissjoni huwa wkoll l-awditur intern ta" l-aġenziji regolatorji li jingħataw għotjiet mill-baġit ta" l-UE; jenfasizza l-fatt li l-Awditur Intern jirrapporta lill-bord ta" tmexxija u lid-direttur ta" kull aġenzija;

22.  Jiġbed l-attenzjoni għar-riserva li tniżżlet fir-Rapport ta" l-Attivitajiet Annwali ta" l-Awditur Intern għall-2006 kif ġej:"

L-Awditur Intern tal-Kummissjoni m'huwiex f'pożizzjoni li jissodisfa kif suppost l-obbligu tiegħu skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju bħala awditur intern tal-korpi tal-Komunità minħabba nuqqas ta" riżorsi ta" staff.

"

23.  Jinnota, madankollu, il-kumment ta" l-Awditur Intern fir-rapport ta" l-attivitajiet tiegħu għall-2006 li mill-2007, bis-saħħa tar-riżorsi ta" l-istaff addizzjonali mogħtija mill-Kummissjoni lis-Servizz ta" Verifika Interna (IAS), l-aġenziji regolatorji operattivi kollha se jkunu suġġetti għal xogħol ta" verifika interna fuq bażi annwali;

24.  Jinnota l-għadd li kulma jmur qiegħed jikber ta" aġenziji regolatorji u eżekuttivi u ta" intrapriżi konġunti li jeħtieġ li ssirilhom verifika mill-IAS skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinforma lill-kumitat kompetenti tagħha dwar jekk ir-riżorsi ta" l-istaff għad-dispożizzjoni ta' l-IAS humiex se jkunu biżżejjed sabiex issir verifika annwali ta" dawn il-korpi kollha fis-snin li ġejjin;

25.  Josserva li l-Artikolu 72(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 jesiġi li kull sena kull aġenzija tibgħat rapport lill-Kummissjoni u lill-awtorità tal-kwittanza li jkun imħejji mid-direttur tagħha u li jiġbor fih l-għadd u t-tip ta" verifiki interni li saru mill-awditur intern, ir-rakkomandazzjonijiet li saru u l-azzjoni li ttieħdet dwar dawn ir-rakkomandazzjonijiet; jitlob lill-aġenziji sabiex jindikaw jekk dan huwiex qiegħed isir u, jekk inhu hekk, kif qiegħed isir;

26.  Jieħu nota, fir-rigward tal-kapaċità tal-verifika interna, l-iktar b'rabta ma" l-aġenziji iżgħar, ta" proposta li saret mill-Awditur Intern quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament nhar l-14 ta" Settembru 2006 li aġenziji iżgħar għandhom ikunu awtorizzati jixtru servizzi ta" verifika interna mis-settur privat;

Evalwazzjoni ta" l-aġenziji

27.  Ifakkar l-istqarrija konġunta mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni(19) li ġiet innegozjata fil-konċiljazzjoni quddiem il-Kunsill tal-baġit ECOFIN tat-13 ta" Lulju 2007 li titlob (i) lista ta" aġenziji li l-Kummissjoni bi ħsiebha tevalwa, u (ii) lista ta" aġenziji li diġà ġew evalwati, flimkien ma" sinteżi tar-riżultati prinċipali;

Proċeduri dixxiplinari

28.  Jinnota li, minħabba d-daqs tagħhom, aġenziji individwali jsibu diffikultà biex jistabbilixxu bordijiet ta' dixxiplina ad hoc minn fost staff li huwa ta" grad xieraq fil-karriera u li l-IDOC (l-Uffiċċju ta" l-Investigazzjoni u Dixxiplina) tal-Kummissjoni m'huwiex kompetenti għall-aġenziji; jitlob lill-aġenziji sabiex jikkunsidrau bord ta' dixxiplina komuni;

Abbozz ta" Ftehim Interistituzzjonali

29.  Ifakkar fl-abbozz tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar il-ħolqien ta" qafas operattiv għal aġenziji regolatorji Ewropej ippreżentat mill-Kummissjoni (COM(2005)0059), li kien maħsub li joħloq qafas orizzontali għall-ħolqien, l-istruttura, it-tħaddim, l-evalwazzjoni u l-kontroll ta" l-aġenziji regolatorji Ewropej; jinnota li l-abbozz jirrappreżenta inizjattiva utli bħala sforz sabiex ikunu rrazzjonalizzati l-ħolqien u l-immaniġġjar ta" l-aġenziji; jinnota l-istqarrija fir-rapport ta" sintesi 2006 tal-Kummissjoni (paragrafu 3.1, COM(2007)0274) li għalkemm ma sarx progress fin-negozjati wara l-pubblikazzjonita' l-abbozz, tnedew mill-ġdid diskussjonijiet dwar sustanza fil-Kunsill fi tmiem l-2006; jiddispjaċih li ma kienx possibbli li jsir iktar progress lejn l-adozzjoni;

30.  Jilqa" b'sodisfazzjon għaldaqstant, l-impenn tal-Kummissjoni li tressaq Komunikazzjoni dwar il-ġejjieni ta" l-aġenziji regolatorji matul l-2008;

Aġenziji ffinanzjati minnhom infushom

31.  Ifakkar li għaż-żewġ aġenziji li jiffinanzjaw lilhom infushom, id-direttur jingħata l-kwittanza mill-bord amministrattiv; jinnota li t-tnejn li huma għandhom eċċessi akkumulati sinifikanti minn dħul minn onorarji li jkunu ġew trasferiti minn ċifri tas-snin preċedenti:

   Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern: flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 281 miljun;(20)
   Uffiċċju tal-Komunità għall-Varjetajiet ta" Pjanti: flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 18-il miljun;(21)

Punti speċifiċi

32.  Jesprimi s-sodisfazzjoni tiegħu dwar l-implimentazzjoni xierqa tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006;

33.  Jinnota li ċ-Ċentru ilu jipprova jsaħħaħ u jiżviluppa s-sistema ta' superviżjoni interna tiegħu billi jtejjeb l-effikaċja tal-funzjoni u l-attivitajiet operattivi tiegħu;

34.  Jemmen li l-Ċentru għandu rwol importanti fit-tixrid ta' informazzjoni fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Komunitarju, kif ukoll fir-rigward tas-soċjetà ċivili; iħeġġu biex isir anke iktar effettiv fir-realizzazzjoni tal-missjoni tiegħu; ifaħħar mill-ġdid ix-xogħol imwettaq miċ-Ċentru, li qed jagħmel il-ħidma fdata lilu b'ġenerożità u jħalli impatt imprezzabbli;

35.  Jinnota li għas-sena finanzjarja 2006, il-Qorti ta" l-Awdituri kkwalifikat id-dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni tagħha bl-osservazzjoni li, għalkemm fir-rapport tagħha tas-sena preċedenti kienet enfasizzat in-nuqqas ta" bażi legali għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Appelli taċ-Ċentru sabiex jikkonċedi lil aġent kumpens għal ħsara mhux pekunarja li m'hemmx dispożizzjoni għalih fir-Regolamenti ta" l-Istaff, dak il-kumpens xorta waħda tħallas fl-2006;

36.  Jinnota t-tweġiba taċ-Ċentru li l-legalità tad-deċiżjoni kkuntestata minn dakinhar 'l hawn ġiet ikkonfermata mis-Servizz Ġuridiku tal-Kummissjoni u t-tagħrif sussegwenti mill-Qorti ta" l-Awdituri li l-kwistjoni ġiet solvuta bir-riżultat li l-kumment ikkwalifikat tal-Qorti issa għandu jiġi interpretat bħala osservazzjoni dwar ir-riskju ta" l-immaniġġjar;

37.  Jiġbed l-attenzjoni lejn osservazzjonijiet oħrajn mill-Qorti ta" l-Awdituri fir-rapport tagħha dwar iċ-Ċentru, li jikkonċernaw:

   · proporzjon għoli ta" approprjazzjonijiet li ġew trasferiti jew kanċellati, flimkien ma" għadd għoli ta" trasferimenti fil-baġit;
   · in-nuqqas ta" proċedura ta" inventarju xierqa għall-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni u l-kapitalizzazzjoni ta" l-assi;
   · dokumentazzjoni mhux kompleta ta" proċessi ta" kontroll intern;
   · in-nuqqas ta" bażi legali għar-rimborż tal-miżati ta' l-iskola tat-tfal ta" xi wħud mill-aġenti taċ-Ċentru;
   · in-nuqqas ta" kontroll effettiv rigward jekk dokumenti ppreżentati minn applikanti għal impjiegi biex juru l-esperjenza professjonali tagħhom joffrux prova ġenwina ta' din;
   · irregolaritajiet fi proċeduri ta" akkwist;

38.  Jilqa" b'sodisfazzjon il-ħatra min-naħa taċ-Ċentru ta" awditur intern f'Diċembru 2006;

39.  Jinnota d-dikjarazzjoni fil-kontijiet taċ-Ċentru li r-rapport tal-verifika ta" l-IAS ta" Diċembru 2006 kkonferma li l-proċeduri issa huma regolari u li r-rakkomandazzjonijiet li saru qabel mill-IAS jew ġew implimentati b'mod sħiħ jew daqt jiġu implimentati b'mod sħiħ;

40.  Jinnota t-tagħrif li jinsab fir-rapport annwali li fl-2006 saru sforzi kbar għat-titjib ta" l-ambjent ta" kontroll intern u għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-verifika; jilqa" b'sodisfazzjon id-dikjarazzjoni fir-rapport annwali li l-pjan ta" l-immaniġġjar annwali għall-2007 jinkludi għall-ewwel darba mekkaniżmu sistematiku ex-ante għall-immaniġġjar tar-riskji;

41.  Jinnota li s-sejbiet ta" l-OLAF relatati ma" kuntratti speċifiċi tal-perjodu bejn l-2001-2005 ġew trasmessi lill-awtoritajiet ġudizzjarji Griegi kompetenti;

42.  Jinnota l-ħolqien ta" qafas għall-koperazzjoni bejn iċ-Ċentru u l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjoniji tal-Ħajja u tax-Xogħol, li ġie ffirmat f'Novembru 2006 mid-Diretturi taż-żewġ aġenziji bl-għan li jkun żgurat l-użu tal-finanzjament disponibbli għar-riċerka f'oqsma ta" interess komuni;

43.  Jinnota li fil-karta tal-bilanċ taċ-Ċentru, fuq in-naħa ta" l-assi hemm imniżżla ċifra li tikkorrispondi għal artijiet u binjiet (EUR 4,57 miljun), flimkien ma" eċċess akkumulat ta" EUR 5 miljun fuq in-naħa tal-passiv.

(1) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 46.
(2) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 86.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007(ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(4) ĠU L 39, 13.2.1975, p.1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2051/2004 (ĠU L 355, 1.12.2004, p. 1).
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 46.
(7) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 86.
(8) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007(ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(9) ĠU L 39, 13.2.1975, p.1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2051/2004 (ĠU L 355, 1.12.2004, p. 1).
(10) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(11) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 46.
(12) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 86.
(13) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007(ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(14) ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2051/2004 (ĠU L 355, 1.12.2004, p. 1).
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) ĠU L 187, 15.7.2008, p. 78.
(17) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li tinkludi l-kummenti li jakkumpanjaw id-deċiżjoni dwar il-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Professjonali b'rabta ma" l-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2003 (ĠU L 196, 27.7.2005, p. 69).
(18) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(19) Dokument tal-Kunsill DS 605/1/07 Rev1.
(20) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p.141).
(21) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p.135).


Il-kwittanza ta' l-2006: Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea
PDF 416kWORD 98k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0378/2007 – 2007/2053(DEC))
P6_TA(2008)0145A6-0124/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jwaqqaf iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 14 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' Qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0124/2008),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2006;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0378/2007 – 2007/2053(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(6),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(7),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jwaqqaf iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea(9), u b'mod partikulari l-Artikolu 14 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0124/2008),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0378/2007 – 2007/2053(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(11),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(12),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jwaqqaf iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea(14), u b'mod partikulari l-Artikolu 14 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(15), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0124/2008),

A.   billi l-Qorti ta" l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2006 huma ta" min wieħed joqgħod fuqhom, u li t-tranżazzjonijiet bażiċi huma legali u regolari,

B.   billi fl-24 ta" April 2007, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2005(16), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta" kwittanza fost affarijiet oħrajn

   - esprima tħassib dwar il-fatt li 'l fuq minn 50% ta' l-impenji trasferiti mis-sena finanzjarja 2004 ġew ikkanċellati; insista li ċ-Ċentru għandu jtejjeb l-ipprogrammar ta' l-infiq amministrattiv tiegħu;
   - stieden liċ-Ċentru biex ifittex kjarifika dwar id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali marbuta mal-bażi tad-data IATE;
   - esprima t-tama tiegħu li l-kunflitt bejn iċ-Ċentru u l-Kummissjoni fir-rigward tal-parti li għandha titħallas minn min iħaddem tal-kontribuzzjonijiet għall-pensjoni ta' l-istaff jissolva malajr kemm jista' jkun,

Punti ġenerali li jikkonċernaw il-kwistjonijiet orizzontali li jaffettwaw lill-aġenziji ta" l-UE, u li b'hekk huma importanti wkoll għall-proċedura ta" kwittanza ta" kull waħda mill-aġenziji individwali

1.  Jinnota li l-baġits ta" l-24 aġenzija u ta" korpi relatati oħrajn li saritilhom il-verifika mill-Qorti ta" l-Awdituri kienu jammontaw għal EUR 1 080 5 miljun fl-2006 (l-akbar baġit kien ta" l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni li kien jammonta għal EUR 271 miljun u l-iżgħar baġit kien tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) li kien jammonta għal EUR 5 miljun);

2.  Jenfasizza l-fatt li l-firxa ta" korpi esterni ta" l-UE li huma suġġetti għal verifika u għal kwittanza issa tinkludi mhux biss aġenziji regolatorji tradizzjonali iżda wkoll aġenziji eżekuttivi li ġew stabbiliti sabiex jimplimentaw programmi speċifiċi, u fil-futur qrib se testendi wkoll għal intrapriżi konġunti li ġew stabbiliti bħala sħubiji pubbliċi-privati (inizjattivi teknoloġiċi konġunti);

3.  Josserva fir-rigward tal-Parlament li l-għadd ta" aġenziji suġġetti għall-proċedura ta" kwittanza evolva kif ġej: sena finanzjarja 2000: 8; 2001: 10; 2002: 11; 2003: 14; 2004: 14; 2005: 16; 2006: 20 aġenzija regolatorja u 2 aġenziji eżekuttivi (m'humiex qegħdin jiġu inklużi 2 aġenziji li jiġu vverifikati mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri iżda li huma suġġetti għal proċess ta" kwittanza intern);

4.  Għaldaqstant, jikkonkludi li l-proċess ta" verifika / kwittanza sar ineffiċjenti u sproporzjonat meta mqabbel mad-daqs relattiv tal-baġits ta" l-aġenziji / tal-korpi satelliti; jagħti istruzzjonijiet lill-kumitat kompetenti tiegħu sabiex jagħmel analiżi mill-ġdid fuq firxa wiesgħa tal-proċess ta" kwittanza fir-rigward ta" aġenziji u korpi satelliti bil-għan li jitfassal metodu iktar sempliċi u razzjonali, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu in-numru dejjem jikber ta" korpi li kull wieħed minnhom jesiġi rapport ta" kwittanza separat fis-snin li ġejjin;

Kunsiderazzjonijiet fundamentali

5.  Jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi spjegazzjonijiet ċari fir-rigward ta" l-elementi li ġejjin qabel il-ħolqien ta" aġenzija ġdida jew ir-riforma ta" aġenzija eżistenti: it-tip ta" aġenzija, l-għanijiet ta" l-aġenzija, l-istruttura ta" governanza interna, il-prodotti, is-servizzi, il-proċeduri ewlenin, il-grupp immirat, il-klijenti u l-imsieħba ta" l-aġenzija, ir-relazzjoni formali ma" l-atturi esterni, ir-responsabiltà tal-baġit, l-ippjanar finanzjarju, u l-politika dwar il-personal u r-reklutaġġ ta" staff;

6.  Jitlob li kull aġenzija tiġi regolata minn ftehim ta" eżekuzzjoni annwali li huwa fformulat mill-aġenzija u mid-DĠ responsabbli u li għandu jinkludi l-għanijiet ewlenin għas-sena li tkun ġejja, qafas finanzjarju u indikaturi ċari għall-kejl ta" l-eżekuzzjoni;

7.  Jitlob li l-eżekuzzjoni ta" l-aġenziji tiġi vverifikata b'mod regolari (u fuq bażi ad hoc) mill-Qorti ta" l-Awdituri jew minn awditur indipendenti ieħor; iqis li din il-verifika m'għandhiex tkun limitata għal elementi tradizzjonali ta" ġestjoni finanzjarja u għall-użu xieraq tal-fondi pubbliċi, iżda għandha tkopri wkoll l-effiċjenza u l-effikaċja amministrattiva u għandha tinkludi klassifika tal-ġestjoni finanzjarja ta" kull aġenzija;

8.  Jargumenta li fil-każ ta" aġenziji li qegħdin kontinwament jistmaw li l-ħtiġijiet rispettivi tal-baġit tagħhom huma għola milli fil-fatt huma, għandu jkun hemm tnaqqis tekniku skond il-postijiet vakanti; huwa ta" l-opinjoni li dan għandu jwassal f'perjodu fit-tul għal dħul inqas assenjat għall-aġenziji u għalhekk inaqqas ukoll l-ispejjeż amministrattivi;

9.  Jinnota li hija problema serja li numru ta' aġenziji jiġu kkritikati talli ma jsegwux ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku, ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolamenti ta' l-Istaff eċċ.; jikkunsidra li r-raġuni ewlenija għal dan hija li ħafna mir-regolamenti u r-Regolament Finanzjarju huma mfassla għal istituzzjonijiet akbar u li ħafna mill-aġenziji ż-żgħar m'ghandhomx il-kapaċità mixtieqa biex jaqdu dawn il-ħtiġijiet regolatorji; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni sabiex issib soluzzjoni malajr kemm jista" jkun, sabiex titjieb l-effiċjenza billi l-funzjonijiet amministrattivi ta" diversi aġenziji jingħaqdu flimkien, sabiex tinkiseb din is-saħħa (billi wieħed jikkunsidra l-kambjamenti neċessarji fir-Regolamenti bażiċi li jmexxu lill-aġenziji u l-indipendenza baġitarja tagħhom), jew sabiex toħloq abbozz ta" regoli speċifiċi għall-aġenziji (b'mod partikolari billi timplimenta regoli għall-aġenziji) li jippermettulhom li jkunu konformi bis-sħiħ;

10.  Jinsisti li l-Kummissjoni, meta tkun qed tfassal l-Abbozz Preliminari tal-Baġit, għandha tqis ir-riżultati ta' l-implimentazzjoni tal-baġit mill-aġenziji individwali għas-snin ta' qabel, b'mod partikolari għas-sena n-1 u tirrevedi l-baġit mitlub mill-aġenzija partikolari kif meħtieġ; jistieden lill-Kumitat kompetenti tiegħu sabiex jirrispetta din ir-reviżjoni u, jekk ma jkunx diġà ġie rivedut mill-Kummissjoni, jirrevedi huwa stess il-baġit imsemmi fuq livell realistiku li jaqbel mal-kapaċità ta" assorbiment u implimentazzjoni ta" l-aġenzija msemmija;

11.  Ifakkar id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2005, fejn huwa stieden lill-Kummissjoni sabiex kull ħames snin tippreżenta studju dwar il-valur miżjud ta" kull aġenzija li teżisti; f'każ ta" evalwazzjoni negattiva tal-valur miżjud ta" aġenzija, jistieden lill-istituzzjonijiet relevanti kollha sabiex jieħdu l-passi neċessarji, billi jifformulaw mill-ġdid il-mandat ta" dik l-aġenzija jew billi jagħlquha; jinnota li ma saret l-ebda evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni fl-2007; jinsisti li l-Kummissjoni għandha tippreżenta, ta" l-inqas, 5 minn dan it-tip ta" evalwazzjonijiet qabel id-deċiżjoni dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2007, billi tibda mill- aġenzija l-iżjed antika;

12.  Huwa ta" l-opinjoni li r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti ta" l-Awdituri għandhom jiġu implimentati minnufih, u li l-livell tas-sussidji mħallsa lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-ħtiġijiet attwali tagħhom għall-flus kontanti; barra minn hekk jikkunsidra li l-emendi tar-Regolament Finanzjarju ġenerali għandhom jiġu miżjuda fir-Regolament finanzjarju tal-qafas ta" l-aġenziji u f'bosta regolamenti finanzjarji speċifiċi;

Preżentazzjoni ta" rapportar tad-data

13.  Jinnota li m'hemm ebda metodu standard fost l-aġenziji fir-rigward tal-preżentazzjoni ta" l-attivitajiet tagħhom matul is-sena finanzjarja kkonċernata, il-kontijiet tagħhom u r-rapporti dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja u l-kwistjoni dwar jekk għandhiex titfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni mid-direttur ta" l-aġenzija; josserva li mhux l-aġenziji kollha jiddistingwu b'mod ċar bejn a) il-preżentazzjoni tax-xogħol ta" l-aġenzija lill-pubbliku u b) ir-rapportar tekniku dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja;

14.  Jinnota li filwaqt li l-istruzzjonijiet fis-seħħ tal-Kummissjoni għall-preparazzjoni tar-rapporti ta" attività ma jesiġux b'mod espliċitu li l-aġenzija tfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni, bosta diretturi, minkejja dan, xorta waħda għamluha għall-2006, filwaqt li f'każ wieħed minnhom kienet inkluża riserva importanti;

15.  Ifakkar li l-paragrafu 27 tar-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta" April 2005(17), jistieden lid-Diretturi ta" l-Aġenziji sabiex minn issa "l quddiem ir-rapport ta" attività annwali tagħhom, li jiġi ppreżentat flimkien mat-tagħrif finanzjarju u tal-ġestjoni, irid ikollu miegħu dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni li tikkonċerna l-legalità u r-regolarità ta" l-operazzjonijiet, simili għad-dikjarazzjonijiet li ġew iffirmati mid-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;

16.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex temenda l-istruzzjonijiet tagħha fis-seħħ għall-aġenziji skond dan;

17.  Barra minn hekk, jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha taħdem ma" l-aġenziji sabiex tipproduċi mudell armonizzat li japplika għall-aġenziji u għall-korpi satelliti kollha filwaqt li jiddistingwi b'mod ċar bejn

   - rapport annwali maħsub għall-qarrejja ġenerali dwar l-operazzjonijiet, ix-xogħol u l-kisbiet tal-korpi;
   - rendikont finanzjarji u rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit;
   - rapport dwar l-attività simili għar-rapporti ta' attività tad-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;
   - dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni ffirmata mid-direttur tal-korp, flimkien ma" kull riserva jew osservazzjoni li jqis xierqa sabiex jiġbed l-attenzjoni ta" l-awtorità ta" kwittanza;

Sejbiet ġenerali mill-Qorti ta" l-Awdituri

18.  Jinnota s-sejba tal-Qorti (Rapport Annwali, il-paragrafu 10.29(18)) li l-iżburżar ta" sussidji li jitħallsu mill-Kummissjoni mill-baġit tal-Komunità m'huwiex ibbażat fuq stimi ġġustifikati biżżejjed tar-rekwiżiti ta" flus kontanti ta" l-aġenziji u li dan, flimkien mad-daqs tat-trasferimenti (carry-overs), iwassalhom sabiex ikollhom fil-pussess bilanċi ta" kreditu kbar mhux ħażin; jinnota wkoll ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-livell ta" sussidji li jitħallsu lill-aġenziji għandu jkun konformi mar-rekwiżiti ta" flus kontanti reali tagħhom;

19.  Jinnota li fi tmiem l-2006, 14-il aġenzija kienu għad iridu jimplimentaw is-sistema tal-kontijiet ABAC (Rapport Annwali, in-nota f'qiegħ il-paġna għall-paragrafu 10.31);

20.  Jinnota l-kumment tal-Qorti (Rapport Annwali, il-paragrafu 1.25) dwar spejjeż akkumulati minħabba leave li ma tteħidx li għalihom jagħtu kont xi wħud mill-aġenziji; jenfasizza l-fatt li l-Qorti ta" l-Awdituri kkwalifikat id-dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni tagħha fil-każ ta" tliet aġenziji (Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP), CEPOL u l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2006 (2005: CEDEFOP, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni);

Verifika interna

21.  Ifakkar li f'konformità ma" l-Artikolu 185(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-Awditur Intern tal-Kummissjoni huwa wkoll l-awditur intern ta" l-aġenziji regolatorji li jirċievu konċessjonijiet mill-baġit ta" l-UE; jenfasizza l-fatt li l-Awditur Intern jirrapporta lill-bord ta" tmexxija u lid-direttur ta" kull aġenzija;

22.  Jiġbed l-attenzjoni għar-riserva li tniżżlet fir-Rapport ta" Attività Annwali ta" l-Awditur Intern għall-2006 kif ġej:"

L-Awditur Intern tal-Kummissjoni ma jinsabx f'pożizzjoni li jissodisfa kif suppost l-obbligu tiegħu konferit lilu mill-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju bħala awditur intern tal-korpi tal-Komunità minħabba nuqqas ta" riżorsi ta" staff.

"

23.  Madankollu, jinnota l-kumment ta" l-Awditur Intern fir-rapport ta" attività tiegħu għall-2006 li mill-2007, bis-saħħa tar-riżorsi ta" l-istaff addizzjonali konċessi mill-Kummissjoni lis-Servizz ta" Verifika Interna (IAS), l-aġenziji regolatorji operattivi kollha se jkunu suġġetti għal xogħol ta" verifika interna fuq bażi annwali;

24.  Jinnota l-għadd li kulma jmur qiegħed jikber ta" aġenziji regolatorji u eżekuttivi u ta" intrapriżi konġunti meħtieġa li ssirilhom il-verifika mill-IAS skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinforma lill-kumitat kompetenti tiegħu dwar jekk ir-riżorsi ta" l-istaff li huma disponibbli għall-IAS humiex se jkunu biżżejjed sabiex issir verifika annwali ta" dawn il-korpi kollha fis-snin li ġejjin;

25.  Josserva li l-Artikolu 72(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 jeżiġi li kull sena kull aġenzija tibgħat rapport lill-Kummissjoni u lill-awtorità responsabbli għall-kwittanza, li jkun imħejji mid-direttur u li jiġbor l-għadd u t-tip ta" verifiki interni li saru mill-awditur intern, ir-rakkomandazzjonijiet li saru u l-azzjonijiet li ttieħdu fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet; jitlob lill-aġenziji sabiex jindikaw jekk dan huwiex qiegħed isir u, jekk inhu hekk, kif qiegħed isir;

26.  Jieħu nota, fir-rigward tal-kapaċità tal-verifika interna, l-iktar b'rabta ma" l-aġenziji iżgħar, ta" proposta li saret mill-Awditur Intern quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament nhar l-14 ta" Settembru 2006 li aġenziji iżgħar għandhom ikunu awtorizzati jixtru, f'servizzi ta" verifika interna, mis-settur privat;

Evalwazzjoni ta" l-aġenziji

27.  Ifakkar l-istqarrija konġunta mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni(19) li ġiet innegozjata fil-konċiljazzjoni quddiem il-Kunsill tal-baġit ECOFIN tat-13 ta" Lulju 2007 li titlob għal i) lista ta" aġenziji li l-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tevalwa, u ii) lista ta" aġenziji li diġà ġew evalwati, flimkien ma" sommarju tar-riżultati prinċipali;

Proċeduri dixxiplinari

28.  Jinnota li, minħabba d-daqs tagħhom, aġenziji individwali jsibu diffikultà biex jistabbilixxu bordijiet dixxiplinari ad hoc minn fost staff li huwa ta" grad xieraq tal-karriera u li l-IDOC (l-Uffiċċju ta" l-Investigazzjoni u Dixxiplina) tal-Kummissjoni m'huwiex kompetenti għall-aġenziji; jitlob lill-aġenziji sabiex iqisu bord ta' dixxiplina bejn l-aġenziji;

Abbozz ta" Ftehima Interistituzzjonali

29.  Ifakkar l-abbozz tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar il-qafas operattiv għall-aġenziji regolatorji Ewropej ippreżentat mill-Kummissjoni (COM(2005)0059), li kien maħsub li joħloq qafas orizzontali għall-ħolqien, l-istruttura, it-tħaddim, l-evalwazzjoni u l-kontroll ta" l-aġenziji regolatorji Ewropej; jinnota li l-abbozz jirrappreżenta inizjattiva utli bħala sforz sabiex ikunu razzjonalizzati l-ħolqien u l-immaniġġjar ta" l-aġenziji; jinnota l-istqarrija fir-rapport ta" sintesi 2006 tal-Kummissjoni (il-paragrafu 3.1, COM(2007)0274) li għalkemm ma sarx progress fin-negozjati wara l-pubblikazzjoni ta' l-abbozz, tnedew mill-ġdid diskussjonijiet dwar sustanza fil-Kunsill fi tmiem l-2006; jiddispjaċih li ma kienx possibbli li jsir iktar progress lejn l-adozzjoni;

30.  Għaldaqstant, jilqa" b'sodisfazzjon l-impenn tal-Kummissjoni li tressaq Komunikazzjoni dwar il-ġejjieni ta" l-aġenziji regolatorji matul l-2008;

Aġenziji ffinanzjati minnhom infushom

31.  Ifakkar li għaż-żewġ aġenziji li huma ffinanzjati minnhom infushom, tiġi konċessa kwittanza lid-direttur mill-bord amministrattiv; jinnota li t-tnejn li huma għandhom eċċessi akkumulati sinifikanti minn dħul minn onorarji li jkunu ġew trasferiti minn ċifri tas-snin preċedenti:

   Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 281 miljun;(20)
   Uffiċċju tal-Komunità għall-Varjetà ta" Pjanti flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 18-il miljun(21);

Punti speċifiċi

32.  Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti fir-rapport tagħha ta' l-2006 li l-eċċess tal-baġit akkumulat għall-2006 kien ta' EUR 16,9 miljuni u li, fl-2007, iċ-Ċentru ta lura EUR 9,3 miljuni lill-klijenti tiegħu; jaqbel mal-Qorti ta' l-Awdituri li akkumulazzjoni ta' eċċessi bħal din tissuġġerixxi li l-metodu għall-għoti ta' prezz lit-traduzzjonijiet tiegħu mhuwiex preċiż biżżejjed;

33.  Jinnota wkoll is-sejba tal-Qorti li fi proċedura ta' reklutaġġ għat-tradutturi, iċ-Ċentru ma rnexxilux jipprovdi prova bil-miktub tar-regoli applikati għall-evalwazzjoni tal-fajls tal-kandidati;

34.  Jinnota mill-kontijiet finali li ċ-Ċentru għamel dispożizzjoni għall-kontribuzzjonijiet għall-pensjoni ta' l-istaff ta' EUR 2 021 126 u għal leave li ma jitteħidx ta' EUR 197 000;

35.  Jinnota li l-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru ħatar Direttriċi ġdida, li bdiet taħdem mill-1 ta' Mejju 2006;

36.  Jesprimi t-tama tiegħu li tinsab malajr soluzzjoni għall-problema tal-bini taċ-Ċentru u għall-kwistjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni għall-istaff;

37.  Jilqa' l-indikazzjoni fir-rapport ta' l-attivitajiet taċ-Ċentru li fl-2006 huwa kompla jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet ta' l-IAS tal-Kummissjoni fir-rigward tal-finalizzazzjoni u ta' l-aġġornament tad-deskrizzjonijiet ta' l-impjieg, billi jinforma lill-uffiċjali tiegħu bir-responsabiltajiet tagħhom, billi tawwal l-iskadenzi għall-pubblikazzjonijiet ta' postijiet vakanti, billi sar monitoraġġ adegwat ta' l-attivitajiet taċ-Ċentru, evalwazzjoni tar-riskju, definizzjoni ċara ta' l-istatus ta' l-Aġenzija bħala korp issussidjat jew li jiffinanzja lilu nnifsu, u l-provvista ta' proċedura ta' trasferiment (handover) għall-funzjonijiet essenzjali kollha;

38.  Jinnota li ċ-Ċentru rrekluta awditur intern fi Frar 2008.

(1) ĠU C 261, 31.10.2007, p.42.
(2) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 94.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p.1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007(ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(4) ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1645/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 13).
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU C 261, 31.10.2007, p .42.
(7) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 94.
(8) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007(ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(9) ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1645/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 13).
(10) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(11) ĠU C 261, 31.10.2007, p.42.
(12) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 94.
(13) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007(ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(14) ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1645/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 13).
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) ĠU L 187, 15.7.2008, p. 122.
(17) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li tinkludi l-kummenti li jakkumpanjaw id-deċiżjoni dwar il-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-entitajiet ta' l-Unjoni Ewropea b'rabta ma" l-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2003 (ĠU L 196, 27.7.2005, p. 101).
(18) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(19) Dokument tal-Kunsill DS605/1/07 Rev 1.
(20) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p. 141).
(21) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p. 135).


Il-kwittanza ta' l-2006: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard
PDF 430kWORD 101k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0386/2007 – 2007/2060(DEC))
P6_TA(2008)0146A6-0117/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet finali annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2006(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta" April 2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 23 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0117/2008),

1.  Jagħti kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard b'rabta ma" l-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2006;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lid-direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta" l-Awdituri, u biex jagħmel l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea (Serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0386/2007 – 2007/2060(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet finali annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2006(6),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(7),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta" April 2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (9), u b'mod partikulari l-Artikolu 23 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0117/2008),

1.  Jinnota li l-kontijiet finali annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2006;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jagħmel l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 b'osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0386/2007 – 2007/2060(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet finali annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2006(11),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(12),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta" April 2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (14), u b'mod partikulari l-Artikolu 23 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(15), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0117/2008),

A.   billi l-Qorti ta" l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2006 huma ta' min joqgħod fuqhom, u li t-tranżazzjonijiet bażiċi huma legali u regolari,

B.   billi fl-24 ta" April 2007, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2005(16), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta" kwittanza inter alia

   · jinnota li l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2005 kienet aċċentwata minn rata baxxa ta' impenn (84%) u ta' rata sostanzjali ta' trasferimenti għas-sena ta' wara (35% ġenerali u kważi 90% għan-nefqa operattiva), iżda din is-sitwazzjoni kienet minħabba l-problemi inerenti fil-perjodu inizjali taċ-Ċentru;
   · jiddispjaċih mill-fatt li ebda impenji baġitarji ma saru għan-nefqa taċ-Ċentru fl-2005 qabel ma ttieħdu impenji legali, u li għall-istess perjodu, il-pagamenti kollha taċ-Ċentru kienu qed isiru mill-uffiċjal tal-kontabilità mingħajr ma l-uffiċjal ta' awtorizzazzjoni jkun ħareġ ordni tal-ħlas;
   · jinnota li, kuntrarju għad-dispożizzjonijiet tar-regolament finanzjarju taċ-Ċentru, il-kontabilità tiegħu ma nżammitx f'konformità mal-metodu ta' kontabilità bilanċjata matul l-2005, u b'hekk inħoloq riskju ta' żball,

Punti ġenerali li jikkonċernaw il-kwistjonijiet orizzontali li jaffettwaw lill-aġenziji ta" l-UE u li b'hekk jaffettwaw ukoll il-proċedura ta" kwittanza għal kull waħda mill-aġenziji individwali

1.  Jinnota li l-baġits ta" l-24 aġenzija u ta" korpi satelliti oħrajn li saritilhom il-verifika mill-Qorti ta" l-Awdituri kienu jammontaw għal EUR 1 080,5 miljun fl-2006 (l-akbar baġit kien ta" l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni li kien jammonta għal EUR 271 miljun u l-iżgħar baġit kien tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) li kien jammonta għal EUR 5 miljun);

2.  Jenfasizza l-fatt li l-firxa ta" korpi esterni ta" l-UE li huma suġġetti għal verifika u għal kwittanza issa tinkludi mhux biss aġenziji regolatorji tradizzjonali iżda wkoll aġenziji eżekuttivi li ġew stabbiliti sabiex jimplimentaw programmi speċifiċi, u fil-futur qrib se testendi wkoll għal intrapriżi konġunti li ġew stabbiliti bħala ftehimiet ta' sħubija pubbliċi-privati (inizjattivi teknoloġiċi konġunti);

3.  Josserva fir-rigward tal-Parlament li l-għadd ta" aġenziji suġġetti għall-proċedura ta" kwittanza evolva kif ġej: sena finanzjarja 2000: 8; 2001: 10; 2002: 11; 2003: 14; 2004: 14; 2005: 16; 2006: 20 aġenzija regolatorja u 2 aġenziji eżekuttivi (m'humiex inklużi 2 aġenziji li jiġu vverifikati mill-Qorti ta' l-Awdituri iżda li huma suġġetti għal proċess ta" kwittanza intern);

4.  Jikkonkludi, għaldaqstant, li l-proċess ta" verifika / kwittanza sar ineffiċjenti u sproporzjonat meta mqabbel mad-daqs relattiv tal-baġits ta" l-aġenziji / tal-korpi satelliti; jagħti istruzzjonijiet lill-kumitat kompetenti tiegħu sabiex jagħmel reviżjoni fuq firxa wiesgħa tal-proċess ta" kwittanza fir-rigward ta" aġenziji u korpi satelliti bil-għan li jitfassal metodu iktar sempliċi u razzjonali, filwaqt li jżomm f'moħħu l-għadd dejjem ikbar ta" korpi li kull wieħed minnhom jesiġi rapport ta" kwittanza separat fis-snin li ġejjin;

Kunsiderazzjonijiet fundamentali

5.  Jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi spjegazzjonijiet ċari fir-rigward ta" l-elementi li ġejjin qabel il-ħolqien ta" aġenzija ġdida jew qabel ir-riforma ta" aġenzija eżistenti: it-tip ta" aġenzija, l-għanijiet ta" l-aġenzija, l-istruttura ta" governanza interna, il-prodotti, is-servizzi, il-proċeduri ewlenin, il-grupp fil-mira, il-klijenti u l-partijiet interessati ta" l-aġenzija, ir-relazzjoni formali ma" l-atturi esterni, ir-responsabilità baġitarja, l-ippjanar finanzjarju, u l-istaff u l-politika dwar l-istaff;

6.  Jitlob li kull aġenzija tkun irregolata minn ftehima annwali rigward ir-rendiment li tkun ifformulata mill-aġenzija u mid-DĠ responsabbli u li għandha tinkludi l-għanijiet ewlenin għas-sena li tkun ġejja, qafas finanzjarju u indikaturi ċari għall-kejl tar-rendiment;

7.  7 Jitlob li r-rendiment ta" l-aġenziji jiġi vverifikat b'mod regolari (u fuq bażi ad hoc) mill-Qorti ta" l-Awdituri jew awditur indipendenti ieħor; iqis li din il-verifika m'għandhiex tkun limitata għal elementi tradizzjonali ta" ġestjoni finanzjarja u għall-użu kif suppost tal-fondi pubbliċi, iżda għandha tkopri wkoll l-effiċjenza u l-effikaċja amministrattiva u għandha tinkludi klassifikazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja ta" kull aġenzija;

8.  Jargumenta li fil-każ ta" aġenziji li qegħdin kontinwament jistmaw li l-ħtiġijiet baġitarji rispettivi tagħhom huma ogħla milli fil-fatt huma, għandu jkun hemm tnaqqis tekniku skond il-postijiet vakanti; huwa ta" l-opinjoni li dan għandu jwassal, f'perjodu fit-tul, għal inqas dħul assenjat għall-aġenziji u għalhekk inaqqas ukoll l-ispejjeż amministrattivi;

9.  Jinnota li hija problema serja li għadd ta' aġenziji jiġu kkritikati talli ma jsegwux ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku, ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolamenti ta' l-Istaff eċċ.; jikkunsidra li r-raġuni ewlenija għal dan hija li ħafna mir-regolamenti u r-Regolament Finanzjarju huma mfassla għal istituzzjonijiet akbar u li ħafna mill-aġenziji ż-żgħar m'ghandhomx il-kapaċità mixtieqa biex jaqdu dawn il-ħtiġijiet regolatorji; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni sabiex issib soluzzjoni malajr kemm jista" jkun, sabiex titjieb l-effiċjenza billi l-funzjonijiet amministrattivi ta" diversi aġenziji jingħaqdu flimkien, sabiex tinkiseb din is-saħħa (billi wieħed jikkunsidra t-tibdiliet meħtieġa fir-Regolamenti bażiċi li jmexxu lill-aġenziji u l-indipendenza baġitarja tagħhom), jew sabiex toħloq abbozz ta" regoli speċifiċi għall-aġenziji (b'mod partikulari billi timplimenta regoli għall-aġenziji) li jippermettulhom li jkunu konformi fit-totalità tagħhom;

10.  Jinsisti li l-Kummissjoni, meta tkun qed tfassal l-Abbozz Preliminari tal-Baġit, tqis ir-riżultati ta' l-implimentazzjoni tal-baġit mill-aġenziji individwali fis-snin ta' qabel, b'mod partikulari għas-sena n-1, u tirrevedi l-baġit rikjest mill-aġenzija partikulari kif meħtieġ; jistieden lill-Kumitat kompetenti tiegħu sabiex jirrispetta din ir-reviżjoni u, jekk ma jkunx diġà ġie rivedut mill-Kummissjoni, jirrevedi huwa stess il-baġit imsemmi fuq livell realistiku li jaqbel mal-kapaċità ta" assorbiment u implimentazzjoni ta" l-aġenzija imsemmija;

11.  Ifakkar id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2005, fejn huwa stieden lill-Kummissjoni sabiex kull ħames snin tippreżenta studju dwar il-valur miżjud ta" kull aġenzija li teżisti; f'każ ta" evalwazzjoni negattiva tal-valur miżjud ta" aġenzija, jistieden lill-istituzzjonijiet rilevanti kollha sabiex jieħdu l-passi meħtieġa, billi jifformulaw mill-ġdid il-mandat ta" dik l-aġenzija jew billi jagħlquh; jinnota li ma saret l-ebda evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni fl-2007; jinsisti li l-Kummissjoni għandha tippreżenta, ta" l-inqas 5 minn dan it-tip ta" evalwazzjonijiet qabel id-deċiżjoni dwar il-kwittanza, b'rabta mas-sena finanzjarja 2007, billi tibda mill-iżjed aġenzija antika;

12.  Huwa ta" l-opinjoni li r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti ta" l-Awdituri għandhom jiġu implimentati minnufih, u li l-livell tas-sussidji mħallsa lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-ħtiġijiet attwali tagħhom għal dak li għandu x'jaqsam mal-likwidità; barra minn hekk jikkunsidra li l-emendi tar-Regolament Finanzjarju ġenerali għandhom jiġu miżjuda fir-Regolament finanzjarju tal-qafas ta" l-aġenziji u f'bosta regolamenti finanzjarji speċifiċi;

Il-preżentazzjoni tad-data ta' rappurtaġġ

13.  Jinnota li m'hemm ebda metodu standard fost l-aġenziji dwar il-preżentazzjoni ta" l-attivitajiet tagħhom matul is-sena finanzjarja kkonċernata u tal-kontijiet tagħhom u tar-rapporti dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja, u lanqas dwar il-kwistjoni jekk għandhiex titfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni mid-direttur ta" l-aġenzija; josserva li mhux l-aġenziji kollha jiddistingwu b'mod ċar bejn (a) il-preżentazzjoni tax-xogħol ta" l-aġenzija lill-pubbliku u (b) ir-rappurtar tekniku dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja;

14.  Jinnota li filwaqt li l-istruzzjonijiet fis-seħħ tal-Kummissjoni għall-preparazzjoni tar-rapporti ta" attività ma jesiġux b'mod espliċitu li l-aġenzija tfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni, bosta diretturi, minkejja dan, xorta waħda għamlu dan għall-2006, filwaqt li f'każ wieħed minnhom kienet inkluża riserva importanti;

15.  Ifakkar li r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta" April 2005(17), jistieden lid-Diretturi ta" l-Aġenziji sabiex minn issa "l quddiem ir-rapport ta" attività annwali tagħhom, li jiġi ppreżentat flimkien mat-tagħrif finanzjarju u tal-ġestjoni, irid ikollu miegħu dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni li tikkonċerna l-legalità u r-regolarità ta" l-operazzjonijiet, simili għad-dikjarazzjonijiet li ġew iffirmati mid-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;

16.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex temenda l-istruzzjonijiet fis-seħħ tagħha lill-aġenziji skond dak li ntqal hawn fuq;

17.  Barra minn hekk, jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha taħdem ma" l-aġenziji biex jinħoloq mudell armonizzat li japplika għall-aġenziji u għall-korpi satelliti kollha li jiddistingwi b'mod ċar bejn

   - rapport annwali maħsub għall-qarrejja ġenerali dwar l-operazzjonijiet, ix-xogħol u l-kisbiet;
   - dikjarazzjonijiet finanzjarji u rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit;
   - rapport dwar l-attività li hija simili għar-rapporti ta' attività tad-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;
   - dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni ffirmata mid-direttur tal-korp, flimkien ma" kull riserva jew osservazzjoni oħra li huwa jqis xieraq li jwassal għall-attenzjoni ta" l-awtorità tal-kwittanza;

Sejbiet ġenerali mill-Qorti ta" l-Awdituri

18.  Jinnota dak li sabet il-Qorti (Rapport Annwali, paragrafu 10.29(18)) li l-ħruġ ta" sussidji li jitħallsu mill-Kummissjoni mill-baġit tal-Komunità m'huwiex ibbażat fuq stimi ġġustifikati biżżejjed tar-rekwiżiti ta" likwidità ta" l-aġenziji, u li dan, flimkien mad-daqs tat-trasferimenti għas-sena ta' wara, iwassal sabiex ikollhom bilanċi ta" kreditu kbar mhux ħażin; jinnota wkoll ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-livell ta" sussidji li jitħallsu lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-bżonnijiet reali tagħhom għal dak li jirrigwardja l-likwidità;

19.  Jinnota li fi tmiem l-2006, 14-il aġenzija kienu għad iridu jimplimentaw is-sistema tal-kontijiet ABAC (Rapport Annwali, in-nota f'qiegħ il-paġna għall-paragrafu 10.31);

20.  Jinnota l-kumment tal-Qorti (Rapport Annwali, paragrafu 1.25) dwar spejjeż akkumulati minħabba liv li ma tteħidx li huma responsabbli għalihom uħud mill-aġenziji; jirrimarka li l-Qorti ta" l-Awdituri kkwalifikat id-dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni tagħha fil-każ ta" tliet aġenziji (iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP), CEPOL u l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2006 (2005: CEDEFOP, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza fl-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni);

Verifika interna

21.  Ifakkar li f'konformità ma" l-Artikolu 185(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-Awditur Intern tal-Kummissjoni huwa wkoll l-awditur intern ta" l-aġenziji regolatorji li jingħataw għotjiet mill-baġit ta" l-UE; jirrimarka li l-Awditur Intern jirrapporta lill-bord ta" tmexxija u lid-direttur ta" kull aġenzija;

22.  Jiġbed l-attenzjoni għar-riserva li tniżżlet fir-Rapport ta" l-Attivitajiet Annwali ta" l-Awditur Intern għall-2006 kif ġej:"

L-Awditur Intern tal-Kummissjoni m'huwiex f'pożizzjoni li jissodisfa kif suppost l-obbligu tiegħu skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju bħala awditur intern tal-korpi tal-Komunità minħabba nuqqas ta" riżorsi ta" staff.

"

23.  Jinnota, madankollu, il-kumment ta" l-Awditur Intern fir-rapport ta" l-attivitajiet tiegħu għall-2006 li mill-2007, bis-saħħa tar-riżorsi ta" l-istaff addizzjonali mogħtija mill-Kummissjoni lis-Servizz ta" Verifika Interna (IAS), l-aġenziji regolatorji operattivi kollha se jkunu suġġetti għal xogħol ta" verifika interna fuq bażi annwali;

24.  Jinnota l-għadd li kulma jmur qiegħed jikber ta" aġenziji regolatorji u eżekuttivi u ta" intrapriżi konġunti li jeħtieġ li ssirilhom verifika mill-IAS skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinforma lill-kumitat kompetenti tagħha dwar jekk ir-riżorsi ta" l-istaff għad-dispożizzjoni ta' l-IAS humiex se jkunu biżżejjed sabiex issir verifika annwali ta" dawn il-korpi kollha fis-snin li ġejjin;

25.  Josserva li l-Artikolu 72(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 jeżiġi li kull aġenzija tibgħat kull sena lill-awtorità tal-kwittanza u lill-Kummissjoni rapport li jkun imħejji mid-direttur tagħha u li jiġbor l-għadd u t-tip ta" verifiki interni li jkunu saru mill-Awditur Intern, ir-rakkomandazzjonijiet li saru u l-azzjonijiet li ttieħdu dwar dawn ir-rakkomandazzjonijiet; jitlob lill-aġenziji sabiex jindikaw jekk dan huwiex qiegħed isir u, jekk inhu hekk, kif qiegħed isir;

26.  Jieħu nota, fir-rigward tal-kapaċità tal-verifika interna, l-iktar b'rabta ma" l-aġenziji li huma iżgħar, ta" proposta li saret mill-Awditur Intern quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament nhar l-14 ta" Settembru 2006 li aġenziji li huma iżgħar għandhom ikunu awtorizzati jixtru servizzi ta" verifika interna mis-settur privat;

L-evalwazzjoni ta" l-aġenziji

27.  Ifakkar fl-istqarrija konġunta mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni(19) li ġiet innegozjata fil-konċiljazzjoni quddiem il-Kunsill tal-baġit ta' l-ECOFIN tat-13 ta" Lulju 2007 li titlob (i) lista ta" aġenziji li l-Kummissjoni bi ħsiebha tevalwa, u (ii) lista ta" aġenziji li diġà ġew evalwati, flimkien ma" sinteżi tar-riżultati prinċipali;

Proċeduri dixxiplinari

28.  Jinnota li, minħabba d-daqs tagħhom, aġenziji individwali jsibu diffikultà biex jistabbilixxu bordijiet ta' dixxiplina ad hoc minn fost staff li huwa ta" grad xieraq fil-karriera u li l-IDOC (l-Uffiċċju ta" l-Investigazzjoni u Dixxiplina) tal-Kummissjoni m'huwiex responsabbli għall-aġenziji; jistieden lill-aġenziji sabiex iqisu bord ta' dixxiplina komuni;

Abbozz ta" ftehima interistituzzjonali

29.  Ifakkar l-abbozz ta' ftehim Inter-istituzzjonali dwar il-ħolqien ta' qafas operattiv għall-aġenziji regolatorji Ewropej ippreżentat mill-Kummissjoni (COM(2005)0059), li kien maħsub li joħloq qafas orizzontali għall-ħolqien, l-istruttura, it-tħaddim, l-evalwazzjoni u l-kontroll ta" l-aġenziji regolatorji Ewropej; jinnota li l-abbozz jirrappreżenta inizjattiva utli bħala sforz sabiex ikunu rrazzjonalizzati l-ħolqien u l-immaniġġjar ta" l-aġenziji; jinnota l-istqarrija fir-rapport ta" sintesi 2006 tal-Kummissjoni (il-paragrafu 3.1, COM(2007)0274) li għalkemm ma sarx progress fin-negozjati wara l-pubblikazzjoni ta' l-abbozz, tniedew mill-ġdid diskussjonijiet dwar sustanza fil-Kunsill fi tmiem l-2006; jiddispjaċih li ma kienx possibbli li jsir iktar progress lejn l-adozzjoni;

30.  Jilqa" b'sodisfazzjon għaldaqstant, l-impenn tal-Kummissjoni li tressaq Komunikazzjoni dwar il-ġejjieni ta" l-aġenziji regolatorji matul l-2008;

Aġenziji ffinanzjati minnhom infushom

31.  Ifakkar li għaż-żewġ aġenziji li jiffinanzjaw lilhom infushom, id-direttur jingħata l-kwittanza mill-bord amministrattiv; jinnota li t-tnejn li huma għandhom eċċessi akkumulati sinifikanti minn dħul ta' tariffi li jkunu ġew trasferiti minn ċifri ta' snin preċedenti:

   Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern: flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 281 miljun(20);
   Uffiċċju tal-Komunità għall-Varjetajiet ta" Pjanti: flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 18-il miljun(21);

Punti speċifiċi

32.  Iqis li ċ-Ċentru huwa istituzzjoni importanti għat-tisħiħ u l-iżvilupp Ewropew ta' monitoraġġ tal-mard, għas-sistemi ta' avviż bikri u għal opinjonijiet xjentifiċi awtorevoli dwar ir-riskji li qed joħolqu mardiet ġodda u emerġenti li jittieħdu; jinnota b'sodisfazzjon li ċ-Ċentru rnexxilu jiżviluppa għadd konsiderevoli ta' prodotti u servizzi fl-2006, sabiex jissodisfa l-mandat tiegħu;

33.  Jiġbed l-attenzjoni għall-osservazzjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri fir-rapport tagħha ta' l-2006 li kważi 45% ta' l-impenji li saru matul is-sena kienu ttrasferiti għas-sena ta' wara, u li matul it-tieni nofs ta' l-2006, saru bosta trasferimenti, primarjament minħabba l-istimi mhux preċiżi ta' l-għadd ta' staff meħtieġ, mingħajr ma l-Bord ta' Governanza taċ-Ċentru ġie infurmat fil-ħin.

34.  Jesprimi t-tħassib tiegħu għas-sejbiet tal-Qorti li għal darb'oħra ttieħdu impenji legali fin-nuqqas ta' impenji baġitarji preċedenti, bi ksur tar-Regolament Finanzjarju;

35.  Jistieden liċ-Ċentru biex jieħu l-passi meħtieġa ħalli tittieħed azzjoni dwar l-osservazzjoni tal-Qorti li d-drittijiet ta' aċċess għas-sistema kompjuterizzata ta' mmaniġġjar tal-baġit mhux dejjem kienet konsistenti ma' l-għotjiet awtorizzati mid-Direttur u li l-uffiċjal tal-kontabilità għadu ma vvalidax il-proċeduri ewlenin ta' impenn u ta' pagament;

36.  Jinnota li t-tweġiba taċ-Ċentru tindika li

   · l-kapaċitajiet interni ġew stabbiliti u ttieħdu l-miżuri biex ikunu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati, kif ukoll biex jitjiebu s-sistemi interni ta' kontroll;
   · iċ-Ċentru ħatar uffiċjal tas-sigurtà għas-sistemi finanzjarji (SI2) u stabbilixxa l-kapaċità ta' verifika interna;

37.  Jinnota mill-kontijiet tar-riżultat ekonomiku taċ-Ċentru li fl-2006 fuq il-bażi ta' dħul ta' EUR 15,8 miljun kiseb riżultat ekonomiku ta' EUR 5,3 miljun, b'total ta' likwidità fil-bank ta' EUR 7,2 miljun, u li l-karta tal-bilanċ tinkludi EUR 400 000 għal pre-finanzjament li għandu jirritorna lura lill-Kummissjoni;

38.  Ifakkar li l-baġit taċ-Ċentru kiber minn EUR 4,53 miljun fl-2005 għal EUR 17,15 miljun fl-2006, b'żieda fl-istaff minn 43 għal 85; jinnota li, apparti l-verifika mill-Qorti ta' l-Awdituri, iċ-Ċentru kien ivverifikat mill-IAS tal-Kummissjoni f'Mejju 2006, li rriżulta fi pjan ta' azzjoni, u li fl-2006 ċ-Ċentru stabbilixxa kumitat tal-verifika;

39.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-inklużjoni fir-rapport annwali taċ-Ċentru ta' l-24 standard ta' kontroll intern; huwa ta' l-opinjoni li dan huwa eżempju li jista' jkun segwit b'utilità mill-aġenziji kollha.

(1) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 49.
(2) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 99.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(4) ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 49.
(7) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 99.
(8) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(9) ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.
(10) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(11) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 49.
(12) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 99.
(13) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(14) ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) ĠU L 187, 15.7.2008, p. 170.
(17) Ir-riżoluzzjonijiet kollha dwar l-Aġenziji kienu ppubblikati fil-ĠU L 196, 27.7.2005.
(18) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(19) Dokument tal-Kunsill DS 605/1/07 Rev1.
(20) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p.141).
(21) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p.135).


Il-kwittanza ta' l-2006: Iċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi
PDF 432kWORD 98k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0375/2007 – 2007/2050(DEC))
P6_TA(2008)0147A6-0116/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2006(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta" Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0116/2008),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi b'rabta ma" l-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2006;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lid-direttur taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta" l-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea (Serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0375/2007 – 2007/2050(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2006(6),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(7),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta" Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi(9), u b'mod partikulari l-Artikolu 15 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0116/2008),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2006;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0375/2007 – 2007/2050(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2006(11),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(12),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta" Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi(14), u b'mod partikulari l-Artikolu 15 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(15), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0116/2008),

A.   billi l-Qorti ta" l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2006 huma ta' min wieħed joqgħod fuqhom, u li t-tranżazzjonijiet bażiċi huma legali u regolari,

B.   billi fl-24 ta" April 2007, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2005(16), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta" kwittanza fost affarijiet oħrajn

   · innota li l-ispiża ta' l-amministrazzjoni uriet rata għolja ta' trasferiment għas-sena ta' wara ta' kważi 40%; stieden liċ-Ċentru sabiex imexxi aħjar il-politika dwar l-akkwist sabiex jevita trasferimenti ta' approprjazzjonijiet;
   · innota nuqqasijiet fir-reklutaġġ ta' l-istaff u fil-proċeduri tal-missjonijiet u stieden liċ-Ċentru sabiex japplika dawk il-proċeduri kif suppost;
   · innota li waqt il-proċedura ta' kontrolli dwar l-akkwisti u l-proċeduri kuntrattwali dehru numru ta' anomaliji;
   · stieden liċ-Ċentru sabiex jinkludi sistemi ta' inventarju ta' assi fissi fil-kontijiet ġenerali peress li mingħajr sistema ta' tikkettar ta' min joqgħod fuqha ma tkunx tista' tiġi żgurata t-traċċabiltà ta' l-assi mdaħħla fl-inventarju,

Punti ġenerali li jikkonċernaw il-kwistjonijiet orizzontali li jaffettwaw lill-aġenziji ta" l-UE u li jħallu effett fuq il-proċedura ta" kwittanza għal kull waħda mill-aġenziji individwali

1.  Jinnota li l-baġits ta" l-24 aġenzija u ta" korpi relatati oħrajn li saritilhom il-verifika mill-Qorti ta" l-Awdituri kienu jammontaw għal EUR 1 080,5 miljun fl-2006 (l-akbar baġit kien ta" l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni li kien jammonta għal EUR 271 miljun u l-iżgħar baġit kien tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) li kien jammonta għal EUR 5 miljun);

2.  Jenfasizza l-fatt li l-firxa ta" korpi esterni ta" l-UE li huma suġġetti għal verifika u għal kwittanza issa tinkludi mhux biss aġenziji regolatorji tradizzjonali iżda wkoll aġenziji eżekuttivi li ġew stabbiliti sabiex jimplimentaw programmi speċifiċi, u fil-futur qrib se testendi wkoll għal intrapriżi konġunti li ġew stabbiliti bħala ftehimiet ta' sħubija pubbliċi-privati (inizjattivi teknoloġiċi konġunti);

3.  Josserva fir-rigward tal-Parlament li l-għadd ta" aġenziji suġġetti għall-proċedura ta" kwittanza evolva kif ġej: sena finanzjarja 2000: 8; 2001: 10; 2002: 11; 2003: 14; 2004: 14; 2005: 16; 2006: 20 aġenzija regolatorja u 2 aġenziji eżekuttivi (m'humiex inklużi 2 aġenziji li jiġu vverifikati mill-Qorti ta' l-Awdituri iżda li huma suġġetti għal proċess ta" kwittanza intern);

4.  Għaldaqstant, jikkonkludi li l-proċess ta" verifika / kwittanza sar ineffiċjenti u sproporzjonat meta mqabbel mad-daqs relattiv tal-baġits ta" l-aġenziji / tal-korpi satelliti; jagħti istruzzjonijiet lill-kumitat kompetenti tiegħu sabiex jagħmel reviżjoni fuq firxa wiesgħa tal-proċess ta" kwittanza fir-rigward ta" aġenziji u korpi satelliti bil-għan li jitfassal metodu iktar sempliċi u razzjonali, filwaqt li jżomm f'moħħu l-għadd dejjem jikber ta" korpi li kull wieħed minnhom jesiġi rapport ta" kwittanza separat fis-snin li ġejjin;

Kunsiderazzjonijiet fundamentali

5.  Jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi spjegazzjonijiet ċari fir-rigward ta" l-elementi li ġejjin qabel il-ħolqien ta" aġenzija ġdida jew ir-riforma ta" aġenzija eżistenti: it-tip ta" aġenzija, l-għanijiet ta" l-aġenzija, l-istruttura ta" governanza interna, il-prodotti, is-servizzi, il-proċeduri ewlenin, il-grupp fil-mira, il-klijenti u l-partijiet interessati ta" l-aġenzija, ir-relazzjoni formali ma" l-atturi esterni, ir-responsabiltà tal-baġit, l-ippjanar finanzjarju, u l-politika dwar l-istaff u l-politika rigward l-istaff;

6.  Jitlob li kull aġenzija tkun irregolata minn ftehima annwali rigward ir-rendiment li tkun ifformulata mill-aġenzija u mid-DĠ responsabbli u li għandha tinkludi l-għanijiet ewlenin għas-sena li tkun ġejja, qafas finanzjarju u indikaturi ċari għall-kejl tar-rendiment;

7.  7 Jitlob li l-eżekuzzjoni ta" l-aġenziji tiġi vverifikata b'mod regolari (u fuq bażi ad hoc) mill-Qorti ta" l-Awdituri jew minn awditur indipendenti ieħor; iqis li din il-verifika m'għandhiex tkun limitata għal elementi tradizzjonali ta" ġestjoni finanzjarja u għall-użu kif suppost tal-fondi pubbliċi, iżda għandha tkopri wkoll l-effiċjenza u l-effikaċja amministrattiva u għandha tinkludi klassifika tal-ġestjoni finanzjarja ta" kull aġenzija;

8.  Jargumenta li fil-każ ta" aġenziji li qegħdin kontinwament jgħollu "l fuq il-ħtiġijiet tal-baġit tagħhom rispettiv, għandu jkun hemm tnaqqis tekniku skond il-postijiet vakanti; huwa ta" l-opinjoni li dan għandu jwassal, fl-aħħar mill-aħħar, għal dħul inqas assenjat għall-aġenziji u għalhekk inaqqas ukoll l-ispejjeż amministrattivi;

9.  Jinnota li hija problema serja li numru ta' aġenziji jiġu kkritikati talli ma jsegwux ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku, ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolamenti ta' l-Istaff eċċ.; jikkunsidra li r-raġuni ewlenija għal dan hija li ħafna mir-regolamenti u r-Regolament Finanzjarju huma mfassla għal istituzzjonijiet akbar u li ħafna mill-aġenziji ż-żgħar m'ghandhomx il-kapaċità mixtieqa biex jaqdu dawn il-ħtiġijiet regolatorji; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni sabiex issib soluzzjoni malajr kemm jista" jkun, ħalli titjieb l-effiċjenza billi jingħaqdu flimkien il-funzjonijiet amministrattivi ta" diversi aġenziji, sabiex tinkiseb din is-saħħa (billi wieħed jikkunsidra l-bidliet meħtieġa fir-regolamenti bażiċi li jmexxu lill-aġenziji u l-indipendenza baġitarja tagħhom), jew sabiex jinħoloq abbozz ta" regoli speċifiċi għall-aġenziji (b'mod partikolari billi jiġu implimentati regoli għall-aġenziji) li jippermettulhom li jkunu konformi fit-totalità tagħhom;

10.  Jinsisti li l-Kummissjoni, meta tkun qed tfassal l-Abbozz Preliminari tal-Baġit, tqis ir-riżultati ta' l-implimentazzjoni tal-baġit mill-aġenziji individwali fis-snin ta' qabel, b'mod partikolari għas-sena n-1, u tirrevedi l-baġit rikjest mill-aġenzija partikolari kif meħtieġ; jistieden lill-Kumitat kompetenti tiegħu sabiex jirrispetta din ir-reviżjoni u, jekk ma jkunx diġà ġie rivedut mill-Kummissjoni, jirrevedi huwa stess il-baġit imsemmi fuq livell realistiku li jaqbel mal-kapaċità ta" assorbiment u implimentazzjoni ta" l-aġenzija imsemmija;

11.  Ifakkar fid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2005, fejn huwa stieden lill-Kummissjoni sabiex kull ħames snin tippreżenta studju dwar il-valur miżjud ta" kull aġenzija li teżisti; jistieden lill-istituzzjonijiet relevanti kollha sabiex, f'każ ta" evalwazzjoni negattiva tal-valur miżjud ta" aġenzija, jieħdu l-passi neċessarji, billi jifformulaw mill-ġdid il-mandat ta" dik l-aġenzija jew billi jagħlquha; jinnota li ma saret l-ebda evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni fl-2007; jinsisti li l-Kummissjoni għandha tippreżenta, ta" l-inqas, 5 minn dan it-tip ta" evalwazzjonijiet qabel id-deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward tas-sena finanzjarja 2007, billi tibda mill-iżjed aġenzija antika;

12.  Huwa ta" l-opinjoni li r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti ta" l-Awdituri għandhom jiġu implimentati minnufih, u li l-livell tas-sussidji mħallsa lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-ħtiġijiet attwali tagħhom għall-flus kontanti; barra minn hekk iqis li l-emendi għar-Regolament Finanzjarju ġenerali għandhom jiġu inkorporati fir-regolament ta' qafas finanzjarju ta' l-aġenziji kif ukoll fir-regolamenti finanzjarji speċifiċi varji;

Preżentazzjoni tad-data ta' rappurtaġġ

13.  Jinnota li m'hemm ebda metodu standard fost l-aġenziji fir-rigward tal-preżentazzjoni ta" l-attivitajiet tagħhom matul is-sena finanzjarja kkonċernata u tal-kontijiet tagħhom u tar-rapporti dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja, u l-anqas rigward jekk għandhiex titfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni mid-direttur ta" l-aġenzija; josserva li mhux l-aġenziji kollha jiddistingwu b'mod ċar bejn (a) il-preżentazzjoni tax-xogħol ta" l-aġenzija lill-pubbliku u (b) ir-rappurtar tekniku dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja;

14.  Jinnota li filwaqt li l-istruzzjonijiet fis-seħħ tal-Kummissjoni għall-preparazzjoni tar-rapporti ta" attività ma jesiġux b'mod espliċitu li l-aġenzija tfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni, bosta diretturi, minkejja dan, xorta waħda għamlu dan għall-2006, filwaqt li f'każ wieħed minnhom kienet inkluża riserva importanti;

15.  Ifakkar li l-paragrafu 25 tar-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta" April 2005(17), li jistieden lid-diretturi ta" l-aġenziji sabiex minn issa "l quddiem jibagħtu mar-rapport ta" attività annwali tagħhom, li jiġi ppreżentat flimkien mat-tagħrif finanzjarju u dwar il-ġestjoni, dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni li tikkonċerna l-legalità u r-regolarità ta" l-operazzjonijiet, simili għad-dikjarazzjonijiet li ġew iffirmati mid-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;

16.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex temenda l-istruzzjonijiet fis-seħħ tagħha lill-aġenziji skond dak li ntqal hawn fuq;

17.  Barra minn hekk, jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha taħdem ma" l-aġenziji biex jinħoloq mudell armonizzat li japplika għall-aġenziji u għall-korpi satelliti kollha li jiddistingwi b'mod ċar bejn

   - rapport annwali maħsub għall-qarrejja ġenerali dwar l-operazzjonijiet, ix-xogħol u l-kisbiet tal-korp;
   - rendikontijiet finanzjarji u rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit;
   - rapport ta' attività simili għar-rapporti ta' attività tad-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;
   - dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni ffirmata mid-direttur tal-korp, flimkien ma" kull riserva jew osservazzjoni li jqis xierqa li għandha titqiegħed għall-attenzjoni ta" l-awtorità ta" kwittanza;

Sejbiet ġenerali mill-Qorti ta" l-Awdituri

18.  Jinnota dak li sabet il-Qorti (Rapport Annwali, paragrafu 10.29(18)) li l-ħruġ ta" sussidji li jitħallsu mill-Kummissjoni mill-baġit tal-Komunità m'huwiex ibbażat fuq stimi ġġustifikati biżżejjed tar-rekwiżiti ta" likwidità ta" l-aġenziji, u li dan, flimkien mad-daqs tat-trasferimenti għas-sena ta' wara, iwassal sabiex ikollhom bilanċi ta" kreditu kbar mhux ħażin; jinnota wkoll ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-livell ta" sussidji li jitħallsu lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-bżonnijiet reali tagħhom għal dak li jirrigwardja l-likwidità;

19.  Jinnota li fi tmiem l-2006, 14-il aġenzija kienu għad iridu jimplimentaw is-sistema tal-kontijiet ABAC (Rapport Annwali, in-nota f'qiegħ il-paġna għall-paragrafu 10.31);

20.  Jinnota l-kumment tal-Qorti (Rapport Annwali, paragrafu 1.25) dwar spejjeż akkumulati minħabba liv li ma tteħidx li huma responsabbli għalihom uħud mill-aġenziji; jirrimarka li l-Qorti ta" l-Awdituri kkwalifikat id-dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni tagħha fil-każ ta" tliet aġenziji (iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP), CEPOL u l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2006 (2005: CEDEFOP, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza fl-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni);

Verifika interna

21.  Ifakkar li f'konformità ma" l-Artikolu 185(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-Awditur Intern tal-Kummissjoni huwa wkoll l-awditur intern ta" l-aġenziji regolatorji li jingħataw għotjiet mill-baġit ta" l-UE; jirrimarka li l-Awditur Intern jirrapporta lill-bord ta" tmexxija u lid-direttur ta" kull aġenzija;

22.  Jiġbed l-attenzjoni għar-riserva li tniżżlet fir-Rapport ta" l-Attivitajiet Annwali ta" l-Awditur Intern għall-2006 kif ġej:"

L-Awditur Intern tal-Kummissjoni m'huwiex f'pożizzjoni li jissodisfa kif suppost l-obbligu tiegħu skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju bħala awditur intern tal-korpi tal-Komunità minħabba nuqqas ta" riżorsi ta" staff.

"

23.  Jinnota, madankollu, il-kumment ta" l-Awditur Intern fir-rapport ta" l-attivitajiet tiegħu għall-2006 li mill-2007, bis-saħħa tar-riżorsi ta" l-istaff addizzjonali mogħtija mill-Kummissjoni lis-Servizz ta" Verifika Interna (IAS), l-aġenziji regolatorji operattivi kollha se jkunu suġġetti għal xogħol ta" verifika interna fuq bażi annwali;

24.  Jinnota l-għadd li kulma jmur qiegħed jikber ta" aġenziji regolatorji u eżekuttivi u ta" intrapriżi konġunti li jeħtieġ li ssirilhom verifika mill-IAS skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinforma lill-kumitat kompetenti tagħha dwar jekk ir-riżorsi ta" l-istaff għad-dispożizzjoni ta' l-IAS humiex se jkunu biżżejjed sabiex issir verifika annwali ta" dawn il-korpi kollha fis-snin li ġejjin;

25.  Josserva li l-Artikolu 72(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 jeżiġi li kull aġenzija tibgħat kull sena lill-awtorità tal-kwittanza u lill-Kummissjoni rapport li jkun imħejji mid-direttur tagħha u li jiġbor fih l-għadd u t-tip ta" verifiki interni li saru mill-awditur intern, ir-rakkomandazzjonijiet li saru u l-azzjoni li ttieħdet dwar dawn ir-rakkomandazzjonijiet; jitlob lill-aġenziji sabiex jindikaw jekk dan huwiex qiegħed isir u, jekk inhu hekk, kif qiegħed isir;

26.  Jieħu nota, fir-rigward tal-kapaċità tal-verifika interna, l-iktar b'rabta ma" l-aġenziji iżgħar, ta" proposta li saret mill-Awditur Intern quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament nhar l-14 ta" Settembru 2006 li aġenziji iżgħar għandhom ikunu awtorizzati jixtru servizzi ta" verifika interna mis-settur privat;

Evalwazzjoni ta" l-aġenziji

27.  Ifakkar fl-istqarrija konġunta mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni(19) li ġiet innegozjata fil-konċiljazzjoni quddiem il-Kunsill tal-baġit ECOFIN tat-13 ta" Lulju 2007 li titlob (i) lista ta" aġenziji li l-Kummissjoni bi ħsiebha tevalwa, u (ii) lista ta" aġenziji li diġà ġew evalwati, flimkien ma" sommarju tar-riżultati prinċipali;

Proċeduri dixxiplinari

28.  Jinnota li, minħabba d-daqs tagħhom, aġenziji individwali jsibu diffikultà biex jistabbilixxu bordijiet ta' dixxiplina ad hoc minn fost staff li huwa ta" grad xieraq fil-karriera u li l-IDOC (l-Uffiċċju ta" l-Investigazzjoni u Dixxiplina) tal-Kummissjoni m'huwiex kompetenti għall-aġenziji; jitlob lill-aġenziji sabiex iqisu bord ta' dixxiplina komuni;

Abbozz ta" Ftehima Inter-istituzzjonali

29.  Ifakkar l-abbozz ta' ftehim Inter-istituzzjonali dwar il-ħolqien ta' qafas operattiv għall-aġenziji regolatorji Ewropej ippreżentat mill-Kummissjoni(COM(2005)0059), li kien maħsub li joħloq qafas orizzontali għall-ħolqien, l-istruttura, it-tħaddim, l-evalwazzjoni u l-kontroll ta" l-aġenziji regolatorji Ewropej; jinnota li l-abbozz jirrappreżenta inizjattiva utli bħala sforz sabiex ikunu rrazzjonalizzati l-ħolqien u l-immaniġġjar ta" l-aġenziji; jinnota l-istqarrija fir-rapport ta" sintesi 2006 tal-Kummissjoni (il-paragrafu 3.1, COM(2007)0274) li għalkemm ma sarx progress fin-negozjati wara l-pubblikazzjoni ta' l-abbozz, tniedew mill-ġdid diskussjonijiet dwar sustanza fil-Kunsill fi tmiem l-2006; jiddispjaċih li ma kienx possibbli li jsir iktar progress lejn l-adozzjoni;

30.  30 Jilqa" b'sodisfazzjon għaldaqstant, l-impenn tal-Kummissjoni li tressaq Komunikazzjoni dwar il-ġejjieni ta" l-aġenziji regolatorji matul l-2008;

Aġenziji ffinanzjati minnhom infushom

31.  Ifakkar li għaż-żewġ aġenziji li jiffinanzjaw lilhom infushom, id-direttur jingħata l-kwittanza mill-bord amministrattiv; jinnota li t-tnejn li huma għandhom eċċessi akkumulati sinifikanti minn dħul minn onorarji li jkunu ġew trasferiti minn ċifri tas-snin preċedenti:

   Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern: flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 281 miljun(20);
   Uffiċċju tal-Komunità għall-Varjetajiet ta" Pjanti: flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 18-il miljun(21);

Punti speċifiċi

32.  Jinnota l-osservazzjonijiet tal-Qorti ta' l-Awdituri fir-rapport tagħha għall-2006 li

   · iċ-Ċentru naqqas il-livell ta' trasferimenti għas-sena ta' wara għal 25% fl-2006 (40% fl-2005);
   · kien hemm dewmien fi ħlasijiet għall-punti fokali nazzjonali tar-REITOX (Netwerk Ewropew ta' Tagħrif dwar Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi) skond ftehimiet ta' għotjiet;
   · minkejja li s-sekondar tiegħu fit-tul mal-Kummissjoni fi Brussell kien wasal fi tmiemu, membru ta' l-istaff baqa' jitħallas miċ-Ċentru mingħajr ma reġa' beda x-xogħol f'Liżbona; jinnota li l-kwistjoni hi attwalment is-suġġett ta' proċeduri legali skond ir-Regolamenti ta' l-Istaff;

33.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħidma taċ-Ċentru sabiex itejjeb l-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu; madankollu jiddispjaċih li l-livell tal-fondi trasferiti għas-sena ta' wara għall-baġit li jmiss għadu għoli wisq;

34.  Jinnota mill-kontijiet taċ-Ċentru, li f'Lulju 2006 dan għamel kontroll fiżiku ta' l-inventarju tiegħu u li r-riżultati ddaħħlu f'sistema speċifika tal-komputer;

35.  Jinnota li l-karta tal-bilanċ taċ-Ċentru tinkludi art u bini b'valur ta' EUR 2.5 miljun;

36.  Jinnota mir-rapport komprensiv ħafna ta' attività annwali taċ-Ċentru li saret evalwazzjoni ta' l-operazzjonijiet tiegħu fl-2007; jinnota wkoll li ċ-Ċentru joqgħod fuq is-Servizz ta' Verifika Interna tal-Kummissjoni għall-verifika interna tiegħu;

37.  Jinnota, mill-programmi taċ-Ċentru għall-2007 u għall-perjodu 2007 sa l-2009, l-adozzjoni ta' programm ta' tmexxija sabiex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet reċenti tas-Servizz ta' Verifika Interna tal-Kummissjoni, kif ukoll l-għanijiet strateġiċi li ġejjin;

   · l-iżvilupp ta' kontroll ex-post tat-tranżazzjonijiet finanzjarji;
   · l-iżvilupp ta' kapaċità interna dwar evalwazzjoni tar-riskji u ta' verifika interna;
   · l-iżvilupp ta' mezzi u proċeduri għat-tmexxija ta' riżorsi integrati u l-promozzjoni ta' sinerġiji esterni, partikolarment ma' l-Aġenzija tas-Sigurtà Marittima Ewropea (EMSA), ibbażata wkoll f'Liżbona;
   · l-implimentazzjoni ta' politika aktar strutturata u effettiva għar-riżorsi umani;
   · it-tkomplija b'suċċess tat-trasferiment għall-kwartieri l-ġodda f'Liżbona.

(1) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 67.
(2) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 128.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p.1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(4) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p.72.
(6) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 67
(7) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 128.
(8) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007(ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(9) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.
(10) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(11) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 67.
(12) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 128.
(13) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(14) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) ĠU L 187, 15.7.2008, p. 99.
(17) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li tinkludi l-kummenti li jakkumpanjaw id-deċiżjoni dwar kwittanza lid-Direttur ta' l-Aġenzija Ewropea ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi fir-rigward ta" l-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2003 (ĠU L 196, 27.7.2005, p. 121).
(18) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(19) Dokument tal-Kunsill DS 605/1/07 Rev1.
(20) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p.141).
(21) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p.135).


Il-kwittanza ta' l-2006: L-Aġenzija ta" l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali
PDF 431kWORD 96k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta" l-Aġenzija ta" l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (qabel magħrufa bħala Ċentru ta" Sorveljanza Ewropew għal Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija) għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0374/2007 – 2007/2049(DEC))
P6_TA(2008)0148A6-0113/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet finali annwali ta" l-Aġenzija ta" l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2006(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet finali annwali ta' l-Aġenzija ta" l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (qabel magħrufa bħala Ċentru ta" Sorveljanza Ewropew għal Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija) għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jwaqqaf l-Aġenzija ta" l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 21 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0113/2008),

1.  Jagħti kwittanza lid-direttur ta" l-Aġenzija ta" l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (qabel magħrufa bħala Ċentru ta" Sorveljanza Ewropew għal Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija) b'rabta ma" l-implimentazzjoni tal-baġit ta" l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2006;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni ta' hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha lid-Direttur ta' l-Aġenzija ta" l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta" l-Awdituri, u biex jagħmel l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea (Serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar l-għeluq tal-kontijiet ta" l-Aġenzija ta" l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (qabel magħrufa bħala Ċentru ta" Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija) għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0374/2007 – 2007/2049(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet finali annwali ta" l-Aġenzija ta" l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2006(6),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija ta" l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (qabel magħrufa bħala Ċentru ta" Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija) għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija(7),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jwaqqaf l-Aġenzija ta" l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali(9), u b'mod partikulari l-Artikolu 21 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0113/2008),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija ta" l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (qabel magħrufa bħala Ċentru ta" Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija) huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet ta" l-Aġenzija ta" l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (qabel magħrufa bħala Ċentru ta" Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija) għas-sena finanzjarja 2006;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur ta' l-Aġenzija ta" l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jagħmel l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 b'osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta" l-Aġenzija ta" l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (qabel magħrufa bħala Ċentru ta" Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija) għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0374/2007 – 2007/2049(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet finali annwali ta" l-Aġenzija ta" l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2006(11),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta" l-Aġenzija ta" l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (qabel magħrufa bħala Ċentru ta" Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija) għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija(12),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jwaqqaf l-Aġenzija ta" l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali(14), u b'mod partikulari l-Artikolu 21 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(15), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0113/2008),

A.   billi l-Qorti ta" l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2006 huma ta" min wieħed joqgħod fuqhom, u li t-tranżazzjonijiet bażiċi huma legali u regolari,

B.   billi fl-24 ta" April 2007, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru ta" Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2005(16), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta" kwittanza fost affarijiet oħra

   · innota li ma kien introdott l-ebda mmaniġġjar ibbażat fuq l-attività, minkejja li r-regolament finanzjarju taċ-Ċentru jipprovdi għall-introduzzjoni tiegħu, skond il-kundizzjonijiet applikati għall-baġit ġenerali, bil-għan li jitjieb il-monitoraġġ ta' l-eżekuzzjoni;
   · stieden liċ-Ċentru biex jintroduċi sistema għall-ippjanar u l-immaniġġjar tax-xiri tat-tagħmir tiegħu u nnota li ma wettaq l-ebda kontroll ċikliku fuq l-inventarju tiegħu;
   · innota li s-sistema ta' kontroll intern taċ-Ċentru kellha ħafna nuqqasijiet u li l-prinċipju ta' separazzjoni tad-dmirijiet ma kienx applikat b'mod strett, speċjalment bejn id-dmirijiet ta' introduzzjoni u verifika;

Punti ġenerali li jikkonċernaw il-kwistjonijiet orizzontali li jaffettwaw lill-aġenziji ta" l-UE u li għalhekk huma importanti wkoll għall-proċedura ta" kwittanza għal kull waħda mill-aġenziji individwali

1.  Jinnota li l-baġits ta" l-24 aġenzija u ta" korpi satelliti oħrajn li saritilhom il-verifika mill-Qorti ta" l-Awdituri kienu jammontaw għal EUR 1 080,5 miljuni fl-2006 (l-akbar baġit kien ta" l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni li kien jammonta għal EUR 271 miljun u l-iżgħar baġit kien tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) li kien jammonta għal EUR 5 miljuni);

2.  Jenfasizza l-fatt li l-firxa ta" korpi esterni ta" l-UE li huma suġġetti għal verifika u għal kwittanza issa tinkludi mhux biss aġenziji regolatorji tradizzjonali iżda wkoll aġenziji eżekuttivi li ġew stabbiliti sabiex jimplimentaw programmi speċifiċi, u fil-futur qrib se testendi wkoll għal intrapriżi konġunti li ġew stabbiliti bħala sħubiji bejn il-pubbliku u l-privat (inizjattivi teknoloġiċi konġunti);

3.  Josserva fir-rigward tal-Parlament li l-għadd ta" aġenziji suġġetti għall-proċedura ta" kwittanza evolva kif ġej: sena finanzjarja 2000: 8; 2001: 10; 2002: 11; 2003: 14; 2004: 14; 2005: 16; 2006: 20 aġenzija regolatorja u 2 aġenziji eżekuttivi (m'humiex inklużi 2 aġenziji li jiġu vverifikati mill-ECA iżda li huma suġġetti għal proċess ta" kwittanza intern);

4.  Għaldaqstant, jikkonkludi li l-proċess ta" verifika / kwittanza sar ineffiċjenti u sproporzjonat meta mqabbel mad-daqs relattiv tal-baġits ta" l-aġenziji / tal-korpi satelliti; jagħti istruzzjonijiet lill-kumitat kompetenti tiegħu sabiex jagħmel reviżjoni fuq firxa wiesgħa tal-proċess ta" kwittanza fir-rigward ta" aġenziji u korpi satelliti bil-għan li jitfassal metodu iktar sempliċi u razzjonali, filwaqt li jżomm f'moħħu l-għadd dejjem ikbar ta" korpi li kull wieħed minnhom jesiġi rapport ta" kwittanza separat fis-snin li ġejjin;

Kunsiderazzjonijiet fundamentali

5.  Jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi spjegazzjonijiet ċari fir-rigward ta" l-elementi li ġejjin qabel il-ħolqien ta" aġenzija ġdida jew qabel ir-riforma ta" aġenzija eżistenti: it-tip ta" aġenzija, l-għanijiet ta" l-aġenzija, l-istruttura ta" governanza interna, il-prodotti, is-servizzi, il-proċeduri ewlenin, il-grupp fil-mira, il-klijenti u l-partijiet interessati ta" l-aġenzija, ir-relazzjoni formali ma" l-atturi esterni, ir-responsabiltà tal-baġit, l-ippjanar finanzjarju, u l-politika dwar il-personal u l-provvista ta" staff;

6.  Jitlob li kull aġenzija tkun irregolata minn ftehima annwali rigward ir-rendiment li tkun ifformulata mill-aġenzija u mid-DĠ responsabbli u li għandha tinkludi l-għanijiet ewlenin għas-sena li tkun ġejja, qafas finanzjarju u indikaturi ċari għall-kejl tar-rendiment;

7.  Jitlob li l-eżekuzzjoni ta" l-aġenziji tiġi vverifikata b'mod regolari (u fuq bażi ad hoc) mill-Qorti ta" l-Awdituri jew awditur indipendenti ieħor; iqis li din il-verifika m'għandhiex tkun limitata għal elementi tradizzjonali ta" ġestjoni finanzjarja u għall-użu kif suppost tal-fondi pubbliċi, iżda għandha tkopri wkoll l-effiċjenza u l-effikaċja amministrattiva u għandha tinkludi klassifikazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja ta" kull aġenzija;

8.  Huwa tal-fehma li fil-każ ta" aġenziji li qegħdin kontinwament jgħollu "l fuq il-ħtiġijiet tal-baġit rispettivi tagħhom, għandu jkun hemm tnaqqis tekniku skond il-postijiet vakanti; huwa ta" l-opinjoni li fuq perjodu ta' żmien fit-tul dan għandu jwassal għal inqas dħul assenjat għall-aġenziji u għalhekk inaqqas ukoll l-ispejjeż amministrattivi;

9.  Jinnota li hija problema serja li għadd ta' aġenziji jiġu kkritikati minħabba li ma jsegwux ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku, ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolamenti ta' l-Istaff eċċ.; jikkunsidra li r-raġuni ewlenija għal dan hija li ħafna mir-regolamenti u r-Regolament Finanzjarju huma mfassla għal istituzzjonijiet akbar u li ħafna mill-aġenziji ż-żgħar m'ghandhomx il-kapaċità mixtieqa biex jaqdu dawn il-ħtiġijiet regolatorji; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex tfittex soluzzjoni rapida biex tinkiseb effikaċja akbar billi jinġabru flimkien il-funzjonijiet amministrattivi ta" diversi aġenziji, sabiex tinkiseb din il-massa kritika (filwaqt li jiġu kkunsidrati t-tibdiliet meħtieġa fir-regolamenti bażiċi li jirregolaw l-aġenziji u l-indipendenza baġitarja tagħhom), jew inkella biex b'urġenza tagħmel abbozz ta" regoli speċifiċi għall-aġenziji (b'mod partikulari regoli dwar l-implimentazzjoni għall-aġenziji) li jippermettulhom ikunu f'konformità sħiħa;

10.  Jinsisti li l-Kummissjoni, meta tkun qed tfassal l-Abbozz Preliminari tal-Baġit, għandha tqis ir-riżultati ta' l-implimentazzjoni tal-baġit mill-aġenziji individwali għas-snin ta' qabel, b'mod partikolari għas-sena n-1 u, tirrevedi l-baġit rikjest mill-aġenzija partikolari kif meħtieġ; jistieden lill-kumitat kompetenti tiegħu sabiex jirrispetta din ir-reviżjoni u, jekk ma jkunx diġà ġie rivedut mill-Kummissjoni, jirrevedi huwa stess il-baġit imsemmi fuq livell realistiku li jaqbel mal-kapaċità ta" assorbiment u ta' implimentazzjoni ta" l-aġenzija msemmija;

11.  Ifakkar id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2005, fejn huwa stieden lill-Kummissjoni sabiex kull ħames snin tippreżenta studju dwar il-valur miżjud ta" kull aġenzija li teżisti; jistieden lill-istituzzjonijiet rilevanti, fil-każ ta' evalwazzjoni negattiva tal-valur miżjud ta' aġenzija, sabiex jieħdu l-passi kollha meħtieġa billi jifformolaw mill-ġdid il-mandat ta' dik l-aġenzija jew billi jagħlquha; jinnota li ma saret l-ebda evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni fl-2007; jinsisti li l-Kummissjoni għandha tippreżenta ta" l-inqas 5 evalwazzjonijiet bħal dawn qabel id-deċiżjoni dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2007, u għandha tibda bl-aġenziji li l-aktar ilhom joperaw;

12.  Huwa tal-fehma li rakkomandazzjonijiet tal-Qorti ta" l-Awdituri għandhom ikunu implimentati immedjatament u li l-livell ta" sussidji mħallsa lill-aġenziji għandu jkun allinjat mar-rekwiżiti ta" flus kontanti reali tagħhom; barra minn hekk iqis li l-modifiki għar-Regolament Finanzjarju ġenerali għandhom jiġu inkorporati fir-regolament ta' qafas finanzjarju ta' l-aġenziji kif ukoll fir-regolamenti finanzjarji speċifiċi varji;

Preżentazzjoni tad-data ta' rappurtaġġ

13.  Jinnota li ma hemm l-ebda metodu standard fost l-aġenziji fir-rigward tal-preżentazzjoni ta" l-attivitajiet tagħhom matul is-sena finanzjarja konċernata, tal-kontijiet tagħhom u tar-rapporti dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja u l-kwistjoni dwar jekk għandhiex titfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni mid-direttur ta" l-aġenzija; josserva li mhux l-aġenziji kollha jiddistingwu b'mod ċar bejn (a) il-preżentazzjoni tax-xogħol ta" l-aġenzija lill-pubbliku u (b) ir-rappurtar tekniku dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja;

14.  Jinnota li filwaqt li l-istruzzjonijiet fis-seħħ tal-Kummissjoni għall-preparazzjoni tar-rapporti ta" attività ma jesiġux b'mod espliċitu li l-aġenzija tfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni, bosta diretturi, minkejja dan, xorta waħda għamluha għall-2006, filwaqt li f'każ wieħed minnhom kienet inkluża riserva importanti;

15.  Ifakkar li l-paragrafu 27 tar-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta" April 2005(17), li jistieden lid-Diretturi ta" l-Aġenziji sabiex minn issa "l quddiem ir-rapport ta" l-attivitajiet annwali tagħhom, li jiġi ppreżentat flimkien mat-tagħrif finanzjarju u tal-ġestjoni, irid ikollu miegħu dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni li tikkonċerna l-legalità u r-regolarità ta" l-operazzjonijiet, simili għad-dikjarazzjonijiet li ġew iffirmati mid-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;

16.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex temenda l-istruzzjonijiet tagħha fis-seħħ għall-aġenziji skond dak li ntqal hawn fuq;

17.  Barra minn hekk, jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha taħdem ma" l-aġenziji għall-produzzjoni ta' mudell armonizzat li japplika għall-aġenziji u għall-korpi satelliti kollha filwaqt li jiddistingwi b'mod ċar bejn

   - rapport annwali maħsub għall-qarrejja ġenerali dwar l-operazzjonijiet, ix-xogħol u l-kisbiet tal-korpi;
   - rendikontijiet finanzjarji u rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit;
   - rapport dwar l-attività fuq il-linji tar-rapporti ta' attività tad-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;
   - dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni ffirmata mid-direttur tal-korp, flimkien ma" kwalunkwe riżerva jew osservazzjoni li huwa jqis xierqa sabiex jiġbed l-attenzjoni ta" l-awtorità ta" kwittanza dwarha;

Konklużjonijiet ġenerali tal-Qorti ta" l-Awdituri

18.  Jinnota dak li sabet il-Qorti (Rapport Annwali, paragrafu 10.29(18)) li l-ħruġ ta" sussidji li jitħallsu mill-Kummissjoni mill-baġit tal-Komunità m'huwiex ibbażat fuq stimi ġġustifikati biżżejjed tar-rekwiżiti ta" flus kontanti ta" l-aġenziji u li dan, flimkien mad-daqs tat-trasferimenti għas-sena ta' wara, iwassal sabiex ikollhom bilanċi ta" kreditu kbar mhux ħażin; jinnota wkoll ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-livell ta" sussidji li jitħallsu lill-aġenziji għandu jkun konformi mar-rekwiżiti ta" flus kontanti reali tagħhom;

19.  Jinnota li fi tmiem l-2006, 14-il aġenzija kienu għad iridu jimplimentaw is-sistema tal-kontijiet ABAC (Rapport Annwali, in-nota f'qiegħ il-paġna għall-paragrafu 10.31);

20.  Jinnota l-kumment tal-Qorti (Rapport Annwali, paragrafu 1.25) dwar spejjeż akkumulati minħabba liv li ma tteħidx li jitqiesu minn uħud mill-aġenziji; jenfasizza l-fatt li l-Qorti ta" l-Awdituri kkwalifikat l-istqarrija ta" assigurazzjoni tagħha fil-każ ta" tliet aġenziji (Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP), CEPOL u l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2006 (2005: CEDEFOP, l-Awtorità Ewropea dwar is-s-Sikurezza fl-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni);

Verifika interna

21.  Ifakkar li f'konformità ma" l-Artikolu 185(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-Awditur Intern tal-Kummissjoni huwa wkoll l-awditur intern ta" l-aġenziji regolatorji li jingħataw għotjiet mill-baġit ta" l-UE; jenfasizza l-fatt li l-Awditur Intern jirrapporta lill-bord ta" tmexxija u lid-direttur ta" kull aġenzija;

22.  Jiġbed l-attenzjoni għar-riżerva li tniżżlet fir-Rapport ta" l-Attivitajiet Annwali ta" l-Awditur Intern għall-2006 kif ġej:"

L-Awditur Intern tal-Kummissjoni m'huwiex f'pożizzjoni li jissodisfa kif suppost l-obbligu tiegħu mogħti lilu mill-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju bħala awditur intern tal-korpi tal-Komunità minħabba nuqqas ta" riżorsi ta" staff.

"

23.  Madankollu, jinnota l-kumment ta" l-Awditur Intern fir-rapport ta" l-attivitajiet tiegħu għall-2006 li mill-2007, bis-saħħa tar-riżorsi ta" l-istaff addizzjonali mogħtija mill-Kummissjoni lis-Servizz ta" Verifika Interna (IAS), l-aġenziji regolatorji operattivi kollha se jkunu suġġetti għal xogħol ta" verifika interna fuq bażi annwali;

24.  Jinnota l-għadd li kulma jmur qiegħed jikber ta" aġenziji regolatorji u eżekuttivi u ta" intrapriżi konġunti li jeħtieġ li ssirilhom verifika mill-IAS skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinforma lill-kumitat kompetenti tagħha dwar jekk ir-riżorsi ta" l-istaff li huma disponibbli għall-IAS humiex se jkunu biżżejjed sabiex issir verifika annwali ta" dawn il-korpi kollha fis-snin li ġejjin;

25.  Josserva li l-Artikolu 72(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 jeżiġi li kull aġenzija tibgħat kull sena lill-awtorità tal-kwittanza u lill-Kummissjoni rapport li jkun imħejji mid-direttur tagħha u li jiġbor l-għadd u t-tip ta" verifiki interni li jkunu saru mill-Awditur Intern, ir-rakkomandazzjonijiet li saru u l-azzjonijiet li ttieħdu dwar dawn ir-rakkomandazzjonijiet; jitlob lill-aġenziji sabiex jindikaw jekk dan huwiex qiegħed isir u, jekk inhu hekk, kif qiegħed isir;

26.  Jieħu nota, fir-rigward tal-kapaċità tal-verifika interna, speċjalment b'rabta ma" l-aġenziji iżgħar, ta" proposta li saret mill-Awditur Intern quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament nhar l-14 ta" Settembru 2006 li aġenziji iżgħar għandhom ikunu awtorizzati jixtru, f'servizzi ta" verifika interna, mis-settur privat;

Evalwazzjoni ta" l-aġenziji

27.  Ifakkar l-istqarrija konġunta mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni(19) li ġiet innegozjata fil-konċiljazzjoni quddiem il-Kunsill tal-baġit ECOFIN tat-13 ta" Lulju 2007 li titlob (i) lista ta" aġenziji li l-Kummissjoni bi ħsiebha tevalwa, u (ii) lista ta" aġenziji li diġà ġew evalwati, flimkien ma" sommarju tar-riżultati prinċipali;

Proċeduri dixxiplinari

28.  Jinnota li, minħabba d-daqs tagħhom, aġenziji individwali jsibu diffikultà biex jistabbilixxu bordijiet dixxiplinari ad hoc minn fost staff ta" grad xieraq fil-karriera u li l-IDOC (l-Uffiċċju ta" l-Investigazzjoni u Dixxiplina) tal-Kummissjoni m'huwiex kompetenti għall-aġenziji; jistieden lill-aġenziji sabiex iqisu li jsir bord ta' dixxiplina komuni;

Abbozz ta" Ftehima Inter-istituzzjonali

29.  Ifakkar l-abbozz ta' ftehim Inter-istituzzjonali dwar il-ħolqien ta' qafas operattiv għall-aġenziji regolatorji Ewropej ippreżentat mill-Kummissjoni(COM(2005)0059), li kien maħsub li joħloq qafas orizzontali għall-ħolqien, l-istruttura, it-tħaddim, l-evalwazzjoni u l-kontroll ta" l-aġenziji regolatorji Ewropej; jinnota li l-abbozz jirrappreżenta inizjattiva utli bħala sforz sabiex ikunu rrazzjonalizzati l-ħolqien u l-immaniġġjar ta" l-aġenziji; jinnota l-istqarrija fir-rapport ta" sintesi 2006 tal-Kummissjoni (il-paragrafu 3.1, COM(2007)0274) li għalkemm ma sarx progress fin-negozjati wara l-pubblikazzjoni ta' l-abbozz, tniedew mill-ġdid diskussjonijiet dwar sustanza fil-Kunsill fi tmiem l-2006; jiddispjaċih li ma kienx possibbli li jsir iktar progress lejn l-adozzjoni;

30.  Għaldaqstant, jilqa" b'sodisfazzjon l-impenn tal-Kummissjoni li tressaq Komunikazzjoni dwar il-ġejjieni ta" l-aġenziji regolatorji matul l-2008;

Aġenziji ffinanzjati minnhom infushom

31.  Ifakkar li għaż-żewġ aġenziji li huma ffinanzjati minnhom infushom, id-direttur jingħata l-kwittanza mill-bord amministrattiv; jinnota li t-tnejn li huma għandhom eċċessi akkumulati sinifikanti minn dħul minn onorarji li jkunu ġew trasferiti minn ċifri tas-snin preċedenti:

   Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern: flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 281 miljun;(20)
   Uffiċċju tal-Komunità għall-Varjetà ta" Pjanti: flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 18-il miljun(21);

Punti speċifiċi

32.  Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti fir-rapport tagħa ta' l-2006, li l-Aġenzija ttrasferiet EUR 235 000 mir-riżerva operazzjonali (Titolu III) għat-Titolu I (nefqa ta' l-istaff) biex jiġu koperti spejjeż ikbar għall-istaff temporanju mingħajr ma' tiġi dokumentata l-ġustifikazzjoni għal dan it-trasferiment, kif meħtieġ mir-Regolament Finanzjarju ta' l-Aġenzija;

33.  Jinnota, mid-dikkjarazzjoni dwar ir-riżultat baġitarju, li fl-2006 l-Aġenzija rrimbursat bilanċ pożittiv ta' EUR 1 170 985 lill-Kummissjoni;

34.  Ifakkar li, f'Diċembru 2006, il-Kunsill tal-ĠIA wasal għal qbil dwar l-estensjoni tal-mandat taċ-Ċentru ta" Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija sabiex isir l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali;

35.  Jiddispjaċih li r-rapport u l-kontijiet annwali għall-programmi ta' ħidma ta' l-2006 u l-2007 relattivament fihom ftit informazzjoni dwar l-eżekuzzjoni tal-baġit, ir-rappurtaġġ finanzjarju, ir-riskji, l-evakwazzjoni u l-verifika; jistieden lill-aġenzija biex ittejjeb il-kwalità tar-rapportaġġ finanzjarju tagħha u biex tippubblika r-rapport ta' attività annwali tagħha fuq il-websajt tagħha;

36.  Jenfasizza l-ħtieġa sabiex l-Aġenzija tirrispetta r-regoli u l-objettivi tar-Regolamenti ta" l-Istaff fil-proċeduri ta" reklutaġġ tagħha;

37.  Jilqa" b'sodisfazjon l-isforzi ta" l-Aġenzija sabiex tkun konformi ma" l-impenji tal-Qorti ta" l-Awdituri u jistieden lill-Aġenzija sabiex tkompli ttejjeb il-ġestjoni finanzjarja tagħha.

(1) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 1.
(2) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 6.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007(ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(4) ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 1.
(7) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 6.
(8) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007(ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(9) ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.
(10) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(11) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 1.
(12) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 6.
(13) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007(ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(14) ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) ĠU L 187, 15.7.2008, p. 92.
(17) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li tinkludi l-kummenti li jakkumpanjaw id-deċiżjoni dwar kwittanza lid-Direttur ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni fir-rigward ta" l-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2003 (ĠU L 196, 27.7.2005, p. 127).
(18) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(19) Dokument tal-Kunsill DS 605/1/07 Rev1.
(20) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p. 141).
(21) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p. 141).


Il-kwittanza ta' l-2006: L-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni
PDF 433kWORD 101k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta" l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0373/2007 – 2007/2048(DEC))
P6_TA(2008)0149A6-0112/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet finali annwali ta" l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2006(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet finali annwali ta' Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2667/2000 tal-5 ta" Diċembru 2000 dwar l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 8 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0112/2008),

1.  Jagħti kwittanza lid-Direttur ta" l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni fir-rigward ta" l-implimentazzjoni tal-baġit ta" l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2006;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex iressaq din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha lid-Direttur ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta" l-Awdituri, u sabiex jagħmel l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea (Serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar l-għeluq tal-kontijiet ta" l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0373/2007 – 2007/2048(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet finali annwali ta" l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2006(6),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet finali annwali ta' Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija(7),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2667/2000 tal-5 ta" Diċembru 2000 dwar l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (9), u b'mod partikulari l-Artikolu 8 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0112/2008),

1.  Jinnota li l-kontijiet finali annwali ta" l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet ta" l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2006;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jagħmel l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0373/2007 – 2007/2048(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet finali annwali ta" l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2006(11),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet finali annwali ta' Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija(12),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2667/2000 tal-5 ta" Diċembru 2000 dwar l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (14), u b'mod partikulari l-Artikolu 8 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(15), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0112/2008),

A.   billi l-Qorti ta" l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2006 huma ta" min wieħed joqgħod fuqhom, u li t-tranżazzjonijiet bażiċi huma legali u regolari,

B.   billi fl-24 ta" April 2007, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2005(16), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta" kwittanza, fost affarijiet oħra

   · laqa' l-miżuri meħuda mill-Aġenzija sabiex ittejjeb il-proċeduri ta' għoti ta' kuntratti, b'segwitu għall-osservazzjonijiet fir-rapporti annwali għall-2003 u l-2004 tal-Qorti ta' l-Awdituri, li rriżultaw f'aktar trasparenza f'diversi oqsma;
   · innota li fir-rapport tagħha ta' l-2004, il-Qorti ta' l-Awdituri kienet irrappurtat li, f'reviżjoni ta' l-operazzjonijiet fdati f'idejn il-Missjoni Interim tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo (UNMIK), kienet sabet nuqqas ta' kontroll finanzjarju adegwat fil-ħlasijiet u diffikultajiet serji fil-ħidma ta' l-għeluq tal-kontijiet, l-aktar minħabba nuqqas ta' kontijiet adegwati għall-proġetti u ta' biżżejjed ġustifikazzjoni għan-nefqa,

Punti ġenerali li jikkonċernaw il-kwistjonijiet orizzontali li jaffettwaw lill-aġenziji ta" l-UE, u li b'hekk huma importanti wkoll għall-proċedura ta" kwittanza ta" kull waħda mill-aġenziji individwali

1.  Jinnota li l-baġits ta" l-24 aġenzija u ta" korpi relatati oħrajn li saritilhom il-verifika mill-Qorti ta" l-Awdituri kienu jammontaw għal EUR 1 080,5 miljun fl-2006 (l-akbar baġit kien ta" l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni li kien jammonta għal EUR 271 miljun u l-iżgħar baġit kien tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) li kien jammonta għal EUR 5 miljun);

2.  Jenfasizza l-fatt li l-firxa ta" korpi esterni ta" l-UE li huma suġġetti għal verifika u għal kwittanza issa tinkludi mhux biss aġenziji regolatorji tradizzjonali iżda wkoll aġenziji eżekuttivi li ġew stabbiliti sabiex jimplimentaw programmi speċifiċi, u fil-futur qrib se testendi wkoll għal intrapriżi konġunti li ġew stabbiliti bħala sħubiji pubbliċi-privati (inizjattivi teknoloġiċi konġunti);

3.  Josserva fir-rigward tal-Parlament li l-għadd ta" aġenziji suġġetti għall-proċedura ta" kwittanza evolva kif ġej: sena finanzjarja 2000: 8; 2001: 10; 2002: 11; 2003: 14; 2004: 14; 2005: 16; 2006: 20 aġenzija regolatorja u 2 aġenziji eżekuttivi (m'humiex qegħdin jiġu inklużi 2 aġenziji li jiġu vverifikati mill-ECA iżda li huma suġġetti għal proċess ta" kwittanza intern);

4.  Għaldaqstant, jikkonkludi li l-proċess ta" verifika / kwittanza sar ineffiċjenti u sproporzjonat meta mqabbel mad-daqs relattiv tal-baġits ta" l-aġenziji / tal-korpi satelliti; jagħti istruzzjonijiet lill-kumitat kompetenti tiegħu sabiex jagħmel analiżi mill-ġdid fuq firxa wiesgħa tal-proċess ta" kwittanza fir-rigward ta" aġenziji u korpi satelliti bil-għan li jitfassal metodu iktar sempliċi u razzjonali, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu l-għadd li kulma jmur qiegħed jikber ta" korpi li kull wieħed minnhom jesiġi rapport ta" kwittanza separat fis-snin li ġejjin;

Kunsiderazzjonijiet fundamentali

5.  Jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi spjegazzjonijiet ċari fir-rigward ta" l-elementi li ġejjin qabel il-ħolqien ta" aġenzija ġdida jew ir-riforma ta" aġenzija eżistenti: it-tip ta" aġenzija, l-għanijiet ta" l-aġenzija, l-istruttura ta" governanza interna, il-prodotti, is-servizzi, il-proċeduri ewlenin, il-grupp immirat, il-klijenti u l-imsieħba ta" l-aġenzija, ir-relazzjoni formali ma" l-atturi esterni, ir-responsabiltà tal-baġit, l-ippjanar finanzjarju, u l-politika dwar il-personal u r-reklutaġġ ta" staff;

6.  Jitlob li kull aġenzija tiġi regolata minn ftehim ta" eżekuzzjoni fis-sena li huwa fformulat mill-aġenzija u mid-DĠ responsabbli u li għandu jinkludi l-għanijiet ewlenin għas-sena li tkun ġejja, qafas finanzjarju u indikaturi ċari għall-kejl ta" l-eżekuzzjoni;

7.  Jitlob li l-eżekuzzjoni ta" l-aġenziji tiġi vverifikata b'mod regolari (u fuq bażi ad hoc) mill-Qorti ta" l-Awdituri jew awditur indipendenti ieħor; iqis li din il-verifika m'għandhiex tkun limitata għal elementi tradizzjonali ta" ġestjoni finanzjarja u għall-użu kif suppost tal-fondi pubbliċi, iżda għandha tkopri wkoll l-effiċjenza u l-effikaċja amministrattiva u għandha tinkludi klassifika tal-ġestjoni finanzjarja ta" kull aġenzija;

8.  Jargumenta li fil-każ ta" aġenziji li qegħdin kontinwament jgħollu "l fuq il-ħtiġijiet tal-baġit tagħhom rispettiv, għandu jkun hemm tnaqqis tekniku skond il-postijiet vakanti; huwa ta" l-opinjoni li fi żmien fit-tul dan għandu jwassal għal anqas dħul assenjat għall-aġenziji u għalhekk inaqqas ukoll l-ispejjeż amministrattivi;

9.  Jinnota li hija problema serja li numru ta' aġenziji jiġu kkritikati talli ma jsegwux ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku, ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolamenti ta' l-Istaff eċċ.; jikkunsidra li r-raġuni ewlenija għal dan hija li ħafna mir-regolamenti u r-Regolament Finanzjarju huma mfassla għal istituzzjonijiet akbar u li ħafna mill-aġenziji ż-żgħar m'ghandhomx il-kapaċità mixtieqa biex jaqdu dawn il-ħtiġijiet regolatorji; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni sabiex issib soluzzjoni malajr kemm jista" jkun, sabiex titjieb l-effiċjenza billi l-funzjonijiet amministrattivi ta" diversi aġenziji jingħaqdu flimkien, sabiex tinkiseb din is-saħħa (billi wieħed jikkunsidra l-kambjamenti neċessarji fir-Regolamenti bażiċi li jmexxu lill-aġenziji u l-indipendenza baġitarja tagħhom), jew sabiex toħloq abbozz ta" regoli speċifiċi għall-aġenziji (b'mod partikolari billi timplimenta regoli għall-aġenziji) li jippermettulhom li jkunu konformi fit-totalità tagħhom;

10.  Jinsisti li l-Kummissjoni, meta tkun qed tfassal l-Abbozz Preliminari tal-Baġit, għandha tqis ir-riżultati ta' l-implimentazzjoni tal-baġit mill-aġenziji individwali għas-snin ta' qabel, b'mod partikolari għas-sena n-1 u, tirrevedi l-baġit mitlub mill-aġenzija partikolari kif meħtieġ; jistieden lill-Kumitat kompetenti tiegħu sabiex jirrispetta din ir-reviżjoni u, jekk ma jkunx diġà ġie rivedut mill-Kummissjoni, jirrevedi huwa stess il-baġit imsemmi fuq livell realistiku li jaqbel mal-kapaċità ta" assorbiment u implimentazzjoni ta" l-aġenzija imsemmija;

11.  Ifakkar id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2005, fejn huwa stieden lill-Kummissjoni sabiex kull ħames snin tippreżenta studju dwar il-valur miżjud ta" kull aġenzija li teżisti; f'każ ta" evalwazzjoni negattiva tal-valur miżjud ta" aġenzija, jistieden lill-istituzzjonijiet relevanti kollha sabiex jieħdu l-passi neċessarji, billi jifformulaw mill-ġdid il-mandat ta" dik l-aġenzija jew billi jagħlquh; jinnota li ma saret l-ebda evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni fl-2007; jinsisti li l-Kummissjoni għandha tippreżenta, ta" l-inqas, 5 minn dan it-tip ta" evalwazzjonijiet qabel id-deċiżjoni dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2007, billi tibda mill-iżjed aġenzija antika;

12.  Huwa ta" l-opinjoni li r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti ta" l-Awdituri għandhom jiġu implimentati minnufih, u li l-livell tas-sussidji mħallsa lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-ħtiġijiet attwali tagħhom għall-flus kontanti; barra minn hekk jikkunsidra li l-emendi tar-Regolament Finanzjarju ġenerali għandhom jiġu miżjuda fir-Regolament finanzjarju tal-qafas ta" l-aġenziji u f'bosta regolamenti finanzjarji speċifiċi;

13.  Hu mħasseb li numru sinifikanti ta' staff huma impjegati fuq bażi temporanja b'mod li jista' jdgħajjef il-kwalità ta' xogħolhom; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-monitoraġġ tagħha ta" l-implimentazzjoni tar-Regolamenti ta' l-Istaff mill-aġenziji.

Preżentazzjoni ta" data ta' ruppurtaġġ

14.  14 Jinnota li m'hemm ebda metodu standard fost l-aġenziji fir-rigward tal-preżentazzjoni ta" l-attivitajiet tagħhom matul is-sena finanzjarja konċernata, il-kontijiet tagħhom u r-rapporti dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja u l-kwistjoni dwar jekk għandhiex titfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni mid-direttur ta" l-aġenzija; josserva li mhux l-aġenziji kollha jiddistingwu b'mod ċar bejn a) il-preżentazzjoni tax-xogħol ta" l-aġenzija lill-pubbliku u b) ir-rapportar tekniku dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja;

15.  Jinnota li filwaqt li l-istruzzjonijiet fis-seħħ tal-Kummissjoni għall-preparazzjoni tar-rapporti ta" attività ma jesiġux b'mod espliċitu li l-aġenzija tfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni, bosta diretturi, minkejja dan, xorta waħda għamluha għall-2006, filwaqt li f'każ wieħed minnhom kienet inkluża riserva importanti;

16.  Ifakkar li l-paragrafu 41 tar-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta" April 2005(17) jistieden lid-Diretturi ta" l-Aġenziji sabiex minn issa "l quddiem ir-rapport ta" attività annwali tagħhom, li jiġi ppreżentat flimkien mat-tagħrif finanzjarju u tal-ġestjoni, irid ikollu miegħu dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni li tikkonċerna l-legalità u r-regolarità ta" l-operazzjonijiet, simili għad-dikjarazzjonijiet li ġew iffirmati mid-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;

17.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex temenda l-istruzzjonijiet tagħha fis-seħħ għall-aġenziji skond dak li ntqal hawn fuq;

18.  Barra minn hekk, jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha taħdem ma" l-aġenziji sabiex tipproduċi mudell armonizzat li japplika għall-aġenziji u għall-korpi satelliti kollha filwaqt li jiddistingwi b'mod ċar bejn

   - rapport annwali maħsub għall-qarrejja ġenerali dwar l-operazzjonijiet, ix-xogħol u l-kisbiet tal-korpi;
   - rendikontijiet finanzjarji u rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit;
   - rapport dwar l-attività simili għar-rapporti ta' attività tad-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;
   - dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni ffirmata mid-direttur tal-korp, flimkien ma" kull riserva jew osservazzjoni li jqis xierqa sabiex jiġbed l-attenzjoni ta" l-awtorità ta" kwittanza;

Sejbiet ġenerali mill-Qorti ta" l-Awdituri

19.  Jinnota s-sejba tal-Qorti (Rapport Annwali, il-paragrafu 10.29(18)) li l-iżburżar ta" sussidji li jitħallsu mill-Kummissjoni mill-baġit tal-Komunità m'huwiex ibbażat fuq stimi ġġustifikati biżżejjed tar-rekwiżiti ta" flus kontanti ta" l-aġenziji u li dan, flimkien mad-daqs tat-trasferimenti għas-sena ta' wara, iwassalhom sabiex ikollhom fil-pussess bilanċi ta" kreditu kbar mhux ħażin; jinnota wkoll ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-livell ta" sussidji li jitħallsu lill-aġenziji għandu jkun konformi mar-rekwiżiti ta" flus kontanti reali tagħhom;

20.  Jinnota li fi tmiem l-2006, 14-il aġenzija kienu għad iridu jimplimentaw is-sistema tal-kontijiet ABAC (Rapport Annwali, in-nota f'qiegħ il-paġna għall-paragrafu 10.31);

21.  Jinnota l-kumment tal-Qorti (Rapport Annwali, il-paragrafu 1.25) dwar spejjeż akkumulati minħabba liv li ma tteħidx li għalihom jagħtu kont xi wħud mill-aġenziji; jenfasizza l-fatt li l-Qorti ta" l-Awdituri kkwalifikat l-istqarrija ta" assigurazzjoni tagħha fil-każ ta" tliet aġenziji (Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP), CEPOL u l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2006 (2005: CEDEFOP, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni);

Verifika interna

22.  Ifakkar li f'konformità ma" l-Artikolu 185(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-Awditur Intern tal-Kummissjoni huwa wkoll l-awditur intern ta" l-aġenziji regolatorji li jirċievu konċessjonijiet mill-baġit ta" l-UE; jenfasizza l-fatt li l-Awditur Intern jirrapporta lill-bord ta" tmexxija u lid-direttur ta" kull aġenzija;

23.  Jiġbed l-attenzjoni għar-riserva li tniżżlet fir-Rapport ta" Attività Annwali ta" l-Awditur Intern għall-2006 kif ġej:"

L-Awditur Intern tal-Kummissjoni ma jinsabx f'pożizzjoni li jissodisfa kif suppost l-obbligu tiegħu konferut lilu mill-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju bħala awditur intern tal-korpi tal-Komunità minħabba nuqqas ta" riżorsi ta" staff.

"

24.  Madankollu, jinnota l-kumment ta" l-Awditur Intern fir-rapport ta" attività tiegħu għall-2006 li mill-2007, bis-saħħa tar-riżorsi ta" l-istaff addizzjonali konċessi mill-Kummissjoni lis-Servizz ta" Verifika Interna (IAS), l-aġenziji regolatorji operattivi kollha se jkunu suġġetti għal xogħol ta" verifika interna fuq bażi annwali;

25.  Jinnota l-għadd li kulma jmur qiegħed jikber ta" aġenziji regolatorji u eżekuttivi u ta" intrapriżi konġunti meħtieġa li ssirilhom il-verifika mill-IAS skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinforma lill-kumitat kompetenti tiegħu dwar jekk ir-riżorsi ta" l-istaff li huma disponibbli għall-IAS humiex se jkunu biżżejjed sabiex issir verifika annwali ta" dawn il-korpi kollha fis-snin li ġejjin;

26.  Josserva li l-Artikolu 72(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 jeżiġi li kull aġenzija tibgħat kull sena lill-awtorità tal-kwittanza u lill-Kummissjoni rapport li jkun imħejji mid-direttur tagħha u li jiġbor l-għadd u t-tip ta" verifiki interni li jkunu saru mill-Awditur Intern, ir-rakkomandazzjonijiet li saru u l-azzjonijiet li ttieħdu dwar dawn ir-rakkomandazzjonijiet; jitlob lill-aġenziji sabiex jindikaw jekk dan huwiex qiegħed isir u, jekk inhu hekk, kif qiegħed isir;

27.  Jieħu nota, fir-rigward tal-kapaċità tal-verifika interna, l-iktar b'rabta ma" l-aġenziji iżgħar, ta" proposta li saret mill-Awditur Intern quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament nhar l-14 ta" Settembru 2006 li aġenziji iżgħar għandhom ikunu awtorizzati jixtru, f'servizzi ta" verifika interna, mis-settur privat;

Evalwazzjoni ta" l-aġenziji

28.  Ifakkar l-istqarrija konġunta mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni(19) li ġiet innegozjata fil-konċiljazzjoni quddiem il-Kunsill tal-baġit ECOFIN tat-13 ta" Lulju 2007 li titlob għal i) lista ta" aġenziji li l-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tevalwa, u ii) lista ta" aġenziji li diġà ġew evalwati, flimkien ma" sommarju tar-riżultati prinċipali;

Proċeduri dixxiplinari

29.  Jinnota li, minħabba d-daqs tagħhom, aġenziji individwali jsibu diffikultà biex jistabbilixxu bordijiet dixxiplinari ad hoc minn fost staff li huwa ta" grad xieraq tal-karriera u li l-IDOC (l-Uffiċċju ta" l-Investigazzjoni u Dixxiplina) tal-Kummissjoni m'huwiex kompetenti għall-aġenziji; jitlob lill-aġenziji sabiex iqisu bord ta' dixxiplina bejn l-aġenziji;

Abbozz ta" ftehima interistituzzjonali

30.  Ifakkar l-abbozz ta' ftehim Inter-istituzzjonali dwar il-ħolqien ta' qafas operattiv għall-aġenziji regolatorji Ewropej ippreżentat mill-Kummissjoni (COM(2005)0059), li kien maħsub li joħloq qafas orizzontali għall-ħolqien, l-istruttura, it-tħaddim, l-evalwazzjoni u l-kontroll ta" l-aġenziji regolatorji Ewropej; jinnota li l-abbozz jirrappreżenta inizjattiva utli bħala sforz sabiex ikunu rrazzjonalizzati l-ħolqien u l-immaniġġjar ta" l-aġenziji; jinnota l-istqarrija fir-rapport ta" sintesi 2006 tal-Kummissjoni (il-paragrafu 3.1, COM(2007)0274) li għalkemm ma sarx progress fin-negozjati wara l-pubblikazzjoni ta' l-abbozz, tniedew mill-ġdid diskussjonijiet dwar sustanza fil-Kunsill fi tmiem l-2006; jiddispjaċih li ma kienx possibbli li jsir iktar progress lejn l-adozzjoni;

31.  Għaldaqstant, jilqa" b'sodisfazzjon l-impenn tal-Kummissjoni li tressaq Komunikazzjoni dwar il-ġejjieni ta" l-aġenziji regolatorji matul l-2008;

Aġenziji ffinanzjati minnhom infushom

32.  Ifakkar li għaż-żewġ aġenziji li huma ffinanzjati minnhom infushom, tiġi konċessa kwittanza lid-direttur mill-bord amministrattiv; jinnota li t-tnejn li huma għandhom eċċessi akkumulati sinifikanti minn dħul minn onorarji li jkunu ġew trasferiti minn ċifri tas-snin preċedenti:

   Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 281 miljun(20);
   Uffiċċju tal-Komunità għall-Varjetà ta" Pjanti flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 18-il miljun(21);

Punti speċifiċi

33.  Jilqa" l-kontribut eċċellenti li għamlet l-Aġenzija għall-iżvilupp u għall-konsolidazzjoni ta" l-istabbilità fir-reġjun permezz tal-programmi varji tagħha u permezz ta' l-immaniġġjar sod tagħha tal-programm CARDS;

34.  Jemmen li x-xogħol ta" l-Aġenzija kkontribwixxa b'mod konsiderevoli għall-iżvilupp tar-reġjun u li l-mandat tagħha kien wieħed sodisfaċenti ħafna; jiġbed l-attenzjoni għad-deċiżjoni biex l-Aġenzija tiġi xolta sa l-2008 sabiex l-assistenza lis-Serbja, lill-Kosovo, lill-Montenegro u lill-Ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tkun tista' tiġi mmaniġġjata mid-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni f'dawn il-pajjiżi; jinsisti li n-"know-how" u l-għarfien speċjalizzat jiġu ttrasferiti lid-delegazzjonijiet relevanti tal-Kummissjoni, inkluż permezz tar-riorganizzazzjoni ta" l-istaff ta" l-Aġenzija sabiex jimmaniġġjaw il-programmi relevanti f'dawn id-delegazzjonijiet;

35.  F'dan il-kuntest, itenni t-talba tiegħu sabiex jinżamm infurmat b'mod regolari mill-Kumissjoni dwar it-trasferiment ta" attivitajiet mill-Aġenzija għad-delegazzjonijiet;

36.  Jifraħ lid-Direttur u l-istaff tiegħu għall-ħidma mwettqa f'ċirkustanzi diffiċli ħafna, li tejbet b'mod konsiderevoli id-dehra ta" l-UE u l-viżibilità tagħha;

37.  37 Iqis li l-Aġenzija m'għandhiex biss is-sistemi (loġistiċi, sistemi ta" l-IT, u oħrajn) biex timplimenta malajr ammonti kbar ta" appoġġ f'zoni ta" wara konflitt, iżda li hija tat prova b'mod speċjali ta' livelli għolja ta' ħila u tagħrif f'rikostruzzjoni ta" wara gwerra;

38.  Huwa konvint li, fil-punt fejn il-Kummissjoni tieħu f'idejha l-immaniġġjar ta" l-Istrument ta" l-Assistenza ta" Qabel is-Sħubija fir-rigward tad-doveri relatati ma" l-acquis relatati mal-Balkani, fl-aħħar hija għandha tippreżenta lill-Kunsill mandat ġdid għall-Aġenzija, li għandha, kif ġie deċiż, tispiċċa l-ħidma tagħha fil-Balkani sa l-aħħar ta" l-2008 u tkun konvertita f'aġenzija Ewropea reali għal azzjonijiet esterni;

39.  Iqis li mandat ġdid għal din l-aġenzija ta" suċċess għandu jkun l-aktar mod effiċjenti biex jitwettqu d-doveri ġodda f'azzjonijiet esterni, li ma jistgħux jitwettqu mis-servizzi tal-Kummissjoni fi Brussell jew mid-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni;

40.  Iqis li, b'dan il-mandat ġdid, l-Aġenzija jista" jkollha rwol mill-aktar effiċjenti f'oqsma fejn assistenza ta" żvilupp tradizzjonali ma tistax tkun implimentata; iqis ukoll li dan se jżid b'mod sinifikattiv il-viżibilità ta' l-UE;

41.  Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri fir-rigward tas-sena finanzjarja 2006 li, filwaqt li r-rata ta' implimentazzjoni tal-baġit kienet sodisfaċenti, għandha tinġibed l-attenzjoni ta' l-Aġenzija dwar il-livell ta' approprjazzjonijiet li għad iridu jiġu impenjati, li jkun jeħtieġ monitoraġġ partikulari tal-programmi tagħha minħabba li l-mandat tagħha jagħlaq fl-aħħar ta' l-2008;

42.  Jinnota wkoll l-istqarrija tal-Qorti li s-sistema ta' kontijiet u s-sistema ta' kontroll intern tjiebu meta mqabbla mas-snin ta' qabel, b'mod partikulari fir-rigward tal-monitoraġġ tal-fondi mmaniġġjati minn entitajiet esterni u l-implimentazzjoni ta' proċeduri għall-akkwist;

43.  Ifakkar li l-Aġenzija għandha baġit li huwa ferm akbar (2006: EUR 271 miljun) minn dak ta' aġenziji oħrajn li wkoll huma suġġetti għall-proċedura ta' kwittanza;

44.  Madankollu jinnota mill-kontijiet ta' l-Aġenzija li t-total ta' approprjazzjonijiet trasferiti għall-2007 kien ta' EUR 678 miljun;

45.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tinforma lill-kumitat kompetenti tal-Parlament dwar kif se jittieħed ħsieb tal-bilanċ ta' approprjazzjonijiet li se jibqgħu fl-aħħar tal-mandat ta' l-Aġenzija;

46.  Jinnota li, fit-30 ta' Mejju 2007, id-Direttur ta' l-Aġenzija ffirma dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni bla riservi;

47.  Jinnota li fl-aħħar ta' l-2004 l-IAS wettaq verifika ta' konformità fuq l-effiċjenza u l-effikaċja tal-ħames postijiet ta' ħidma ta' l-Aġenzija u li matul l-2006 ttieħdu serje ta' azzjonijiet mill-maniġment ta' l-Aġenzija sabiex jindirizzaw it-tħassib ta' l-IAS;

48.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tirrivedi l-mandat ta' l-Aġenzija, li jiskadi fl-2008, u sabiex ibiddel l-Aġenzija f'aġenzjia responsabbli għall-implimentazzjoni ta' ċerti miżuri ta' l-UE fl-isfera politika barranija, l-aktar f'reġjuni li qed jirkupraw minn kriżijiet.

(1) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 13.
(2) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 40.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007(ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(4) ĠU L 306, 7.12.2000, p.7. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1756/2006 (ĠU L 332, 30.11.2006, p. 18).
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p.72.
(6) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 13.
(7) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 40.
(8) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007(ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(9) ĠU L 306, 7.12.2000, p.7. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1756/2006 (ĠU L 332, 30.11.2006, p. 18).
(10) ĠU L 357, 31.12.2002, p.72.
(11) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 13.
(12) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 40.
(13) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007(ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(14) ĠU L 306, 7.12.2000, p. 7. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1756/2006 (ĠU L 332, 30.11.2006, p. 18).
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) ĠU L 187, 15.7.2008, p. 182.
(17) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li tinkludi l-kummenti li jakkumpanjaw id-deċiżjoni dwar kwittanza lid-Direttur ta' l-Aġenzija Ewropeq għar-Rikostruzzjoni fir-rigward ta" l-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2003 (ĠU L 196, 27.7.2005, p. 61).
(18) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(19) Dokument tal-Kunsill DS 605/1/07 Rev1.
(20) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p. 141).
(21) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p.135).


Il-kwittanza ta' l-2006: l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent
PDF 434kWORD 100k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0376/2007 – 2007/2051(DEC))
P6_TA(2008)0150A6-0122/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2006(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta' Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 tas-7 ta' Mejju 1990 dwar l-istabbiliment ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u tan-Netwerk Ewropew ta" Informazzjoni u Osservazzjoni ta' l-Ambjent (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0122/2008),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent b'rabta ma" l-implimentazzjoni tal-baġit ta" l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2006;

2.  Jagħmel l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta" l-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea (Serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar l-għeluq tal-kontijiet ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0376/2007 – 2007/2051(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2006(6),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta' Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija(7),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 tas-7 ta' Mejju 1990 dwar l-istabbiliment ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u ta" Netwerk Ewropew ta" Informazzjoni u Osservazzjoni ta" l-Ambjent(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0122/2008),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent kif annessi mar-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2006;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0376/2007 – 2007/2051(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2006(11),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta' Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija(12),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 tas-7 ta' Mejju 1990 dwar l-istabbiliment ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u ta" Netwerk Ewropew ta" Informazzjoni u Osservazzjoni ta" l-Ambjent (14), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(15), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0122/2008),

A.   billi l-Qorti ta" l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġjonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2006 huma ta" min wieħed joqgħod fuqhom u li t-tranżazzjonijiet bażiċi huma legali u regolari,

B.   billi fl-24 ta" April 2007, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2005(16), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta" kwittanza, fost affarijiet oħra:

   · innota li r-rata ta' trasferiment ta' bilanci (carry-overs) li hi ta' aktar minn 30% għal impenji għall-attivitajiet operattivi tagħha (Intestatura III) kienet għolja; stieden lill-Aġenzija sabiex tiżgura tnaqqis fit-trasferimenti ta' bilanċi;
   · stieden lill-aġenzija sabiex issib rimedju għan-nuqqas ta" deskrizzjoni tas-sistemi ta" kontroll intern;
   · talab lill-aġenzija sabiex twieġeb għall-kumment tal-Qorti li għad hemm nuqqasijiet fir-rapport ta" attività annwali ta" l-uffiċjal li joħroġ l-awtorizzazzjoni minħabba li ma pprovdiex tagħrif xieraq dwar ir-riżultati ta" l-attivitajiet tas-sena b'rabta ma" l-għanijiet li ġew stabbiliti, ir-riskji assoċjati, l-użu tar-riżorsi u t-tħaddim tas-sistemi ta" kontroll intern;
   · talab li, qabel l-1 ta" Jannar 2010 u kull ħames snin minn dakinhar "il quddiem, l-Aġenzija tikkummissjona evalwazzjoni esterna indipendenti tal-kisbiet tagħha fuq il-bażi tar-Regolament li fuqu hi stabbilita u tal-programm ta" ħidma li jiġi deċiż mill-Bord ta" Tmexxija;

Punti ġenerali li jikkonċernaw kwestjonijiet orizzontali ta" l-aġenziji ta" l-UE, u minhabba f'hekk, huma importanti wkoll għall-proċeduri ta" kwittanza ta" kull waħda mill-aġenziji

1.  Jinnota li l-baġits ta" l-24 aġenzija u tal-korpi satelliti l-oħrajn li saritilhom il-verifika mill-Qorti ta" l-Awdituri kienu jammontaw għal EUR 1 080,5 miljun fl-2006 (l-ogħla baġit kien ta" l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni li kien jammonta għal EUR 271 miljun u l-inqas baġit kien tal-Kulleġġ tal-Pulizija Ewropew (CEPOL) li kien jammonta għal EUR 5 miljun);

2.  Jenfasizza l-fatt li l-firxa ta" korpi esterni ta" l-UE li huma suġġetti għal verifika u għal kwittanza issa tinkludi mhux biss aġenziji regolatorji tradizzjonali, iżda wkoll aġenziji eżekuttivi li ġew stabbiliti sabiex jimplimentaw programmi speċifiċi u fil-futur qrib se tiġi estiża wkoll għal intrapriżi konġunti li ġew stabbiliti bħala sħubiji pubbliċi-privati (inizjattivi teknoloġiċi konġunti);

3.  Josserva fir-rigward tal-Parlament li l-għadd ta" aġenziji suġġetti għall-proċedura ta" kwittanza evolva kif ġej: sena finanzjarja 2000: 8; 2001: 10; 2002: 11; 2003: 14; 2004: 14; 2005: 16; 2006: 20 aġenzija regolatorja u 2 aġenziji eżekuttivi (m'humiex qegħdin jiġu inklużi 2 aġenziji li jiġu vverifikati mill-ECA, iżda li huma suġġetti għal proċess ta" kwittanza intern);

4.  Għaldaqstant jikkonkludi li l-proċess ta" verifika/kwittanza sar ineffiċjenti u sproporzjonat meta mqabbel mad-daqs relattiv tal-baġits ta" l-aġenziji/tal-korpi satelliti; jagħti istruzzjonijiet lill-kumitat kompetenti tiegħu sabiex jagħmel mill-ġdid analiżi wiesgħa tal-proċess ta" kwittanza fir-rigward ta" aġenziji u korpi satelliti bil-għan li jitfassal metodu iktar sempliċi u razzjonali, filwaqt li jiġi meqjusa l-għadd ta' korpi li kulma jmur qiegħed jikber u li kull wieħed minnhom se jeżiġi rapport ta" kwittanza separat fis-snin li ġejjin;

Kunsiderazzjonijiet fundamentali

5.  Jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi spjegazzjonijiet ċari dwar l-elementi li ġejjin qabel ma tinħoloq aġenzija ġdida jew issir riforma ta" aġenzija eżistenti: it-tip ta" aġenzija, l-għanijiet ta" l-aġenzija, l-istruttura ta" governanza interna, il-prodotti, is-servizzi, il-proċeduri ewlenin, il-grupp immirat, il-klijenti u l-imsieħba ta" l-aġenzija, ir-relazzjoni formali ma" l-atturi esterni, ir-responsabiltà għall-baġit, l-ippjanar finanzjarju, u l-politika dwar il-personal u l-provvista ta" staff;

6.  Jitlob li kull aġenzija tiġi regolata minn ftehima ta" rendiment fis-sena li tiġi formulaat mill-aġenzija u mid-DĠ responsabbli u li għandha tinkludi l-għanijiet ewlenin għas-sena li tkun ġejja, qafas finanzjarju u indikaturi ċari għall-kejl tar-rendiment;

7.  Jitlob li r-rendiment ta" l-aġenziji jiġi verifikata b'mod regolari (u fuq bażi ad hoc) mill-Qorti ta" l-Awdituri jew awditur indipendenti ieħor; iqis li din il-verifika m'għandhiex tkun limitata għal elementi tradizzjonali ta" ġestjoni finanzjarja u għall-użu kif suppost tal-fondi pubbliċi, iżda għandha tkopri wkoll l-effiċjenza u l-effikaċja amministrattiva u għandha tinkludi klassifika tal-ġestjoni finanzjarja ta" kull aġenzija;

8.  Jargumenta li fil-każ ta" aġenziji li qegħdin kontinwament ikabbru l-ħtiġijiet tal-baġit rispettiv tagħhom, għandu jkun hemm tnaqqis tekniku skond il-postijiet vakanti; huwa ta" l-opinjoni li dan għandu jwassal f'perjodu fit-tul għal dħul inqas assenjat għall-aġenziji u għalhekk inaqqas ukoll l-ispejjeż amministrattivi;

9.  Jinnota li hija problema serja li numru ta' aġenziji jiġu kkritikati talli ma jsegwux ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku, ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolamenti ta' l-Istaff eċċ.; jikkunsidra li r-raġuni ewlenija għal dan hija li ħafna mir-regolamenti u r-Regolament Finanzjarju huma mfassla għal istituzzjonijiet akbar u li ħafna mill-aġenziji ż-żgħar m'ghandhomx il-kapaċità mixtieqa biex jaqdu dawn il-ħtiġijiet regolatorji; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex issib soluzzjoni rapida sabiex titkattar l-effiċjenza billi jingħaqdu flimkien il-funzjonijiet amministrattivi ta" l-aġenziji differenti sabiex tinkiseb din il-kapaċità kritika (billi jiġu kkunsidrati l-bidliet meħteġa fir-regolamenti bażiċi li jiggvernaw l-aġenziji u l-indipendenza tal-baġit tagħhom), jew li jitfasslu b'urġenza regoli speċifiċi għall-aġenziji li jippermettulhom li jkunu konformi b'mod sħiħ;

10.  Jinsisti li l-Kummissjoni, meta tkun qed tfassal l-Abbozz Preliminari tal-Baġit għandha tqis ir-riżultati ta' l-implimentazzjoni tal-baġit mill-aġenziji individwali għas-snin ta' qabel, b'mod partikolari għas-sena n-1 u, tirrevedi kif meħtieġ il-baġit mitlub mill-aġenzija partikolari; jistieden lill-kumitat kompetenti tagħha biex jirrispetta din ir-reviżjoni u, jekk dan ma jsirx mill-Kummissjoni, tirrevedi hija stess il-baġit konċernat għal-livell realistiku li jaqbel mal-kapaċità ta" assorbiment u ta' implimentazzjoni ta" l-aġenzija konċernata;

11.  Ifakkar fid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2005, li biha stieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta studju kull ħames snin dwar il-valur miżjud ta" kull aġenzija eżistenti; jistieden l-istituzzjonijiet kollha relevanti sabiex f'każ ta" valutazzjoni negattiva tal-valur miżjud ta" l-aġenzija jittieħdu l-passi meħtieġa billi jiġi formulat mill-ġdid il-mandat ta" dik l-aġenzija jew billi din tingħalaq; jenfasizza li ma kien hemm ebda evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni fl-2007; jinsisti li l-Kummissjoni għandha tippreżenta mill-inqas 5 evalwazzjonijiet bħal dawn qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2007, u dan billi tibda mill-aktar aġenziji antiki;

12.  Huwa ta" l-opinjoni li r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti ta" l-Awdituri għandhom jiġu implimentati minnufih, u li l-livell tas-sussidji mħallsin lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-ħtiġijiet reali tagħhom għal flus kontanti; barra minn hekk jikkunsidra li l-emendi tar-Regolament Finanzjarju ġenerali għandhom jiġu miżjuda mar-Regolament finanzjarju tal-qafas ta" l-aġenziji u fil-bosta regolamenti finanzjarji speċifiċi tagħhom;

Il-preżentazzjoni tad-data ta' rappurtaġġ

13.  Jinnota li m'hemm ebda metodu standard fost l-aġenziji dwar il-preżentazzjoni ta" l-attivitajiet tagħhom matul is-sena finanzjarja konċernata u tal-kontijiet tagħhom u tar-rapporti dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja, u lanqas dwar il-kwistjoni jekk għandhiex titfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni mid-direttur ta" l-aġenzija; josserva li mhux l-aġenziji kollha jiddistingwu b'mod ċar bejn a) il-preżentazzjoni tax-xogħol ta" l-aġenzija lill-pubbliku u b) ir-rapportar tekniku dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja;

14.  Jinnota li filwaqt li l-istruzzjonijiet fis-seħħ tal-Kummissjoni għall-preparazzjoni tar-rapporti ta" attività ma jeżiġux b'mod espliċitu li l-aġenzija tfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni, bosta diretturi, minkejja dan, xorta waħda għamluha għall-2006, filwaqt li f'każ wieħed minnhom kienet inkluża riserva importanti;

15.  Ifakkar li l-paragrafu 26 tar-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta" April 2005(17) jistieden lid-Diretturi ta" l-Aġenziji sabiex minn issa "l quddiem ir-rapport ta" attività annwali tagħhom, li jiġi ppreżentat flimkien mat-tagħrif finanzjarju u tal-ġestjoni, irid ikollu miegħu dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni li tikkonċerna l-legalità u r-regolarità ta" l-operazzjonijiet, simili għad-dikjarazzjonijiet li ġew iffirmati mid-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;

16.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex temenda l-istruzzjonijiet tagħha fis-seħħ għall-aġenziji skond dak li ntqal hawn fuq;

17.  Barra minn hekk, jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha taħdem ma" l-aġenziji sabiex tipproduċi mudell armonizzat li japplika għall-aġenziji u għall-korpi satelliti kollha, filwaqt li jiddistingwi b'mod ċar bejn

   - rapport annwali maħsub għall-qarrejja ġenerali dwar l-operazzjonijiet, ix-xogħol u l-kisbiet tal-korpi;
   - rendikontijiet finanzjarji u rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit;
   - rapport dwar l-attività simili għar-rapporti ta' attività tad-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;
   - dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni ffirmata mid-direttur tal-korp, flimkien ma" kull riserva jew osservazzjoni li jqis xieraq li jinġiebu għall-attenzjoni ta" l-awtorità ta" kwittanza;

Sejbiet ġenerali mill-Qorti ta" l-Awdituri

18.  Jinnota s-sejba tal-Qorti (Rapport Annwali, il-paragrafu 10.29(18)) li l-iżburżar ta" sussidji li jitħallsu mill-Kummissjoni mill-baġit tal-Komunità m'huwiex ibbażat fuq stimi ġustifikati biżżejjed tal-ħtieġa ta" kontanti ta" l-aġenziji u li dan, flimkien mad-daqs tat-trasferimenti ta' bilanċi, iwassalhom sabiex ikollhom fil-pussess bilanċi ta" kreditu kbar mhux ħażin; jinnota wkoll ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-livell ta" sussidji li jitħallsu lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-ħtieġijiet reali ta" flus kontanti tagħhom;

19.  Jinnota li fi tmiem l-2006, 14-il aġenzija kienu għad iridu jimplimentaw is-sistema tal-kontijiet ABAC (Rapport Annwali, in-nota f'qiegħ il-paġna għall-paragrafu 10.31);

20.  Jinnota l-kumment tal-Qorti (Rapport Annwali, il-paragrafu 1.25) dwar spejjeż akkumulati minħabba lif li ma tteħidx li għalihom jagħtu kont xi wħud mill-aġenziji; jenfasizza l-fatt li l-Qorti ta" l-Awdituri kkwalifikat l-istqarrija ta" assigurazzjoni tagħha fil-każ ta" tliet aġenziji (Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP), CEPOL u l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2006 (2005: CEDEFOP, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni);

Verifika interna

21.  Ifakkar li f'konformità ma" l-Artikolu 185(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-Awditur Intern tal-Kummissjoni huwa wkoll l-awditur intern ta" l-aġenziji regolatorji li jirċievu konċessjonijiet mill-baġit ta" l-UE; jenfasizza l-fatt li l-Awditur Intern jirrapporta lill-bord ta" tmexxija u lid-direttur ta" kull aġenzija;

22.  Jiġbed l-attenzjoni għar-riserva li tniżżlet fir-Rapport ta" Attività Annwali ta" l-Awditur Intern għall-2006 kif ġej:"

L-Awditur Intern tal-Kummissjoni ma jinsabx f'pożizzjoni li jissodisfa kif suppost l-obbligu konferut lilu mill-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju bħala awditur intern tal-korpi tal-Komunità minħabba nuqqas ta" riżorsi ta" staff.

"

23.  Madankollu, jinnota l-kumment ta" l-Awditur Intern fir-rapport ta" attività tiegħu għall-2006 li mill-2007, bis-saħħa tar-riżorsi ta" l-istaff addizzjonali konċessi mill-Kummissjoni lis-Servizz ta" Verifika Interna (IAS), l-aġenziji regolatorji operattivi kollha se jkunu suġġetti għal xogħol ta" verifika interna fuq bażi annwali;

24.  Jinnota l-għadd li kulma jmur qiegħed jikber ta" aġenziji regolatorji u eżekuttivi u ta" intrapriżi konġunti li jeħtieġ li ssirilhom verifika mill-IAS skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinforma lill-kumitat kompetenti tiegħu dwar jekk ir-riżorsi ta" l-istaff li huma disponibbli għall-IAS humiex se jkunu biżżejjed sabiex issir verifika annwali ta" dawn il-korpi kollha fis-snin li ġejjin;

25.  Josserva li l-Artikolu 72(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 jeżiġi li kull aġenzija tibgħat kull sena lill-Kummissjoni u lill-awtorità responsabbli għall-kwittanza rapport li jkun imħejji mid-direttur u li jiġbor l-għadd u t-tip ta" verifiki interni li saru mill-awditur intern, ir-rakkomandazzjonijiet li saru u l-azzjonijiet li ttieħdu fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet; jitlob lill-aġenziji sabiex jindikaw jekk dan huwiex qiegħed isir u, jekk inhu hekk, kif qiegħed isir;

26.  Jieħu nota, fir-rigward tal-kapaċità tal-verifika interna, l-iktar b'rabta ma" l-aġenziji iżgħar, ta" proposta li saret mill-Awditur Intern quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament fl-14 ta" Settembru 2006 li aġenziji iżgħar għandhom ikunu awtorizzati jixtru, servizzi ta" verifika interna mis-settur privat;

L-evalwazzjoni ta" l-aġenziji

27.  Ifakkar fl-istqarrija konġunta mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni(19) li ġiet innegozjata fil-konċiljazzjoni quddiem il-Kunsill tal-baġit ECOFIN tat-13 ta" Lulju 2007 li titlob għal i) lista ta" aġenziji li l-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tevalwa, u ii) lista ta" aġenziji li diġà ġew evalwati, flimkien ma" sommarju tar-riżultati prinċipali;

Proċeduri dixxiplinari

28.  Jinnota li minħabba d-daqs tagħhom, aġenziji individwali isibu diffikultà sabiex jistabbilixxu bordijiet dixxiplinari ad hoc li jkunu magħmula minn staff li huwa ta" grad xieraq fil-karriera u li l-IDOC (l-Uffiċċju ta" l-Investigazzjoni u d-Dixxiplina) tal-Kummissjoni m'għandux kompetenza fuq l-aġenziji; jitlob lill-aġenziji sabiex iqisu bord ta dixxiplina komunali għall-aġenziji;

Abbozz ta" ftehima interistituzzjonali

29.  Ifakkar fl-abbozz tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar il-qafas operattiv għall-aġenziji regolatorji Ewropej ippreżentat mill-Kummissjoni (COM(2005)0059), maħsub biex jistabilixxi qafas orizzontali għall-ħolqien, l-istruttura, it-tħaddim, l-evalwazzjoni u l-kontroll ta" l-aġenziji regolatorji Ewropej; jinnota li l-abbozz jirrappreżenta inizjattiva utli bħala sforz sabiex ikunu rrazzjonalizzati l-ħolqien u l-immaniġġjar ta" l-aġenziji; jinnota l-istqarrija fir-rapport ta" sintesi 2006 tal-Kummissjoni (il-paragrafu 3.1, COM(2007)0274) li għalkemm ma sarx progress fin-negozjati wara l-pubblikazzjoni ta' l-abbozz, tniedew mill-ġdid diskussjonijiet dwar sustanza fil-Kunsill fi tmiem l-2006; jiddispjaċih li ma kienx possibbli li jsir iktar progress lejn l-adozzjoni;

30.  Għaldaqstant, jilqa" b'sodisfazzjon l-impenn tal-Kummissjoni li tressaq Komunikazzjoni dwar il-ġejjieni ta" l-aġenziji regolatorji matul l-2008;

Aġenziji ffinanzjati minnhom infushom

31.  Ifakkar li għaż-żewġ aġenziji li jiffinanzjaw lilhom infushom tiġi konċessa kwittanza lid-direttur mill-bord amministrattiv; jinnota li t-tnejn li huma għandhom surpluses akkumulati sinifikanti minn dħul minn onorarji ttrasferiti minn ċifri tas-snin preċedenti:

   Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern; flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 281 miljun;(20)
   Uffiċċju tal-Komunità għall-Varjetà ta" Pjanti; flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 18-il miljun(21);

Punti speċifiċi

32.  Iqis li r-rati ta' implimentazzjoni, kemm tal-linji baġitarji għall-operat u kemm tal-linji baġitarji għall-amministrazzjoni ta' l-Aġenzija, huma sodisfaċenti;

33.  Iqis li l-Aġenzija hija sors ta' leġiżlazzjoni ambjentali importanti għall-istituzzjonijiet kollha ta' l-UE u għat-tfassil tal-politiki; jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija rnexxilha titrasforma xi data kkomplikata f'konklużjonijiet ċari u rnexxilha tgħaddihom lill-pubbliku, pereżempju, l- istqarrija dwar l-ambjent 2006 ta' l-EEA u r-rapporti speċifiċi dwar bijo-enerġija, dwar tendenzi u stimi ta' emissjonijiet ta' gass b'effett serra fl-Ewropa;

34.  Madanakollu, jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ammont konsiderevoli ta' approprjazzjonijiet tal-baġit għal attivitajiet ta' l-operat ġew trasferiti għas-sena 2007, sa ċertu punt minħabba li l-Aġenzija rċeviet tard il-fondi għall-aġġornament tal-Corine Land Cover li se jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà (GMES);

35.  Jerġa' jfakkar fir-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija, u jistieden lill-Aġenzija biex trawwem il-prinċipju baġitarju ta' l-annwalità;

36.  Jinnota wkoll is-sejba tal-Qorti li, filwaqt li nkiser il-prinċipju tas-segregazzjoni tad-dmirijiet, l-istess uffiċjal li joħroġ l-awtorizzazzjoni permezz ta" subdelegazzjoni mhux biss wettaq kontrolli ex-ante iżda mmaniġġja wkoll id-drittijiet ta" l-aċċess għas-sistema ta" l-IT għall-kontijiet baġitarji;

37.  Jenfasizza l-fatt li fil-31 ta" Diċembru 2006, l-Aġenzija kellha flus kontanti u ekwivalenti fi flus kontanti li jammontaw għal EUR 6 097 252,79, b'surplus akkumulat ta" EUR 4 241 797,28;

38.  Jinnota l-istqarrija fir-rapport ta" l-Aġenzija dwar il-gestjoni baġitarja u finanzjarja li hija intitolata li tirċievi EUR 3,3 miljun mill-Kummissjoni li jikkorrispondi għal ħlas insuffiċjenti ta" sussidji għas-snin mill-1994 sa l-2005;

39.  Jinnota mir-rapport annwali li terz mill-istaff huwa ta" nazzjonalità waħda, u li l-għan ta" l-Aġenzija (mistqarr fir-rapport annwali tagħha) huwa li ttejjeb il-bilanċ fil-impjegar staff u d-diversità tiegħu;

40.  Jemmen li fl-interessi tat-trasparenza u ta" rapportar aħjar, aġenziji oħrajn għandhom jemulaw "l-iscorecard bilanċjata" annessa mar-rapport annwali ta" l-Aġenzija li tinkludi indikaturi għar-rendiment relatati mar-riżorsi ta" l-aġenzija, mal-perjodi ta" ħlasijiet, mal-perspettiva tal-klijenti u ma' l-attitudnijiet ta" l-istaff u li l-għan tagħha huwa li tipprovdi deskrizzjoni ġenerika komprensiva tal-progress li qiegħed isir b'rabta ma" l-għanijiet strateġiċi ta" l-Aġenzija;

41.  Jinnota l-istruttura kumplessa ta" l-aġenzija li tinvolvi membri tal-bord ta" tmexxija, kumitat xjentifiku, punti fokali nazzjonali u ċentri tematiċi Ewropej;

42.  Ifakkar li l-Aġenzija ħadet l-irwol ta" koordinatur tal-kapijiet ta" l-aġenziji regolatorji fl-1 ta" Marzu 2006.

(1) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 4
(2) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 24.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007(ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9)
(4) ĠU L 120, 11.5.1990, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (EK) No 1641/2003 tal-PE u tal-Kunsill (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 1).
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 4.
(7) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 24.
(8) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007(ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9)
(9) ĠU L 120, 11.5.1990, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (EK) No 1641/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 1).
(10) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(11) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 4.
(12) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 24.
(13) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9)
(14) ĠU L 120, 11.5.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1641/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 1).
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) ĠU L 187, 15.7.2008, p. 106.
(17) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li fiha l-kummenti li jakkumpanjaw id-deċiżjoni dwar il-kwittanza tad-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija Ambjentali Ewropea fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit tagħha għas-sena finanzjarja 2003 (ĠU L 196, 27.7.2005, p. 81).
(18) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(19) Dokument tal-Kunsill DS 605/1/07 Rev. 1.
(20) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p. 141).
(21) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p. 135).


Il-kwittanza ta' l-2006: l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa
PDF 433kWORD 94k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta" l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0377/2007 – 2007/2052(DEC))
P6_TA(2008)0151A6-0128/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi ta" l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2006(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet finali annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta" Lulju 1994 dwar l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 14 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0128/2008),

1.  Jikkonċedi kwittanza lid-direttur ta" l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol b'rabta ma" l-implimentazzjoni tal-baġit ta" l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2006;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex iressaq din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha lid-Direttur ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta" l-Awdituri, u sabiex jirranġa l-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea (Serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar l-għeluq tal-kontijiet ta" l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0377/2007 – 2007/2052(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet finali annwali ta" l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2006(6),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet finali annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija(7),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta" Lulju 1994 dwar l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (9), u b'mod partikulari l-Artikolu 14 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0128/2008),

1.  Jinnota li l-kontijiet finali annwali ta" l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet ta" l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2006;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jirranġa li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0377/2007 – 2007/2052(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet finali annwali ta" l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2006(11),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet finali annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija(12),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta" Lulju 1994 dwar l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (14), u b'mod partikulari l-Artikolu 14 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(15), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0128/2008),

A.   billi l-Qorti ta" l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2006 huma ta' min joqgħod fuqhom, u li t-tranżazzjonijiet bażiċi huma legali u regolari,

B.   billi fl-24 ta" April 2007, il-Parlament ta l-kwittanza lid-direttur ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2005(16), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta" kwittanza, fost affarijiet oħra

   · innota rata għolja ta' flus trasferiti għall-ispiża operattiva, kif ukoll numru għoli ta' trasferimenti bejn il-linji baġitarji, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' l-appoġġ mhux adegwata;
   · stieden lill-Aġenzija biex tindirizza l-implimentazzjoni mhux kompluta tas-sistema tal-kontroll intern fl-2005 u l-assenza ta' kwalunkwe analiżi ta' riskju jew listi ta" verifika biex jiġu ssodisfati l-bżonnijiet ta' l-uffiċjali li jawtorizzaw u l-istaff li jagħmlu l-kontrolli operattivi;
   · qies li kienet ħasra li, fil-proċeduri ta' l-akkwist pubbliku, ta' spiss kien il-każ li ma ngħatat l-ebda evidenza ta' l-appoġġ għall-evalwazzjoni tal-kwalità ta' l-offerti tal-kumitat li jevalwa l-offerti,

Punti ġenerali li jikkonċernaw il-kwistjonijiet orizzontali li jaffettwaw lill-aġenziji ta" l-UE u li b'hekk huma importanti wkoll għall-proċedura ta" kwittanza għal kull waħda mill-aġenziji individwali

1.  Jinnota li l-baġits ta" l-24 aġenzija u ta" korpi relatati oħrajn li saritilhom il-verifika mill-Qorti ta" l-Awdituri kienu jammontaw għal EUR 1 080,5 miljun fl-2006 (l-akbar baġit kien ta" l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni li kien jammonta għal EUR 271 miljun u l-iżgħar baġit kien tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) li kien jammonta għal EUR 5 miljun);

2.  Jenfasizza l-fatt li l-firxa ta" korpi esterni ta" l-UE li huma suġġetti għal verifika u għal kwittanza issa tinkludi mhux biss aġenziji regolatorji tradizzjonali iżda wkoll aġenziji eżekuttivi li ġew stabbiliti sabiex jimplimentaw programmi speċifiċi, u fil-futur qrib se testendi wkoll għal intrapriżi konġunti li ġew stabbiliti bħala ftehimiet ta' sħubija pubbliċi-privati (inizjattivi teknoloġiċi konġunti);

3.  Josserva fir-rigward tal-Parlament li l-għadd ta" aġenziji suġġetti għall-proċedura ta" kwittanza evolva kif ġej: sena finanzjarja 2000: 8; 2001: 10; 2002: 11; 2003: 14; 2004: 14; 2005: 16; 2006: 20 aġenzija regolatorja u 2 aġenziji eżekuttivi (m'humiex inklużi 2 aġenziji li jiġu vverifikati mill-Qorti ta' l-Awdituri iżda li huma suġġetti għal proċess ta" kwittanza intern);

4.  Għaldaqstant, jikkonkludi li l-proċess ta" verifika / kwittanza sar ineffiċjenti u sproporzjonat meta mqabbel mad-daqs relattiv tal-baġits ta" l-aġenziji / tal-korpi satelliti; jagħti istruzzjonijiet lill-kumitat kompetenti tiegħu sabiex jagħmel reviżjoni fuq firxa wiesgħa tal-proċess ta" kwittanza fir-rigward ta" aġenziji u korpi satelliti bil-għan li jitfassal metodu iktar sempliċi u razzjonali, filwaqt li jżomm f'moħħu l-għadd dejjem jikber ta" korpi li kull wieħed minnhom jesiġi rapport ta" kwittanza separat fis-snin li ġejjin;

Kunsiderazzjonijiet fundamentali

5.  Jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi spjegazzjonijiet ċari fir-rigward ta" l-elementi li ġejjin qabel il-ħolqien ta" aġenzija ġdida jew ir-riforma ta" aġenzija eżistenti: it-tip ta" aġenzija, l-għanijiet ta" l-aġenzija, l-istruttura ta" governanza interna, il-prodotti, is-servizzi, il-proċeduri ewlenin, il-grupp fil-mira, il-klijenti u l-partijiet interessati ta" l-aġenzija, ir-relazzjoni formali ma" l-atturi esterni, ir-responsabiltà tal-baġit, l-ippjanar finanzjarju, u l-politika dwar l-istaff u l-politika rigward l-istaff;

6.  Jitlob li kull aġenzija tkun irregolata minn ftehima annwali rigward ir-rendiment li tkun ifformulata mill-aġenzija u mid-DĠ responsabbli u li għandha tinkludi l-għanijiet ewlenin għas-sena li tkun ġejja, qafas finanzjarju u indikaturi ċari għall-kejl tar-rendiment;

7.  Jitlob li l-eżekuzzjoni ta" l-aġenziji tiġi vverifikata b'mod regolari (u fuq bażi ad hoc) mill-Qorti ta" l-Awdituri jew awditur indipendenti ieħor; iqis li din il-verifika m'għandhiex tkun limitata għal elementi tradizzjonali ta" ġestjoni finanzjarja u għall-użu kif suppost tal-fondi pubbliċi, iżda għandha tkopri wkoll l-effiċjenza u l-effikaċja amministrattiva u għandha tinkludi klassifika tal-ġestjoni finanzjarja ta" kull aġenzija;

8.  Jargumenta li fil-każ ta" aġenziji li qegħdin kontinwament jgħollu "l fuq il-ħtiġijiet tal-baġit tagħhom rispettiv, għandu jkun hemm tnaqqis tekniku skond il-postijiet vakanti; huwa ta" l-opinjoni li dan għandu jwassal f'perjodu fit-tul għal dħul inqas assenjat għall-aġenziji u għalhekk inaqqas ukoll l-ispejjeż amministrattivi;

9.  Jinnota li hija problema serja li numru ta' aġenziji jiġu kkritikati talli ma jsegwux ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku, ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolamenti ta' l-Istaff eċċ.; jikkunsidra li r-raġuni ewlenija għal dan hija li ħafna mir-regolamenti u r-Regolament Finanzjarju huma mfassla għal istituzzjonijiet akbar u li ħafna mill-aġenziji ż-żgħar m'għandhomx il-kapaċità mixtieqa biex jaqdu dawn il-ħtiġijiet regolatorji; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni sabiex issib soluzzjoni malajr kemm jista" jkun, sabiex titjieb l-effiċjenza billi l-funzjonijiet amministrattivi ta" diversi aġenziji jingħaqdu flimkien, sabiex tinkiseb din is-saħħa (billi wieħed jikkunsidra l-kambjamenti neċessarji fir-Regolamenti bażiċi li jmexxu lill-aġenziji u l-indipendenza baġitarja tagħhom), jew sabiex toħloq abbozz ta" regoli speċifiċi għall-aġenziji (b'mod partikolari billi timplimenta regoli għall-aġenziji) li jippermettulhom li jkunu konformi fit-totalità tagħhom;

10.  Jinsisti li l-Kummissjoni, meta tkun qed tfassal l-Abbozz Preliminari tal-Baġit, tqis ir-riżultati ta' l-implimentazzjoni tal-baġit mill-aġenziji individwali fis-snin ta' qabel, b'mod partikolari għas-sena n-1, u tirrevedi l-baġit rikjest mill-aġenzija partikolari kif meħtieġ; jistieden lill-Kumitat kompetenti tiegħu sabiex jirrispetta din ir-reviżjoni u, jekk ma jkunx diġà ġie rivedut mill-Kummissjoni, jirrevedi huwa stess il-baġit imsemmi fuq livell realistiku li jaqbel mal-kapaċità ta" assorbiment u implimentazzjoni ta" l-aġenzija imsemmija;

11.  Ifakkar id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2005, fejn huwa stieden lill-Kummissjoni sabiex kull ħames snin tippreżenta studju dwar il-valur miżjud ta" kull aġenzija li teżisti; f'każ ta" evalwazzjoni negattiva tal-valur miżjud ta" aġenzija, jistieden lill-istituzzjonijiet relevanti kollha sabiex jieħdu l-passi neċessarji, billi jifformulaw mill-ġdid il-mandat ta" dik l-aġenzija jew billi jagħlquh; jinnota li ma saret l-ebda evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni fl-2007; jinsisti li l-Kummissjoni għandha tippreżenta, ta" l-inqas, 5 minn dan it-tip ta" evalwazzjonijiet qabel id-deċiżjoni dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2007, billi tibda mill-iżjed aġenzija antika;

12.  Huwa ta" l-opinjoni li r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti ta" l-Awdituri għandhom jiġu implimentati minnufih, u li l-livell tas-sussidji mħallsa lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-ħtiġijiet attwali tagħhom għall-flus kontanti; barra minn hekk jikkunsidra li l-emendi tar-Regolament Finanzjarju ġenerali għandhom jiġu miżjuda fir-Regolament finanzjarju tal-qafas ta" l-aġenziji u f'bosta regolamenti finanzjarji speċifiċi;

Preżentazzjoni tad-data ta' rappurtaġġ

13.  Jinnota li m'hemm ebda metodu standard fost l-aġenziji fir-rigward tal-preżentazzjoni ta" l-attivitajiet tagħhom matul is-sena finanzjarja kkonċernata u tal-kontijiet tagħhom u tar-rapporti dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja, u l-anqas rigward jekk għandhiex titfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni mid-direttur ta" l-aġenzija; josserva li mhux l-aġenziji kollha jiddistingwu b'mod ċar bejn (a) il-preżentazzjoni tax-xogħol ta" l-aġenzija lill-pubbliku u (b) ir-rappurtar tekniku dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja;

14.  Jinnota li filwaqt li l-istruzzjonijiet fis-seħħ tal-Kummissjoni għall-preparazzjoni tar-rapporti ta" attività ma jesiġux b'mod espliċitu li l-aġenzija tfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni, bosta diretturi, minkejja dan, xorta waħda għamluha għall-2006, filwaqt li f'każ wieħed minnhom kienet inkluża riserva importanti;

15.  Ifakkar li l-paragrafu 26 tar-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta" April 2005(17), jistieden lid-Diretturi ta" l-Aġenziji sabiex minn issa "l quddiem ir-rapport ta" l-attivitajiet annwali tagħhom, li jiġi ppreżentat flimkien mat-tagħrif finanzjarju u tal-ġestjoni, irid ikollu miegħu dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni li tikkonċerna l-legalità u r-regolarità ta" l-operazzjonijiet, simili għad-dikjarazzjonijiet li ġew iffirmati mid-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;

16.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex temenda l-istruzzjonijiet fis-seħħ tagħha lill-aġenziji skond dak li ntqal hawn fuq;

17.  Barra minn hekk, jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha taħdem ma" l-aġenziji biex jinħoloq mudell armonizzat li japplika għall-aġenziji u għall-korpi satelliti kollha li jiddistingwi b'mod ċar bejn

   - rapport annwali maħsub għall-qarrejja ġenerali dwar l-operazzjonijiet, ix-xogħol u l-kisbiet tal-korpi;
   - rendikontijiet finanzjarji u rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit;
   - rapport dwar l-attività simili għar-rapporti ta' attività tad-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;
   - dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni ffirmata mid-direttur tal-korp, flimkien ma" kull riserva jew osservazzjoni li jqis xierqa li jwassal għall-attenzjoni ta" l-awtorità ta" kwittanza;

Sejbiet ġenerali mill-Qorti ta" l-Awdituri

18.  Jinnota dak li sabet il-Qorti (Rapport Annwali, paragrafu 10.29(18)) li l-iżburżar ta" sussidji li jitħallsu mill-Kummissjoni mill-baġit tal-Komunità m'huwiex ibbażat fuq stimi ġġustifikati biżżejjed tar-rekwiżiti ta" flus kontanti ta" l-aġenziji u li dan, flimkien mad-daqs tat-trasferimenti (carry-overs), iwassal sabiex ikollhom bilanċi ta" kreditu kbar mhux ħażin; jinnota wkoll ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-livell ta" sussidji li jitħallsu lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-bżonnijiet reali ta" flus kontanti tagħhom;

19.  Jinnota li fi tmiem l-2006, 14-il aġenzija kienu għad iridu jimplimentaw is-sistema tal-kontijiet ABAC (Rapport Annwali, in-nota f'qiegħ il-paġna għall-paragrafu 10.31);

20.  Jinnota l-kumment tal-Qorti (Rapport Annwali, paragrafu 1.25) dwar spejjeż akkumulati minħabba leave li ma tteħidx li jitqiesu minn uħud mill-aġenziji; jenfasizza l-fatt li l-Qorti ta" l-Awdituri kkwalifikat l-istqarrija ta" assigurazzjoni tagħha fil-każ ta" tliet aġenziji (Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP), CEPOL u l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2006 (2005: CEDEFOP, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni);

Verifika interna

21.  Ifakkar li f'konformità ma" l-Artikolu 185(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-Awditur Intern tal-Kummissjoni huwa wkoll l-awditur intern ta" l-aġenziji regolatorji li jingħataw għotjiet mill-baġit ta" l-UE; jenfasizza l-fatt li l-Awditur Intern jirrapporta lill-bord ta" tmexxija u lid-direttur ta" kull aġenzija;

22.  Jiġbed l-attenzjoni għar-riserva li tniżżlet fir-Rapport ta" l-Attivitajiet Annwali ta" l-Awditur Intern għall-2006 kif ġej:"

L-Awditur Intern tal-Kummissjoni m'huwiex f'pożizzjoni li jissodisfa kif suppost l-obbligu tiegħu mogħti lilu mill-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju bħala awditur intern tal-korpi tal-Komunità minħabba nuqqas ta" riżorsi ta" staff.

"

23.  Madankollu, jinnota l-kumment ta" l-Awditur Intern fir-rapport ta" l-attivitajiet tiegħu għall-2006 li mill-2007, bis-saħħa tar-riżorsi ta" l-istaff addizzjonali mogħtija mill-Kummissjoni lis-Servizz ta" Verifika Interna (IAS), l-aġenziji regolatorji operattivi kollha se jkunu suġġetti għal xogħol ta" verifika interna fuq bażi annwali;

24.  Jinnota l-għadd li kulma jmur qiegħed jikber ta" aġenziji regolatorji u eżekuttivi u ta" intrapriżi konġunti li jeħtieġ li ssirilhom verifika mill-IAS skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinforma lill-kumitat kompetenti tagħha dwar jekk ir-riżorsi ta" l-istaff li huma disponibbli għall-IAS humiex se jkunu biżżejjed sabiex issir verifika annwali ta" dawn il-korpi kollha fis-snin li ġejjin;

25.  Josserva li l-Artikolu 72(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 jeżiġi li kull sena kull aġenzija tibgħat rapport lill-Kummissjoni u lill-awtorità tal-kwittanza, li jkun imħejji mid-direttur u li jiġbor l-għadd u t-tip ta" verifiki interni li saru mill-awditur intern, ir-rakkomandazzjonijiet li saru u l-azzjonijiet li ttieħdu fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet; jitlob lill-aġenziji sabiex jindikaw jekk dan huwiex qiegħed isir u, jekk inhu hekk, kif qiegħed isir;

26.  Jieħu nota, fir-rigward tal-kapaċità tal-verifika interna, l-iktar b'rabta ma" l-aġenziji iżgħar, ta" proposta li saret mill-Awditur Intern quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament nhar l-14 ta" Settembru 2006 li aġenziji iżgħar għandhom ikunu awtorizzati jixtru, f'servizzi ta" verifika interna, mis-settur privat;

Evalwazzjoni ta" l-aġenziji

27.  Ifakkar l-istqarrija konġunta mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni(19) li ġiet innegozjata fil-konċiljazzjoni quddiem il-Kunsill tal-baġit ECOFIN tat-13 ta" Lulju 2007 li titlob i) lista ta" aġenziji li l-Kummissjoni bi ħsiebha tevalwa, u ii) lista ta" aġenziji li diġà ġew evalwati, flimkien ma" sommarju tar-riżultati prinċipali;

Proċeduri dixxiplinari

28.  Jinnota li, minħabba d-daqs tagħhom, aġenziji individwali jsibu diffikultà biex jistabbilixxu bordijiet dixxiplinari ad hoc minn fost staff li huwa ta" grad xieraq fil-karriera u li l-IDOC (l-Uffiċċju ta" l-Investigazzjoni u Dixxiplina) tal-Kummissjoni m'huwiex kompetenti għall-aġenziji; jitlob lill-aġenziji sabiex iqisu bord ta' dixxiplina bejn l-aġenziji;

Abbozz ta" Ftehima Interistituzzjonali

29.  Ifakkar l-abbozz tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar il-ħolqien ta" qafas operattiv għal aġenziji regolatorji Ewropej ippreżentat mill-Kummissjoni (COM(2005)0059), li kien maħsub li joħloq qafas orizzontali għall-ħolqien, l-istruttura, it-tħaddim, l-evalwazzjoni u l-kontroll ta" l-aġenziji regolatorji Ewropej; jinnota li l-abbozz jirrappreżenta inizjattiva utli bħala sforz sabiex ikunu rrazzjonalizzati l-ħolqien u l-immaniġġjar ta" l-aġenziji; jinnota l-istqarrija fir-rapport ta" sintesi 2006 tal-Kummissjoni (paragrafu 3.1, COM(2007)0274) li għalkemm ma sarx progress fin-negozjati wara l-pubblikazzjoni ta' l-abbozz, tnedew mill-ġdid diskussjonijiet dwar is-suġġett fil-Kunsill fi tmiem l-2006; jiddispjaċih li ma kienx possibbli li jsir iktar progress lejn l-adozzjoni;

30.  Għaldaqstant, jilqa" b'sodisfazzjon l-impenn tal-Kummissjoni li tressaq Komunikazzjoni dwar il-ġejjieni ta" l-aġenziji regolatorji matul l-2008;

Aġenziji ffinanzjati minnhom infushom

31.  Ifakkar li għaż-żewġ aġenziji li huma ffinanzjati minnhom infushom, id-direttur jingħata l-kwittanza mill-bord amministrattiv; jinnota li t-tnejn li huma għandhom eċċessi akkumulati sinifikanti minn dħul minn onorarji li jkunu ġew trasferiti minn ċifri tas-snin preċedenti:

   Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern: flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 281 miljun(20);
   Uffiċċju tal-Komunità għall-Varjetà ta" Pjanti: flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 18-il miljun(21);

Punti speċifiċi

32.  Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti fir-rapport tiegħu ta' l-2006 li fl-2006 d-direttur iffirma 19-il deċiżjoni għal bejn wieħed u ieħor EUR 880 000, filwaqt li awtorizza trasferimenti baġitarji minn artikolu għal ieħor fil-kapitli, u li, kuntrarjament għar-Regolament Finanzjarju, il-Bord tat-Tmexxija ma rċeviex l-informazzjoni meħtieġa sabiex il-prinċipju baġitarju ta' l-ispeċifikazzjoni ma jiġix osservat b'mod strett;

33.  Jinnota mill-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija (il-kontijiet tar-riżultat baġitarju) li ġie rimbursat bilanċ pożittiv mill-2005 ta' EUR 378 878,09 fl-2006 lill-Kummissjoni, u li ammont ulterjuri ta' EUR 170 095,07 se jiġi ffinanzjat mill-ġdid fir-rigward tas-sena finanzjarja ta' l-2006;

34.  Jinnota li l-karta tal-bilanċ għall-2006, madankollu, tinkludi punt għall-bilanc favorevoli akkumulat ta' EUR 1 820 135,58;

35.  Jinnota li, fl-2006, mit-total ta' l-istaff ta' 59, kien hemm 26 minnhom ta' nazzjonalità waħda;

36.  Jemmen li l-Aġenzija għandha rwol ewlieni biex ixxerred l-aħjar prattika tal-prevenzjoni fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali biex jitħeġġu s-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol fl-UE; jifraħ mill-ġdid għax-xogħol imwettaq mill-Aġenzija, li qed twettaq il-ħidmiet fdati lilha mingħajr waqfien u b'effett imprezzabbli;

(1) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 26.
(2) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 62.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(4) ĠU L 216, 20.8.1994, p.1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1112/2005 (ĠU L 184, 15.7.2005, p. 5).
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p.72.
(6) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 26.
(7) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 62.
(8) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(9) ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1112/2005 (ĠU L 184, 15.7.2005, p. 5).
(10) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(11) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 26.
(12) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 62.
(13) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(14) ĠU L 216, 20.8.1994, p.1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1112/2005 (ĠU L 184, 15.7.2005, p. 5).
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) ĠU L 187, 15.7.2008, p. 114.
(17) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li tinkludi l-kummenti li jakkumpanjaw id-deċiżjoni dwar kwittanza lid-Direttur ta' l-Aġenzija Ewropeq għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol fir-rigward ta" l-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2003 (ĠU L 196, 27.7.2005, p. 87).
(18) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(19) Dokument tal-Kunsill DS 605/1/07 Rev1.
(20) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p. 141).
(21) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p. 135).


Il-kwittanza ta' l-2006: Aġenzija Ewropea għall-Mediċini
PDF 437kWORD 107k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0379/2007 – 2007/2054(DEC))
P6_TA(2008)0152A6-0125/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2006(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta" l-Aġenzija(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-data 12 Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004, li jistipula l-proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bnedmin jew mill-annimali u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Mediċini(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 68 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' Qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0125/2008),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-implimentazzjoni tal-baġit ta" l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2006;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta" l-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea (Serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar l-għeluq tal-kontijiet ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0379/2007 – 2007/2054(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2006(6),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija(7),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004, li jistipula l-proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bnedmin jew mill-annimali u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Mediċini(9), u b'mod partikulari l-Artikolu 68 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' Qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0125/2008),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2006;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0379/2007 – 2007/2054(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2006(11),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta' Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija(12),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004, li jistipula l-proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bnedmin jew mill-annimali u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Mediċini(14), u b'mod partikulari l-Artikolu 68 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' Qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(15), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0125/2008),

A.   billi l-Qorti ta" l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2006 huma ta' min wieħed joqgħod fuqhom, u li t-tranżazzjonijiet bażiċi huma legali u regolari,

B.   billi fl-24 ta" April 2007, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2005(16), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta" kwittanza, fost affarijiet oħra

   · innota li aktar minn 40% ta" l-impenji magħmula ġew trasferiti għas-sena finanzjarja ta" wara;
   · osserva li l-baġit ta" l-Aġenzija kiber b'mod konsiderevoli minħabba t-tkabbir;
   · jistieden lill-Aġenzija biex fil-kontijiet tagħha tintegra fondi miġbura minn aġenziji u entitajiet oħra biex tiffinanzja servizz ta" appoġġ komuni għall-iżvilupp tas-sistemi ta" l-informazzjoni ta" l-immaniġġjar finanzjarju tagħhom;
   · talab li, qabel l-1 ta" Jannar 2010 u kull ħames snin wara, l-Aġenzija tikkummissjona evalwazzjoni esterna indipendenti tal-kisbiet tagħha fuq il-bażi tar-Regolament li fuqu hi stabbilita u tal-programmi ta" ħidma li jiġi deċiż mill-Bord ta" Tmexxija;

Punti ġenerali li jikkonċernaw il-kwistjonijiet orizzontali li jaffettwaw lill-aġenziji ta" l-UE u li b'hekk jaffettwaw ukoll il-proċedura ta" kwittanza għal kull waħda mill-aġenziji individwali

1.  Jinnota li l-baġits ta" l-24 aġenzija u ta" korpi satelliti oħrajn li saritilhom il-verifika mill-Qorti ta" l-Awdituri kienu jammontaw għal EUR 1,080.5 miljun fl-2006 (l-akbar baġit kien ta" l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni li kien jammonta għal EUR 271 miljun u l-iżgħar baġit kien tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) li kien jammonta għal EUR 5 miljun);

2.  Jenfasizza l-fatt li l-firxa ta" korpi esterni ta" l-UE li huma suġġetti għal verifika u għal kwittanza issa tinkludi mhux biss aġenziji regolatorji tradizzjonali iżda wkoll aġenziji eżekuttivi li ġew stabbiliti sabiex jimplimentaw programmi speċifiċi, u fil-futur qrib se testendi wkoll għal intrapriżi konġunti li ġew stabbiliti bħala ftehimiet ta' sħubija pubbliċi-privati (inizjattivi teknoloġiċi konġunti);

3.  Josserva fir-rigward tal-Parlament li l-għadd ta" aġenziji suġġetti għall-proċedura ta" kwittanza evolva kif ġej: sena finanzjarja 2000: 8; 2001: 10; 2002: 11; 2003: 14; 2004: 14; 2005: 16; 2006: 20 aġenzija regolatorja u 2 aġenziji eżekuttivi (m'humiex inklużi 2 aġenziji li jiġu vverifikati mill-Qorti ta' l-Awdituri iżda li huma suġġetti għal proċess ta" kwittanza intern);

4.  Jikkonkludi, għaldaqstant, li l-proċess ta" verifika/kwittanza sar ineffiċjenti u sproporzjonat meta mqabbel mad-daqs relattiv tal-baġits ta" l-aġenziji/tal-korpi satelliti; jagħti istruzzjonijiet lill-kumitat kompetenti tiegħu sabiex jagħmel reviżjoni wiesgħa tal-proċess ta" kwittanza fir-rigward ta" aġenziji u korpi satelliti bil-għan li jitfassal metodu iktar sempliċi u razzjonali, filwaqt li jżomm f'moħħu l-għadd dejjem ikbar ta" korpi li kull wieħed minnhom jesiġi rapport ta" kwittanza separat fis-snin li ġejjin;

Kunsiderazzjonijiet fundamentali

5.  Jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi spjegazzjonijiet ċari fir-rigward ta" l-elementi li ġejjin qabel il-ħolqien ta" aġenzija ġdida jew qabel ir-riforma ta" aġenzija eżistenti: it-tip ta" aġenzija, l-għanijiet ta" l-aġenzija, l-istruttura ta" governanza interna, il-prodotti, is-servizzi, il-proċeduri ewlenin, il-grupp fil-mira, il-klijenti u l-partijiet interessati ta" l-aġenzija, ir-relazzjoni formali ma" l-atturi esterni, ir-responsabilità baġitarja, l-ippjanar finanzjarju, u l-istaff u l-politika dwar l-istaff;

6.  Jitlob li kull aġenzija tkun irregolata minn ftehima annwali rigward ir-rendiment li tkun ifformulata mill-aġenzija u mid-DĠ responsabbli u li għandha tinkludi l-għanijiet ewlenin għas-sena li tkun ġejja, qafas finanzjarju u indikaturi ċari għall-kejl tar-rendiment;

7.  Jitlob li r-rendiment ta" l-aġenziji jiġi vverifikat b'mod regolari (u fuq bażi ad hoc) mill-Qorti ta" l-Awdituri jew awditur indipendenti ieħor; iqis li din il-verifika m'għandhiex tkun limitata għal elementi tradizzjonali ta" ġestjoni finanzjarja u għall-użu kif suppost tal-fondi pubbliċi, iżda għandha tkopri wkoll l-effiċjenza u l-effikaċja amministrattiva u għandha tinkludi klassifikazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja ta" kull aġenzija;

8.  Jargumenta li fil-każ ta" aġenziji li qegħdin kontinwament jistmaw li l-ħtiġijiet baġitarji rispettivi tagħhom huma ogħla milli fil-fatt huma, għandu jkun hemm tnaqqis tekniku skond il-postijiet vakanti; huwa ta" l-opinjoni li dan għandu jwassal, f'perjodu fit-tul, għal inqas dħul assenjat għall-aġenziji u għalhekk inaqqas ukoll l-ispejjeż amministrattivi;

9.  Jinnota li hija problema serja li għadd ta' aġenziji jiġu kkritikati minħabba li ma jsegwux ir-regoli dwar l-akkwisti pubbliċi, ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolamenti ta' l-Istaff, eċċ.; jikkunsidra li r-raġuni ewlenija għal dan hija li ħafna mir-regolamenti u r-Regolament Finanzjarju huma mfassla għal istituzzjonijiet akbar u li ħafna mill-aġenziji ż-żgħar m'ghandhomx il-kapaċità mixtieqa biex jaqdu dawn il-ħtiġijiet regolatorji; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni sabiex issib soluzzjoni malajr kemm jista" jkun, sabiex titjieb l-effiċjenza billi l-funzjonijiet amministrattivi ta" diversi aġenziji jingħaqdu flimkien, sabiex tinkiseb din is-saħħa (billi wieħed jikkunsidra t-tibdiliet meħtieġa fir-Regolamenti bażiċi li jmexxu lill-aġenziji u l-indipendenza baġitarja tagħhom), jew sabiex toħloq abbozz ta" regoli speċifiċi għall-aġenziji (b'mod partikulari billi timplimenta regoli għall-aġenziji) li jippermettulhom li jkunu konformi bis-sħiħ;

10.  Jinsisti li l-Kummissjoni, meta tkun qed tfassal l-Abbozz Preliminari tal-Baġit, tqis ir-riżultati ta' l-implimentazzjoni tal-baġit mill-aġenziji individwali fis-snin ta' qabel, b'mod partikolari għas-sena n-1, u tirrevedi l-baġit rikjest mill-aġenzija partikulari kif meħtieġ; jistieden lill-Kumitat kompetenti tiegħu sabiex jirrispetta din ir-reviżjoni u, jekk ma jkunx diġà ġie rivedut mill-Kummissjoni, jirrevedi huwa stess il-baġit imsemmi fuq livell realistiku li jaqbel mal-kapaċità ta" assorbiment u implimentazzjoni ta" l-aġenzija imsemmija;

11.  Ifakkar id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza fir-rigward tas-sena finanzjarja 2005, fejn huwa stieden lill-Kummissjoni sabiex kull ħames snin tippreżenta studju dwar il-valur miżjud ta" kull aġenzija li teżisti; f'każ ta" evalwazzjoni negattiva tal-valur miżjud ta" aġenzija, jistieden lill-istituzzjonijiet rilevanti kollha sabiex jieħdu l-passi meħtieġa, billi jifformulaw mill-ġdid il-mandat ta" dik l-aġenzija jew billi jagħlquh; jinnota li ma saret l-ebda evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni fl-2007; jinsisti li l-Kummissjoni għandha tippreżenta, ta" l-inqas 5 minn tali evalwazzjonijiet qabel id-deċiżjoni dwar il-kwittanza, fir-rigward tas-sena finanzjarja 2007, billi tibda mill-iżjed aġenzija antika;

12.  Huwa ta" l-opinjoni li r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti ta" l-Awdituri għandhom jiġu implimentati minnufih, u li l-livell tas-sussidji mħallsa lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-ħtiġijiet attwali tagħhom għal dak li għandu x'jaqsam mal-likwidità; barra minn hekk jikkunsidra li l-emendi tar-Regolament Finanzjarju ġenerali għandhom jiġu miżjuda fir-Regolament finanzjarju tal-qafas ta" l-aġenziji u f'bosta regolamenti finanzjarji speċifiċi;

13.  Hu mħasseb li numru sinifikanti ta' staff huma impjegati fuq bażi temporanja b'mod li jista' jdgħajjef il-kwalità ta' xogħolhom; għalhekk, jitlob lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni tar-Regolamenti għall-Istaff mill-aġenziji;

Il-preżentazzjoni tad-data li tiġi rapportata

14.  Jinnota li m'hemm ebda metodu standard fost l-aġenziji dwar il-preżentazzjoni ta" l-attivitajiet tagħhom matul is-sena finanzjarja kkonċernata u tal-kontijiet tagħhom u tar-rapporti dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja, u lanqas dwar il-kwistjoni jekk għandhiex titħejja dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni mid-direttur ta" l-aġenzija; josserva li mhux l-aġenziji kollha jiddistingwu b'mod ċar bejn (a) il-preżentazzjoni tax-xogħol ta" l-aġenzija lill-pubbliku u (b) ir-rappurtar tekniku dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja;

15.  Jinnota li filwaqt li l-istruzzjonijiet fis-seħħ tal-Kummissjoni għall-preparazzjoni tar-rapporti ta" l-attivitajiet ma jesiġux b'mod espliċitu li l-aġenzija tfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni, bosta diretturi, minkejja dan, xorta waħda għamlu hekk għall-2006, filwaqt li f'każ wieħed minnhom kienet inkluża riserva importanti;

16.  Ifakkar li l-paragrafu 28 tar-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta" April 2005(17), jistieden lid-Diretturi ta" l-Aġenziji sabiex minn issa "l quddiem ir-rapport ta" attività annwali tagħhom, li jiġi ppreżentat flimkien mat-tagħrif finanzjarju u tal-ġestjoni, irid ikollu miegħu dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni li tikkonċerna l-legalità u r-regolarità ta" l-operazzjonijiet, simili għad-dikjarazzjonijiet li ġew iffirmati mid-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;

17.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex temenda l-istruzzjonijiet fis-seħħ tagħha lill-aġenziji skond dak li ntqal hawn fuq;

18.  Barra minn hekk, jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha taħdem ma" l-aġenziji biex jinħoloq mudell armonizzat li japplika għall-aġenziji u għall-korpi satelliti kollha li jiddistingwi b'mod ċar bejn

   - rapport annwali maħsub għall-qarrejja ġenerali dwar l-operazzjonijiet, ix-xogħol u l-kisbiet tal-korpi;
   - dikjarazzjonijiet finanzjarji u rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit;
   - rapport ta' attività simili għar-rapporti ta' attività tad-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;
   - dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni ffirmata mid-direttur tal-korp, flimkien ma" kull riżerva jew osservazzjoni li jqis xieraq li jiġbed l-attenzjoni ta" l-awtorità ta" kwittanza dwarha;

Konklużjonijiet ġenerali tal-Qorti ta" l-Awdituri

19.  Jinnota dak li sabet il-Qorti (Rapport Annwali, paragrafu 10.29(18)) li l-ħruġ ta" sussidji li jitħallsu mill-Kummissjoni mill-baġit tal-Komunità m'huwiex ibbażat fuq stimi ġġustifikati biżżejjed tar-rekwiżiti ta" likwidità ta" l-aġenziji u li dan, flimkien mad-daqs tat-trasferimenti (carry-overs), iwassal sabiex ikollhom bilanċi ta" kreditu kbar mhux ħażin; jinnota wkoll ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-livell ta" sussidji li jitħallsu lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-bżonnijiet reali tagħhom għal dak li jirrigwarda l-likwidità;

20.  Jinnota li fi tmiem l-2006, 14-il aġenzija kienu għad iridu jimplimentaw is-sistema tal-kontijiet ABAC (Rapport Annwali, in-nota f'qiegħ il-paġna għall-paragrafu 10.31);

21.  Jinnota l-kumment tal-Qorti (Rapport Annwali, paragrafu 1.25) dwar spejjeż akkumulati minħabba liv li ma tteħidx li huma responsabbli għalihom uħud mill-aġenziji; jirrimarka li l-Qorti ta" l-Awdituri kkwalifikat id-dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni tagħha fil-każ ta" tliet aġenziji (iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP, CEPOL u l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2006 (2005: CEDEFOP, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza fl-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni);

Verifika interna

22.  Ifakkar li b'konformità ma" l-Artikolu 185(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-Awditur Intern tal-Kummissjoni huwa wkoll l-awditur intern ta" l-aġenziji regolatorji li jingħataw għotjiet mill-baġit ta" l-UE; jirrimarka li l-Awditur Intern jirrapporta lill-bord ta" tmexxija u lid-direttur ta" kull aġenzija;

23.  Jiġbed l-attenzjoni għar-riżerva li tniżżlet fir-Rapport ta" l-Attivitajiet Annwali ta" l-Awditur Intern għall-2006 kif ġej:"

L-Awditur Intern tal-Kummissjoni m'huwiex f'pożizzjoni li jissodisfa kif suppost l-obbligu tiegħu skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju bħala awditur intern tal-korpi tal-Komunità minħabba nuqqas ta" riżorsi ta" staff.

"

24.  Jinnota, madankollu, il-kumment ta" l-Awditur Intern fir-rapport ta" l-attivitajiet tiegħu għall-2006 li mill-2007, bis-saħħa tar-riżorsi ta" l-istaff addizzjonali mogħtija mill-Kummissjoni lis-Servizz ta" Verifika Interna (IAS), l-aġenziji regolatorji operattivi kollha se jkunu suġġetti għal xogħol ta" verifika interna fuq bażi annwali;

25.  Jinnota l-għadd li kulma jmur qiegħed jikber ta" aġenziji regolatorji u eżekuttivi u ta" intrapriżi konġunti li jeħtieġ li ssirilhom verifika mill-IAS skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinforma lill-kumitat kompetenti tagħha dwar jekk ir-riżorsi ta" l-istaff għad-dispożizzjoni ta' l-IAS humiex se jkunu biżżejjed sabiex issir verifika annwali ta" dawn il-korpi kollha fis-snin li ġejjin;

26.  Josserva li l-Artikolu 72(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 jesiġi li kull sena kull aġenzija tibgħat rapport lill-Kummissjoni u lill-awtorità tal-kwittanza li jkun imħejji mid-direttur tagħha u li jiġbor fih l-għadd u t-tip ta" verifiki interni li saru mill-awditur intern, ir-rakkomandazzjonijiet li saru u l-azzjoni li ttieħdet dwar dawn ir-rakkomandazzjonijiet; jitlob lill-aġenziji sabiex jindikaw jekk dan huwiex qiegħed isir u, jekk inhu hekk, kif qiegħed isir;

27.  Jieħu nota, fir-rigward tal-kapaċità tal-verifika interna, l-iktar b'rabta ma" l-aġenziji li huma żgħar, ta" proposta li saret mill-Awditur Intern quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament nhar l-14 ta" Settembru 2006 li aġenziji li huma żgħar għandhom ikunu awtorizzati li jixtru servizzi ta" verifika interna mis-settur privat;

L-evalwazzjoni ta" l-aġenziji

28.  Ifakkar fl-istqarrija konġunta mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni(19) li ġiet innegozjata fil-konċiljazzjoni quddiem il-Kunsill tal-baġit ta' l-ECOFIN tat-13 ta" Lulju 2007 li titlob (i) lista ta" aġenziji li l-Kummissjoni bi ħsiebha tevalwa, u (ii) lista ta" aġenziji li diġà ġew evalwati, flimkien ma" sinteżi tar-riżultati prinċipali;

Proċeduri dixxiplinari

29.  Jinnota li, minħabba d-daqs tagħhom, aġenziji individwali jsibu diffikultà biex jistabbilixxu bordijiet ta' dixxiplina ad hoc minn fost staff li huwa ta" grad xieraq fil-karriera u li l-IDOC (l-Uffiċċju ta" l-Investigazzjoni u Dixxiplina) tal-Kummissjoni m'huwiex responsabbli għall-aġenziji; jistieden lill-aġenziji sabiex iqisu li jsir bord ta' dixxiplina komuni;

Abbozz ta" ftehima interistituzzjonali

30.  Ifakkar fl-abbozz tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar il-qafas operattiv għal aġenziji regolatorji Ewropej ippreżentat mill-Kummissjoni (COM(2005)0059), li kien maħsub li joħloq qafas orizzontali għall-ħolqien, l-istruttura, it-tħaddim, l-evalwazzjoni u l-kontroll ta" l-aġenziji regolatorji Ewropej; jinnota li l-abbozz jirrappreżenta inizjattiva utli bħala sforz sabiex ikunu rrazzjonalizzati l-ħolqien u l-operazzjoni ta" l-aġenziji; jinnota l-istqarrija fir-rapport ta" sintesi 2006 tal-Kummissjoni (paragrafu 3.1, COM(2007)0274) li għalkemm ma sarx progress fin-negozjati wara l-pubblikazzjoni ta' l-abbozz, tnedew mill-ġdid diskussjonijiet dwar sustanza tal-kwistjoni fil-Kunsill fi tmiem l-2006; jiddispjaċih li ma kienx possibbli li jsir iktar progress għall-adozzjoni;

31.  Jilqa" b'sodisfazzjon għaldaqstant, l-impenn tal-Kummissjoni li tressaq Komunikazzjoni dwar il-ġejjieni ta" l-aġenziji regolatorji matul l-2008;

Aġenziji ffinanzjati minnhom infushom

32.  Ifakkar li fil-każ taż-żewġ aġenziji li jiffinanzjaw lilhom infushom, id-direttur jingħata l-kwittanza mill-bord amministrattiv; jinnota li t-tnejn li huma għandhom eċċessi akkumulati sinifikanti minn dħul ta' tariffi li jkunu ġew trasferiti minn ċifri tas-snin preċedenti:

   Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern: flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 281 miljun;(20)
   Uffiċċju tal-Komunità għall-Varjetajiet ta" Pjanti: flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 18-il miljun(21);

Punti speċifiċi

33.  Jinnota l-istqarrija tal-Qorti ta" l-Awdituri fir-rapport tagħha ta" l-2006 li, rigward l-infiq amministrattiv, ir-rata ta" użu għall-approprjazzjonijiet ta" impenn kienet ta" anqas minn 60%;

34.  Jenfasizza r-responsabilità ta" l-Aġenzija għall-ħarsien u għall-promozzjoni tas-saħħa pubblika u tas-saħħa ta" l-annimali permezz ta" l-evalwazzjoni u s-sorveljanza tal-mediċini għall-użu mill-bnedmin u mill-annimali; jilqa" l-isforzi ta" l-Aġenzija sabiex tipprovdi pariri aktar xjentifiċi fl-istadju bikri ta" l-iżvilupp ta' mediċini ġodda, kif ukoll l-introduzzjoni ta" miżuri biex iħaffu l-evalwazzjoni ta" mediċini li għandhom importanza kritika għas-saħħa pubblika;

35.  Jinnota li ammont konsiderevoli ta" l-approprjazzjonijiet tal-baġit għall-2006 ġie trasferit għall-2007 minħabba n-natura tal-proġetti li kellha x'taqsam magħhom l-Aġenzija;

36.  Jinnota wkoll li t-tweġiba ta' l-Aġenzija għall-osservazzjonijiet tal-Qorti rigward it-talba tal-miżati ta' l-Aġenzija u l-kalkoli ta" l-ispejjeż li f'Diċembru 2006, il-Bord tat-Tmexxija ta" l-Aġenzija ddeċieda jwettaq reviżjoni tas-sistema tal-miżati ta" skala b'konsultazzjoni ma" l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;

37.  Ifakkar li d-dħul ta" l-Aġenzija jikkonsisti minn kontribut mill-Komunità u miżati mħallsa minn impriżi biex jiksbu u jżommu awtorizzazzjonijiet tal-Komunità għat-tqegħid fis-suq u servizzi oħra mogħtija mill-Aġenzija;

38.  Jinnota, mill-kontijiet finali ta" l-Aġenzija, li fl-2006 rċeviet miżati u dħul ieħor ta" EUR 119 miljun u sussidju Komunitarju ta" EUR 31 miljun; jinnota li r-riżultat ekonomiku ta" l-Aġenzija għal dik is-sena kien ta" EUR 16-il miljun li, meta jingħad ma" l-eċċess akkumulat ta" EUR 27 miljun, iwassal għal assi totali netti ta" EUR 44 miljun;

39.  Jinnota t-tweġiba ta" l-Aġenzija li l-eċċess akkumulat mhuwiex eċċess baġitarju iżda huwa r-riżultat ekonomiku bbażat fuq l-applikazzjoni ta" prinċipji ta" kontijiet ibbażati fuq id-dovuti u ġie użat biex jiffinanzja l-infiq kapitali fuq l-assi fissi, l-aktar għat-tagħmir tal-bini u għall-ispejjeż ta" l-iżvilupp ta" l-IT;

40.  Jinnota, mill-kontijiet provviżorji, li matul l-2006 l-Aġenzija, f'isem 19-il aġenzija, immaniġġjat il-baġit tas-servizzi ta' appoġġ komuni, li jikkonsistu fl-infiq għall-ħlas tal-konsulenti għall-appoġġ ta' l-għodda baġitarja tal-kontijiet u s-sistema finanzjarja tar-rappurtar SI2;

41.  Jinnota wkoll, mill-kontijiet provviżorji, li d-dħul għall-ħlas marbut ma" l-evalwazzjoni żdied b"31.5% mill-2005 sa l-2006;

42.  Jinnota li d-direttur eżekuttiv ta" l-Aġenzija fassal rapport ta" attività annwali iżda mhux dikjarazzjoni ta" assikurazzjoni (minħabba li dikjarazzjoni ta" dan it-tip mhijiex meħtieġa mill-istruzzjonijiet attwali tal-Kummissjoni);

43.  Jirrimarka, madankollu, li fir-rapport ta" l-attività annwali tiegħu, id-direttu eżekuttiv jistqarr li m'għandux riservi; jirrikonoxxi l-istqarrija ta" l-Aġenzija li d-direttur eżekuttiv fil-ġejjieni jkun lest jiffirma dikjarazzjoni ta" assikurazzjoni;

44.  Jilqa" l-analiżi tal-bord tat-tmexxija u l-evalwazzjoni tar-rapport ta" attività annwali tad-direttur eżekuttiv; jinnota, b'mod partikulari, it-tħassib tal-bord rigward il-fatt li l-aġenzija qed tirċievi ħidmiet ġodda li mhumiex ibbilanċjati b'iffinanzjar adegwat mill-baġit ta" l-UE jew b'miżati ġodda; jirrimarka li din l-analiżi ma tidhirx totalment konsistenti mal-qagħda finanzjarja ta" l-aġenzija kif tidher fil-kontijiet ta" l-2006;

45.  Jilqa" l-adozzjoni ta" proċedura riveduta biex jiġu ttrattati l-kunflitti ta" interess mill-bord tat-tmexxija ta" l-Aġenzija fl-2006, li ġiet estiża wkoll biex tinkludi membri tal-bord tat-tmexxija; ifaħħar il-ħruġ ta" nota ta" gwida dwar il-proċedura għar-rappurtar ta' aġir mhux xieraq;

46.  Jinnota li l-IAS mexxiet l-ewwel verifika tagħha ta" bażi ta" l-Aġenzija fl-2005 u ħarġet ir-rapport finali tagħha f'Settembru 2006, bil-konklużjoni li s-sistema ta" kontroll intern attwali tipprovdi assikurazzjoni raġonevoli rigward il-ksib ta" l-għanijiet ta" kummerċ stipulati għall-proċessi verifikati, ħlief għal għadd ta" sejbiet importanti ħafna fl-oqsma ta" l-ambjent ta" kontroll, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u l-attivitajiet ta" kontroll;

47.  Jenfasizza li t-tħejjija ta" l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar il-prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku(22) kellha impatt konsiderevoli fuq il-ħidma ta" l-Aġenzija fl-2006; jilqa" l-adozzjoni tad-dokument konġunt tal-Kummissjoni u ta" l-Aġenzija dwar il-prijoritajiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament imsemmi hawn fuq.

(1) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 10.
(2) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 34.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(4) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 (ĠU L 324, 10.12.2007, p. 121).
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 10.
(7) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 34.
(8) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(9) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 (ĠU L 324, 10.12.2007, p. 121).
(10) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(11) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 10.
(12) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 34.
(13) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(14) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 (ĠU L 324, 10.12.2007, p. 121).
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) ĠU L 187, 15.7.2008, p. 128.
(17) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li tinkludi l-kummenti li jakkumpanjaw id-deċiżjoni dwar il-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv ta" l-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Mediċinali fir-rigward ta" l-implimentazzjoni tal-baġit tagħha għas-sena finanzjarja 2003 (ĠU L 196, 27.7.2005, p. 94).
(18) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(19) Dokument tal-Kunsill DS 605/1/07 Rev1.
(20) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p. 141).
(21) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p. 135).
(22) ĠU L 378, 27.12.2006, p. 1.


Il-kwittanza ta' l-2006: l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel
PDF 434kWORD 102k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta" l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0384/2007 – 2007/2059(DEC))
P6_TA(2008)0153A6-0120/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta" l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2006(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Awtorità(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta" Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 44 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0120/2008),

1.  Jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv ta" l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għall-implimentazzjoni tal-baġit ta" l-Awtorità għas-sena finanzjarja 2006;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv ta" l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar l-għeluq tal-kontijiet ta" l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0384/2007 – 2007/2059(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta" l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2006(6),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Awtorità(7),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta" Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel(9), u b'mod partikulari l-Artikolu 44 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0120/2008),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali ta" l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal- kontijiet ta" l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2006;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv ta" l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0384/2007 – 2007/2059(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta" l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2006(11),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Awtorità(12),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta" Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel(14), u b'mod partikulari l-Artikolu 44 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(15), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0120/2008),

A.   billi l-Qorti ta" l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2006 huma ta' min wieħed joqgħod fuqhom, u li t-tranżazzjonijiet bażiċi huma legali u regolari,

B.   billi fl-24 ta" April 2007, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2005(16), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta" kwittanza, fost affarijiet oħra

   · jinnota li fis-sena finanzjarja 2005 kien hemm livell baxx ta" implimentazzjoni tal-baġit, fejn intużaw biss 80 % ta" l-approprjazzjonijiet ta" impenn u ta" ħlas;
   · jinnota li l-Awtorità kellha diffikultà biex issib persunal xjentifiku ta" livell f'Parma;
   · jinnota li l-binjiet maħsuba biex jintużaw b'mod permanenti mill-Awtorità għadhom mhumiex disponibbli, u għaldaqstant l-Awtorità kellha tikri u tirranġa lok temporanju (spiża fl-2005: madwar EUR 3,500,000); jistieden lill-Awtorità sabiex flimkien mal-Kummissjoni tiċċara din is-sitwazzjoni ma" l-awtoritajiet nazzjonali, b'mod partikulari bil-għan li jsir kumpens finanzjarju,

Punti ġenerali li jikkonċernaw il-kwistjonijiet orizzontali li jaffettwaw lill-aġenziji ta" l-UE u li b'hekk jaffettwaw ukoll il-proċedura ta" kwittanza għal kull waħda mill-aġenziji individwali

1.  Jinnota li l-baġits ta" l-24 aġenzija u ta" korpi satelliti oħrajn li saritilhom il-verifika mill-Qorti ta" l-Awdituri kienu jammontaw għal EUR 1,080.5 miljun fl-2006 (l-akbar baġit kien ta" l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni li kien jammonta għal EUR 271 miljun u l-iżgħar baġit kien tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) li kien jammonta għal EUR 5 miljun);

2.  Jenfasizza l-fatt li l-firxa ta" korpi esterni ta" l-UE li huma suġġetti għal verifika u għal kwittanza issa tinkludi mhux biss aġenziji regolatorji tradizzjonali iżda wkoll aġenziji eżekuttivi li ġew stabbiliti sabiex jimplimentaw programmi speċifiċi, u fil-futur qrib se testendi wkoll għal intrapriżi konġunti li ġew stabbiliti bħala ftehimiet ta' sħubija pubbliċi-privati (inizjattivi teknoloġiċi konġunti);

3.  Josserva fir-rigward tal-Parlament li l-għadd ta" aġenziji suġġetti għall-proċedura ta" kwittanza evolva kif ġej: sena finanzjarja 2000: 8; 2001: 10; 2002: 11; 2003: 14; 2004: 14; 2005: 16; 2006: 20 aġenzija regolatorja u 2 aġenziji eżekuttivi (m'humiex inklużi 2 aġenziji li jiġu vverifikati mill-Qorti ta' l-Awdituri iżda li huma suġġetti għal proċess ta" kwittanza intern);

4.  Jikkonkludi, għaldaqstant, li l-proċess ta" verifika / kwittanza sar ineffiċjenti u sproporzjonat meta mqabbel mad-daqs relattiv tal-baġits ta" l-aġenziji / tal-korpi satelliti; jagħti istruzzjonijiet lill-kumitat kompetenti tiegħu sabiex jagħmel reviżjoni fuq firxa wiesgħa tal-proċess ta" kwittanza fir-rigward ta" aġenziji u korpi satelliti bil-għan li jitfassal metodu iktar sempliċi u razzjonali, filwaqt li jżomm f'moħħu l-għadd dejjem ikbar ta" korpi li kull wieħed minnhom jesiġi rapport ta" kwittanza separat fis-snin li ġejjin;

Kunsiderazzjonijiet fundamentali

5.  Jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi spjegazzjonijiet ċari fir-rigward ta" l-elementi li ġejjin qabel il-ħolqien ta" aġenzija ġdida jew qabel ir-riforma ta" aġenzija eżistenti: it-tip ta" aġenzija, l-għanijiet ta" l-aġenzija, l-istruttura ta" governanza interna, il-prodotti, is-servizzi, il-proċeduri ewlenin, il-grupp fil-mira, il-klijenti u l-partijiet interessati ta" l-aġenzija, ir-relazzjoni formali ma" l-atturi esterni, ir-responsabilità baġitarja, l-ippjanar finanzjarju, u l-istaff u l-politika dwar l-istaff;

6.  Jitlob li kull aġenzija tkun irregolata minn ftehima annwali rigward ir-rendiment li tkun ifformulata mill-aġenzija u mid-DĠ responsabbli u li għandha tinkludi l-għanijiet ewlenin għas-sena li tkun ġejja, qafas finanzjarju u indikaturi ċari għall-kejl tar-rendiment;

7.  Jitlob li r-rendiment ta" l-aġenziji jiġi vverifikat b'mod regolari (u fuq bażi ad hoc) mill-Qorti ta" l-Awdituri jew awditur indipendenti ieħor; iqis li din il-verifika m'għandhiex tkun limitata għal elementi tradizzjonali ta" ġestjoni finanzjarja u għall-użu kif suppost tal-fondi pubbliċi, iżda għandha tkopri wkoll l-effiċjenza u l-effikaċja amministrattiva u għandha tinkludi klassifikazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja ta" kull aġenzija;

8.  Jargumenta li fil-każ ta" aġenziji li qegħdin kontinwament jistmaw li l-ħtiġijiet baġitarji rispettivi tagħhom huma ogħla milli fil-fatt huma, għandu jkun hemm tnaqqis tekniku skond il-postijiet vakanti; huwa ta" l-opinjoni li dan għandu jwassal, f'perjodu fit-tul, għal inqas dħul assenjat għall-aġenziji u għalhekk inaqqas ukoll l-ispejjeż amministrattivi;

9.  Jinnota li hija problema serja li għadd ta' aġenziji jiġu kkritikati minħabba li ma jsegwux ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku, ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolamenti ta' l-Istaff eċċ.; jikkunsidra li r-raġuni ewlenija għal dan hija li ħafna mir-regolamenti u r-Regolament Finanzjarju huma mfassla għal istituzzjonijiet akbar u li ħafna mill-aġenziji ż-żgħar m'ghandhomx il-kapaċità mixtieqa biex jaqdu dawn il-ħtiġijiet regolatorji; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni sabiex issib soluzzjoni malajr kemm jista" jkun, sabiex titjieb l-effiċjenza billi l-funzjonijiet amministrattivi ta" diversi aġenziji jingħaqdu flimkien, sabiex tinkiseb din is-saħħa (billi wieħed jikkunsidra t-tibdiliet meħtieġa fir-Regolamenti bażiċi li jmexxu lill-aġenziji u l-indipendenza baġitarja tagħhom), jew sabiex toħloq abbozz ta" regoli speċifiċi għall-aġenziji (b'mod partikulari billi timplimenta regoli għall-aġenziji) li jippermettulhom li jkunu konformi fit-totalità tagħhom;

10.  Jinsisti li l-Kummissjoni, meta tkun qed tfassal l-Abbozz Preliminari tal-Baġit, għandha tqis ir-riżultati ta' l-implimentazzjoni tal-baġit mill-aġenziji individwali għas-snin ta' qabel, b'mod partikolari għas-sena n-1 u, tirrevedi l-baġit mitlub mill-aġenzija partikolari kif meħtieġ; jistieden lill-Kumitat kompetenti tiegħu sabiex jirrispetta din ir-reviżjoni u, jekk ma jkunx diġà ġie rivedut mill-Kummissjoni, jirrevedi huwa stess il-baġit imsemmi fuq livell realistiku li jaqbel mal-kapaċità ta" assorbiment u implimentazzjoni ta" l-aġenzija imsemmija;

11.  Ifakkar id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2005, fejn huwa stieden lill-Kummissjoni sabiex kull ħames snin tippreżenta studju dwar il-valur miżjud ta" kull aġenzija li teżisti; f'każ ta" evalwazzjoni negattiva tal-valur miżjud ta" aġenzija, jistieden lill-istituzzjonijiet rilevanti kollha sabiex jieħdu l-passi meħtieġa, billi jifformulaw mill-ġdid il-mandat ta" dik l-aġenzija jew billi jagħlquh; jinnota li ma saret l-ebda evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni fl-2007; jinsisti li l-Kummissjoni għandha tippreżenta, ta" l-inqas 5 minn dan it-tip ta" evalwazzjonijiet qabel id-deċiżjoni dwar il-kwittanza, b'rabta mas-sena finanzjarja 2007, billi tibda mill-iżjed aġenzija antika;

12.  Huwa ta" l-opinjoni li r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti ta" l-Awdituri għandhom jiġu implimentati minnufih, u li l-livell tas-sussidji mħallsa lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-ħtiġijiet attwali tagħhom għal dak li għandu x'jaqsam mal-likwidità; barra minn hekk jikkunsidra li l-emendi tar-Regolament Finanzjarju ġenerali għandhom jiġu miżjuda fir-Regolament finanzjarju tal-qafas ta" l-aġenziji u f'bosta regolamenti finanzjarji speċifiċi;

Il-preżentazzjoni tad-data ta' rappurtaġġ

13.  Jinnota li m'hemm ebda metodu standard fost l-aġenziji dwar il-preżentazzjoni ta" l-attivitajiet tagħhom matul is-sena finanzjarja kkonċernata u tal-kontijiet tagħhom u tar-rapporti dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja, u lanqas dwar il-kwistjoni jekk għandhiex titfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni mid-direttur ta" l-aġenzija; josserva li mhux l-aġenziji kollha jiddistingwu b'mod ċar bejn (a) il-preżentazzjoni tax-xogħol ta" l-aġenzija lill-pubbliku u (b) ir-rappurtar tekniku dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja;

14.  Jinnota li filwaqt li l-istruzzjonijiet fis-seħħ tal-Kummissjoni għall-preparazzjoni tar-rapporti ta" attività ma jesiġux b'mod espliċitu li l-aġenzija tfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni, bosta diretturi, minkejja dan, xorta waħda għamlu dan għall-2006, filwaqt li f'każ wieħed minnhom kienet inkluża riserva importanti;

15.  Ifakkar li l-paragrafu 27 tar-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta" April 2005(17), jistieden lid-Diretturi ta" l-Aġenziji sabiex minn issa "l quddiem ir-rapport ta" l-attivitajiet annwali tagħhom, li jiġi ppreżentat flimkien mat-tagħrif finanzjarju u tal-ġestjoni, irid ikollu miegħu dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni li tikkonċerna l-legalità u r-regolarità ta" l-operazzjonijiet, simili għad-dikjarazzjonijiet li ġew iffirmati mid-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;

16.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex temenda l-istruzzjonijiet fis-seħħ tagħha lill-aġenziji skond dak li ntqal hawn fuq;

17.  Barra minn hekk, jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha taħdem ma" l-aġenziji biex jinħoloq mudell armonizzat li japplika għall-aġenziji u għall-korpi satelliti kollha li jiddistingwi b'mod ċar bejn

   - rapport annwali maħsub għall-qarrejja ġenerali dwar l-operazzjonijiet, ix-xogħol u l-kisbiet tal-korpi;
   - dikjarazzjonijiet finanzjarji u rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit;
   - rapport dwar l-attività li jkun simili għar-rapporti ta' attività tad-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;
   - dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni ffirmata mid-direttur tal-korp, flimkien ma" kull riżerva jew osservazzjoni li jqis xieraq li jiġbed l-attenzjoni ta" l-awtorità ta" kwittanza dwarha;

Konklużjonijiet ġenerali tal-Qorti ta" l-Awdituri

18.  Jinnota dak li sabet il-Qorti (Rapport Annwali, paragrafu 10.29(18)) li l-ħruġ ta" sussidji li jitħallsu mill-Kummissjoni mill-baġit tal-Komunità m'huwiex ibbażat fuq stimi ġġustifikati biżżejjed tar-rekwiżiti ta" likwidità ta" l-aġenziji, u li dan, flimkien mad-daqs tat-trasferimenti (carry-overs), iwassal sabiex ikollhom bilanċi ta" kreditu kbar mhux ħażin; jinnota wkoll ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-livell ta" sussidji li jitħallsu lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-bżonnijiet reali tagħhom għal dak li jirrigwardja l-likwidità;

19.  Jinnota li fi tmiem l-2006, 14-il aġenzija kienu għad iridu jimplimentaw is-sistema tal-kontijiet ABAC (Rapport Annwali, in-nota f'qiegħ il-paġna għall-paragrafu 10.31);

20.  Jinnota l-kumment tal-Qorti (Rapport Annwali, paragrafu 1.25) dwar spejjeż akkumulati minħabba leave li ma tteħidx li huma responsabbli għalihom uħud mill-aġenziji; jirrimarka li l-Qorti ta" l-Awdituri kkwalifikat id-dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni tagħha fil-każ ta" tliet aġenziji (iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP), CEPOL u l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2006 (2005: CEDEFOP, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza fl-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni);

Verifika interna

21.  Ifakkar li f'konformità ma" l-Artikolu 185(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-Awditur Intern tal-Kummissjoni huwa wkoll l-awditur intern ta" l-aġenziji regolatorji li jingħataw għotjiet mill-baġit ta" l-UE; jirrimarka li l-Awditur Intern jirrapporta lill-bord ta" tmexxija u lid-direttur ta" kull aġenzija;

22.  Jiġbed l-attenzjoni għar-riserva li tniżżlet fir-Rapport ta" l-Attivitajiet Annwali ta" l-Awditur Intern għall-2006 kif ġej:"

L-Awditur Intern tal-Kummissjoni m'huwiex f'pożizzjoni li jissodisfa kif suppost l-obbligu tiegħu skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju bħala awditur intern tal-korpi tal-Komunità minħabba nuqqas ta" riżorsi ta" staff.

"

23.  Jinnota, madankollu, il-kumment ta" l-Awditur Intern fir-rapport ta" l-attivitajiet tiegħu għall-2006 li mill-2007, bis-saħħa tar-riżorsi ta" l-istaff addizzjonali mogħtija mill-Kummissjoni lis-Servizz ta" Verifika Interna (IAS), l-aġenziji regolatorji operattivi kollha se jkunu suġġetti għal xogħol ta" verifika interna fuq bażi annwali;

24.  Jinnota l-għadd li kulma jmur qiegħed jikber ta" aġenziji regolatorji u eżekuttivi u ta" intrapriżi konġunti li jeħtieġ li ssirilhom verifika mill-IAS skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinforma lill-kumitat kompetenti tagħha dwar jekk ir-riżorsi ta" l-istaff għad-dispożizzjoni ta' l-IAS humiex se jkunu biżżejjed sabiex issir verifika annwali ta" dawn il-korpi kollha fis-snin li ġejjin;

25.  Josserva li l-Artikolu 72(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 jesiġi li kull sena kull aġenzija tibgħat rapport lill-Kummissjoni u lill-awtorità tal-kwittanza li jkun imħejji mid-direttur tagħha u li jiġbor fih l-għadd u t-tip ta" verifiki interni li saru mill-awditur intern, ir-rakkomandazzjonijiet li saru u l-azzjoni li ttieħdet dwar dawn ir-rakkomandazzjonijiet; jitlob lill-aġenziji sabiex jindikaw jekk dan huwiex qiegħed isir u, jekk inhu hekk, kif qiegħed isir;

26.  Jieħu nota, fir-rigward tal-kapaċità tal-verifika interna, l-iktar b'rabta ma" l-aġenziji li huma iżgħar, ta" proposta li saret mill-Awditur Intern quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament nhar l-14 ta" Settembru 2006 li aġenziji li huma iżgħar għandhom ikunu awtorizzati jixtru servizzi ta" verifika interna mis-settur privat;

L-evalwazzjoni ta" l-aġenziji

27.  Ifakkar fl-istqarrija konġunta mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni(19) li ġiet innegozjata fil-konċiljazzjoni quddiem il-Kunsill tal-baġit ta' l-ECOFIN tat-13 ta" Lulju 2007 li titlob (i) lista ta" aġenziji li l-Kummissjoni bi ħsiebha tevalwa, u (ii) lista ta" aġenziji li diġà ġew evalwati, flimkien ma" sinteżi tar-riżultati prinċipali;

Proċeduri dixxiplinari

28.  Jinnota li, minħabba d-daqs tagħhom, aġenziji individwali jsibu diffikultà biex jistabbilixxu bordijiet ta' dixxiplina ad hoc minn fost staff li huwa ta" grad xieraq fil-karriera u li l-IDOC (l-Uffiċċju ta" l-Investigazzjoni u Dixxiplina) tal-Kummissjoni m'huwiex responsabbli għall-aġenziji; jistieden lill-aġenziji sabiex iqisu bord ta' dixxiplina komuni;

Abbozz ta" ftehima interistituzzjonali

29.  Ifakkar fl-abbozz tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar il-qafas operattiv għal aġenziji regolatorji Ewropej ippreżentat mill-Kummissjoni (COM(2005)0059), li kien maħsub li joħloq qafas orizzontali għall-ħolqien, l-istruttura, it-tħaddim, l-evalwazzjoni u l-kontroll ta" l-aġenziji regolatorji Ewropej; jinnota li l-abbozz jirrappreżenta inizjattiva utli bħala sforz sabiex ikunu rrazzjonalizzati l-ħolqien u l-operazzjoni ta" l-aġenziji; jinnota l-istqarrija fir-rapport ta" sinteżi 2006 tal-Kummissjoni (paragrafu 3.1, COM(2007)0274) li għalkemm ma sarx progress fin-negozjati wara l-pubblikazzjoni ta' l-abbozz, tnedew mill-ġdid diskussjonijiet dwar sustanza tal-kwistjoni fil-Kunsill fi tmiem l-2006; jiddispjaċih li ma kienx possibbli li jsir iktar progress lejn l-adozzjoni;

30.  Jilqa" b'sodisfazzjon għaldaqstant, l-impenn tal-Kummissjoni li tressaq Komunikazzjoni dwar il-ġejjieni ta" l-aġenziji regolatorji matul l-2008;

Aġenziji ffinanzjati minnhom infushom

31.  Ifakkar li għaż-żewġ aġenziji li jiffinanzjaw lilhom infushom, id-direttur jingħata l-kwittanza mill-bord amministrattiv; jinnota li t-tnejn li huma għandhom eċċessi akkumulati sinifikanti minn dħul minn tariffi li jkunu ġew trasferiti minn ċifri tas-snin preċedenti:

   Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern: flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 281 miljun;(20)
   Uffiċċju tal-Komunità għall-Varjetajiet ta" Pjanti: flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 18-il miljun(21);

Punti speċifiċi

32.  Jinnota li l-2006 kienet ir-raba" sena operattiva ta" l-Awtorità, u l-ewwel sena wara li ġarret lejn is-sede permanenti tagħha f'Parma;

33.  Jenfasizza l-irwol ta" l-Awtorità sabiex tipprovdi pariri xjentifiċi indipendenti dwar il-kwistjonijiet kollha li għandhom impatt dirett jew indirett mas-sigurtà fl-ikel, inklużi s-saħħa u l-benessri ta" l-annimali u l-ħarsien tax-xtieli; jirrikonoxxi l-progress sinjifikanti li sar, u jinnota li mit-323 talba għal opinjoni xjentifika li saret lill-Awtorità fl-2006, 132 opinjoni u 4 rapporti ġew adottati u ppubblikati;

34.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu bl-implimentazzjoni tal-linji baġitarji ta" l-2006, minkella li t-twettiq tal-baġit juri li l-istrutturi ta" l-Awtorità għadhom iridu jsiru aktar stabbli;

35.  Jinnota li l-livell baxx ta" nfiq tal-ħlasijiet fl-2006 hu relatat fil-parti l-kbira mal-problemi li sabet l-Awtorità biex issib persunal xjentifiku b'livell għoli ta" ħiliet biex jaħdmu f'Parma; jisħaq li żewġ terzi biss mill-250 post tax-xogħol disponibbli fl-organigramma ta" l-Awtorità kienu laħqu intlew sa l-aħħar ta" l-2006; jenfasizza li n-nuqqas ta" persunal jirriżulta f'livell aktar baxx ta" nfiq ta" fondi operattivi;

36.  Jinnota li l-osservazzjonijiet tal-Qorti fir-rapport tagħha ta" l-2006 li fl-2006, ir-rati ta" ħlas kienu ta" 56% ta" l-approprjazzjonijiet għall-infiq amministrattiv (Titolu II) u 50% ta" l-approprjazzjonijiet għal attivitajiet operattivi (Titolu III); 20% ta" l-approprjazzjonijiet trasferiti mill-2005 ġew kanċellati fl-aħħar ta" l-2006; saru numru kbir ta" trasferimenti, b'konċentrazzjoni għolja tagħhom fl-aħħar tas-sena, u dan ifisser li l-prinċipju baġitarju ta" l-ispeċifikazzjoni ma ġiex osservat b'mod strett;

37.  Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li l-awtorità naqset li tagħmel analiżi komprensiva tar-riskji u tiddefinixxi indikaturi xierqa tal-prestazzjoni u li ma kinitx iddokumentat is-sistemi u l-proċeduri ta" kontroll intern li jirregolaw l-attivitajiet tagħha, biex b'hekk ma ġietx implimentata politika effettiva ta" immaniġġjar tar-riskji, li hija essenzjali għall-immaniġġjar tal-baġit li jkun imsejjes fuq l-attivitajiet;

38.  Jinnota mill-kontabilità li hemm assi fi flus ta" EUR 10.6 miljun, EUR 3.68 miljun fi qligħ li reġa" ġie investit u riżultat ekonomiku ta" EUR 1.1 miljun;

39.  Jinnota d-dikjarazzjoni fl-anness tal-kontabilità li fl-2007, li ammont ta" EUR 2.7 miljun, li jikkorrispondi għall-pre-finanzjament kanċellat u imgħax tal-bank (outturn ta" l-2005), kien ser jiġi rimborsat lill-Kummissjoni;

40.  Jinnota wkoll l-ammont ta" EUR 6.9 miljun trasferiment globali (rapport annwali ta" l-attività) mill-Bord ta" Immaniġġjar f'Settembru 2006 sabiex l-approprjazzjonijiet disponibbli jiġu aġġustati għal mal-ħtiġijiet reali u sabiex jiġi evitat surplus ta" l-aħħar tas-sena fid-dawl tar-reklutaġġ ta" persunal li kien aktar baxx minn dak li kien mistenni, u dewmien fl-implimentazzjoni ta" għotjiet għall-koperazzjoni xjentifika;

41.  Jinnota mir-rapport annwali ta' l-Attivitajiet ta' l-Awtorità li f'Settembru 2006 inħatar Direttur Eżekuttiv ġdid, kien ukoll awditur intern f'Ottubru 2006.

(1) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 35.
(2) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 80.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(4) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 35.
(7) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 80.
(8) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(9) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).
(10) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(11) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 35.
(12) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 80.
(13) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(14) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) ĠU L 187, 15.7.2008, p. 163.
(17) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li tinkludi l-kummenti li jakkumpanjaw id-deċiżjoni dwar kwittanza lid-Direttur ta' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel fir-rigward ta" l-implimentazzjoni tal-baġit tagħha għas-sena finanzjarja 2003 (ĠU L 196, 27.7.2005, p. 133).
(18) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(19) Dokument tal-Kunsill DS 605/1/07 Rev1.
(20) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p.141).
(21) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p. 135).


Il-kwittanza ta' l-2006: L-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà
PDF 489kWORD 105k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta" l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0382/2007 – 2007/2057(DEC))
P6_TA(2008)0154A6-0115/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta" l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà għas-sena finanzjarja 2006(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta" Ġunju 2002 li jistabbilixxi Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 19 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0115/2008),

1.  Jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2006;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv ta" l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta" l-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar l-għeluq tal-kontijiet ta" l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0382/2007 – 2007/2057(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta" l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà għas-sena finanzjarja 2006(6),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija(7),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta" Ġunju 2002 li jistabbilixxi Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà (9), u b'mod partikulari l-Artikolu 19 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0115/2008),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali ta" l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet ta" l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà għas-sena finanzjarja 2006;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv ta" l- Aġenzija tas-Sigurtà Marittima Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0382/2007 – 2007/2057(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta" l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà għas-sena finanzjarja 2006(11),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija(12),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta" Ġunju 2002 li jistabbilixxi Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà (14), u b'mod partikulari l-Artikolu 19 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(15), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0115/2008),

A.   billi l-Qorti ta" l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2006 huma ta' min wieħed joqgħod fuqhom, u li t-tranżazzjonijiet bażiċi huma legali u regolari,

B.   billi fl-24 ta" April 2007, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2005(16), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta" kwittanza, fost affarijiet oħra

   · innota li l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2005 kienet affettwata minn dewmien fir-reklutaġġ ta' l-istaff u li din is-sitwazzjoni kellha riperkussjonijiet fuq l-użu ta" l-approprjazzjonijiet għall-ispiża amministrattiva;
   · innota li d-dokumentazzjoni tat-tranżazzjonijiet, prerekwiżit għal sistema valida ta" kontroll intern, uriet xi nuqqasijiet u li fajls li kellhom x'jaqsmu ma" l-impenji u l-ħlasijiet ta" spiss ma kinux tlestew jew kienu mħawda;
   · innota wkoll diversi nuqqasijiet fil-ġestjoni ta' l-akkwisti pubbliċi u insista li l-Aġenzija trid tkun konformi mar-rekwiżiti regolatorji;

Punti ġenerali li jikkonċernaw il-kwistjonijiet orizzontali li jaffettwaw lill-aġenziji ta" l-UE u li b'hekk jaffettwaw ukoll il-proċedura ta" kwittanza għal kull waħda mill-aġenziji individwali

1.  Jinnota li l-baġits ta" l-24 aġenzija u ta" korpi satelliti oħrajn li saritilhom il-verifika mill-Qorti ta" l-Awdituri kienu jammontaw għal EUR 1 080,5 miljun fl-2006 (l-akbar baġit kien ta" l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni li kien jammonta għal EUR 271 miljun u l-iżgħar baġit kien tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) li kien jammonta għal EUR 5 miljun);

2.  Jenfasizza l-fatt li l-firxa ta" korpi esterni ta" l-UE li huma suġġetti għal verifika u għal kwittanza issa tinkludi mhux biss aġenziji regolatorji tradizzjonali iżda wkoll aġenziji eżekuttivi li ġew stabbiliti sabiex jimplimentaw programmi speċifiċi, u fil-futur qrib se testendi wkoll għal intrapriżi konġunti li ġew stabbiliti bħala ftehimiet ta' sħubija pubbliċi-privati (inizjattivi teknoloġiċi konġunti);

3.  Josserva fir-rigward tal-Parlament li l-għadd ta" aġenziji suġġetti għall-proċedura ta" kwittanza evolva kif ġej: sena finanzjarja 2000: 8; 2001: 10; 2002: 11; 2003: 14; 2004: 14; 2005: 16; 2006: 20 aġenzija regolatorja u 2 aġenziji eżekuttivi (m'humiex inklużi 2 aġenziji li jiġu vverifikati mill-Qorti ta' l-Awdituri iżda li huma suġġetti għal proċess ta" kwittanza intern);

4.  Jikkonkludi, għaldaqstant, li l-proċess ta" verifika/kwittanza sar ineffiċjenti u sproporzjonat meta mqabbel mad-daqs relattiv tal-baġits ta" l-aġenziji/tal-korpi satelliti; jagħti istruzzjonijiet lill-kumitat kompetenti tiegħu sabiex jagħmel reviżjoni fuq firxa wiesgħa tal-proċess ta" kwittanza fir-rigward ta" aġenziji u korpi satelliti bil-għan li jitfassal metodu iktar sempliċi u razzjonali, filwaqt li jżomm f'moħħu l-għadd dejjem ikbar ta" korpi li kull wieħed minnhom jesiġi rapport ta" kwittanza separat fis-snin li ġejjin;

Kunsiderazzjonijiet fundamentali

5.  Jitlob biex il-Kummissjoni tipprovdi spjegazzjonijiet ċari fir-rigward ta" l-elementi li ġejjin qabel il-ħolqien ta" aġenzija ġdida jew qabel ir-riforma ta" aġenzija eżistenti: it-tip ta" aġenzija, l-għanijiet ta" l-aġenzija, l-istruttura ta" governanza interna, il-prodotti, is-servizzi, il-proċeduri ewlenin, il-grupp fil-mira, il-klijenti u l-partijiet interessati ta" l-aġenzija, ir-relazzjoni formali ma" l-atturi esterni, ir-responsabilità baġitarja, l-ippjanar finanzjarju, u l-istaff u l-politika dwar l-istaff;

6.  Jitlob li kull aġenzija tkun irregolata minn ftehima annwali rigward ir-rendiment li tkun ifformulata mill-aġenzija u mid-DĠ responsabbli u li għandha tinkludi l-għanijiet ewlenin għas-sena li tkun ġejja, qafas finanzjarju u indikaturi ċari għall-kejl tar-rendiment;

7.  Jitlob li r-rendiment ta" l-aġenziji jiġi vverifikat b'mod regolari (u fuq bażi ad hoc) mill-Qorti ta" l-Awdituri jew awditur indipendenti ieħor; iqis li din il-verifika m'għandhiex tkun limitata għal elementi tradizzjonali ta" ġestjoni finanzjarja u għall-użu kif suppost tal-fondi pubbliċi, iżda għandha tkopri wkoll l-effiċjenza u l-effikaċja amministrattiva u għandha tinkludi klassifikazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja ta" kull aġenzija;

8.  Hu tal-fehma li fil-każ ta" aġenziji li qegħdin kontinwament jistmaw li l-ħtiġijiet baġitarji rispettivi tagħhom huma ogħla milli fil-fatt huma, għandu jkun hemm tnaqqis tekniku skond il-postijiet vakanti; huwa ta" l-opinjoni li dan għandu jwassal, f'perjodu fit-tul, għal inqas dħul assenjat għall-aġenziji u għalhekk inaqqas ukoll l-ispejjeż amministrattivi;

9.  Jinnota li hija problema serja li għadd ta' aġenziji jiġu kkritikati minħabba li ma jsegwux ir-regoli dwar l-akkwisti pubbliċi, ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolamenti ta' l-Istaff, eċċ.; jikkunsidra li r-raġuni ewlenija għal dan hija li ħafna mir-regolamenti u r-Regolament Finanzjarju huma mfassla għal istituzzjonijiet akbar u li ħafna mill-aġenziji ż-żgħar m'ghandhomx il-kapaċità mixtieqa biex jaqdu dawn il-ħtiġijiet regolatorji; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni sabiex issib soluzzjoni malajr kemm jista" jkun, sabiex titjieb l-effiċjenza billi l-funzjonijiet amministrattivi ta" diversi aġenziji jingħaqdu flimkien, sabiex tinkiseb din is-saħħa (billi wieħed jikkunsidra t-tibdiliet meħtieġa fir-Regolamenti bażiċi li jmexxu lill-aġenziji u l-indipendenza baġitarja tagħhom) jew sabiex toħloq abbozz ta" regoli speċifiċi għall-aġenziji (b'mod partikulari billi timplimenta regoli għall-aġenziji) li jippermettulhom li jkunu konformi fit-totalità tagħhom;

10.  Jinsisti li l-Kummissjoni, meta tkun qed tfassal l-Abbozz Preliminari tal-Baġit, tqis ir-riżultati ta' l-implimentazzjoni tal-baġit mill-aġenziji individwali fis-snin ta' qabel, b'mod partikulari għas-sena n-1, u tirrevedi l-baġit rikjest mill-aġenzija partikulari kif meħtieġ; jistieden lill-Kumitat kompetenti tiegħu sabiex jirrispetta din ir-reviżjoni u, jekk ma jkunx diġà ġie rivedut mill-Kummissjoni, jirrevedi huwa stess il-baġit imsemmi fuq livell realistiku li jaqbel mal-kapaċità ta" assorbiment u implimentazzjoni ta" l-aġenzija msemmija;

11.  Ifakkar fid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2005, li biha huwa stieden lill-Kummissjoni sabiex kull ħames snin tippreżenta studju dwar il-valur miżjud ta" kull aġenzija li teżisti; f'każ ta" evalwazzjoni negattiva tal-valur miżjud ta" aġenzija, jistieden lill-istituzzjonijiet rilevanti kollha sabiex jieħdu l-passi meħtieġa, billi jifformulaw mill-ġdid il-mandat ta" dik l-aġenzija jew billi jagħlquh; jinnota li ma saret l-ebda evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni fl-2007; jinsisti li l-Kummissjoni għandha tippreżenta, ta" l-inqas 5 minn dan it-tip ta" evalwazzjonijiet qabel id-deċiżjoni dwar il-kwittanza, b'rabta mas-sena finanzjarja 2007, billi tibda mill-iżjed aġenziji antiki;

12.  Huwa ta" l-opinjoni li r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti ta" l-Awdituri għandhom jiġu implimentati minnufih, u li l-livell tas-sussidji mħallsa lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-ħtiġijiet attwali tagħhom għal dak li għandu x'jaqsam mal-likwidità; barra minn hekk jikkunsidra li l-emendi tar-Regolament Finanzjarju ġenerali għandhom jiġu miżjuda fir-regolament finanzjarju tal-qafas ta" l-aġenziji u f'bosta regolamenti finanzjarji speċifiċi;

Il-preżentazzjoni tad-data ta' rappurtaġġ

13.  Jinnota li m'hemm ebda metodu standard fost l-aġenziji dwar il-preżentazzjoni ta" l-attivitajiet tagħhom matul is-sena finanzjarja kkonċernata u tal-kontijiet tagħhom u tar-rapporti dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja, u lanqas dwar il-kwistjoni jekk għandhiex titfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni mid-direttur ta" l-aġenzija; josserva li mhux l-aġenziji kollha jiddistingwu b'mod ċar bejn (a) il-preżentazzjoni tax-xogħol ta" l-aġenzija lill-pubbliku u (b) ir-rappurtar tekniku dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja;

14.  Jinnota li filwaqt li l-istruzzjonijiet fis-seħħ tal-Kummissjoni għall-preparazzjoni tar-rapporti ta" l-attivitajiet ma jesiġux b'mod espliċitu li l-aġenzija tfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni, bosta diretturi, minkejja dan, xorta waħda għamlu dan għall-2006, filwaqt li f'każ wieħed minnhom kienet inkluża riżerva importanti;

15.  Ifakkar li l-paragrafu 26 tar-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta" April 2005(17), li jistieden lid-Diretturi ta" l-Aġenziji sabiex minn issa "l quddiem ir-rapport ta" l-attivitajiet annwali tagħhom, li jiġi ppreżentat flimkien mat-tagħrif finanzjarju u tal-ġestjoni, irid ikollu miegħu dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni li tikkonċerna l-legalità u r-regolarità ta" l-operazzjonijiet, simili għad-dikjarazzjonijiet li ġew iffirmati mid-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;

16.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex temenda l-istruzzjonijiet fis-seħħ tagħha lill-aġenziji skond dak li ntqal hawn fuq;

17.  Barra minn hekk, jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha taħdem ma" l-aġenziji biex jinħoloq mudell armonizzat li japplika għall-aġenziji u għall-korpi satelliti kollha li jiddistingwi b'mod ċar bejn

   - rapport annwali maħsub għall-qarrejja ġenerali dwar l-operazzjonijiet, ix-xogħol u l-kisbiet tal-korpi;
   - dikjarazzjonijiet finanzjarji u rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit;
   - rapport ta' l-attivitajiet li jkun simili għar-rapporti ta' l-attivitajiet tad-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;
   - dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni ffirmata mid-direttur tal-korp, flimkien ma" kull riżerva jew osservazzjoni li jqis li jkun xieraq li jiġbed l-attenzjoni ta" l-awtorità ta" kwittanza dwarha;

Konklużjonijiet ġenerali tal-Qorti ta" l-Awdituri

18.  Jinnota dak li sabet il-Qorti (Rapport Annwali, paragrafu 10.29(18)) li l-ħruġ ta" sussidji li jitħallsu mill-Kummissjoni mill-baġit tal-Komunità m'huwiex ibbażat fuq stimi ġġustifikati biżżejjed tar-rekwiżiti ta" likwidità ta" l-aġenziji u li dan, flimkien mad-daqs tat-trasferimenti għas-sena ta' wara, iwassal sabiex ikollhom bilanċi ta" kreditu kbar mhux ħażin; jinnota wkoll ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-livell ta" sussidji li jitħallsu lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-bżonnijiet reali tagħhom għal dak li jirrigwarda l-likwidità;

19.  Jinnota li fi tmiem l-2006, 14-il aġenzija kienu għad iridu jimplimentaw is-sistema tal-kontijiet ABAC (Rapport Annwali, in-nota f'qiegħ il-paġna għall-paragrafu 10.31);

20.  Jinnota l-kumment tal-Qorti (Rapport Annwali, paragrafu 1.25) dwar spejjeż akkumulati minħabba liv li ma tteħidx li huma responsabbli għalihom uħud mill-aġenziji; jirrimarka li l-Qorti ta" l-Awdituri kkwalifikat id-dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni tagħha fil-każ ta" tliet aġenziji (iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP), CEPOL u l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2006 (2005: CEDEFOP, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza fl-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni);

Verifika interna

21.  Ifakkar li b'konformità ma" l-Artikolu 185(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-Awditur Intern tal-Kummissjoni huwa wkoll l-awditur intern ta" l-aġenziji regolatorji li jingħataw għotjiet mill-baġit ta" l-UE; jirrimarka li l-Awditur Intern jirrapporta lill-bord ta" tmexxija u lid-direttur ta" kull aġenzija;

22.  Jiġbed l-attenzjoni għar-riżerva li tniżżlet fir-Rapport ta" l-Attivitajiet Annwali ta" l-Awditur Intern għall-2006 kif ġej:"

L-Awditur Intern tal-Kummissjoni m'huwiex f'pożizzjoni li jissodisfa kif suppost l-obbligu tiegħu skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju bħala awditur intern tal-korpi tal-Komunità minħabba nuqqas ta" riżorsi ta" staff.

"

23.  Jinnota, madankollu, il-kumment ta" l-Awditur Intern fir-rapport ta" l-attivitajiet tiegħu għall-2006 li mill-2007, bis-saħħa tar-riżorsi ta" l-istaff addizzjonali mogħtija mill-Kummissjoni lis-Servizz ta" Verifika Interna (IAS), l-aġenziji regolatorji operattivi kollha se jkunu suġġetti għal xogħol ta" verifika interna fuq bażi annwali;

24.  Jinnota l-għadd li kulma jmur qiegħed jikber ta" aġenziji regolatorji u eżekuttivi u ta" intrapriżi konġunti li jeħtieġ li ssirilhom verifika mill-IAS skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinforma lill-kumitat kompetenti tagħha dwar jekk ir-riżorsi ta" l-istaff għad-dispożizzjoni ta' l-IAS humiex se jkunu biżżejjed sabiex issir verifika annwali ta" dawn il-korpi kollha fis-snin li ġejjin;

25.  Josserva li l-Artikolu 72(5) tar-Regolament (KE, Euratom)Nru 2343/2002 jeżiġi li kull aġenzija tibgħat kull sena lill-awtorità tal-kwittanza u lill-Kummissjoni rapport li jkun imħejji mid-direttur tagħha u li jiġbor fih l-għadd u t-tip ta" verifiki interni li saru mill-awditur intern, ir-rakkomandazzjonijiet li saru u l-azzjoni li ttieħdet dwar dawn ir-rakkomandazzjonijiet; jitlob lill-aġenziji sabiex jindikaw jekk dan huwiex qiegħed isir u, jekk inhu hekk, kif qiegħed isir;

26.  Jieħu nota, fir-rigward tal-kapaċità tal-verifika interna, l-iktar b'rabta ma" l-aġenziji li huma żgħar, ta" proposta li saret mill-Awditur Intern quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament nhar l-14 ta" Settembru 2006 li aġenziji li huma żgħar għandhom ikunu awtorizzati li jixtru servizzi ta" verifika interna mis-settur privat;

L-evalwazzjoni ta" l-aġenziji

27.  Ifakkar fl-istqarrija konġunta mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni(19) li ġiet innegozjata fil-konċiljazzjoni quddiem il-Kunsill tal-baġit ta' l-ECOFIN tat-13 ta" Lulju 2007 li titlob għal (i) lista ta" aġenziji li l-Kummissjoni bi ħsiebha tagħmel evalwazzjoni tagħhom, u (ii) lista ta" aġenziji li diġà saret evalwazzjoni tagħhom, flimkien ma" sintesi tar-riżultati prinċipali;

Proċeduri dixxiplinari

28.  Jinnota li, minħabba d-daqs tagħhom, aġenziji individwali jsibu diffikultà biex jistabbilixxu bordijiet ta' dixxiplina ad hoc minn fost l-istaff li huwa ta" grad xieraq fil-karriera u li l-IDOC (l-Uffiċċju ta" l-Investigazzjoni u d-Dixxiplina) tal-Kummissjoni m'huwiex responsabbli għall-aġenziji; jistieden lill-aġenziji sabiex iqisu li jsir bord ta' dixxiplina komuni;

Abbozz ta" Ftehima Inter-istituzzjonali

29.  Ifakkar l-abbozz ta' ftehim Inter-istituzzjonali dwar il-ħolqien ta' qafas operattiv għall-aġenziji regolatorji Ewropej ippreżentat mill-Kummissjoni(COM(2005)0059), li kien maħsub li joħloq qafas orizzontali għall-ħolqien, l-istruttura, it-tħaddim, l-evalwazzjoni u l-kontroll ta" l-aġenziji regolatorji Ewropej; jinnota li l-abbozz jirrappreżenta inizjattiva utli bħala sforz sabiex ikunu rrazzjonalizzati l-ħolqien u l-immaniġġjar ta" l-aġenziji; jinnota l-istqarrija fir-rapport ta" sintesi 2006 tal-Kummissjoni (il-paragrafu 3.1, COM(2007)0274) li għalkemm ma sarx progress fin-negozjati wara l-pubblikazzjoni ta' l-abbozz, tniedew mill-ġdid diskussjonijiet dwar is-suġġett fil-Kunsill fi tmiem l-2006; jiddispjaċih li ma kienx possibbli li jsir iktar progress lejn l-adozzjoni;

30.  Jilqa" b'sodisfazzjon għaldaqstant, l-impenn tal-Kummissjoni li tressaq Komunikazzjoni dwar il-ġejjieni ta" l-aġenziji regolatorji matul l-2008;

Aġenziji ffinanzjati minnhom infushom

31.  Ifakkar li fil-każ taż-żewġ aġenziji li jiffinanzjaw lilhom infushom, id-direttur jingħata l-kwittanza mill-bord amministrattiv; jinnota li t-tnejn li huma għandhom eċċessi akkumulati sinifikanti minn dħul ta' tariffi li jkunu ġew trasferiti minn ċifri tas-snin preċedenti:

   Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern: flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 281 miljun;(20)
   Uffiċċju tal-Komunità għall-Varjetajiet ta" Pjanti: flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 18-il miljun(21);

Punti speċifiċi

32.  Jinnota li l-Aġenzija kellha EUR 44,738 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 44,738 miljun f'approprjazzjonijiet ta' ħlas mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006;

33.  Jesprimi tħassib dwar id-deċiżjoni tal-Qorti ta" l-Awdituri fir-rapport tagħha ta" l-2006 li aktar minn 43% ta" l-approprjazzjonijiet tal-ħlas kellhom ikunu kkanċellati fl-aħħar tas-sena 2006 u, barra minn hekk, li kien hemm konċentrazzjoni tat-tranżazzjonijiet matul l-aħħar kwart tas-sena biex il-prinċipju baġitarju tal-preċiżjoni ma kienx osservat b'mod strett;

34.  Jinnota wkoll li s-sejba tal-Qorti li l-proċeduri biex ikunu stabbiliti l-baġit u l-pjan ta" l-istabbiliment ma kinux rigorużi biżżejjed u li dan wassal għal għadd kbir ta" trasferimenti baġitarji, l-ippjanar b'mod mhux adegwat tar-reklutaġġ ta' l-istaff u l-preżentazzjoni tal-baġit b'mod mhux korrett;

35.  Jinnota r-rata ta' użu baxxa ta' l-approprjazzjonijiet tal-ħlas għal miżuri kontra t-tniġġis fil-baħar (67.7%) minkejja l-appoġġ kontinwu tal-Parlament għal dawn il-miżuri fil-proċess li jwassal għall-adozzjoni tal-baġit; minħabba li ma kienx possibbli li fl-2006 u fl-2007 jkun ipprovdut bastiment għal kontra t-tniġġis li jkopri ż-żona ta' l-Ark Atlantiku, li tinkludi l-kosta Galizzjana u l-Bajja ta' Biscay, iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija biex ikabbru l-isforzi tagħhom biex jinkiseb dan il-għan fl-2008 fi ħdan il-qafas tar- Regolament (KE) Nru 2038/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta" Diċembru 2006 dwar l-iffinanzjar pluriannwali ta" l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fil-qasam tal-ġlieda kontra t-tniġġis mill-vapuri(22);

36.  Jirrikonoxxi, madankollu, kif indikat fit-tweġibiet ta" l-Aġenzija, li l-lokazzjoni mill-ġdid ta" l-Aġenzija fl-2006 minn Brussell għal Liżbona kellha implikazzjonijiet baġitarji li kien diffiċli li jkunu mbassra, inkluż it-tluq ta" kważi 20 % ta' l-istaff bil-kuntratt;

37.  Jinnota bi tħassib li l-osservazzjonijiet tal-Qorti li l-Aġenzija daħlet għal xi impenji legali qabel l-impenji baġitarji korrispondenti, u li xi kuntratti ppermettew finanzjament minn qabel ta" 100 %;

38.  Jistieden lill-Aġenzija biex twettaq azzjoni b'mod urġenti biex tirrimedja d-deċiżjoni tal-Qorti li s-sistema ta" l-inventarju ta" l-Aġenzija hija dgħajfa u li r-rekords tagħha ma jippermettux li l-oġġetti kollha jkunu ttraċċati fiżikament, u b'mod partikulari, li t-tagħmir tal-kompjuter m'huwiex irrekordjat fis-sistema;

39.  Jiġbed l-attenzjoni li l-karti tal-bilanċ ta" l-Aġenzija jinkludu EUR 11.6 miljun fi flus kontanti u l-ekwivalenti tal-flus kontanti u eċċess akkumulat ta" EUR 7.18 miljun;

40.  Jiġbed l-attenzjoni għall-istqarrija mill-uffiċjal tal-kontijiet ta" l-Aġenzija fir-rapport tiegħu dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja li għalkemm l-isforz ta" l-Aġenzija għar-reklutaġġ kien partikularment importanti matul l-2006 kollha, il-pjan ta" l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit relatat miegħu kellhom nuqqasijiet minħabba r-riżenji numerużi ta' l-istaff li seħħew minħabba ċ-ċaqliqa għal Liżbona;

41.  Jinnota b'interess mir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja li minħabba t-twaqqif b'mod gradwali ta' l-S12 fl-2007, l-Aġenzija talbet li tkun il-proġett pilota għall-ġenerazzjoni ġdida ta" sistemi finanzjarji msejħa ABAC (Kontijiet Ibbażati fuq id-Dovuti) u, minn April 2006, l-Aġenzija qed tuża l-istess sett ta" sistemi finanzjarji bħall-Kummissjoni fi skema ta" esternalizzazzjoni tax-xogħol, bis-sistemi kollha jintlaqgħu u jkunu mantnuti mid-DĠ (DIGIT) tal-Kummissjoni;

42.  Jemmen li aktar stħarriġ għandu jitwettaq dwar il-vijabilità ta" l-organizzazzjoni tas-sistemi u s-servizzi ta" l-aġenziji b'mod komuni, għax dan ikun ta" benefiċċju partikularment għall-aġenziji li huma żgħar u li m'għandhomx il-massa kritika jew aġenziji ġodda li jkunu fil-fażi tat-twaqqif;

43.  Jinnota l-istqarrija fir-rapport annwali ta" l-Aġenzija li r-rimborż ta" l-ispejjeż ta" l-ivvjaġġar ta" l-għadd dejjem jiżdied tal-parteċipanti fil-laqgħat tagħha huwa proċess li jinvolvi ħafna xogħol manwali u li hija qiegħda attwalment ittejjeb il-proċeduri rilevanti; jistaqsi lill-Qorti biex tikkunsidra l-kwistjoni ġenerali tar-rimborż ta" l-ispejjeż ta" l-ivvjaġġar mill-aġenziji fir-rapporti tagħha li jmiss dwar l-aġenziji.

(1) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 20.
(2) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 55.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(4) ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1891/2006 (ĠU L 394, 30.12.2006, p. 1).
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 20.
(7) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 55.
(8) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(9) ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1891/2006 (ĠU L 394, 30.12.2006, p. 1).
(10) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(11) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 20.
(12) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 55.
(13) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(14) ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1891/2006 (ĠU L 394, 30.12.2006, p. 1).
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) ĠU L 187, 15.7.2008, p. 149.
(17) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li tinkludi l-kummenti li jakkumpanjaw id-deċiżjoni dwar kwittanza lid-Direttur ta' l-Aġenzija għas-Sigurtà Marittima Ewropea fir-rigward ta" l-implimentazzjoni tal-baġit tagħha għas-sena finanzjarja 2003 (ĠU L 196, 27.7.2005, p. 139).
(18) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(19) Dokument tal-Kunsill DS 605/1/07 Rev1.
(20) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p.141).
(21) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p.135).
(22) ĠU L 394, 30.12.2006, p. 1.


Il-kwittanza ta' l-2006: l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea
PDF 433kWORD 97k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta" l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0383/2007 – 2007/2058(DEC))
P6_TA(2008)0155A6-0118/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi ta" l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 49 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0118/2008),

1.  Jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2006;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv ta" l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta" l-Awdituri, u biex u biex jiżgura li jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar l-għeluq tal-kontijiet ta" l-Aġenzija tas-Sigurtà ta" l-Avjazzjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0383/2007 – 2007/2058(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta" l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(6),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija(7),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0118/2008),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali ta" l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet ta" l-Aġenzija tas-Sigurtà ta" l-Avjazzjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv ta" l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0383/2007 – 2007/2058(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta" l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(11),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija(12),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(15), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0118/2008),

A.   billi l-Qorti ta" l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2006 huma ta' min joqgħod fuqhom, u li t-tranżazzjonijiet bażiċi huma legali u regolari,

B.   billi fl-24 ta" April 2007, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazjoni Ewropea fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2005(16), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta" kwittanza, fost affarijiet oħra

   · innota r-rata baxxa ta' implimentazzjoni ta' approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet (69% u 32% rispettivament) fir-rigward tan-nefqa operattiva u r-rati għolja ta' kanċellazzjoni fir-rigward ta' l-approprjazzjonijiet li kienu ġew trasferiti mis-sena preċedenti;
   · innota n-nuqqas li jiġi introdott immaniġġjar ibbażat fuq l-attivitajiet, avolja r-regolament finanzjarju ta' l-Aġenzija jipprevedi dan, bħall-baġit ġenerali, sabiex ikun possibbli li jkun hemm moniteraġġ aħjar tar-rendiment;
   · jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Bord ta' Tmexxija ma kienx adotta standards minimi ta' kontroll intern sa l-aħħar ta' l-2005, u li fl-aħħar ta' l-2005 l-Aġenzija kienet għadha mingħajr sistema biex jiġi żgurat li t-tariffi li timponi lill-klijenti tagħha għas-servizzi li tipprovdi huma biżżejjed biex ikopru l-ispiża ta' dawk is-servizzi,

Punti ġenerali li jikkonċernaw il-kwistjonijiet orizzontali li jaffettwaw lill-aġenziji ta" l-UE u li b'hekk jafettwaw ukoll il-proċedura ta" kwittanza għal kull waħda mill-aġenziji individwali

1.  Jinnota li l-baġits ta" l-24 aġenzija u ta" korpi satelliti oħrajn li saritilhom il-verifika mill-Qorti ta" l-Awdituri kienu jammontaw għal EUR 1 080,5 miljun fl-2006 (l-akbar baġit kien ta" l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni li kien jammonta għal EUR 271 miljun u l-iżgħar baġit kien tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) li kien jammonta għal EUR 5 miljun);

2.  Jenfasizza l-fatt li l-firxa ta" korpi esterni ta" l-UE li huma suġġetti għal verifika u għal kwittanza issa tinkludi mhux biss aġenziji regolatorji tradizzjonali iżda wkoll aġenziji eżekuttivi li ġew stabbiliti sabiex jimplimentaw programmi speċifiċi, u fil-futur qrib se testendi wkoll għal intrapriżi konġunti li ġew stabbiliti bħala ftehimiet ta' sħubija pubbliċi-privati (inizjattivi teknoloġiċi konġunti);

3.  Josserva fir-rigward tal-Parlament li l-għadd ta" aġenziji suġġetti għall-proċedura ta" kwittanza evolva kif ġej: sena finanzjarja 2000: 8; 2001: 10; 2002: 11; 2003: 14; 2004: 14; 2005: 16; 2006: 20 aġenzija regolatorja u 2 aġenziji eżekuttivi (m'humiex inklużi 2 aġenziji li jiġu vverifikati mill-Qorti ta' l-Awdituri iżda li huma suġġetti għal proċess ta" kwittanza intern);

4.  Għaldaqstant, jikkonkludi li l-proċess ta" verifika / kwittanza sar ineffiċjenti u sproporzjonat meta mqabbel mad-daqs relattiv tal-baġits ta" l-aġenziji / tal-korpi satelliti; jagħti istruzzjonijiet lill-kumitat kompetenti tiegħu sabiex jagħmel reviżjoni fuq firxa wiesgħa tal-proċess ta" kwittanza fir-rigward ta" aġenziji u korpi satelliti bil-għan li jitfassal metodu iktar sempliċi u razzjonali, filwaqt li jżomm f'moħħu l-għadd dejjem jikber ta" korpi li kull wieħed minnhom jesiġi rapport ta" kwittanza separat fis-snin li ġejjin;

Kunsiderazzjonijiet fundamentali

5.  Jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi spjegazzjonijiet ċari fir-rigward ta" l-elementi li ġejjin qabel il-ħolqien ta" aġenzija ġdida jew ir-riforma ta" aġenzija eżistenti: it-tip ta" aġenzija, l-għanijiet ta" l-aġenzija, l-istruttura ta" governanza interna, il-prodotti, is-servizzi, il-proċeduri ewlenin, il-grupp fil-mira, il-klijenti u l-partijiet interessati ta" l-aġenzija, ir-relazzjoni formali ma" l-atturi esterni, ir-responsabilità baġitarja, l-ippjanar finanzjarju, u l-istaff u l-politika dwar l-istaff;

6.  Jitlob li kull aġenzija tkun irregolata minn ftehima annwali rigward ir-rendiment li tkun ifformulata mill-aġenzija u mid-DĠ responsabbli u li għandha tinkludi l-għanijiet ewlenin għas-sena li tkun ġejja, qafas finanzjarju u indikaturi ċari għall-kejl tar-rendiment;

7.  Jitlob li r-rendiment ta" l-aġenziji jiġi vverifikat b'mod regolari (u fuq bażi ad hoc) mill-Qorti ta" l-Awdituri jew awditur indipendenti ieħor; iqis li din il-verifika m'għandhiex tkun limitata għal elementi tradizzjonali ta" ġestjoni finanzjarja u għall-użu kif suppost tal-fondi pubbliċi, iżda għandha tkopri wkoll l-effiċjenza u l-effikaċja amministrattiva u għandha tinkludi klassifikazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja ta" kull aġenzija;

8.  Jargumenta li fil-każ ta" aġenziji li qegħdin kontinwament jistmaw li l-ħtiġijiet baġitarji rispettivi tagħhom huma ogħla milli fil-fatt huma, għandu jkun hemm tnaqqis tekniku skond il-postijiet vakanti; huwa ta" l-opinjoni li dan għandu jwassal f'perjodu fit-tul għal inqas dħul assenjat għall-aġenziji u għalhekk inaqqas ukoll l-ispejjeż amministrattivi;

9.  Jinnota li hija problema serja li numru ta' aġenziji jiġu kkritikati talli ma jsegwux ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku, ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolamenti ta' l-Istaff eċċ.; jikkunsidra li r-raġuni ewlenija għal dan hija li ħafna mir-regolamenti u r-Regolament Finanzjarju huma mfassla għal istituzzjonijiet akbar u li ħafna mill-aġenziji ż-żgħar m'ghandhomx il-kapaċità mixtieqa biex jaqdu dawn il-ħtiġijiet regolatorji; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni sabiex issib soluzzjoni malajr kemm jista" jkun, sabiex titjieb l-effiċjenza billi l-funzjonijiet amministrattivi ta" diversi aġenziji jingħaqdu flimkien, sabiex tinkiseb din is-saħħa (billi wieħed jikkunsidra t-tibdiliet neċessarji fir-regolamenti bażiċi li jirregolaw lill-aġenziji u l-indipendenza baġitarja tagħhom), jew sabiex toħloq abbozz ta" regoli speċifiċi għall-aġenziji (b'mod partikolari regoli ta' implimentazzjoni għall-aġenziji) li jippermettulhom li jkunu konformi b'mod sħiħ;

10.  Jinsisti li l-Kummissjoni, meta tkun qed tfassal l-Abbozz Preliminari tal-Baġit, tqis ir-riżultati ta' l-implimentazzjoni tal-baġit mill-aġenziji individwali fis-snin ta' qabel, b'mod partikolari għas-sena n-1, u tirrevedi l-baġit rikjest mill-aġenzija partikolari kif meħtieġ; jistieden lill-Kumitat kompetenti tiegħu sabiex jirrispetta din ir-reviżjoni u, jekk ma jkunx diġà ġie rivedut mill-Kummissjoni, jirrevedi huwa stess il-baġit imsemmi għal livell realistiku li jaqbel mal-kapaċità ta" assorbiment u implimentazzjoni ta" l-aġenzija kkonċernata;

11.  Ifakkar fid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2005, fejn huwa stieden lill-Kummissjoni sabiex kull ħames snin tippreżenta studju dwar il-valur miżjud ta" kull aġenzija li teżisti; f'każ ta" evalwazzjoni negattiva tal-valur miżjud ta" aġenzija, jistieden lill-istituzzjonijiet rilevanti kollha sabiex jieħdu l-passi neċessarji, billi jifformulaw mill-ġdid il-mandat ta" dik l-aġenzija jew billi jagħlquha; jinnota li ma saret l-ebda evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni fl-2007; jinsisti li l-Kummissjoni għandha tippreżenta, ta" l-inqas, 5 evalwazzjonijiet bħal dawn qabel id-deċiżjoni dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2007, billi tibda mill-iżjed aġenziji antiki;

12.  Huwa ta" l-opinjoni li r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti ta" l-Awdituri għandhom jiġu implimentati minnufih, u li l-livell tas-sussidji mħallsa lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-ħtiġijiet attwali tagħhom għal dak li għandu x'jaqsam mal-likwidità; barra minn hekk jikkunsidra li l-emendi tar-Regolament Finanzjarju ġenerali għandhom jiġu miżjuda fir-regolament finanzjarju tal-qafas ta" l-aġenziji u fid-diversi regolamenti finanzjarji speċifiċi tagħhom;

Preżentazzjoni tad-data ta' rappurtaġġ

13.  Jinnota li m'hemm ebda metodu standard fost l-aġenziji fir-rigward tal-preżentazzjoni ta" l-attivitajiet tagħhom matul is-sena finanzjarja kkonċernata u tal-kontijiet tagħhom u tar-rapporti dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja, u lanqas rigward jekk għandhiex titfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni mid-direttur ta" l-aġenzija; josserva li mhux l-aġenziji kollha jiddistingwu b'mod ċar bejn (a) il-preżentazzjoni tax-xogħol ta" l-aġenzija lill-pubbliku u (b) ir-rappurtar tekniku dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja;

14.  Jinnota li filwaqt li l-istruzzjonijiet fis-seħħ tal-Kummissjoni għall-preparazzjoni tar-rapporti ta" l-attivitajiet ma jesiġux b'mod espliċitu li l-aġenzija tfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni, bosta diretturi, minkejja dan, xorta waħda għamlu dan għall-2006, filwaqt li f'każ wieħed minnhom kienet inkluża riserva importanti;

15.  Ifakkar li l-paragrafu 26 tar-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta" April 2005(17), jistieden lid-Diretturi ta" l-Aġenziji sabiex minn issa "l quddiem ir-rapport ta" l-attivitajiet annwali tagħhom, li jiġi ppreżentat flimkien mat-tagħrif finanzjarju u tal-ġestjoni, irid ikollu miegħu dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni li tikkonċerna l-legalità u r-regolarità ta" l-operazzjonijiet, simili għad-dikjarazzjonijiet li ġew iffirmati mid-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;

16.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex temenda l-istruzzjonijiet fis-seħħ tagħha lill-aġenziji skond dak li ntqal hawn fuq;

17.  Barra minn hekk, jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha taħdem ma" l-aġenziji biex jinħoloq mudell armonizzat li japplika għall-aġenziji u għall-korpi satelliti kollha li jiddistingwi b'mod ċar bejn

   - rapport annwali maħsub għall-qarrejja ġenerali dwar l-operazzjonijiet, ix-xogħol u l-kisbiet tal-korpi;
   - rendikontijiet finanzjarji u rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit;
   - rapport ta' l-attivitajiet simili għar-rapporti ta' l-attivitajiet tad-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;
   - dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni ffirmata mid-direttur tal-korp, flimkien ma" kull riserva jew osservazzjoni li jqis xierqa li jwassal għall-attenzjoni ta" l-awtorità ta" kwittanza;

Konklużjonijiet ġenerali tal-Qorti ta" l-Awdituri

18.  Jinnota dak li sabet il-Qorti (Rapport Annwali, paragrafu 10.29(18)) li l-iżburżar ta" sussidji li jitħallsu mill-Kummissjoni mill-baġit tal-Komunità m'huwiex ibbażat fuq stimi ġġustifikati biżżejjed tar-rekwiżiti ta" likwidità ta" l-aġenziji, u li dan, flimkien mad-daqs tat-trasferimenti (carry-overs), iwassal sabiex ikollhom bilanċi ta" kreditu kbar mhux ħażin; jinnota wkoll ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-livell ta" sussidji li jitħallsu lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-bżonnijiet reali tagħhom għal dak li jirrigwardja l-likwidità;

19.  Jinnota li fi tmiem l-2006, 14-il aġenzija kienu għad iridu jimplimentaw is-sistema tal-kontijiet ABAC (Rapport Annwali, in-nota f'qiegħ il-paġna għall-paragrafu 10.31);

20.  Jinnota l-kumment tal-Qorti (Rapport Annwali, paragrafu 1.25) dwar spejjeż akkumulati minħabba leave li ma tteħidx li huma responsabbli għalihom uħud mill-aġenziji; jirrimarka li l-Qorti ta" l-Awdituri kkwalifikat id-dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni tagħha fil-każ ta" tliet aġenziji (iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP), CEPOL u l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2006 (2005: CEDEFOP, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni);

Verifika interna

21.  Ifakkar li f'konformità ma" l-Artikolu 185(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-Awditur Intern tal-Kummissjoni huwa wkoll l-awditur intern ta" l-aġenziji regolatorji li jingħataw għotjiet mill-baġit ta" l-UE; jirrimarka li l-Awditur Intern jirrapporta lill-bord ta" tmexxija u lid-direttur ta" kull aġenzija;

22.  Jiġbed l-attenzjoni għar-riserva li tniżżlet fir-Rapport ta" l-Attivitajiet Annwali ta" l-Awditur Intern għall-2006 kif ġej:"

L-Awditur Intern tal-Kummissjoni m'huwiex f'pożizzjoni li jissodisfa kif suppost l-obbligu tiegħu skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju bħala awditur intern tal-korpi tal-Komunità minħabba nuqqas ta" riżorsi ta" staff.

"

23.  Jinnota, madankollu, il-kumment ta" l-Awditur Intern fir-rapport ta" l-attivitajiet tiegħu għall-2006 li mill-2007, bis-saħħa tar-riżorsi ta" l-istaff addizzjonali mogħtija mill-Kummissjoni lis-Servizz ta" Verifika Interna (IAS), l-aġenziji regolatorji operattivi kollha se jkunu suġġetti għal xogħol ta" verifika interna fuq bażi annwali;

24.  Jinnota l-għadd li kulma jmur qiegħed jikber ta" aġenziji regolatorji u eżekuttivi u ta" intrapriżi konġunti li jeħtieġ li ssirilhom verifika mill-IAS skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinforma lill-kumitat kompetenti tagħha dwar jekk ir-riżorsi ta" l-istaff għad-dispożizzjoni ta' l-IAS humiex se jkunu biżżejjed sabiex issir verifika annwali ta" dawn il-korpi kollha fis-snin li ġejjin;

25.  Josserva li l-Artikolu 72(5) tar-Regolament (KE, Euratom)Nru 2343/2002 jesiġi li kull sena kull aġenzija tibgħat rapport lill-Kummissjoni u lill-awtorità tal-kwittanza li jkun imħejji mid-direttur tagħha u li jiġbor fih l-għadd u t-tip ta" verifiki interni li saru mill-awditur intern, ir-rakkomandazzjonijiet li saru u l-azzjoni li ttieħdet dwar dawn ir-rakkomandazzjonijiet; jitlob lill-aġenziji sabiex jindikaw jekk dan huwiex qiegħed isir u, jekk inhu hekk, kif qiegħed isir;

26.  Jieħu nota, fir-rigward tal-kapaċità tal-verifika interna, l-iktar b'rabta ma" l-aġenziji li huma iżgħar, ta" proposta li saret mill-Awditur Intern quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament nhar l-14 ta" Settembru 2006 li aġenziji li huma iżgħar għandhom ikunu awtorizzati jixtru servizzi ta" verifika interna mis-settur privat;

L-evalwazzjoni ta" l-aġenziji

27.  Ifakkar fl-istqarrija konġunta mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni(19) li ġiet innegozjata fil-konċiljazzjoni quddiem il-Kunsill tal-baġit ta' l-ECOFIN tat-13 ta" Lulju 2007 li titlob (i) lista ta" aġenziji li l-Kummissjoni bi ħsiebha tevalwa, u (ii) lista ta" aġenziji li diġà ġew evalwati, flimkien ma" sinteżi tar-riżultati prinċipali;

Proċeduri dixxiplinari

28.  Jinnota li, minħabba d-daqs tagħhom, aġenziji individwali jsibu diffikultà biex jistabbilixxu bordijiet ta' dixxiplina ad hoc minn fost staff li huwa ta" grad xieraq fil-karriera u li l-IDOC (l-Uffiċċju ta" l-Investigazzjoni u Dixxiplina) tal-Kummissjoni m'huwiex responsabbli għall-aġenziji; jistieden lill-aġenziji sabiex iqisu bord ta' dixxiplina komuni;

Abbozz ta" ftehima interistituzzjonali

29.  Ifakkar fl-abbozz tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar il-qafas operattiv għal aġenziji regolatorji Ewropej ippreżentat mill-Kummissjoni (COM(2005)0059), li kien maħsub li joħloq qafas orizzontali għall-ħolqien, l-istruttura, it-tħaddim, l-evalwazzjoni u l-kontroll ta" l-aġenziji regolatorji Ewropej; jinnota li l-abbozz jirrappreżenta inizjattiva utli bħala sforz sabiex ikunu rrazzjonalizzati l-ħolqien u l-operazzjoni ta" l-aġenziji; jinnota l-istqarrija fir-rapport ta" sinteżi 2006 tal-Kummissjoni (paragrafu 3.1, COM(2007)0274) li għalkemm ma sarx progress fin-negozjati wara l-pubblikazzjoni ta' l-abbozz, tnedew mill-ġdid diskussjonijiet dwar sustanza tal-kwistjoni fil-Kunsill fi tmiem l-2006; jiddispjaċih li ma kienx possibbli li jsir iktar progress lejn l-adozzjoni;

30.  Jilqa" b'sodisfazzjon għaldaqstant, l-impenn tal-Kummissjoni li tressaq Komunikazzjoni dwar il-ġejjieni ta" l-aġenziji regolatorji matul l-2008;

Aġenziji ffinanzjati minnhom infushom

31.  Ifakkar li għaż-żewġ aġenziji li jiffinanzjaw lilhom infushom, id-direttur jingħata l-kwittanza mill-bord amministrattiv; jinnota li t-tnejn li huma għandhom eċċessi akkumulati sinifikanti minn dħul minn tariffi li jkunu ġew trasferiti minn ċifri tas-snin preċedenti:

   Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern: flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 281 miljun(20);
   Uffiċċju tal-Komunità għall-Varjetajiet ta" Pjanti: flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 18-il miljun(21);

Punti speċifiċi

32.  Jinnota l-konklużjoni fir-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri għall-2006, li fl-aħħar ta' l-2006 l-approprjazzjonijiet trasferiti għat-titolu II (nefqa amministrattiva) kienu madwar 40% ta' l-impenji, u dawk trasferiti għat-titolu III (nefqa operattiva mhux differenzjata) kienu madwar 50%, u li għall-istess titoli, iktar minn 15% ta' l-approprjazzjonijiet ġew ikkanċellati;

33.  Jieħu nota tat-tweġiba ta' l-Aġenzija li l-livell ta' trasferimenti kien għoli fl-2006 minħabba li l-Aġenzija kien għadu qed ikollha testernalizza aktar minn nofs xogħolha billi tiddelegah lill-Awtoritajiet Nazzjonali ta' l-Avjazzjoni ta' l-Istati Membri, filwaqt li parti kunsiderevoli mill-fatturi kienu għadhom ma waslux sa l-aħħar tas-sena;

34.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-konklużjoni l-oħra tal-Qorti li għall-attivitajiet tagħha ta' ċertifikazzjoni fl-2006, is-sistema ta' analiżi ta' l-ispejjeż ta' l-Aġenzija wriet spejjeż ta' madwar EUR 48 miljun u dħul ta' madwar EUR 35 miljun;

35.  Jinnota li l-Aġenzija kellha EUR 31,9 miljuni f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006;

36.  Jinnota l-insistenza tal-Qorti li l-Aġenzija, b'koperazzjoni mal-Kummissjoni, trid tirrevedi l-iskema tariffarja attwali sabiex tiżgura li l-ispejjeż ta' l-Aġenzija għall-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni jkunu ġustifikati u koperti mit-tariffi tagħha;

37.  Jistieden lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni biex jirrevedu l-istruttura tariffarja ta' l-Aġenzija biex jinstab bilanċ bejn l-ispejjeż u d-dħul ta' l-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni;

38.  Jinnota t-tweġiba ta' l-Aġenzija li r-regolament tat-tariffi u l-ħlasijiet (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 593/2007(22)), li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2007, għandu jiġġenera biżżejjed dħul biex ikopri l-ispiża ta' l-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni;

39.  Jirrimarka li fil-karta tal-bilanċ ta' l-Aġenzija, ir-riċevibbli fuq perjodu qasir ta' żmien ammontaw għal madwar EUR 14-il miljun, li 20% minnhom kienu ilhom jeżistu aktar minn tliet xhur; jistieden lill-Aġenzija biex timplimenta sistema effettiva ta' mmaniġġjar ta' klejms, li possibilment tkun tinkludi interessi għal ħlasijiet li jsiru tard;

40.  Jinnota, mill-kontijiet, li ġew irreġistrati EUR 5,05 miljun, korrispondenti għar-riżultat tal-baġit ta' l-2006, bħala dejn li għandu jintradd lura lill-Kummissjoni;

41.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni ta' l-uffiċjal li jawtorizza, fid-Dikjarazzjoni tiegħu ta' l-Assigurazzjoni, li minn meta saret il-verifika mill-IAS f'Lulju 2006, ittieħdu l-miżuri xierqa biex jintlaqgħu r-rakkomandazzjonijiet ewlenin tiegħu;

42.  Jinnota d-dikjarazzjoni fir-Rapport Annwali ta' l-Attivitajiet ta' l-Aġenzija li l-inċertezza li qed teffettwa l-baġit operattiv ta' l-Aġenzija għadha teżisti, l-iktar minħabba d-dħul baxx mit-tariffi u mill-ħlasijiet; id-defiċit kien kopert mill-kontribuzzjoni tal-Komunità, iżda dan kellu konsegwenzi għall-attivitajiet ta' l-Aġenzija li huma ffinanzjati minn dik il-kontribuzzjoni;

43.  Jinnota, madankollu, li fl-2006 l-Aġenzija kellha numru sinifikanti ta' postijiet vakanti fil-gradi AD6 u AD7.

(1) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 16.
(2) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 47.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(4) ĠU L 79, 19.3.2008, p.1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 16.
(7) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 47.
(8) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(9) ĠU L 79, 19.3.2008, p.1.
(10) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(11) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 16.
(12) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 47.
(13) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(14) ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) ĠU L 187 15.7.2008, p. 156.
(17) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li tinkludi l-kummenti li jakkumpanjaw id-deċiżjoni dwar kwittanza lid-Direttur ta' l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea fir-rigward ta" l-implimentazzjoni tal-baġit tagħha għas-sena finanzjarja 2003 (ĠU L 196, 27.7.2005, p. 145).
(18) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(19) Dokument tal-Kunsill DS 605/1/07 Rev1.
(20) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p.141).
(21) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p.135).
(22) ĠU L 140, 1.6.2007, p. 3.


Il-kwittanza ta' l-2006: l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji
PDF 413kWORD 95k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta" l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0387/2007 – 2007/2062(DEC))
P6_TA(2008)0156A6-0123/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta" l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2006(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta" April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 39 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0123/2008),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv ta" l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għall-implimentazzjoni tal-baġit ta" l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2006;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni ta' hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha lid-Direttur Eżekuttiv ta" l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta" l-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea (Serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar l-għeluq tal-kontijiet ta" l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0387/2007 – 2007/2062(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta" l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2006(6),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija(7),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta" April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji(9), u b'mod partikulari l-Artikolu 39 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0123/2008),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali ta" l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet ta" l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2006;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv ta" l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0387/2007 – 2007/2062(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta" l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2006(11),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija(12),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta" April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji(14), u b'mod partikulari l-Artikolu 39 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(15), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0123/2008),

A.   billi l-Qorti ta" l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2006 huma ta" min joqgħod fuqhom, u li t-tranżazzjonijiet bażiċi, ħlief eċċezzjoni waħda, huma legali u regolari,

B.   billi s-sena 2006 kienet l-ewwel sena ta" awtonomija finanzjarja ta" l-Aġenzija,

Punti ġenerali li jikkonċernaw il-kwistjonijiet orizzontali li jaffettwaw lill-aġenziji ta" l-UE, u li b'hekk huma importanti wkoll għall-proċedura ta" kwittanza ta" kull waħda mill-aġenziji

1.  Jinnota li l-baġits ta" l-24 aġenzija u ta" korpi satelliti oħra li saritilhom il-verifika mill-Qorti ta" l-Awdituri kienu jammontaw għal EUR 1 080.5 miljuni fl-2006 (l-akbar baġit kien ta" l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni li kien jammonta għal EUR 271 miljun u l-iżgħar baġit kien tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) li kien jammonta għal EUR 5 miljuni);

2.  Jenfasizza l-fatt li l-firxa ta" korpi esterni ta" l-UE li huma suġġetti għal verifika u għal kwittanza issa tinkludi mhux biss aġenziji regolatorji tradizzjonali iżda wkoll aġenziji eżekuttivi li ġew stabbiliti sabiex jimplimentaw programmi speċifiċi, u fil-futur qrib se testendi wkoll għal intrapriżi konġunti li ġew stabbiliti bħala sħubiji pubbliċi-privati (inizjattivi teknoloġiċi konġunti);

3.  Josserva fir-rigward tal-Parlament li l-għadd ta" aġenziji suġġetti għall-proċedura ta" kwittanza evolva kif ġej: sena finanzjarja 2000: 8; 2001: 10; 2002: 11; 2003: 14; 2004: 14; 2005: 16; 2006: 20 aġenzija regolatorja u 2 aġenziji eżekuttivi (m'humiex inklużi 2 aġenziji li jiġu vverifikati mill-ECA iżda li huma suġġetti għal proċess ta" kwittanza intern);

4.  Għaldaqstant, jikkonkludi li l-proċess ta" verifika / kwittanza sar ineffiċjenti u sproporzjonat meta mqabbel mad-daqs relattiv tal-baġits ta" l-aġenziji / tal-korpi satelliti; jagħti istruzzjonijiet lill-kumitat kompetenti tiegħu sabiex jagħmel analiżi mill-ġdid fuq firxa wiesgħa tal-proċess ta" kwittanza fir-rigward ta" aġenziji u korpi satelliti bil-għan li jitfassal metodu iktar sempliċi u razzjonali, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu l-għadd li kulma jmur qiegħed jikber ta" korpi li għal kull wieħed minnhom irid isir rapport ta" kwittanza separat fis-snin li ġejjin;

Kunsiderazzjonijiet fundamentali

5.  Jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi spjegazzjonijiet ċari fir-rigward ta" l-elementi li ġejjin qabel il-ħolqien ta" aġenzija ġdida jew ir-riforma ta" aġenzija eżistenti: it-tip ta" aġenzija, l-għanijiet ta" l-aġenzija, l-istruttura ta" governanza interna, il-prodotti, is-servizzi, il-proċeduri ewlenin, il-grupp immirat, il-klijenti u l-imsieħba ta" l-aġenzija, ir-relazzjoni formali ma" l-atturi esterni, ir-responsabiltà tal-baġit, l-ippjanar finanzjarju, u l-politika dwar il-personal u l-provvediment ta" staff;

6.  Jitlob li kull aġenzija tiġi regolata minn ftehim annwali tar-rendiment li huwa fformulat mill-aġenzija u mid-DĠ responsabbli u li għandu jinkludi l-għanijiet ewlenin għas-sena li tkun ġejja, qafas finanzjarju u indikaturi ċari għall-kejl tar-rendiment;

7.  Jitlob li r-rendiment ta" l-aġenziji jiġi vverifikat b'mod regolari (u fuq bażi ad hoc) mill-Qorti ta" l-Awdituri jew awditur indipendenti ieħor; iqis li din il-verifika m'għandhiex tkun limitata għal elementi tradizzjonali ta" ġestjoni finanzjarja u għall-użu kif suppost tal-fondi pubbliċi, iżda għandha tkopri wkoll l-effiċjenza u l-effikaċja amministrattiva u għandha tinkludi klassifika tal-ġestjoni finanzjarja ta" kull aġenzija;

8.  Jargumenta li fil-każ ta" aġenziji li qegħdin kontinwament jikkalkulaw il-ħtiġijiet baġitarji rispettivi tagħhom aktar milli huma, għandu jkun hemm tnaqqis tekniku skond il-postijiet vakanti; huwa tal-fehma li eventwalment dan għandu jwassal għal dħul inqas allokat għall-aġenziji u għalhekk inaqqas ukoll l-ispejjeż amministrattivi;

9.  Jinnota li hija problema serja li numru ta' aġenziji jiġu kkritikati talli ma jsegwux ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku, ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolamenti ta' l-Istaff eċċ.; jikkunsidra li r-raġuni ewlenija għal dan hija li ħafna mir-regolamenti u r-Regolament Finanzjarju huma mfassla għal istituzzjonijiet akbar u li ħafna mill-aġenziji ż-żgħar m'ghandhomx il-kapaċità mixtieqa biex jaqdu dawn il-ħtiġijiet regolatorji; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni sabiex issib soluzzjoni malajr kemm jista" jkun, sabiex titjieb l-effiċjenza billi l-funzjonijiet amministrattivi ta" diversi aġenziji jingħaqdu flimkien, sabiex tinkiseb din is-saħħa (billi wieħed jikkunsidra l-bidliet neċessarji fir-Regolamenti bażiċi li jmexxu lill-aġenziji u l-indipendenza baġitarja tagħhom), jew sabiex jinħoloq abbozz ta" regoli speċifiċi għall-aġenziji (b'mod partikolari billi timplimenta regoli għall-aġenziji) li jippermettulhom li jkunu konformi għalkollox;

10.  Jinsisti li l-Kummissjoni, meta tkun qed tfassal l-Abbozz Preliminari tal-Baġit, għandha tqis ir-riżultati ta' l-implimentazzjoni tal-baġit mill-aġenziji individwali għas-snin ta' qabel, b'mod partikolari għas-sena n-1 u, tirrevedi l-baġit rikjest mill-aġenzija partikolari kif meħtieġ; jistieden lill-Kumitat kompetenti tiegħu sabiex jirrispetta din ir-reviżjoni u, jekk ma jkunx diġà ġie rivedut mill-Kummissjoni, biex jirrevedi huwa stess il-baġit imsemmi fuq livell realistiku li jaqbel mal-kapaċità ta" assorbiment u implimentazzjoni ta" l-aġenzija msemmija;

11.  Ifakkar id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2005, fejn stieden lill-Kummissjoni sabiex kull ħames snin tippreżenta studju dwar il-valur miżjud ta" kull aġenzija li teżisti; f'każ ta" evalwazzjoni negattiva tal-valur miżjud ta" aġenzija, jistieden lill-istituzzjonijiet relevanti kollha sabiex jieħdu l-passi neċessarji, billi jifformulaw mill-ġdid il-mandat ta" dik l-aġenzija jew billi jagħlquha; jinnota li ma saret l-ebda evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni fl-2007; jinsisti li l-Kummissjoni għandha tippreżenta, ta" l-inqas, 5 minn dan it-tip ta" evalwazzjonijiet qabel id-deċiżjoni dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2007, billi tibda mill-iżjed aġenzija antika;

12.  Huwa ta" l-opinjoni li r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti ta" l-Awdituri għandhom jiġu implimentati minnufih, u li l-livell tas-sussidji mħallsa lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-ħtiġijiet attwali tagħhom għall-flus kontanti; barra minn hekk jikkunsidra li l-emendi tar-Regolament Finanzjarju ġenerali għandhom jiġu miżjuda fir-regolament finanzjarju tal-qafas ta" l-aġenziji u f'bosta regolamenti finanzjarji speċifiċi;

Preżentazzjoni tad-data ta' rappurtaġġ

13.  Jinnota li m'hemm ebda metodu standard fost l-aġenziji fir-rigward tal-preżentazzjoni ta" l-attivitajiet tagħhom matul is-sena finanzjarja konċernata, tal-kontijiet tagħhom u tar-rapporti dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja u l-kwistjoni dwar jekk għandhiex titfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni mid-direttur ta" l-aġenzija; josserva li mhux l-aġenziji kollha jiddistingwu b'mod ċar bejn a) il-preżentazzjoni tax-xogħol ta" l-aġenzija lill-pubbliku u b) ir-rappurtar tekniku dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja;

14.  Jinnota li filwaqt li l-istruzzjonijiet fis-seħħ tal-Kummissjoni għall-preparazzjoni tar-rapporti ta" attività ma jesiġux b'mod espliċitu li l-aġenzija tfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni, bosta diretturi, minkejja dan, xorta waħda għamluha għall-2006, filwaqt li f'każ wieħed minnhom kienet inkluża riserva importanti;

15.  Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta" April 2005(16), jistieden lid-Diretturi ta" l-Aġenziji sabiex minn issa "l quddiem ir-rapport ta" l-attivitajiet annwali tagħhom, li jiġi ppreżentat flimkien mat-tagħrif finanzjarju u tal-ġestjoni, irid ikollu miegħu dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni li tikkonċerna l-legalità u r-regolarità ta" l-operazzjonijiet, simili għad-dikjarazzjonijiet li ġew iffirmati mid-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;

16.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex temenda l-istruzzjonijiet tagħha fis-seħħ għall-aġenziji skond dak li ntqal hawn fuq;

17.  Barra minn hekk, jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha taħdem ma" l-aġenziji sabiex tipproduċi mudell armonizzat li japplika għall-aġenziji u għall-korpi satelliti kollha filwaqt li jiddistingwi b'mod ċar bejn

   - rapport annwali maħsub għall-qarrejja ġenerali dwar l-operazzjonijiet, ix-xogħol u l-kisbiet tal-korpi;
   - rendikontijiet finanzjarji u rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit;
   - rapport dwar l-attività simili għar-rapporti ta' attività tad-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;
   - dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni ffirmata mid-direttur tal-korp, flimkien ma" kull riserva jew osservazzjoni li jqis xierqa sabiex jiġbed l-attenzjoni ta" l-awtorità ta" kwittanza;

Sejbiet ġenerali mill-Qorti ta" l-Awdituri

18.  Jinnota dak li sabet il-Qorti (Rapport Annwali, paragrafu 10.29(17)) li l-iżburżar ta" sussidji li jitħallsu mill-Kummissjoni mill-baġit tal-Komunità m'huwiex ibbażat fuq stimi ġġustifikati biżżejjed tar-rekwiżiti ta" flus kontanti ta" l-aġenziji u li dan, flimkien mad-daqs tat-trasferimenti (carry-overs), iwassal sabiex ikollhom bilanċi ta" kreditu kbar mhux ħażin; jinnota wkoll ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-livell ta" sussidji li jitħallsu lill-aġenziji għandu jkun konformi mar-rekwiżiti ta" flus kontanti reali tagħhom;

19.  Jinnota li fi tmiem l-2006, 14-il aġenzija kienu għad iridu jimplimentaw is-sistema tal-kontijiet ABAC (Rapport Annwali, in-nota f'qiegħ il-paġna għall-paragrafu 10.31);

20.  Jinnota l-kumment tal-Qorti (Rapport Annwali, paragrafu 1.25) dwar spejjeż akkumulati minħabba liv li ma tteħidx li jitqiesu minn uħud mill-aġenziji; jenfasizza l-fatt li l-Qorti ta" l-Awdituri kkwalifikat l-istqarrija ta" assigurazzjoni tagħha fil-każ ta" tliet aġenziji (Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP), CEPOL u l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2006 (2005: CEDEFOP, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni);

Verifika interna

21.  Ifakkar li f'konformità ma" l-Artikolu 185(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-Awditur Intern tal-Kummissjoni huwa wkoll l-awditur intern ta" l-aġenziji regolatorji li jingħataw għotjiet mill-baġit ta" l-UE; jenfasizza l-fatt li l-Awditur Intern jirrapporta lill-bord ta" tmexxija u lid-direttur ta" kull aġenzija;

22.  Jiġbed l-attenzjoni għar-riserva li tniżżlet fir-Rapport ta" l-Attivitajiet Annwali ta" l-Awditur Intern għall-2006 kif ġej:"

L-Awditur Intern tal-Kummissjoni m'huwiex f'pożizzjoni li jissodisfa kif suppost l-obbligu tiegħu mogħti lilu mill-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju bħala awditur intern tal-korpi tal-Komunità minħabba nuqqas ta" riżorsi ta" staff.

"

23.  Madankollu, jinnota l-kumment ta" l-Awditur Intern fir-rapport ta" l-attivitajiet tiegħu għall-2006 li mill-2007, bis-saħħa tar-riżorsi ta" l-istaff addizzjonali mogħtija mill-Kummissjoni lis-Servizz ta" Verifika Interna (IAS), l-aġenziji regolatorji operattivi kollha se jkunu suġġetti għal xogħol ta" verifika interna fuq bażi annwali;

24.  Jinnota l-għadd li kulma jmur qiegħed jikber ta" aġenziji regolatorji u eżekuttivi u ta" intrapriżi konġunti li jeħtieġ li ssirilhom verifika mill-IAS skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinforma lill-kumitat kompetenti tagħha dwar jekk ir-riżorsi ta" l-istaff li huma disponibbli għall-IAS humiex se jkunu biżżejjed sabiex issir verifika annwali ta" dawn il-korpi kollha fis-snin li ġejjin;

25.  Josserva li l-Artikolu 72(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 jeżiġi li kull sena kull aġenzija tibgħat rapport lill-Kummissjoni u lill-awtorità tal-kwittanza, li jkun imħejji mid-direttur u li jiġbor l-għadd u t-tip ta" verifiki interni li saru mill-awditur intern, ir-rakkomandazzjonijiet li saru u l-azzjonijiet li ttieħdu fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet; jitlob lill-aġenziji sabiex jindikaw jekk dan huwiex qiegħed isir u, jekk inhu hekk, kif qiegħed isir;

26.  Jieħu nota, fir-rigward tal-kapaċità tal-verifika interna, l-iktar b'rabta ma" l-aġenziji iżgħar, ta" proposta li saret mill-Awditur Intern quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament nhar l-14 ta" Settembru 2006 li aġenziji iżgħar għandhom ikunu awtorizzati jixtru, f'servizzi ta" verifika interna, mis-settur privat;

Evalwazzjoni ta" l-aġenziji

27.  Ifakkar l-istqarrija konġunta mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni(18) li ġiet innegozjata fil-konċiljazzjoni quddiem il-Kunsill tal-baġit ECOFIN tat-13 ta" Lulju 2007 li titlob i) lista ta" aġenziji li l-Kummissjoni bi ħsiebha tevalwa, u ii) lista ta" aġenziji li diġà ġew evalwati, flimkien ma" sommarju tar-riżultati prinċipali;

Proċeduri dixxiplinari

28.  Jinnota li, minħabba d-daqs tagħhom, aġenziji individwali jsibu diffikultà biex jistabbilixxu bordijiet dixxiplinari ad hoc minn fost staff li huwa ta" grad xieraq fil-karriera u li l-IDOC (l-Uffiċċju ta" l-Investigazzjoni u Dixxiplina) tal-Kummissjoni m'huwiex kompetenti għall-aġenziji; jitlob lill-aġenziji sabiex iqisu bord ta dixxiplina bejn l-aġenziji;

Abbozz ta" ftehim interistituzzjonali

29.  Ifakkar l-abbozz tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar il-ħolqien ta" qafas operattiv għal aġenziji regolatorji Ewropej ippreżentat mill-Kummissjoni (COM(2005)0059), li kien maħsub li joħloq qafas orizzontali għall-ħolqien, l-istruttura, it-tħaddim, l-evalwazzjoni u l-kontroll ta" l-aġenziji regolatorji Ewropej; jinnota li l-abbozz jirrappreżenta inizjattiva utli bħala sforz sabiex ikunu rrazzjonalizzati l-ħolqien u l-immaniġġjar ta" l-aġenziji; jinnota l-istqarrija fir-rapport ta" sintesi 2006 tal-Kummissjoni (paragrafu 3.1, COM(2007)0274) li għalkemm ma sarx progress fin-negozjati wara l-pubblikazzjoni ta' l-abbozz, tnedew mill-ġdid diskussjonijiet dwar sustanza fil-Kunsill fi tmiem l-2006; jiddispjaċih li ma kienx possibbli li jsir iktar progress lejn l-adozzjoni;

30.  Għaldaqstant, jilqa" b'sodisfazzjon l-impenn tal-Kummissjoni li tressaq Komunikazzjoni dwar il-ġejjieni ta" l-aġenziji regolatorji matul l-2008;

Aġenziji ffinanzjati minnhom infushom

31.  Ifakkar li għaż-żewġ aġenziji li huma ffinanzjati minnhom infushom, id-direttur jingħata l-kwittanza mill-bord amministrattiv; jinnota li t-tnejn li huma għandhom eċċessi akkumulati sinifikanti minn dħul minn onorarji li jkunu ġew trasferiti minn ċifri tas-snin preċedenti:

   Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern: flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 281 miljun;(19)
   Uffiċċju tal-Komunità għall-Varjetà ta" Pjanti: flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 18-il miljun(20);

Punti speċifiċi

32.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Qorti ta' l-Awdituri sabet li l-kontijiet ta' l-Aġenzija għall-2006 kienu affidabbli fl-aspetti materjali kollha;

33.  Jiddispjaċih madankollu għall-fatt li l-użu ta' kuntratti skaduti u ta' estensjonjiet irregolari għal kuntratti eżistenti jfisser li ma jistax jiġi mistqarr li t-tranżazzjonijiet bażiċi huma legali u regolari;

34.  Jinnota li l-Aġenzija kellha EUR 14.4 miljuni f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 14.4 miljuni f'approprjazzjonijiet ta' ħlas mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006;

35.  Jinnota li l-Kummissjoni sabet li fl-ewwel sena ta" awtonomija finanzjarja l-Aġenzija implimentat 72% ta" l-approprjazzjonijiet ta" impenn tagħha, iżda li l-livelli ta" trasferimenti għan-nefqa amministrattiva (Titolu II) u għan-nefqa operattiva (Titolu III) kienu 37.5% u 85% rispettivament;

36.  Huwa mħasseb li s-sistema ta" kontroll intern kienet dgħajfa għaliex is-sottodelegazzjonijiet ma ngħatawx skond ir-regoli; kien hemm inkonsistenzi bejn deċiżjonijiet ta" delegazzjoni u drittijiet ta" aċċess għas-sistema ta" mmaniġġjar baġitarju SI2; jinnota li l-Qorti sabet li l-Aġenzija ma adottatx regoli ta" implimentazzjoni għar-Regolament Finanzjarju tagħha;

37.  Jirrikonoxxi, madankollu, it-tweġiba ta" l-Aġenzija li matul l-2006 l-attivitajiet programmati ma kinux implimentati għalkollox peress li l-Aġenzija kienet għadha fil-fażi tal-bidu tagħha, u li fl-2007 l-Aġenzija se tagħmel analiżi dettaljata ta" l-ipprogrammar ta" l-attivitajiet tagħha, tar-riżorsi meħtieġa u tal-baġit li se jkun allokat, flimkien ma" pjan għal sejħiet għal offerti;

38.  Jinnota, mid-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta" l-Aġenzija, li l-bord amministrattiv ta opinjoni pożittiva dwar il-kontijiet ta" l-Aġenzija ta" l-2006;

39.  Jinnota, mir-rapport annwali ta" l-Aġenzija għall-2006, li d-direttur eżekuttiv, fil-kariga tiegħu bħala uffiċjal li jawtorizza, ta dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni bla riżerva;

40.  Jinnota, mir-Rapport annwali ta" l-Aġenzija, li wara missjoni ta" verifika mill-IAS, l-Aġenzija adottat pjan ta" azzjoni bil-għan li sal-bidu ta" l-2008 jiġu implimentati l-24 standard ta" kontroll intern;

41.  Jinnota d-diffikultajiet ta" l-Aġenzija biex timpjega staff tekniku fil-livell xieraq ta" kompetenza minħabba l-livelli tas-salarji, is-sede ta" l-Aġenzija u t-tul limitat ta" żmien tal-kuntratti li tista" toffri; jirrikonoxxi li, b'mod ġenerali, il-livell baxx ta" reklutaġġ kien il-fattur ewlieni li naqqas l-implimentazzjoni tal-baġit ta" l-Aġenzija;

42.  Jirrikonoxxi l-informazzjoni mogħtija mill-Aġenzija dwar il-fatt li issa impjegat uffiċjal għall-akkwisti u awditur intern biex ittejjeb il-proċedura ta" l-akkwisti.

(1) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 54.
(2) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 67.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007(ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(4) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 54.
(7) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 67.
(8) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007(ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(9) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.
(10) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(11) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 54.
(12) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 67.
(13) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007(ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(14) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) Ir-riżoluzzjonijiet kollha dwar l-Aġenziji kienu ppubblikati fil-ĠU L 196, 27.7.2005.
(17) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(18) Dokument tal-Kunsill DS 605/1/07 Rev1.
(19) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p.141).
(20) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p.135).


Il-kwittanza ta' l-2006: l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni
PDF 435kWORD 106k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta" l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0385/2007 – 2007/2061(DEC))
P6_TA(2008)0157A6-0119/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta" l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2006(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta' Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta" Marzu 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 17 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0119/2008),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv ta" l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerk u l-Informazzjoni fir-rigward ta" l-implimentazzjoni tal-baġit ta" l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2006;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv ta" l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta" l-Awdituri, u biex u biex jiżgura li jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar l-għeluq tal- kontijiet ta" l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerk u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0385/2007 – 2007/2061(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta" l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2006(6),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta' Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija(7),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta" Marzu 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni(9), u b'mod partikulari l-Artikolu 17 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0119/2008),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali ta" l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal- kontijiet ta" l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerk u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2006;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv ta" l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerk u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0385/2007 – 2007/2061(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta" l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2006(11),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta' Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija(12),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta" Marzu 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni(14), u b'mod partikulari l-Artikolu 17 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(15), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0119/2008),

A.   billi l-Qorti ta" l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2006 huma ta' min joqgħod fuqhom, u li t-tranżazzjonijiet bażiċi huma legali u regolari,

B.   billi fl-24 ta" April 2007, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerk u l-Informazzjoni fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2005(16), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta" kwittanza, fost affarijiet oħra

   · jinnota li l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2005 kienet aċċentwata minn rata baxxa ta' impenn (70 %) u ta' rata sostanzjali ta' ammonti trasportati (iktar minn 40% b'mod ġenerali u kważi 80 % għan-nefqa operattiva), u li din is-sitwazzjoni kienet minħabba l-problemi inerenti fil-perjodu inizzjali ta" l-Aġenzija u għall-fatt li hija ma bdietx topera qabel it-tieni nofs ta" l-2005;
   · Jiġbed l-attenzjoni li ma kien introdott l-ebda mmaniġġjar ibbażat fuq l-attività, minkejja r-regolamenti finanzjarji ta" l-Aġenzija li provdew għalih, skond il-kundizzjonijiet applikati għall-baġit ġenerali, bil-għan li jitjieb il-monitoraġġ tal-prestazzjoni,

Punti ġenerali li jikkonċernaw il-kwistjonijiet orizzontali li jaffettwaw lill-aġenziji ta" l-UE u li b'hekk jafettwaw ukoll il-proċedura ta" kwittanza għal kull waħda mill-aġenziji individwali

1.  Jinnota li l-baġits ta" l-24 aġenzija u ta" korpi relatati oħrajn li saritilhom il-verifika mill-Qorti ta" l-Awdituri kienu jammontaw għal EUR 1 080,5 miljun fl-2006 (l-akbar baġit kien ta" l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni li kien jammonta għal EUR 271 miljun u l-iżgħar baġit kien tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) li kien jammonta għal EUR 5 miljun);

2.  Jenfasizza l-fatt li l-firxa ta" korpi esterni ta" l-UE li huma suġġetti għal verifika u għal kwittanza issa tinkludi mhux biss aġenziji regolatorji tradizzjonali iżda wkoll aġenziji eżekuttivi li ġew stabbiliti sabiex jimplimentaw programmi speċifiċi, u fil-futur qrib se testendi wkoll għal intrapriżi konġunti li ġew stabbiliti bħala ftehimiet ta' sħubija pubbliċi-privati (inizjattivi teknoloġiċi konġunti);

3.  Josserva fir-rigward tal-Parlament li l-għadd ta" aġenziji suġġetti għall-proċedura ta" kwittanza evolva kif ġej: sena finanzjarja 2000: 8; 2001: 10; 2002: 11; 2003: 14; 2004: 14; 2005: 16; 2006: 20 aġenzija regolatorja u 2 aġenziji eżekuttivi (m'humiex inklużi 2 aġenziji li jiġu vverifikati mill-Qorti ta' l-Awdituri iżda li huma suġġetti għal proċess ta" kwittanza intern);

4.  Jikkonkludi, għaldaqstant, li l-proċess ta" verifika / kwittanza sar ineffiċjenti u sproporzjonat meta mqabbel mad-daqs relattiv tal-baġits ta" l-aġenziji / tal-korpi satelliti; jagħti istruzzjonijiet lill-kumitat kompetenti tiegħu sabiex jagħmel reviżjoni fuq firxa wiesgħa tal-proċess ta" kwittanza fir-rigward ta" aġenziji u korpi satelliti bil-għan li jitfassal metodu iktar sempliċi u razzjonali, filwaqt li jżomm f'moħħu l-għadd dejjem jikber ta" korpi li kull wieħed minnhom jesiġi rapport ta" kwittanza separat fis-snin li ġejjin;

Kunsiderazzjonijiet fundamentali

5.  Jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi spjegazzjonijiet ċari dwar l-elementi li ġejjin qabel ma tinħoloq aġenzija ġdida jew issir riforma ta" aġenzija eżistenti: it-tip ta" aġenzija, l-għanijiet ta" l-aġenzija, l-istruttura ta" governanza interna, il-prodotti, is-servizzi, il-proċeduri ewlenin, il-grupp immirat, il-klijenti u l-imsieħba ta" l-aġenzija, ir-relazzjoni formali ma" l-atturi esterni, ir-responsabiltà tal-baġit, l-ippjanar finanzjarju, u l-politika dwar il-personal u l-provvista ta" staff;

6.  Jitlob li kull aġenzija tiġi regolata minn ftehim ta" l-eżekuzzjoni fis-sena li huwa fformulat mill-aġenzija u mid-DĠ responsabbli u li għandu jinkludi l-għanijiet ewlenin għas-sena li tkun ġejja, qafas finanzjarju u indikaturi ċari għall-kejl ta" l-eżekuzzjoni;

7.  Jitlob li l-eżekuzzjoni ta" l-aġenziji tiġi vverifikata b'mod regolari (u fuq bażi ad hoc) mill-Qorti ta" l-Awdituri jew awditur indipendenti ieħor; iqis li din il-verifika m'għandhiex tkun limitata għal elementi tradizzjonali ta" ġestjoni finanzjarja u għall-użu kif suppost tal-fondi pubbliċi, iżda għandha tkopri wkoll l-effiċjenza u l-effikaċja amministrattiva u għandha tinkludi klassifikazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja ta" kull aġenzija;

8.  Jargumenta li fil-każ ta" aġenziji li qegħdin kontinwament jistmaw li l-ħtiġijiet baġitarji rispettivi tagħhom huma ogħla milli fil-fatt huma, għandu jkun hemm tnaqqis tekniku skond il-postijiet vakanti; huwa ta" l-opinjoni li dan għandu jwassal f'perjodu fit-tul għal inqas dħul assenjat għall-aġenziji u għalhekk inaqqas ukoll l-ispejjeż amministrattivi;

9.  Jinnota li hija problema serja li numru ta' aġenziji jiġu kkritikati talli ma jsegwux ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku, ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolamenti ta' l-Istaff eċċ.; jikkunsidra li r-raġuni ewlenija għal dan hija li ħafna mir-regolamenti u r-Regolament Finanzjarju huma mfassla għal istituzzjonijiet akbar u li ħafna mill-aġenziji ż-żgħar m'ghandhomx il-kapaċità mixtieqa biex jaqdu dawn il-ħtiġijiet regolatorji; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni sabiex issib soluzzjoni malajr kemm jista" jkun, sabiex titjieb l-effiċjenza billi l-funzjonijiet amministrattivi ta" diversi aġenziji jingħaqdu flimkien, sabiex tinkiseb din is-saħħa (billi wieħed jikkunsidra l-kambjamenti neċessarji fir-Regolamenti bażiċi li jmexxu lill-aġenziji u l-indipendenza baġitarja tagħhom), jew sabiex toħloq abbozz ta" regoli speċifiċi għall-aġenziji (b'mod partikolari billi timplimenta regoli għall-aġenziji) li jippermettulhom li jkunu konformi fit-totalità tagħhom;

10.  Jinsisti li l-Kummissjoni, meta tkun qed tfassal l-Abbozz Preliminari tal-Baġit, għandha tqis ir-riżultati ta' l-implimentazzjoni tal-baġit mill-aġenziji individwali għas-snin ta' qabel, b'mod partikolari għas-sena n-1 u, tirrevedi l-baġit mitlub mill-aġenzija partikolari kif meħtieġ; jistieden lill-Kumitat kompetenti tiegħu sabiex jirrispetta din ir-reviżjoni u, jekk ma jkunx diġà ġie rivedut mill-Kummissjoni, jirrevedi huwa stess il-baġit imsemmi fuq livell realistiku li jaqbel mal-kapaċità ta" assorbiment u implimentazzjoni ta" l-aġenzija imsemmija;

11.  Ifakkar id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2005, fejn huwa stieden lill-Kummissjoni sabiex kull ħames snin tippreżenta studju dwar il-valur miżjud ta" kull aġenzija li teżisti; f'każ ta" evalwazzjoni negattiva tal-valur miżjud ta" aġenzija, jistieden lill-istituzzjonijiet relevanti kollha sabiex jieħdu l-passi neċessarji, billi jifformulaw mill-ġdid il-mandat ta" dik l-aġenzija jew billi jagħlquh; jinnota li ma saret l-ebda evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni fl-2007; jinsisti li l-Kummissjoni għandha tippreżenta, ta" l-inqas, 5 minn dan it-tip ta" evalwazzjonijiet qabel id-deċiżjoni dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2007, billi tibda mill-iżjed aġenzija antika;

12.  Huwa ta" l-opinjoni li r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti ta" l-Awdituri għandhom jiġu implimentati minnufih, u li l-livell tas-sussidji mħallsa lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-ħtiġijiet attwali tagħhom għal dak li għandu x'jaqsam mal-likwidità; barra minn hekk jikkunsidra li l-emendi tar-Regolament Finanzjarju ġenerali għandhom jiġu miżjuda fir-Regolament finanzjarju tal-qafas ta" l-aġenziji u f'bosta regolamenti finanzjarji speċifiċi;

Il-preżentazzjoni tad-data ta' rappurtaġġ

13.  Jinnota li m'hemm ebda metodu standard fost l-aġenziji dwar il-preżentazzjoni ta" l-attivitajiet tagħhom matul is-sena finanzjarja konċernata u tal-kontijiet tagħhom u tar-rapporti dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja, u lanqas dwar il-kwistjoni jekk għandhiex titfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni mid-direttur ta" l-aġenzija; josserva li mhux l-aġenziji kollha jiddistingwu b'mod ċar bejn (a) il-preżentazzjoni tax-xogħol ta" l-aġenzija lill-pubbliku u (b) ir-rappurtar tekniku dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja;

14.  Jinnota li filwaqt li l-istruzzjonijiet fis-seħħ tal-Kummissjoni għall-preparazzjoni tar-rapporti ta" attività ma jesiġux b'mod espliċitu li l-aġenzija tfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni, bosta diretturi, minkejja dan, xorta waħda għamlu dan għall-2006, filwaqt li f'każ wieħed minnhom kienet inkluża riserva importanti;

15.  Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta" April 2005(17), jistieden lid-Diretturi ta" l-Aġenziji sabiex minn issa "l quddiem ir-rapport ta" l-attivitajiet annwali tagħhom, li jiġi ppreżentat flimkien mat-tagħrif finanzjarju u tal-ġestjoni, irid ikollu miegħu dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni li tikkonċerna l-legalità u r-regolarità ta" l-operazzjonijiet, simili għad-dikjarazzjonijiet li ġew iffirmati mid-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;

16.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex temenda l-istruzzjonijiet fis-seħħ tagħha lill-aġenziji skond dak li ntqal hawn fuq;

17.  Barra minn hekk, jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha taħdem ma" l-aġenziji biex jinħoloq mudell armonizzat li japplika għall-aġenziji u għall-korpi satelliti kollha li jiddistingwi b'mod ċar bejn

   - rapport annwali maħsub għall-qarrejja ġenerali dwar l-operazzjonijiet, ix-xogħol u l-kisbiet tal-korpi;
   - rendikontijiet finanzjarji u rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit;
   - rapport dwar l-attività simili għar-rapporti ta' attività tad-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;
   - dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni ffirmata mid-direttur tal-korp, flimkien ma" kull riżerva jew osservazzjoni li jqis xieraq li jiġbed l-attenzjoni ta" l-awtorità ta" kwittanza dwarha;

Sejbiet ġenerali mill-Qorti ta" l-Awdituri

18.  Jinnota dak li sabet il-Qorti (Rapport Annwali, paragrafu 10.29(18)) li l-iżburżar ta" sussidji li jitħallsu mill-Kummissjoni mill-baġit tal-Komunità m'huwiex ibbażat fuq stimi ġġustifikati biżżejjed tar-rekwiżiti ta" likwidità ta" l-aġenziji, u li dan, flimkien mad-daqs tat-trasferimenti (carry-overs), iwassal sabiex ikollhom bilanċi ta" kreditu kbar mhux ħażin; jinnota wkoll ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-livell ta" sussidji li jitħallsu lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-bżonnijiet reali tagħhom għal dak li jirrigwardja l-likwidità;

19.  Jinnota li fi tmiem l-2006, 14-il aġenzija kienu għad iridu jimplimentaw is-sistema tal-kontijiet ABAC (Rapport Annwali, in-nota f'qiegħ il-paġna għall-paragrafu 10.31);

20.  Jinnota l-kumment tal-Qorti (Rapport Annwali, il-paragrafu 1.25) dwar spejjeż akkumulati minħabba leave li ma tteħidx li għalihom jagħtu kont xi wħud mill-aġenziji; jirrimarka li l-Qorti ta" l-Awdituri kkwalifikat id-dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni tagħha fil-każ ta" tliet aġenziji (iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP), CEPOL u l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2006 (2005: CEDEFOP, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza fl-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni);

Verifika interna

21.  Ifakkar li f'konformità ma" l-Artikolu 185(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-Awditur Intern tal-Kummissjoni huwa wkoll l-awditur intern ta" l-aġenziji regolatorji li jingħataw għotjiet mill-baġit ta" l-UE; jirrimarka li l-Awditur Intern jirrapporta lill-bord ta" tmexxija u lid-direttur ta" kull aġenzija;

22.  Jiġbed l-attenzjoni għar-riserva li tniżżlet fir-Rapport ta" l-Attivitajiet Annwali ta" l-Awditur Intern għall-2006 kif ġej:"

L-Awditur Intern tal-Kummissjoni m'huwiex f'pożizzjoni li jissodisfa kif suppost l-obbligu tiegħu skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju bħala awditur intern tal-korpi tal-Komunità minħabba nuqqas ta" riżorsi ta" staff.

"

23.  Jinnota, madankollu, il-kumment ta" l-Awditur Intern fir-rapport ta" l-attivitajiet tiegħu għall-2006 li mill-2007, bis-saħħa tar-riżorsi ta" l-istaff addizzjonali mogħtija mill-Kummissjoni lis-Servizz ta" Verifika Interna (IAS), l-aġenziji regolatorji operattivi kollha se jkunu suġġetti għal xogħol ta" verifika interna fuq bażi annwali;

24.  Jinnota l-għadd li kulma jmur qiegħed jikber ta" aġenziji regolatorji u eżekuttivi u ta" intrapriżi konġunti li jeħtieġ li ssirilhom verifika mill-IAS skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinforma lill-kumitat kompetenti tagħha dwar jekk ir-riżorsi ta" l-istaff għad-dispożizzjoni ta' l-IAS humiex se jkunu biżżejjed sabiex issir verifika annwali ta" dawn il-korpi kollha fis-snin li ġejjin;

25.  Josserva li l-Artikolu 72(5) tar-Regolament (KE, Euratom)Nru 2343/2002 jeżiġi li kull sena l-entità tal-Komunità tibgħat rapport lill-Kummissjoni u lill-awtorità responsabbli għall-kwittanza, li jkun imħejji mid-direttur u li jiġbor l-għadd u t-tip ta" verifiki interni li saru mill-awditur intern, ir-rakkomandazzjonijiet li saru u l-azzjonijiet li ttieħdu fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet; jitlob lill-aġenziji sabiex jindikaw jekk dan huwiex qiegħed isir u, jekk inhu hekk, kif qiegħed isir;

26.  Jieħu nota, fir-rigward tal-kapaċità tal-verifika interna, l-iktar b'rabta ma" l-aġenziji li huma iżgħar, ta" proposta li saret mill-Awditur Intern quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament nhar l-14 ta" Settembru 2006 li aġenziji li huma iżgħar għandhom ikunu awtorizzati jixtru servizzi ta" verifika interna mis-settur privat;

L-evalwazzjoni ta" l-aġenziji

27.  Ifakkar fl-istqarrija konġunta mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni(19) li ġiet innegozjata fil-konċiljazzjoni quddiem il-Kunsill tal-baġit ta' l-ECOFIN tat-13 ta" Lulju 2007 li titlob (i) lista ta" aġenziji li l-Kummissjoni bi ħsiebha tevalwa, u (ii) lista ta" aġenziji li diġà ġew evalwati, flimkien ma" sinteżi tar-riżultati prinċipali;

Proċeduri dixxiplinari

28.  Jinnota li, minħabba d-daqs tagħhom, aġenziji individwali jsibu diffikultà biex jistabbilixxu bordijiet dixxiplinari ad hoc minn fost staff li huwa ta" grad xieraq tal-karriera u li l-IDOC (l-Uffiċċju ta" l-Investigazzjoni u Dixxiplina) tal-Kummissjoni m'huwiex kompetenti għall-aġenziji; jitlob lill-aġenziji sabiex iqisu bord ta dixxiplina bejn l-aġenziji;

Abbozz ta" ftehima interistituzzjonali

29.  Ifakkar l-abbozz tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar il-ħolqien ta" qafas operattiv għal aġenziji regolatorji Ewropej ippreżentat mill-Kummissjoni (COM(2005)0059), li kien maħsub li joħloq qafas orizzontali għall-ħolqien, l-istruttura, it-tħaddim, l-evalwazzjoni u l-kontroll ta" l-aġenziji regolatorji Ewropej; jinnota li l-abbozz jirrappreżenta inizjattiva utli bħala sforz sabiex ikunu rrazzjonalizzati l-ħolqien u l-immaniġġjar ta" l-aġenziji; jinnota l-istqarrija fir-rapport ta" sintesi 2006 tal-Kummissjoni (il-paragrafu 3.1, COM(2007)0274) li għalkemm ma sarx progress fin-negozjati wara l-pubblikazzjoni ta' l-abbozz, tniedew mill-ġdid diskussjonijiet dwar sustanza fil-Kunsill fi tmiem l-2006; jiddispjaċih li ma kienx possibbli li jsir iktar progress lejn l-adozzjoni;

30.  Jilqa" b'sodisfazzjon għaldaqstant, l-impenn tal-Kummissjoni li tressaq Komunikazzjoni dwar il-ġejjieni ta" l-aġenziji regolatorji matul l-2008;

Aġenziji ffinanzjati minnhom infushom

31.  Ifakkar li għaż-żewġ aġenziji li jiffinanzjaw lilhom infushom, id-direttur jingħata l-kwittanza mill-bord amministrattiv; jinnota li t-tnejn li huma għandhom eċċessi akkumulati sinifikanti minn dħul minn onorarji li jkunu ġew trasferiti minn ċifri tas-snin preċedenti:

   Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern: flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 281 miljun;(20)
   Uffiċċju tal-Komunità għall-Varjetajiet ta" Pjanti: flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 18-il miljun(21);

Punti speċifiċi

32.  Jiġbed l-attenzjoni dwar l-osservazzjoni tal-Qorti ta" l-Awdituri fir-rapport ta" l-2006 tagħha li l-implimentazzjoni tal-baġit ta" l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2006 uriet rata ta" utilizzazzjoni ta" 90% ta" approprijazzjonijiet ta" impenn u 76% ta" approprijazzjonijiet ta" ħlas, b'konċentrazzjoni ta" tranżazzjonijiet fl-aħħar tliet xhur tas-sena; barra minn hekk, id-dgħufija tal-proċeduri għall-iffissar tal-baġit waslet għal numru kbir ta" trasferiment, b'riżultat li l-prinċipju baġitaju ta" speċifikazzjoni ma kienx osservat strettament;

33.  Juri t-tħassib tiegħu għas-sejbiet tal-Qorti li s-software ġenerali tal-kontijiet użat mill-Aġenzija jippermetti li l-entrati jiġu emendati mingħajr ma jidhru fl-"audit trail" u li l-Aġenzija għadha ma stabbilixxitx sistema li tirrekordja fatturi u li tiżgura l-preċiżjoni ta" l-informazzjoni finanzjarja fil-kontijiet finali;

34.  Jiġbed l-attenzjoni dwar sejbiet ulterjuri tal-Qorti li:

   - il-proċeduri ta" kontroll intern rikjesti mir-Regolament Finanzjarju biex jiżguraw trasparenza u immaniġġjar finanzjarju sod, għadhom ma ġewx dokumentati kollha;
   - il-Bord tat-Tmexxija ma adottax formalment l-istandards għall-kontroll intern u lanqas kodiċi ta" etika;
   - struzzjonijiet bil-miktub għall-arkivjar ta" dokumenti ta" appoġġ għal tranżazzjonijiet kienu neqsin;
   - ma kienx stabbilit panel dwar l-irregolaritajiet;

35.  Jirrikonoxxi ir-risposta ta" l-Aġenzija li, l-2006 bħala l-ewwel sena sħiħa ta" l-operat, l-Aġenzija intensifikat l-attivitajiet tagħha fit-tieni nofs tas-sena, bir-riżultat li saru ħafna tranżazzjonijiet fl-aħħar tliet xhur tas-sena; barra minn hekk, il-pożizzjoni ta" l-uffiċjal tal-baġit baqgħet vakanti għal iktar minn 5 xhur fl-2006, sitwazzjoni li affettwat l-abilità ta" l-Aġenzija biex tippjana bl-aħjar mod u timminimizza t-trasferimenti għal dik is-sena;

36.  Jiġbed l-attenzjoni mill-"outturn" ekonomiku ta" l-Aġenzija li fl-2006 id-dħul kollu mill-operat ammonta għal EUR 5,48 miljuni, b'nefqa totali ta" EUR 5,95 miljuni, li għal dik is-sena f'termini ekonomiċi jirriżulta f'defiċit ta' EUR 460 000;

37.  Jiġbed l-attenzjoni li l-kont ta" l-outturn tal-baġit jinkludi EUR 1,1 miljuni li jaqgħu taħt l-iffinanzjar minn qabel, kont li għadu miftuħ u li għandu jkun irriturnat mill-Aġenzija lill-Kummissjoni fl-2007;

38.  Jiġbed l-attenzjoni li r-rapport ta" l-attività annwali ta" l-Aġenzija, skond l-Artikolu 40 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 jinkludi dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni mill-uffiċjal ta" awtorizzazzjoni, flimkien ma" riżervi;

39.  Jinsab konxju mill-evalwazzjoni ta" l-Aġenzija li twettqet f'isem il-Kummissjoni fl-2007 mill-evalwaturi esterni, evalwazzjoni li kkonkludiet li:

   · il-kisbiet ta" l-Aġenzija ma kinux biżżejjed biex jipproduċu l-valur miżjud u l-impatt li kien mistenni fil-bidu;
   · id-daqs tal-bord tat-tmexxija u l-poteri estensivi tiegħu fuq l-Aġenzija jwasslu għal diffikultajiet biex it-tmexxija tkun tajba;
   · l-istaff operattiv kien inqas mill-massa kritika meħtieġa biex ikun effettiv;

40.  Jiġbed l-attenzjoni dwar u jirrifjuta l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2007)0699) li r-responsabilitajiet ta" l-Aġenzija jkunu trasferiti għal Awtorità Ewropea għall-Kummerċjalizzazzjoni tat-Telekomunikazzjonijiet ġdida li mill-2010 l-kompiti tagħha jkunu jinkludu:

   · l-assigurazzjoni li s-27 regolatur nazzjonali jaħdmu bħala tim effiċjenti fuq il-bażi ta" prinċipji li jiggwidaw komuni;
   · l-għoti ta" opinjonijiet u ta" assistenza fil-preparazzjoni tal-miżuri tas-suq wieħed tal-Kummissjoni għas-settur tat-telekomunikazzjonijiet;
   · l-indirizzar ta" kwistjonijiet dwar in-netwerk u s-sigurtà ta" l-informazzjoni.

(1) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 23.
(2) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 1.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(4) ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 23.
(7) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 1.
(8) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(9) ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1.
(10) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(11) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 23.
(12) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 1.
(13) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(14) ĠU L 77, 133.2004, p. 1.
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) ĠU L 187, 15.7.2008, p. 176.
(17) Ir-riżoluzzjonijiet kollha dwar l-Aġenziji kienu ppubblikati fil-ĠU L 196, 27.7.2005.
(18) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(19) Dokument tal-Kunsill DS 605/1/07 Rev1.
(20) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p.141).
(21) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p.135).


Il-kwittanza ta' l-2006: L-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea
PDF 428kWORD 100k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0389/2007 – 2007/2214(DEC))
P6_TA(2008)0158A6-0126/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(1);

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija(2),

–   wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea(4), u b'mod speċjali l-Artikolu 30 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0126/2008),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u biex jiżgura li jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0389/2007 – 2007/2214(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(6);

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija(7),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea(9), u b'mod speċjali l-Artikolu 30 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0126/2008),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea huma kif qegħdin fl-anness tar-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 b'osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0389/2007 – 2007/2214(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(11),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija(12),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Amministrazzjoni tal-Koperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea(14), u b'mod speċjali l-Artikolu 30 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(15), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0126/2008),

A.   billi l-Qorti ta" l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2006 huma ta' min joqgħod fuqhom, u li t-tranżazzjonijiet bażiċi huma legali u regolari,

B.   billi s-sena 2006 kienet l-ewwel sena ta" awtonomija finanzjarja ta" l-Aġenzija,

Punti ġenerali li jikkonċernaw il-kwistjonijiet orizzontali li jaffettwaw lill-aġenziji ta" l-UE u li b'hekk jaffettwaw ukoll il-proċedura ta" kwittanza għal kull waħda mill-aġenziji individwali

1.  Jinnota li l-baġits ta" l-24 aġenzija u ta" korpi satelliti oħrajn li saritilhom il-verifika mill-Qorti ta" l-Awdituri kienu jammontaw għal EUR 1 080,5 miljun fl-2006 (l-akbar baġit kien ta" l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni li kien jammonta għal EUR 271 miljun u l-iżgħar baġit kien tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) li kien jammonta għal EUR 5 miljun);

2.  Jenfasizza l-fatt li l-firxa ta" korpi esterni ta" l-UE li huma suġġetti għal verifika u għal kwittanza issa tinkludi mhux biss aġenziji regolatorji tradizzjonali iżda wkoll aġenziji eżekuttivi li ġew stabbiliti sabiex jimplimentaw programmi speċifiċi, u fil-futur qrib se testendi wkoll għal intrapriżi konġunti li ġew stabbiliti bħala ftehimiet ta' sħubija pubbliċi-privati (inizjattivi teknoloġiċi konġunti);

3.  Josserva fir-rigward tal-Parlament li l-għadd ta" aġenziji suġġetti għall-proċedura ta" kwittanza evolva kif ġej: sena finanzjarja 2000: 8; 2001: 10; 2002: 11; 2003: 14; 2004: 14; 2005: 16; 2006: 20 aġenzija regolatorja u 2 aġenziji eżekuttivi (m'humiex inklużi 2 aġenziji li jiġu vverifikati mill-Qorti ta' l-Awdituri iżda li huma suġġetti għal proċess ta" kwittanza intern);

4.  Jikkonkludi, għaldaqstant, li l-proċess ta" verifika / kwittanza sar ineffiċjenti u sproporzjonat meta mqabbel mad-daqs relattiv tal-baġits ta" l-aġenziji / tal-korpi satelliti; jagħti istruzzjonijiet lill-kumitat kompetenti tiegħu sabiex jagħmel reviżjoni fuq firxa wiesgħa tal-proċess ta" kwittanza fir-rigward ta" aġenziji u korpi satelliti bil-għan li jitfassal metodu iktar sempliċi u razzjonali, filwaqt li jżomm f'moħħu l-għadd li dejjem jikber ta" korpi li kull wieħed minnhom jesiġi rapport ta" kwittanza separat fis-snin li ġejjin;

Kunsiderazzjonijiet fundamentali

5.  Jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi spjegazzjonijiet ċari dwar l-elementi li ġejjin qabel ma tinħoloq aġenzija ġdida jew issir riforma ta" aġenzija eżistenti: it-tip ta" aġenzija, l-għanijiet ta" l-aġenzija, l-istruttura ta" governanza interna, il-prodotti, is-servizzi, il-proċeduri ewlenin, il-grupp fil-mira, il-klijenti u l-partijiet interessati ta" l-aġenzija, ir-relazzjoni formali ma" l-atturi esterni, ir-responsabbilità baġitarja, l-ippjanar finanzjarju, u l-istaff u l-politika dwar l-istaff;

6.  Jitlob li kull aġenzija tkun irregolata minn ftehima annwali rigward ir-rendiment li tkun ifformulata mill-aġenzija u mid-DĠ responsabbli u li għandha tinkludi l-għanijiet ewlenin għas-sena li tkun ġejja, qafas finanzjarju u indikaturi ċari għall-kejl tar-rendiment;

7.  7 Jitlob li l-eżekuzzjoni ta" l-aġenziji tiġi vverifikata b'mod regolari (u fuq bażi ad hoc) mill-Qorti ta" l-Awdituri jew awditur indipendenti ieħor; iqis li din il-verifika m'għandhiex tkun limitata għal elementi tradizzjonali ta" ġestjoni finanzjarja u għall-użu kif suppost tal-fondi pubbliċi, iżda għandha tkopri wkoll l-effiċjenza u l-effikaċja amministrattiva u għandha tinkludi klassifikazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja ta" kull aġenzija;

8.  Jargumenta li fil-każ ta" aġenziji li qegħdin kontinwament jistmaw li l-ħtiġijiet baġitarji rispettivi tagħhom huma ogħla milli fil-fatt huma, għandu jkun hemm tnaqqis tekniku skond il-postijiet vakanti; huwa ta" l-opinjoni li dan għandu jwassal f'perjodu fit-tul għal inqas dħul assenjat għall-aġenziji u għalhekk inaqqas ukoll l-ispejjeż amministrattivi;

9.  Jinnota li hija problema serja li numru ta' aġenziji jiġu kkritikati talli ma jsegwux ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku, ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolamenti ta' l-Istaff eċċ.; jikkunsidra li r-raġuni ewlenija għal dan hija li ħafna mir-regolamenti u r-Regolament Finanzjarju huma mfassla għal istituzzjonijiet akbar u li ħafna mill-aġenziji ż-żgħar m'ghandhomx il-kapaċità mixtieqa biex jaqdu dawn il-ħtiġijiet regolatorji; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni sabiex issib soluzzjoni malajr kemm jista" jkun, sabiex titjieb l-effiċjenza billi l-funzjonijiet amministrattivi ta" diversi aġenziji jingħaqdu flimkien, sabiex tinkiseb din is-saħħa (billi wieħed jikkunsidra l-kambjamenti neċessarji fir-Regolamenti bażiċi li jmexxu lill-aġenziji u l-indipendenza baġitarja tagħhom), jew sabiex toħloq abbozz ta" regoli speċifiċi għall-aġenziji (b'mod partikolari billi timplimenta regoli għall-aġenziji) li jippermettulhom li jkunu konformi fit-totalità tagħhom;

10.  Jinsisti li l-Kummissjoni, meta tkun qed tfassal l-Abbozz Preliminari tal-Baġit, tqis ir-riżultati ta' l-implimentazzjoni tal-baġit mill-aġenziji individwali fis-snin ta' qabel, b'mod partikolari għas-sena n-1, u tirrevedi l-baġit rikjest mill-aġenzija partikolari kif meħtieġ; jistieden lill-Kumitat kompetenti tiegħu sabiex jirrispetta din ir-reviżjoni u, jekk ma jkunx diġà ġie rivedut mill-Kummissjoni, jirrevedi huwa stess il-baġit imsemmi fuq livell realistiku li jaqbel mal-kapaċità ta" assorbiment u implimentazzjoni ta" l-aġenzija imsemmija;

11.  Ifakkar id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2005, fejn huwa stieden lill-Kummissjoni sabiex kull ħames snin tippreżenta studju dwar il-valur miżjud ta" kull aġenzija li teżisti; f'każ ta" evalwazzjoni negattiva tal-valur miżjud ta" aġenzija, jistieden lill-istituzzjonijiet relevanti kollha sabiex jieħdu l-passi neċessarji, billi jifformulaw mill-ġdid il-mandat ta" dik l-aġenzija jew billi jagħlquh; jinnota li ma saret l-ebda evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni fl-2007; jinsisti li l-Kummissjoni għandha tippreżenta, ta" l-inqas, 5 minn dan it-tip ta" evalwazzjonijiet qabel id-deċiżjoni dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2007, billi tibda mill-iżjed aġenzija antika;

12.  Huwa ta" l-opinjoni li r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti ta" l-Awdituri għandhom jiġu implimentati minnufih, u li l-livell tas-sussidji mħallsa lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-ħtiġijiet attwali tagħhom għal dak li għandu x'jaqsam mal-likwidità; barra minn hekk jikkunsidra li l-emendi tar-Regolament Finanzjarju ġenerali għandhom jiġu miżjuda fir-Regolament finanzjarju ta' qafas ta" l-aġenziji u f'bosta regolamenti finanzjarji speċifiċi;

Il-preżentazzjoni tad-data li tiġi rapportata

13.  Jinnota li m'hemm ebda metodu standard fost l-aġenziji fir-rigward tal-preżentazzjoni ta" l-attivitajiet tagħhom matul is-sena finanzjarja konċernata, il-kontijiet tagħhom u r-rapporti dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja u l-kwistjoni dwar jekk għandhiex titfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni mid-direttur ta" l-aġenzija; josserva li mhux l-aġenziji kollha jiddistingwu b'mod ċar bejn (a) il-preżentazzjoni tax-xogħol ta" l-aġenzija lill-pubbliku u (b) ir-rappurtar tekniku dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja;

14.  Jinnota li filwaqt li l-istruzzjonijiet fis-seħħ tal-Kummissjoni għall-preparazzjoni tar-rapporti ta" attività ma jesiġux b'mod espliċitu li l-aġenzija tfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni, bosta diretturi, minkejja dan, xorta waħda għamlu hekk għall-2006, filwaqt li f'każ wieħed minnhom kienet inkluża riserva importanti;

15.  Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta" April 2005(16), fejn jistieden lid-Diretturi ta" l-Aġenziji sabiex minn issa "l quddiem ir-rapport ta" l-attivitajiet annwali tagħhom, li jiġi ppreżentat flimkien mat-tagħrif finanzjarju u tal-ġestjoni, ikollu miegħu dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni li tikkonċerna l-legalità u r-regolarità ta" l-operazzjonijiet, simili għad-dikjarazzjonijiet li ġew iffirmati mid-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;

16.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex temenda l-istruzzjonijiet fis-seħħ tagħha lill-aġenziji skond dan;

17.  Barra minn hekk, jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha taħdem ma" l-aġenziji biex jinħoloq mudell armonizzat li japplika għall-aġenziji u għall-korpi satelliti kollha li jiddistingwi b'mod ċar bejn

   - rapport annwali maħsub għall-qarrejja ġenerali dwar l-operazzjonijiet, ix-xogħol u l-kisbiet tal-korpi;
   - rendikontijiet finanzjarji u rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit;
   - rapport dwar l-attività simili għar-rapporti ta' attività tad-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;
   - dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni ffirmata mid-direttur tal-korp, flimkien ma" kull riserva jew osservazzjoni li jqis xierqa li jwassal għall-attenzjoni ta" l-awtorità ta" kwittanza;

Sejbiet ġenerali mill-Qorti ta" l-Awdituri

18.  Jinnota dak li sabet il-Qorti (Rapport Annwali, paragrafu 10.29(17)) li l-iżburżar ta" sussidji li jitħallsu mill-Kummissjoni mill-baġit tal-Komunità m'huwiex ibbażat fuq stimi ġġustifikati biżżejjed tar-rekwiżiti ta" likwidità ta" l-aġenziji, u li dan, flimkien mad-daqs tat-trasferimenti (carry-overs), iwassal sabiex ikollhom bilanċi ta" kreditu kbar mhux ħażin; jinnota wkoll ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-livell ta" sussidji li jitħallsu lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-bżonnijiet reali tagħhom għal dak li jirrigwarda l-likwidità;

19.  Jinnota li fi tmiem l-2006, 14-il aġenzija kienu għad iridu jimplimentaw is-sistema tal-kontijiet ABAC (Rapport Annwali, in-nota f'qiegħ il-paġna għall-paragrafu 10.31);

20.  Jinnota l-kumment tal-Qorti (Rapport Annwali, paragrafu 1.25) dwar spejjeż akkumulati minħabba liv li ma tteħidx li huma responsabbli għalihom uħud mill-aġenziji; jirrimarka li l-Qorti ta" l-Awdituri kkwalifikat id-dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni tagħha fil-każ ta" tliet aġenziji (iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP), CEPOL u l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2006 (2005: CEDEFOP, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni);

Verifika interna

21.  Ifakkar li f'konformità ma" l-Artikolu 185(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-Awditur Intern tal-Kummissjoni huwa wkoll l-awditur intern ta" l-aġenziji regolatorji li jingħataw għotjiet mill-baġit ta" l-UE; jirrimarka li l-Awditur Intern jirrapporta lill-bord ta" tmexxija u lid-direttur ta" kull aġenzija;

22.  Jiġbed l-attenzjoni għar-riserva li tniżżlet fir-Rapport ta" l-Attivitajiet Annwali ta" l-Awditur Intern għall-2006 kif ġej:"

L-Awditur Intern tal-Kummissjoni m'huwiex f'pożizzjoni li jissodisfa kif suppost l-obbligu tiegħu skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju bħala awditur intern tal-korpi tal-Komunità minħabba nuqqas ta" riżorsi ta" staff.

"

23.  Jinnota, madankollu, il-kumment ta" l-Awditur Intern fir-rapport ta" l-attivitajiet tiegħu għall-2006 li mill-2007, bis-saħħa tar-riżorsi ta" l-istaff addizzjonali mogħtija mill-Kummissjoni lis-Servizz ta" Verifika Interna (IAS), l-aġenziji regolatorji operattivi kollha se jkunu suġġetti għal xogħol ta" verifika interna fuq bażi annwali;

24.  Jinnota l-għadd li kulma jmur qiegħed jikber ta" aġenziji regolatorji u eżekuttivi u ta" intrapriżi konġunti li jeħtieġ li ssirilhom verifika mill-IAS skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinforma lill-kumitat kompetenti tagħha dwar jekk ir-riżorsi ta" l-istaff għad-dispożizzjoni ta' l-IAS humiex se jkunu biżżejjed sabiex issir verifika annwali ta" dawn il-korpi kollha fis-snin li ġejjin;

25.  Josserva li l-Artikolu 72(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 jesiġi li kull sena kull aġenzija tibgħat rapport lill-Kummissjoni u lill-awtorità tal-kwittanza li jkun imħejji mid-direttur tagħha u li jiġbor fih l-għadd u t-tip ta" verifiki interni li saru mill-awditur intern, ir-rakkomandazzjonijiet li saru u l-azzjoni li ttieħdet dwar dawn ir-rakkomandazzjonijiet; jitlob lill-aġenziji sabiex jindikaw jekk dan huwiex qiegħed isir u, jekk inhu hekk, kif qiegħed isir;

26.  Jieħu nota, fir-rigward tal-kapaċità tal-verifika interna, l-iktar b'rabta ma" l-aġenziji iżgħar, ta" proposta li saret mill-Awditur Intern quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament nhar l-14 ta" Settembru 2006 li aġenziji iżgħar għandhom ikunu awtorizzati jixtru servizzi ta" verifika interna mis-settur privat;

Evalwazzjoni ta" l-aġenziji

27.  Ifakkar l-istqarrija konġunta mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni(18) li ġiet innegozjata fil-konċiljazzjoni quddiem il-Kunsill tal-baġit ECOFIN tat-13 ta" Lulju 2007 li titlob (i) lista ta" aġenziji li l-Kummissjoni bi ħsiebha tevalwa, u (ii) lista ta" aġenziji li diġà ġew evalwati, flimkien ma" sintesi tar-riżultati prinċipali;

Proċeduri dixxiplinari

28.  Jinnota li, minħabba d-daqs tagħhom, aġenziji individwali jsibu diffikultà biex jistabbilixxu bordijiet ta' dixxiplina ad hoc minn fost staff li huwa ta" grad xieraq fil-karriera u li l-IDOC (l-Uffiċċju ta" l-Investigazzjoni u Dixxiplina) tal-Kummissjoni m'huwiex kompetenti għall-aġenziji; jitlob lill-aġenziji sabiex iqisu bord ta' dixxiplina komuni;

Abbozz ta" ftehima interistituzzjonali

29.  Ifakkar fl-abbozz tal-Ftehim Interistituzzjonali ippreżentat mill-Kummissjoni dwar il-ħolqien ta" qafas operattiv għal aġenziji regolatorji Ewropej (COM(2005)0059), li kien maħsub biex joħloq qafas orizzontali għall-ħolqien, l-istruttura, it-tħaddim, l-evalwazzjoni u l-kontroll ta" l-aġenziji regolatorji Ewropej; jinnota li l-abbozz jirrappreżenta inizjattiva utli bħala sforz sabiex ikunu rrazzjonalizzati l-ħolqien u l-immaniġġjar ta" l-aġenziji; jinnota l-istqarrija fir-rapport ta" sintesi 2006 tal-Kummissjoni (paragrafu 3.1, COM(2007)0274) li għalkemm ma sarx progress fin-negozjati wara l-pubblikazzjoni ta' l-abbozz, tnedew mill-ġdid diskussjonijiet dwar sustanza fil-Kunsill fi tmiem l-2006; jiddispjaċih li ma kienx possibbli li jsir iktar progress lejn l-adozzjoni;

30.  Jilqa" b'sodisfazzjon għaldaqstant, l-impenn tal-Kummissjoni li tressaq Komunikazzjoni dwar il-ġejjieni ta" l-aġenziji regolatorji matul l-2008;

Aġenziji ffinanzjati minnhom infushom

31.  Ifakkar li għaż-żewġ aġenziji li jiffinanzjaw lilhom infushom, id-direttur jingħata l-kwittanza mill-bord amministrattiv; jinnota li t-tnejn li huma għandhom eċċessi akkumulati sinifikanti minn dħul minn onorarji li jkunu ġew trasferiti minn ċifri tas-snin preċedenti:

   Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern: flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 281 miljun(19);
   Uffiċċju tal-Komunità għall-Varjetajiet ta" Pjanti: flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 18-il miljun(20);

Punti speċifiċi

32.  Jinnota li fl-osservazzjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri fir-rapport tagħha ta' l-2006 ir-rata ta' impenn għas-sena finanzjarja 2006 kienet 85%; ir-rata ta' fondi trasferiti għall-baġit li jmiss kienet aktar minn 70% b'mod ġenerali u kważi 85% għan-nefqa ta' l-operat; it-trasferimenti ta' approprijazzjonijiet bejn il-kapitli jew it-titli matul is-sena kienu aktar mil-limitu totali ta' 10% provduti fir-Regolament Finanzjarju; għalhekk, il-prinċipju baġitarju ta' speċifikazzjoni ma ġiex osservat strettament;

33.  Jinnota wkoll li l-impenji legali ddaħħlu qabel l-impenji baġitarji, bil-kontra tar-Regolament Finanzjarju ta' l-Aġenzija, u li l-kriterji u l-proċeduri użati għar-reklutaġġ tal-persunal ma kinux konformi mad-dispożizzjonijiet ġenerali tar-Regolamenti tal-Persunal;

34.  Jirrikonoxxi t-tweġiba ta' l-Aġenzija li r-rata ta' trasferiment ta' fondi għall-baġit ta' l-2007 kienet ġejja minħabba d-diffikultajiet tal-perjodu tal-bidu ta' l-Aġenzija u għall-fatt li riżorsi kbar saru disponibbli biss fl-aħħar ta' l-2006; l-Aġenzija ma kinetx kapaċi timplimenta bis-sħiħ proċeduri normali għall-ħafna mill-proċeduri ta' reklutaġġ imnedija fl-2006 minħabba n-nuqqas ta' riżorsi fil-perjodu tal-bidu u minħabba d-diffikultajiet li jiġi attirat persunal potenzjali;

35.  Jiddispjaċih għall-fatt li l-Aġenzija kellha tuża proċeduri ta' reklutaġġ li ma kinux totalment konformi mad-dispożizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti ta' l-Istaff sabiex tattira persunal u tagħmel mod li l-Aġenzija ssir operattiva kemm jista' jkun malajr;

36.  Jistieden lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni biex itejbu l-ippjanar tal-bżonnijiet baġitarji u ta' l-istaff ta' l-Aġenzija fil-ġejjieni;

37.  Mill-kontijiet (balance sheet) ta' l-Aġenzija jinnota li fil-31 ta' Diċembru 2006, l-Aġenzija kellha EUR 14,3 miljun fi flus (għall-sussidju Komunitarju ta' EUR 15,2 miljun u baġit annwali ta' EUR 19,2 miljun);

38.  Ifakkar li waqt li fl-ewwel sena mill-eżistenza tagħha l-baġit ta' l-Aġenzija kien ta' EUR 6,2 miljun, il-baġit fl-2006 ġie emendat darbtejn mill-awtorita? baġitarja, u ġie miżjud minn EUR 12,3 miljun għal EUR 19,2 miljun; jinnota d-dikjarazzjoni fir-rapport annwali li d-disponibbilita? fit-tard tal-fondi addizzjonali mogħtija lill-Aġenzija f'Ottubru 2006 wasslet għal problemi ta' nfiq lil hinn mil-limiti tal-kapaċita? ta' assorbiment ta' l-Aġenzija;

39.  Mill-kontijiet jinnota wkoll li fil-31 ta' Diċembru 2006, ġew mimlija biss 9 mit-18 il-post AD;

40.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni fir-rapport annwali ta' l-Aġenzija għall-2006 li l-Aġenzija ġiet mogħtija awtonomija finanzjarja sħiħa biss mill-1 ta' Ottubru 2006, u li qabel dik id-data, kull infiq relatat ma' kwistjonijiet amministrattivi ġie awtorizzat mid-DG JLS tal-Kummissjoni fi Brussell;

41.  Jistieden lill-Aġenzija biex ittejjeb l-immaniġġjar finanzjarju tagħha, speċjalment rigward iż-żieda tal-baġit tagħha għas-snin finanzjarji 2007 u 2008.

(1) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 7.
(2) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 29.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(4) ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) No 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 30).
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 7.
(7) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 29.
(8) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. . Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(9) ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) No 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 30).
(10) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(11) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 7.
(12) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 29.
(13) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. . Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(14) ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (EK) No 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 30).
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) Ir-riżoluzzjonijiet kollha dwar l-Aġenziji kienu ppubblikati fil-ĠU L 196, 27.7.2005.
(17) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(18) Dokument tal-Kunsill DS 605/1/07 Rev1.
(19) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p. 141).
(20) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju tal-Komunità għall-Varjetà ta" Pjanti għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p. 135).


Il-kwittanza ta' l-2006: l-Eurojust
PDF 429kWORD 100k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0380/2007 – 2007/2055(DEC))
P6_TA(2008)0159A6-0129/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2006(1),

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet finali annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet tal-Eurojust(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE u, b'mod partikulari, l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikulari, l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li waqqfet il-Eurojust bil-għan li tissaħħaħ il-ġlieda kontra r-reati serji(4), u b'mod partikulari, l-Artikolu 36 tagħha,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar il-qafas tar-Regolament Finanzjarju għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0129/2008),

1.  Jagħti l-kwittanza tiegħu lid-direttur amministrattiv tal-Eurojust fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Eurojust għas-sena finanzjarja 2006;

2.  Jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni li ġejja;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali minnha lid-Direttur amministrattiv ta' l-Eurojust, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u sabiex jagħmel arranġamenti biex jiġu ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0380/2007 – 2007/2055(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet finali annwali ta' l-Eurojust għas-sena finanzjarja 2006(6),

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet finali annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet tal-Eurojust(7),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE u, b'mod partikulari, l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8), u b'mod partikulari, l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li waqqfet il-Eurojust bil-għan li tissaħħaħ il-ġlieda kontra r-reati serji(9), u b'mod partikulari, l-Artikolu 36 tagħha,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar il-qafas tar-Regolament Finanzjarju għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0129/2008),

1.  Jinnota li l-kontijiet finali annwali ta' l-Eurojust jinsabu annessi mar-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2006;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur amministrattiv ta' l-Eurojust, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u sabiex jagħmel arranġamenti biex jiġu ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-22 ta' April 2008 b'osservazzjonijiet li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0380/2007 – 2007/2055(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet finali annwali ta' l-Eurojust għas-sena finanzjarja 2006(11),

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet finali annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet tal-Eurojust(12),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE u, b'mod partikulari, l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13), u b'mod partikulari, l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li waqqfet il-Eurojust bil-għan li tissaħħaħ il-ġlieda kontra r-reati serji(14), u b'mod partikulari, l-Artikolu 36 tagħha,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar il-qafas tar-Regolament Finanzjarju għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(15), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0129/2008),

A.   billi l-Qorti ta' l-Awdituri ddikjarat li kisbet assikurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2006 huma affidabbli, u li t-transazzjonijiet huma legali u regolari,

B.   billi fl-24 ta' April 2007 il-Parlament ta' l-kwittanza amministrattiv lid-Direttur tal-Eurojust rigward l-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2005(16), u fir-riżoluzzjoni tiegħu flimkien mad-deċiżjoni ta' kwittanza, inter alia

   · stieden lill-Eurojust biex itejjeb it-tbassir ta' l-ispiża relatata mat-tħaddim tiegħu;
   · innota li fl-2005, il-Eurojust kien għadu ma kellux regolament finanzjarju intern tiegħu (għalkemm skond it-tweġibiet ta' l-Eurojust, kien hemm fethim mal-Kummissjoni dwar test u ġie adottat mill-Kulleġġ fl-20 ta' April 2006);
   · stieden lill-Eurojust biex jinforma l-Parlament dwar l-adozzjoni mill-Bord tiegħu ta' kwalunkwe standards interni ta' kontroll;
   · talab lill-Eurjust biex tippreżenta lill-Parlament deskrizzjoni qasira ta' kwalunkwe titjib fil-listi ta' verifika li jikkonċernaw il-proċeduri ta' akkwisti u impjegar f'biżżejjed żmien qabel il-proċedura ta' kwittanza ta' l-2006,

Punti ġenerali li jirrelataw ma' kwistjonijiet orizzontali li jaffetwaw l-aġenziji ta' l-UE u li għalhekk jinfluwenzaw il-proċedura ta' kwittanza ta' kull aġenzija individwali.

1.  Jinnota li l-baġits ta' l-24 aġenzija u korpi oħra anċiallari li l-verifika tagħhom issir mill-Qorti ta' l-Awdituri ammontaw għal EUR 1,080,5 miljuni fl-2006 (l-akbar wieħed kien dak ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni li laħaq il-EUR 271 miljun u l-iżgħar dak tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) li laħaq EUR 5 miljuni);

2.  Jinnota li l-medda ta' korpi esterni ta' l-UE lu huma suġġetti għall-verifika u l-kwittanza issa jinkludu mhux biss l-aġenziji regolatorji tradizzjonali, imma wkoll l-aġenziji eżekuttivi mwaqqfa biex jimplimentaw programmi speċifiċi, u fil-futur se jkunu suġġett wkoll intrapriżi konġunti mwaqqfa bħala sħubijiet pubbliċi-privati (inizjattivi konġunti fit-teknoloġija);

3.  Josserva li, f'dak li jirrigwarda l-Parlament, in-numru ta' aġenziji suġġetti għall-proċedura ta' kwittanza evolva kif ġej: sena finanzjarja 2000: 8; 2001: 10; 2002: 11; 2003: 14; 2004: 14; 2005: 16; 2006: 20 aġenzija regolatorja u 2 aġenziji eżekuttivi (mhux inklużi 2 aġenziji li jiġu verifikati mill-Qorti ta' l-Awdituri imma mhumiex suġġetti għall-proċess intern ta' kwittanza);

4.  Għalhekk jikkonkludi li l-proċess ta' verifika/kwittanza sar wieħed kumplikat u sproporzjonat meta mqabbel mad-daqs relattiv tal-baġit ta' l-aġenziji/korpi anċillari; jagħti istruzzjonijiet lill-kumitat kompetenti tiegħu biex jagħmel reviżjoni wiesgħa tal-proċess ta' kwittanza f'dak li jirrigwarda l-aġenziji u l-korpi anċillari, bil-għan li jinstab metodu aktar faċli u aktar razzjonali, billi jitqies in-numru li dejjem qed jikber ta' korpi, li fis-snin li ġejjin, se jeħtieġu individwalment rapport separat ta' kwittanza;

Kunsiderazzjonijiet fundamentali

5.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi spjegazzjonijiet ċari rigward l-elementi li ġejjin, qabel ma tinħoloq aġenzija ġdida jew issir riforma ta' aġenzija eżistenti: it-tip ta' aġenzija, l-objettivi ta' l-aġenzija, l-istruttura interna ta' tmexxija, il-prodotti, is-servizzi, il-proċeduri prinċipali, il-gruppi fil-mira, il-klijenti u l-partijiet interessati ta' l-aġenzija, ir-relazzjoni formali mal-partijiet interessati esterni, ir-responsabbilità tal-baġit, l-ippjanar finanzjarju, l-istaff u l-politika ta' impjegar;

6.  Jitlob sabiex kull aġenzija tkun immexxija minn ftehim annwali ta' prestazjoni mħejji mill-aġenzija u d-DĠ responsabbli u li għandu jkun fih l-objettivi prinċipali għas-sena li ġejja, qafas finanzjarju u indikaturi ċari għat-tkejjil tal-prestazjoni;

7.  Jitlob li l-prestazjoni ta' l-aġenziji tkun ivverifikata regolarment (u mhux fuq bażi ad hoc) mill-Qorti ta' l-Awdituri jew minn awdituri indipendenti ieħor; iqis li dan m'għandux ikun limitat għal elementi tradizzjonali ta' mmaniġġjar finanzjarju u l-użu tajjeb ta' fondi pubbliċi, imma għandu jkopri wkoll l-effiċjenza u l-effettività ta' l-amministrazzjoni u għandu jinkludi klassifikazzjoni ta' l-immaniġġjar finanzjarju ta' kull aġenzija;

8.  Huwa ta' l-opinjoni li fil-każ ta' aġenziji li kontinwament jagħmlu stima għall-baġit tagħhom li taqbeż il-ħtiġijiet rispettivi tagħhom, għandu jkun hemm tnaqqis tekniku fuq il-bażi ta' postijiet vakanti; huwa ta' l-opinjoni li, fuq tul ta' żmien, dan se jwassal għal anqas fondi assenjati għall-aġenziji u għalhekk għal anqas spejjeż amministrattivi;

9.  Jinnota li din hija problema serja u li numru ta' aġenziji huma kritikati għax ma jsegwux ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku, ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament ta' l-Istaff, etc.; iqis li r-raġuni prinċipali għal dan huwa li l-parti l-kbir tar-regolamenti u r-Regolament Finanzjarju huma mfassal għal istituzzjonijiet ta' daqs akbar u li ħafna mill-aġenziji żgħar m'għandhomx il-massa kritika biex ikunu jistgħu jiffaċċjaw ir-rekwiżiti regolatorji; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni sabiex tfittex soluzzjoni ta' malajr biex ittejjeb l-effettività billi tiġbor flimkien il-funzjonijiet amministrattivi varji ta' l-aġenziji, bil-għan li tikseb din il-massa kritika (billi tqis it-tibdil meħtieġ fir-regolamenti bażiċi li jmexxu l-aġenziji u l-indipendenza tagħhom tal-baġit), jew biex tħejji b'urġenza abbozz ta' regoli speċifiċi għall-aġenziji (partikularment regoli ta' implimentazzjoni għall-aġenziji) li jippermettulhom li jkunu konformi bis-sħiħ;

10.  Jinsisti li l-Kummissjoni, meta tħejji l-Abbozz ta' Baġit Preliminari, tqis ir-riżultati ta' l-implimentazzjoni tal-baġit minn aġenziji individwali fis-snin ta' qabel, partikularment fis-sena n-1, u tirrevedi kif xieraq il-baġit mitlub minn aġenzija partikulari; jistieden lill-kumitat kompetenti sabiex jirrispetta din ir-reviżjoni u, jekk il-Kummissjoni ma twettaqiex, jirrevedi huwa stess il-baġit partikulari biex jirrifletti livell reali ta' kapaċità ta' assorbiment u implimentazzjoni ta' l-aġenzija taħt eżami;

11.  Ifakkar id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2005, fejn stieden lill-Kummissjoni biex, kull sena, tippreżetna studju dwar il-valur miżjud ta' kull aġenżija eżisteni; jistieden lil kull istituzzjoni rilevanti biex fil-każ ta' evalwazzjoni negattiva ta' valur miżjud ta' aġenzija, jieħdu l-passi meħtieġa biex jirriformulaw il-mandat ta' dik l-aġenzija jew biex jagħlquha; jinnota li l-Kummissjoni ma wettqitx evalwazzjoni waħda matul is-sena 2007; jinsisti li l-Kummissjoni għandha tippreżenta mill-anqas 5 evalwazzjonijiet bħal dawn qabel id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2007, billi tibda bl-aġenziji l-aktar qodma;

12.  Huwa ta' l-opinjoni li r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti ta' l-Awdituri għandhom ikunu implimentati mill-ewwel u l-livell tas-sussidji mogħti lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-ħtiġijiet veri fi flus; barra minn hekk iqis li l-emendi tar-Regolament Finanzjarju ġenerali għandhom ikunu inkorporati fir-Regolament ta' Qafas Finanzjarju ta' l-aġenziji u fir-regolamenti finanzjarji speċifiċi u varji tagħhom;

13.  Jinsab imħasseb dwar in-numru sinifikanti ta' staff impjegat fuq bażi temporanja, b'tali mod li dan jista' jxekkel il-kwalità tax-xogħol taghom; għalhekk, jitlob lill-Kummissjoni biex ittejjeb is-superviżjoni ta' l-implimentazzjoni tar-Regolamenti ta' l-Istaff min-naħa ta' l-aġenziji;

Il-preżentazzjoni tad-data ta' rappurtaġġ

14.  Jinnota li fost l-aġenzija ma jeżistix metodu standard ta' preżentazzjoni ta' l-attivitajiet tagħhom waqt is-sena finanzjarja taħt eżami u tal-kontijiet u r-rapporti tagħhom dwar l-immaniġġjar tal-baġit u dak finanzjarju, u lanqas dwar il-kwistjoni ta' jekk għandiex titħejja dikjarazzjoni ta' assikurazzjoni mid-direttur ta' l-aġenzija; jinnota li mhux l-aġenziji kollha jiddistingwu b'mod ċar bejn (a) il-preżentazzjoni tal-ħidma ta' l-aġenzija lill-pubbliku u (b) ir-rapporti tekniċi dwar l-immaniġġjar tal-baġit u dak finanzjarju;

15.  Jinnota li filwaqt li l-istruzzjonijiet permanenti tal-Kummissjoni għall-preparazzjoni ta' rapporti ta' attività ma jitolbux, b'mod dirett, li l-aġenzija tħejji dikjarazzjoni ta' assikurazzjoni, ħafna diretturi xorta ħejjew tali dikjarazzjoni fl-2006, u f'każ wieħed din kienet tinkludi żamma importanti ta' dritt;

16.  Ifakkar il-paragrafu 25 tar-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2005(17), u jistieden lid-Diretturi ta' l-Aġenziji biex min issa 'l quddiem flimkien mar-rapport annwali tagħhom dwar l-attivitajiet li jitressaq flimkien ma' informazzjoni finanzjarja u ta' mmaniġġjar, jippreżentaw dikjarazzjoni ta' assikurazzjoni li tirrigwardsa l-legalità u r-regolarità ta' l-operat tagħhom, simili għad-dikjarazzjonijiet iffirmati mid-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni biex temenda l-istruzzjonijiet permanenti tagħha kif xieraq;

18.  Barra minn hekk jissuġerrixxi li l-Kummissjoni għandha taħdem ma' l-aġenziji favur il-produzzjoni ta' mudell armonizzat applikabbli għall-aġenziji u l-korpi anċillari kollha billi tagħmel distinzjoni ċara bejn

   - rapport annwali għandu l-iskop li jagħti ħarsa ġenerali ta' l-operat, tal-ħidma u tat-twettiq tal-korp;
   - dikjarazzjonijiet finanzjarji u rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit;
   - rapport dwar l-attivitajiet b'mod simili ta' rapporti tad-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni dwar attivitajiet;
   - dikjarazzjoni ta' assikurazzjoni ffirmata mid-direttur tal-korp, flimkien ma' kwalunkwe riserva jew osservazzjoni oħra meqjusa xierqa li titwassal għall-attenzjoni ta' l-awtorità li tagħti l-kwittanza;

Osservazzjonijiet ġenerali tal-Qorti ta' l-Awdituri

19.  Jinnota li l-Qorti sabet (Rapport Annwali, paragrafu 10.29(18)) li l-infiq ta' sussidji mħallsa mill-Kummissjoni mill-baġit Komunitarju mhux ibbażati fuq stimi ġustifikati biżżejjed tal-ħtiġijiet fi flus ta' l-aġenziji u dan, flimkien mal-fondi trasferiti, jwassal li jkollhom bilanċi kbar fi flus; barra minn hekk jinnota r-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-livell ta' sussidji mħallsa lill-aġenziji għandhom ikunu konformi mal-ħtiġijiet veri fi flus;

20.  Jinnota li fl-aħħar tas-sena 2006, 14-il aġenzija kienu għad iridu jimplimentaw is-sistema ta' kontabilità ABAC (Rapport Annwali, nota ta' qiegħ il-paġna tal-paragrafu 10.31);

21.  Jinnota r-rimarka tal-Qorti (Rapport Annwali, paragrafu 1.25) rigward tariffi b'lura konnessi ma vaganzi annwali mhux meħuda u li jiġi kkunsidrati minn xi aġenziji; jenfasizza li l-Qorti ta' l-Awdituri ddistingwiet id-dikjarazzjoni ta' assikurazzjoni tagħha fil-każ ta' tliet aġenziji (Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP), CEPOL u l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea) għas-sena finanzjarja 2006 (2005: CEDEFOP, l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għar-rikostruzzjoni);

Verifika interna

22.  Ifakkar li skond l-Artikolu 185(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-Awditur Intern tal-Kummissjoni huwa wkoll l-awditur intern ta' l-aġenziji regolatorji li jirċievu għotjiet mill-baġit ta' l-UE; jenfasizza li l-Awditur Intern jirraporta lil bord ta' tmexxija u lid-direttur ta' kull aġenzija;

23.  Jiġbed l-attenzjoni lejn ir-riserva mdaħħla fir-Rapport ta' l-Awditur dwar l-Attivitajiet Annwali għall-2006 kif ġej:"

L-Awditur Intern tal-Kummissjoni mhux f'pożizzjoni li jwettaq bis-sħiħ l-obbligu tiegħu taħt l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju bħala awditur intern tal-korpi Komunitarji minħabba nuqqas ta' riżorsi ta' l-istaff

"

24.  Madankollu, jinnota r-rimarka ta' l-Awditur Intern fir-rapport tiegħu ta' attività għall-2006, li mill-2007, b'aktar staff allokat mill-Kummissjoni lis-Servizz ta' l-Awdituri Intern (IAS), kull aġenzija regolatorja li topera se tkun suġġetta għal verifika interna fuq bażi annwali;

25.  Jinnota n-numru li dejjem qed jiżdied ta' aġenziji regolatorji u eżekuttivi u intrapriżi konġunti li jeħtieġ li kunu vverifikati mill-IAS skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju; jitlob lill-Kummissjoni biex tinforma lill-kumitat kompetenti tagħha dwar jekk l-istaff disponibbli għall-IAS hux se jkun biżżejjed biex titwettaq verifika annwali ta' korpi kollha bħal dawn fis-snin li ġejjin;

26.  Josserva li l-Artikolu 72(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 jitlob li kull aġenzija tibgħat lill-awtorità li tagħti l-kwittanza u lill-Kummissjoni, kull sena, rapport imħejji mid-direttu tagħha li jissintetizza n-numru u t-tip ta' verifiki interni li jkunu saru mill-awditur interni, ir-rakkommandazzjonijiet magħmula u l-azzjoni li ttieħdet fuq dawk ir-rakkommandazzjonijiet; jitlob lill-aġenziji biex jindikaw jekk dan hux isir, u jekk iva, il-mod ta' kif isir;

27.  F'dak li jirrigwarda l-kapaċità ta' verifika interna, speċjalment f'dak li rigward l-aġenziji ż-żgħar, jieħu nota ta' proposta magħmula mill-Awditur Intern lill-kumitat kompetenti tal-Parlament fl-14 ta' Settembru 2006, li l-aġenziji ż-żgħar għandu jkunu awtorizzati li jixtru servizzi ta' verifika mis-settur privat;

L-evalwazzjoni ta' l-aġenziji

28.  Ifakkar id-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni(19) nnegozjata waqt il-konċiljazzjoni qabel il-Kunsill tal-Baġit ta' l-ECOFIN tat-13 ta' Lulju 2007 li sejjaħ għal (i) lista ta' aġenziji li l-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tevalwa, u (ii) lista ta' aġenziji diġà evalwati, flimkien ma' sintesi tas-sejbiet prinċipali;

Proċeduri dixxiplinari

29.  Jinnota li, minħabba d-daqs tagħhom, huwa diffiċili għall-aġenziji individwali li jwaqqfu bords dixxiplinari ad hoc magħmula minn staff ta' grad xieraq fil-karriera u li l-IDOC tal-Kummissjoni (Uffiċju għall-Investigazzjoni u d-Dixxipplina) mhux kompetenti għall-aġenziji; jistieden lill-aġenziji biex jikkunsidraw board dixxiplinari ta' bejn l-aġenziji;

Abbozz ta' Ftehim Inter-Istituzzjonali

30.  Iffakkar l-abbozz ta' ftehima interistituzzjonali dwar il-qafas ta' ħidma għall-aġenziji regolatorji Ewropej ippreżentat mill-Kummissjoni (COM(2005)0059), li l-għan tagħha kien li toħloq qafas orizzontali għall-ħolqien, għall-istruttura, għall-operat, u għall-evalwazzjoni u kontroll ta' l-aġenziji regolatorji Ewropej; jinnota li l-abbozz jirrappreżenta inizjattiva utli bil-għan li l-ħolqien u t-tmexxija ta' l-aġenziji jiġu razzjonalizzati; jinnota d-dikjarazzjoni fir-rapport ta' sintesi tal-Kummissjoni ta' l-2006 (paragrafu 3.1 COM(2007)0274) li għalkemm il-progress fin-negozjati waqaf wara l-pubblikazzjoni ta' l-abbozz, id-diskussjonijiet reġgħu nbdew fil-Kunsill fl-aħħar tal-2006; jiddispjaċih li ma kienx possibbli li jsir aktar progress favur l-adozzjoni;

31.  Għalhekk jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tressaq Komunikazzjoni dwar il-futur ta' l-aġenziji regolatorji waqt is-sena 2008;

Agenziji awto-finanzjati

32.  Ifakkar li fil-każ taż-żewġ aġenziji awot-finanzjati, il-bord amministrattiv jagħti l-kwittanza lid-direttur; jinnota li it-tnejn għandhom surplus akkumulat sinifikanti minn dħul trasferit mis-snin ta' qabel;

   L-Uffiċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern, flus u ekwivalenti ta' flus: EUR 281 miljuni;(20)
   L-Uffiċċju Komunitarju għall-Varjetajiet ta' Pjanti, flus u ekwivalenti ta' flus: EUR 18 miljuni(21);

Punti speċifiċi

33.  Jinnota li l-osservazzjoni tal-Qorti fir-rapport tagħha tas-sena 2006, li r-rata tal-fondi trasferiti kienet ta' 33% għal spiża amministrattiva ta' 30% għal spiża għat-tħaddim, fejn kien hemm numru kbir ta' trasferimenti ta' approprazzjonijiet bejn il-linji tal-baġit u f'ħafna każijiet, id-dokumentazzjoni supplimentari ma kienetx dettalljata biżżejjed u b'hekk il-prinċipju baġitarju ta' l-ispeċifikazzjoni ma kienx osservat kif xieraq;

34.  Barra minn hekk jinnota s-sejbien tal-Qorti li r-regoli dwar l-akkwist ma kienux osservati kif xieraq, u li ma ġiex stabbilit reġistru ta' l-assi fissi, li jinkludi l-assi u l-valur tagħhom, u lanqas ġie użat fis-sorveljanza tal-propjeta ta' l-Eurojust; jistieden lill-Eurojust biex jimplimenta regoli stretti dwar l-akkwist, b'mod partikulari f'dak li jirrigwarda l-kuntratti ta' qafas;

35.  Jinnota, mill-kontijiet u r-rapport dwar il-baġit u l-immaniġġjar finanzjarju:

   · surplus akkumulat ta' EUR 3.3 miljuni għal totatl tal-karta tal-bilanċ ta' EUR 7.3 miljuni;
   · reviżjoni tat-tariffa ta' kiri mħallsa mill-Eurojust għall-fond tagħha li rriżulta fl-irkupru ta' EUR 952 403 għall-perjodu 2003 sa l-2005;
   · responsabilità kontinġenti għal ammont stimat ta' EUR 388 297 fir-rigward ta' kawżi kontenzjużi quddiem it-Tribunal tas-Servizz Ċivili;
   · dikjarazzjoni li l-Eurojust adotta ċirkuwitu finanzjarju ċentralizzat u li l-"Linji gwida dwar iċ-Ċirkuwiti Finanzjarji u l-isseparar tad-dmirijiet fil-Eurojust" tqassmu lill-partijiet interessati kollha sabiex ikunu konxji mir-responsabilitajiet tagħhom, flimkien ma' l-introduzzjoni ta' listi ta' verifikar u kontrolli regolari ex-post;

36.  Madankollu, jinsab imħasseb dwar ir-referenza fil-kontijiet li transazzjonijiet anqas minn EUR 1000, jiġu vverifikati minn uffiċċjal li jawtorizza, u dan kontra l-prinċipju tas-separazzjoni tad-dmirijiet;

37.  Jesprimi tħassib dwar ċertu dikjarazzjonijiet fir-rapport annwali ta' l-Eurojust li għandhom influwenza sinifikanti fuq il-ġlieda kontra l-frodi:

   · Il-Eurojust għadu ma jħossx li l-kapaċità tiegħu li jiffaċċja x-xogħol relatat mal-każijiet qed tkun sfruttata kemm jista' jkun;
   · matul l-2006 kien għad hemm ħafna opportunitajiet sabiex ir-relazzjoni ta' l-Eurojust ma' l-OLAF tkun żviluppata, inkluż permezz ta' ftehima formali ta' koperazzjoni;
   · id-diżappunt ta' l-Eurojust minħabba li ma deherx possibbli li l-Eurojust u l-Europol ikunu allokat flimkien fil-fond ġdid propost f'The Hague, u b'hekk intilfet opportunità għat-tnejn li huma li jiffrankaw l-ispejjeż u jkollhom kapaċità ta' sinerġiji li jkunu disponibbli għall-Istati Membri billi titejjeb l-effettività taż-żewġ organizzazzjonijiet billi jitpoġġew fl-istess sit;

38.  Jinnota li kien hemm ftehim dwar ir-regolament finanzjarju tal-Eurojust mal-Kummissjoni f'Marzu 2006 u adottat mill-Kulleġġ fl-20 ta' April 2006;

39.  Jinnota li huwa mistenni li l-Eurojust jimla' l-pożizzjoni ta' awditur intern fl-ewwel nofs tas-sena 2008.

(1) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 57.
(2) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 111.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar peremzz tar-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (OJ L 343, 27.12.2007, p. 9).
(4) ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1. Deċiżjoni kif emendata bid-deċiżjoni 2003/659/ĠAI (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 44).
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 57.
(7) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 111.
(8) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar peremzz tar-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (OJ L 343, 27.12.2007, p. 9).
(9) ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1. Deċiżjoni kif emendata bid-deċiżjoni 2003/659/ĠAI (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 44).
(10) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(11) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 57.
(12) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 111.
(13) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar peremzz tar-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (OJ L 343, 27.12.2007, p. 9).
(14) ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1. Deċiżjoni kif emendata bid-deċiżjoni 2003/659/ĠAI (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 44).
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) ĠU L 187, 15.7.2008, p. 135.
(17) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li fiha l-kummenti ppreżentati mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza lid-Direttur Amministrattiv ta' l-Eurojust rigward l-implipentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2003 (ĠU L 196, 27.7.2005, p. 108).
(18) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(19) Dokument tal-Kunsill DS 605/1/07 Rev. 1
(20) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p. 141).
(21) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p. 135).


Il-kwittanza ta' l-2006: Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija
PDF 428kWORD 99k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0388/2007 – 2007/2063(DEC))
P6_TA(2008)0160A6-0121/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2006(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet tal-Kulleġġ(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠIA ta' l-20 ta' Settembru 2005 li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) u li tħassar id-Deċiżjoni 2000/820/ĠIA(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0121/2008),

1.  Jagħti kwittanza lid-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija fir-rigward ta" l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ għas-sena finanzjarja 2006;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha lid-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta" l-Awdituri, u sabiex jagħmel l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea (Serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0388/2007 – 2007/2063(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2006(6),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet tal-Kulleġġ(7),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠIA ta' l-20 ta' Settembru 2005 li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) u li tħassar id-Deċiżjoni 2000/820/ĠIA(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0121/2008),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2006;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u sabiex jagħmel l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0388/2007 – 2007/2063(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2006(11),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet tal-Kulleġġ(12),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠIA ta' l-20 ta' Settembru 2005 li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) u li tħassar id-Deċiżjoni 2000/820/ĠIA(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(15), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0121/2008),

A.   billi l-Qorti ta" l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2006 huma ta" min joqgħod fuqhom, u li t-tranżazzjonijiet bażiċi, ħlief riserva li saret fuq punt wieħed, huma legali u regolari,

B.   billi l-2006 kienet l-ewwel sena finanzjarja li fiha l-Kulleġġ kien responsabbli biex jamministra l-baġit tiegħu stess bħala aġenzija ta' l-UE,

Punti ġenerali li jikkonċernaw il-kwistjonijiet orizzontali li jaffettwaw lill-aġenziji ta" l-UE u li b'hekk jafettwaw ukoll il-proċedura ta" kwittanza għal kull waħda mill-aġenziji individwali

1.  Jinnota li l-baġits ta" l-24 aġenzija u ta" korpi satelliti oħrajn li saritilhom il-verifika mill-Qorti ta" l-Awdituri kienu jammontaw għal EUR 1 080,5 miljun fl-2006 (l-akbar baġit kien ta" l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni li kien jammonta għal EUR 271 miljun u l-iżgħar baġit kien tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) li kien jammonta għal EUR 5 miljun);

2.  Jenfasizza l-fatt li l-firxa ta" korpi esterni ta" l-UE li huma suġġetti għal verifika u għal kwittanza issa tinkludi mhux biss aġenziji regolatorji tradizzjonali iżda wkoll aġenziji eżekuttivi li ġew stabbiliti sabiex jimplimentaw programmi speċifiċi, u fil-futur qrib se testendi wkoll għal intrapriżi konġunti li ġew stabbiliti bħala ftehimiet ta' sħubija pubbliċi-privati (inizjattivi teknoloġiċi konġunti);

3.  Josserva fir-rigward tal-Parlament li l-għadd ta" aġenziji suġġetti għall-proċedura ta" kwittanza evolva kif ġej: sena finanzjarja 2000: 8; 2001: 10; 2002: 11; 2003: 14; 2004: 14; 2005: 16; 2006: 20 aġenzija regolatorja u 2 aġenziji eżekuttivi (m'humiex inklużi 2 aġenziji li jiġu vverifikati mill-Qorti ta' l-Awdituri iżda li huma suġġetti għal proċess ta" kwittanza intern);

4.  Jikkonkludi, għaldaqstant, li l-proċess ta" verifika / kwittanza sar ineffiċjenti u sproporzjonat meta mqabbel mad-daqs relattiv tal-baġits ta" l-aġenziji / tal-korpi satelliti; jagħti istruzzjonijiet lill-kumitat kompetenti tiegħu sabiex jagħmel reviżjoni fuq firxa wiesgħa tal-proċess ta" kwittanza fir-rigward ta" aġenziji u korpi satelliti bil-għan li jitfassal metodu iktar sempliċi u razzjonali, filwaqt li jżomm f'moħħu l-għadd dejjem ikbar ta" korpi li kull wieħed minnhom jesiġi rapport ta" kwittanza separat fis-snin li ġejjin;

Kunsiderazzjonijiet fundamentali

5.  Jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi spjegazzjonijiet ċari fir-rigward ta" l-elementi li ġejjin qabel il-ħolqien ta" aġenzija ġdida jew qabel ir-riforma ta" aġenzija eżistenti: it-tip ta" aġenzija, l-għanijiet ta" l-aġenzija, l-istruttura ta" governanza interna, il-prodotti, is-servizzi, il-proċeduri ewlenin, il-grupp fil-mira, il-klijenti u l-partijiet interessati ta" l-aġenzija, ir-relazzjoni formali ma" l-atturi esterni, ir-responsabilità baġitarja, l-ippjanar finanzjarju, u l-istaff u l-politika dwar l-istaff;

6.  Jitlob li kull aġenzija tkun irregolata minn ftehima annwali rigward ir-rendiment li tkun ifformulata mill-aġenzija u mid-DĠ responsabbli u li għandha tinkludi l-għanijiet ewlenin għas-sena li tkun ġejja, qafas finanzjarju u indikaturi ċari għall-kejl tar-rendiment;

7.  Jitlob li r-rendiment ta" l-aġenziji jiġi vverifikat b'mod regolari (u fuq bażi ad hoc) mill-Qorti ta" l-Awdituri jew awditur indipendenti ieħor; iqis li din il-verifika m'għandhiex tkun limitata għal elementi tradizzjonali ta" ġestjoni finanzjarja u għall-użu kif suppost tal-fondi pubbliċi, iżda għandha tkopri wkoll l-effiċjenza u l-effikaċja amministrattiva u għandha tinkludi klassifikazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja ta" kull aġenzija;

8.  Jargumenta li fil-każ ta" aġenziji li qegħdin kontinwament jistmaw li l-ħtiġijiet baġitarji rispettivi tagħhom huma ogħla milli fil-fatt huma, għandu jkun hemm tnaqqis tekniku skond il-postijiet vakanti; huwa ta" l-opinjoni li dan għandu jwassal, f'perjodu fit-tul, għal inqas dħul assenjat għall-aġenziji u għalhekk inaqqas ukoll l-ispejjeż amministrattivi;

9.  Jinnota li hija problema serja li għadd ta' aġenziji jiġu kkritikati minħabba li ma jsegwux ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku, ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolamenti ta' l-Istaff eċċ.; jikkunsidra li r-raġuni ewlenija għal dan hija li ħafna mir-regolamenti u r-Regolament Finanzjarju huma mfassla għal istituzzjonijiet akbar u li ħafna mill-aġenziji ż-żgħar m'ghandhomx il-kapaċità mixtieqa biex jaqdu ikunu kapaċi jlaħħqu ma" dawn ir-rekwiżiti regolatorji; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni sabiex issib soluzzjoni malajr kemm jista" jkun, sabiex titjieb l-effiċjenza billi l-funzjonijiet amministrattivi ta" diversi aġenziji jingħaqdu flimkien, sabiex tinkiseb din is-saħħa (billi wieħed jikkunsidra t-tibdiliet meħtieġa fir-Regolamenti bażiċi li jirregolaw lill-aġenziji u l-indipendenza baġitarja tagħhom), jew sabiex toħloq b'urġenza abbozz ta" regoli speċifiċi għall-aġenziji (b'mod partikolari regoli ta' implimentazzjoni għall-aġenziji) li jippermettulhom li jkunu konformi b'mod sħiħ;

10.  Jinsisti li l-Kummissjoni, meta tkun qed tfassal l-Abbozz Preliminari tal-Baġit, tqis ir-riżultati ta' l-implimentazzjoni tal-baġit mill-aġenziji individwali fis-snin ta' qabel, b'mod partikolari għas-sena n-1, u tirrevedi l-baġit rikjest mill-aġenzija partikulari kif meħtieġ; jistieden lill-Kumitat kompetenti tiegħu sabiex jirrispetta din ir-reviżjoni u, jekk ma jkunx diġà ġie rivedut mill-Kummissjoni, jirrevedi huwa stess il-baġit imsemmi għal livell realistiku li jaqbel mal-kapaċità ta" assorbiment u implimentazzjoni ta" l-aġenzija kkonċernata;

11.  Ifakkar fid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2005, fejn huwa stieden lill-Kummissjoni sabiex kull ħames snin tippreżenta studju dwar il-valur miżjud ta" kull aġenzija li teżisti; f'każ ta" evalwazzjoni negattiva tal-valur miżjud ta" aġenzija, jistieden lill-istituzzjonijiet rilevanti kollha sabiex jieħdu l-passi meħtieġa, billi jifformulaw mill-ġdid il-mandat ta" dik l-aġenzija jew billi jagħlquha; jinnota li ma saret l-ebda evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni fl-2007; jinsisti li l-Kummissjoni għandha tippreżenta, ta" l-inqas 5 evalwazzjonijiet bħal dawn qabel id-deċiżjoni dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2007, billi tibda mill-iżjed aġenziji antiki;

12.  Huwa ta" l-opinjoni li r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti ta" l-Awdituri għandhom jiġu implimentati minnufih, u li l-livell tas-sussidji mħallsa lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-ħtiġijiet attwali tagħhom għal dak li għandu x'jaqsam mal-likwidità; barra minn hekk jikkunsidra li l-emendi tar-Regolament Finanzjarju ġenerali għandhom jiġu miżjuda fir-Regolament finanzjarju tal-qafas ta" l-aġenziji u fid-diversi regolamenti finanzjarji speċifiċi tagħhom;

13.  Hu mħasseb li numru sinifikanti ta' staff huma impjegati fuq bażi temporanja b'mod li jista' jdgħajjef il-kwalità ta' xogħolhom; għalhekk, jitlob lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni tar-Regolamenti ta' l-Istaff mill-aġenziji;

Il-preżentazzjoni tad-data ta' rappurtaġġ

14.  Jinnota li m'hemm ebda metodu standard fost l-aġenziji dwar il-preżentazzjoni ta" l-attivitajiet tagħhom matul is-sena finanzjarja kkonċernata u tal-kontijiet tagħhom u tar-rapporti dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja, u lanqas dwar il-kwistjoni jekk għandhiex titfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni mid-direttur ta" l-aġenzija; josserva li mhux l-aġenziji kollha jiddistingwu b'mod ċar bejn (a) il-preżentazzjoni tax-xogħol ta" l-aġenzija lill-pubbliku u (b) ir-rappurtar tekniku dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja;

15.  Jinnota li filwaqt li l-istruzzjonijiet fis-seħħ tal-Kummissjoni għall-preparazzjoni tar-rapporti ta" l-attivitajiet ma jesiġux b'mod espliċitu li l-aġenzija tfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni, bosta diretturi, minkejja dan, xorta waħda għamlu dan għall-2006, filwaqt li f'każ wieħed minnhom kienet inkluża riserva importanti;

16.  Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta" April 2005(16), li jistieden lid-Diretturi ta" l-Aġenziji sabiex minn issa "l quddiem ir-rapport ta" l-attivitajiet annwali tagħhom, li jiġi ppreżentat flimkien mat-tagħrif finanzjarju u tal-ġestjoni, irid ikollu miegħu dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni li tikkonċerna l-legalità u r-regolarità ta" l-operazzjonijiet, simili għad-dikjarazzjonijiet li jiġu ffirmati mid-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;

17.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex temenda l-istruzzjonijiet fis-seħħ tagħha lill-aġenziji skond dak li ntqal hawn fuq;

18.  Barra minn hekk, jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha taħdem ma" l-aġenziji biex jinħoloq mudell armonizzat li japplika għall-aġenziji u għall-korpi satelliti kollha li jiddistingwi b'mod ċar bejn

   - rapport annwali maħsub għall-qarrejja ġenerali dwar l-operazzjonijiet, ix-xogħol u l-kisbiet;
   - dikjarazzjonijiet finanzjarji u rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit;
   - rapport ta' l-attivitajiet li jkun simili għar-rapporti ta' l-attivitajiet tad-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;
   - dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni ffirmata mid-direttur tal-korp, flimkien ma" kull riserva jew osservazzjoni oħra li huwa jqis xieraq li jwassal għall-attenzjoni ta" l-awtorità tal-kwittanza;

Konklużjonijiet ġenerali tal-Qorti ta" l-Awdituri

19.  Jinnota dak li sabet il-Qorti (Rapport Annwali, paragrafu 10.29(17)) li l-iżburżar ta" sussidji li jitħallsu mill-Kummissjoni mill-baġit tal-Komunità m'huwiex ibbażat fuq stimi ġġustifikati biżżejjed tar-rekwiżiti ta" likwidità ta" l-aġenziji, u li dan, flimkien mad-daqs tat-trasferimenti għas-sena ta' wara, iwassal sabiex ikollhom bilanċi ta" kreditu kbar mhux ħażin; jinnota wkoll ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-livell ta" sussidji li jitħallsu lill-aġenziji għandu jkun konformi mal-bżonnijiet reali tagħhom għal dak li jirrigwardja l-likwidità;

20.  Jinnota li fi tmiem l-2006, 14-il aġenzija kienu għad iridu jimplimentaw is-sistema tal-kontijiet ABAC (Rapport Annwali, in-nota f'qiegħ il-paġna għall-paragrafu 10.31);

21.  Jinnota l-kumment tal-Qorti (Rapport Annwali, paragrafu 1.25) dwar spejjeż akkumulati minħabba liv li ma tteħidx li huma responsabbli għalihom uħud mill-aġenziji; jirrimarka li l-Qorti ta" l-Awdituri kkwalifikat id-dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni tagħha fil-każ ta" tliet aġenziji (iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP), CEPOL u l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2006 (2005: CEDEFOP, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza fl-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni);

Verifika interna

22.  Ifakkar li f'konformità ma" l-Artikolu 185(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-Awditur Intern tal-Kummissjoni huwa wkoll l-awditur intern ta" l-aġenziji regolatorji li jingħataw għotjiet mill-baġit ta" l-UE; jirrimarka li l-Awditur Intern jirrapporta lill-bord ta" tmexxija u lid-direttur ta" kull aġenzija;

23.  Jiġbed l-attenzjoni għar-riserva li tniżżlet fir-Rapport ta" l-Attivitajiet Annwali ta" l-Awditur Intern għall-2006 kif ġej:"

L-Awditur Intern tal-Kummissjoni m'huwiex f'pożizzjoni li jissodisfa kif suppost l-obbligu tiegħu skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju bħala awditur intern tal-korpi tal-Komunità minħabba nuqqas ta" riżorsi ta" staff.

"

24.  Jinnota, madankollu, il-kumment ta" l-Awditur Intern fir-rapport ta" l-attivitajiet tiegħu għall-2006 li mill-2007, bis-saħħa tar-riżorsi ta" l-istaff addizzjonali mogħtija mill-Kummissjoni lis-Servizz ta" Verifika Interna (IAS), l-aġenziji regolatorji operattivi kollha se jkunu suġġetti għal xogħol ta" verifika interna fuq bażi annwali;

25.  Jinnota l-għadd li kulma jmur qiegħed jikber ta" aġenziji regolatorji u eżekuttivi u ta" intrapriżi konġunti li jeħtieġ li ssirilhom verifika mill-IAS skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinforma lill-kumitat kompetenti tagħha dwar jekk ir-riżorsi ta" l-istaff għad-dispożizzjoni ta' l-IAS humiex se jkunu biżżejjed sabiex issir verifika annwali ta" dawn il-korpi kollha fis-snin li ġejjin;

26.  Josserva li l-Artikolu 72(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 jeżiġi li kull aġenzija tibgħat kull sena lill-awtorità tal-kwittanza u lill-Kummissjoni rapport li jkun imħejji mid-direttur tagħha u li jiġbor fih l-għadd u t-tip ta" verifiki interni li saru mill-awditur intern, ir-rakkomandazzjonijiet li saru u l-azzjoni li ttieħdet dwar dawn ir-rakkomandazzjonijiet; jitlob lill-aġenziji sabiex jindikaw jekk dan huwiex qiegħed isir u, jekk inhu hekk, kif qiegħed isir;

27.  Jieħu nota, fir-rigward tal-kapaċità tal-verifika interna, l-iktar b'rabta ma" l-aġenziji li huma iżgħar, ta" proposta li saret mill-Awditur Intern quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament nhar l-14 ta" Settembru 2006 li aġenziji li huma iżgħar għandhom ikunu awtorizzati jixtru servizzi ta" verifika interna mis-settur privat;

L-evalwazzjoni ta" l-aġenziji

28.  Ifakkar fl-istqarrija konġunta mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni(18) li ġiet innegozjata fil-konċiljazzjoni quddiem il-Kunsill tal-baġit ta' l-ECOFIN tat-13 ta" Lulju 2007 li titlob (i) lista ta" aġenziji li l-Kummissjoni bi ħsiebha tevalwa, u (ii) lista ta" aġenziji li diġà ġew evalwati, flimkien ma" sinteżi tar-riżultati prinċipali;

Proċeduri dixxiplinari

29.  Jinnota li, minħabba d-daqs tagħhom, aġenziji individwali jsibu diffikultà biex jistabbilixxu bordijiet ta' dixxiplina ad hoc minn fost staff li huwa ta" grad xieraq fil-karriera u li l-IDOC (l-Uffiċċju ta" l-Investigazzjoni u Dixxiplina) tal-Kummissjoni m'huwiex responsabbli għall-aġenziji; jistieden lill-aġenziji sabiex iqisu bord ta' dixxiplina komuni;

Abbozz ta" ftehima interistituzzjonali

30.  Ifakkar l-abbozz ta' ftehim Inter-istituzzjonali dwar il-ħolqien ta' qafas operattiv għall-aġenziji regolatorji Ewropej ippreżentat mill-Kummissjoni (COM(2005)0059), li kien maħsub li joħloq qafas orizzontali għall-ħolqien, l-istruttura, it-tħaddim, l-evalwazzjoni u l-kontroll ta" l-aġenziji regolatorji Ewropej; jinnota li l-abbozz jirrappreżenta inizjattiva utli bħala sforz sabiex ikunu rrazzjonalizzati l-ħolqien u l-immaniġġjar ta" l-aġenziji; jinnota l-istqarrija fir-rapport ta" sintesi 2006 tal-Kummissjoni (il-paragrafu 3.1, COM(2007)0274) li għalkemm ma sarx progress fin-negozjati wara l-pubblikazzjoni ta' l-abbozz, tniedew mill-ġdid diskussjonijiet dwar sustanza fil-Kunsill fi tmiem l-2006; jiddispjaċih li ma kienx possibbli li jsir iktar progress lejn l-adozzjoni;

31.  Jilqa" b'sodisfazzjon għaldaqstant, l-impenn tal-Kummissjoni li tressaq Komunikazzjoni dwar il-ġejjieni ta" l-aġenziji regolatorji matul l-2008;

Aġenziji ffinanzjati minnhom infushom

32.  Ifakkar li għaż-żewġ aġenziji li jiffinanzjaw lilhom infushom, id-direttur jingħata l-kwittanza mill-bord amministrattiv; jinnota li t-tnejn li huma għandhom eċċessi akkumulati sinifikanti minn dħul minn tariffi li jkunu ġew trasferiti minn ċifri tas-snin preċedenti:

   Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern: flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 281 miljun;(19)
   Uffiċċju tal-Komunità għall-Varjetajiet ta" Pjanti: flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 18-il miljun(20);

Punti speċifiċi

33.  Jinnota li l-Qorti ta' l-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-Kulleġġ, ikkwalifikat id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi minħabba li s-sistema ta' l-akkwisti ma kienitx konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju, ma kien hemm ebda dokumentazzjoni li kienet disponibbli biex tiġġustifika l-bżonn li jinxtraw oġġetti partikolari jew biex tispjega għalfejn intuża fornitur partikolari, u li kien hemm kwistjoni simili b'rabta ma' l-ispejjeż ta' ġarr għall-istaff, li ma ġewx ittrattati skond proċeduri standard ta' akkwist fir-rigward ta' xiri ta' oġġetti u servizzi;

34.  Jisgħobbih dwar il-konklużjoni l-oħra tal-Qorti li fl-2006 l-Kulleġġ ma stabbilixxiex is-sistemi u l-proċeduri meħtieġa li jagħmluha possibbli li jkun jista' jipprepara rapport finanzjarju f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju ta' qafas applikabbli għall-Aġenziji;

35.  Jistieden lill-Kulleġġ biex jadotta regoli implimentattivi dettaljati, inklużi dawk li jiżguraw it-trasparenza tal-proċeduri ta' l-akkwist tiegħu, f'konformità mar-Regolament Finanzjarju;

36.  Jenfasizza r-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-introduzzjoni ta' l-approprjazzjonijiet għall-impenji ttejjeb il-kontroll fuq l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ u tiżgura li kwalunkwe approprjazzjonijet li ma jkunux intużaw f'għeluq is-sena finanzjarja jkunu jistgħu jiġu ttrasferiti taħt kundizzjonijiet definiti strettament f'konformità mar-Regolament Finanzjarju;

37.  Jesprimi tħassib dwar il-konklużjoni tal-Qorti li fir-rigward tal-korsijiet u s-seminars (EUR 1 296 636 fl-2006), ma kien hemm ebda preżentazzjoni u approvazzjoni formali ta' l-istimi ta' l-ispejjeż qabel ma dawn seħħew, u b'hekk l-approprjazzjonijiet baġitarji ma intużawx f'konformità mal-prinċipju ta' l-amministrazzjoni finanzjarja tajba;

38.  Ifakkar li għalkemm il-Kulleġġ twaqqaf fl-2001, kien biss fl-2006 li beda jopera bħala aġenzija ta' l-UE;

39.  Jieħu nota ta' kummenti fit-test li jakkumpanja r-rendikontijiet finanzjarji tal-Kulleġġ li

   · ma kienx possibbli li jiġu osservati ċerti rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju tal-Kulleġġ, minħabba li s-sistemi qegħdin jiġu stabbiliti bħalissa;
   · fl-ewwel sena tiegħu bħala aġenzija ta' l-UE, il-Kulleġġ esperjenza xi dewmien fir-reklutaġġ li rriżulta f'under-run ta' EUR 600 000 kontra approprjazzjonijiet ta' EUR 2.1 miljun (30%);

40.  Jinnota, mir-rapport annwali tal-Kulleġġ, li għalkemm issa huwa aġenzija ta' l-UE, xorta għad għandu karatteristiċi ta' korp intergovernattiv (pereżempju l-presidenza fuq bażi ta' rotazzjoni tal-bord ta' tmexxija);

41.  Jistieden lill-Kulleġġ sabiex jiżgura mingħajr dewmien, u mhux aktar tard minn Ġunju 2008, li l-ġestjoni finanzjarja tiegħu tosserva b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju;

42.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ.

(1) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 52.
(2) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 105.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(4) ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 52.
(7) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 105.
(8) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(9) ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63.
(10) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(11) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 52.
(12) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 105.
(13) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(14) ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63.
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) Ir-riżoluzzjonijiet kollha dwar l-Aġenziji kienu ppubblikati fil-ĠU L 196, 27.7.2005.
(17) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(18) Dokument tal-Kunsill DS 605/1/07 Rev1.
(19) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p. 141).
(20) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p. 135).


Il-kwittanza ta' l-2006: Is-sitt, Seba', Tmien u Disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2006
PDF 359kWORD 141k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tas-sitt, tas-seba', tat-tmien u tad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2006 (COM(2007)0458 – C6-0118/2007 – 2007/2064(DEC))
P6_TA(2008)0161A6-0106/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu tad-deċiżjonijiet ta" kwittanza ta" l-2005 (COM(2007)0538 u l-anness tiegħu SEC(2007)1185),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet ta" dħul u nfiq għas-Sitt, is-Seba", it-Tmien u d-Disa" Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2006 (COM(2007)0458 – C6-0118/2007)(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ġestjoni finanzjarja tas-Sitt, is-Seba", it-Tmien u d-Disa" Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena 2006 (COM(2007)0240),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mis-Sitt, is-Seba", it-Tmien u d-Disa' Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ivverifikati tal-Kummissjoni(2),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar il-kredibiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi pprovduta mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(3),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (16744/2007 - C6-0078/2008, 16745/2007 - C6-0079/2008, 16746/2007 - C6-0080/2008, 16748/2007 - C6-0081/2008),

–   wara li kkunsidra r-Rapport ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta" Ġunju 2000(4) u rivedut fil-Lussembrugu fil-25 ta" Ġunju 2005(5),

–   wara li kkunsidra d-Deċizjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta" Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni ta" l-istati u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea (id-'Deċiżjoni ta" Assoċjazzjoni dwar lil hinn mill-baħar')(6), emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/249/KE tad-19 ta" Marzu 2007(7),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intern ta" l-20 ta" Diċembru 1995, bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta" l-Istati Membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni ta" l-għajnuna Komunitarja skond it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-Raba" Konvenzjoni ACP-KE(8),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehim Intern tat-18 ta" Settembru 2000, bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta" l-Istati Membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni ta" l-għajnuna Komunitarja skond il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta" Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmat f'Cotonou (Benin) fit-23 ta" Ġunju 2000, u l-allokazzjoni ta" l-assistenza finanzjarja lill-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat KE(9),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta" Ġunju 1998 li japplika għall-koperazzjoni finanzjarja ta" żvilupp skond ir-raba" Konvenzjoni ACP-KE(10),

–   wara li kkkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta" Marzu 2003 li japplika għad-Disa" Fond Ewropew għall-Iżvilupp(11),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 70 u 71, it-tielet inċiż tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu, u l-Anness V tagħhom,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0106/2008),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit tas-Sitt, is-Seba", it-Tmien u d-Disa" Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2006;

2.  Jistipula l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni hawn isfel;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti ta' l-Awdituri u lill-Bank Ewropew għall-Investiment, u biex jagħmel arranġamenti biex jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar l-għeluq tal-kontijiet tas-Sitt, is-Seba', it-Tmien u d-Disa' Fondi Ewropej ta' Żvilupp għas-sena finanzjarja 2006 (COM(2007)0458– C6-0118/2007 – 2007/2064(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu tad-deċiżjonijiet ta" kwittanza ta" l-2005 (COM(2007)0538 u l-anness tiegħu SEC(2007)1185),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet ta" l-infiq għas-Sitt, is-Seba", it-Tmien u d-Disa" Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2006 (COM(2007)0458 – C6-0118/2007)(12),

–   wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ġestjoni finanzjarja tas-Sitt, is-Seba", it-Tmien u d-Disa" Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena 2006 (COM(2007)0240),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mis-Sitt, is-Seba", it-Tmien u d-Disa' Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ivverifikati tal-Kummissjoni(13),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar il-kredibiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi pprovduta mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat tal-KE(14),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (16744/2007 - C6-0078/2008, 16745/2007 - C6-0079/2008, 16746/2007 - C6-0080/2008, 16748/2007 - C6-0081/2008),

–   wara li kkunsidra r-Rapport ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta" Ġunju 2000(15) u rivedut fil-Lussembrugu fil-25 ta" Ġunju 2005(16),

–   wara li kkunsidra d-Deċizjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta" Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni ta" l-istati u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea (id-'Deċiżjoni ta" Assoċjazzjoni dwar lil hinn mill-baħar')(17), emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/249/KE tad-19 ta" Marzu 2007(18),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intern ta" l-20 ta" Diċembru 1995, bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta" l-Istati Membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni ta" l-għajnuna Komunitarja skond it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-Raba" Konvenzjoni ACP-KE(19),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehim Intern tat-18 ta" Settembru 2000, bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta" l-Istati Membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni ta" l-għajnuna Komunitarja skond il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta" Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmat f'Cotonou (Benin) fit-23 ta" Ġunju 2000, u l-allokazzjoni ta" l-assistenza finanzjarja lill-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat KE(20),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta" Ġunju 1998 li japplika għall-koperazzjoni finanzjarja ta" żvilupp skond ir-raba" Konvenzjoni ACP-KE(21),

–   wara li kkkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta" Marzu 2003 li japplika għad-Disa" Fond Ewropew għall-Iżvilupp(22),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 70 u 71, it-tielet inċiż tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu, u l-Anness V tagħhom,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0106/2008),

1.  Jinnota l-kontijiet annwali finali tas-Sitt, is-Seba", it-Tmien u d-Disa" Fondi Ewropej għall-Iżvilupp kif jidhru fit-tabella 1 tar-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tas-Sitt, is-Seba", it-Tmien u d-Disa" Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2006;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti ta" l-Awdituri u lill-Bank Ewropew għall-Investiment, u biex jagħmel arranġamenti biex tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tas-Sitt, is-Seba", it-Tmien u d-Disa" Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2006 (COM(2007)0458– C6-0118/2007 – 2007/2064(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu tad-deċiżjonijiet ta" kwittanza ta" l-2005 (COM(2007)0538 u l-anness tiegħu SEC(2007)1185),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet tad-dħul u ta" l-infiq għas-Sitt, is-Seba", it-Tmien u d-Disa" Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2006 (COM(2007)0458 – C6-0118/2007)(23),

–   wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ġestjoni finanzjarja tas-Sitt, is-Seba", it-Tmien u d-Disa" Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena 2006 (COM(2007)0240),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mis-Sitt, is-Seba", it-Tmien u d-Disa' Fondi Ewropej għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ivverifikati tal-Kummissjoni(24),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar il-kredibiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi pprovduta mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat tal-KE(25),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (16744/2007 - C6-0078/2008, 16745/2007 - C6-0079/2008, 16746/2007 - C6-0080/2008, 16748/2007 - C6-0081/2008),

–   wara li kkunsidra r-Rapport ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta" Ġunju 2000(26) u rivedut fil-Lussembrugu fil-25 ta" Ġunju 2005(27),

–   wara li kkunsidra d-Deċizjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta" Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni ta" l-istati u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea (id-'Deċiżjoni ta" Assoċjazzjoni dwar lil hinn mill-baħar')(28), emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/249/KE tad-19 ta" Marzu 2007(29),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehim Intern ta" l-20 ta" Diċembru 1995, bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta" l-Istati Membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni ta" l-għajnuna Komunitarja skond it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-Raba" Konvenzjoni ACP-KE(30),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehim Intern tat-18 ta" Settembru 2000, bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta" l-Istati Membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni ta" l-għajnuna Komunitarja skond il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta" Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ffirmat f'Cotonou (Benin) fit-23 ta" Ġunju 2000, u l-allokazzjoni ta" l-assistenza finanzjarja lill-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat KE(31),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta" Ġunju 1998 li japplika għall-koperazzjoni finanzjarja ta" żvilupp skond ir-raba" Konvenzjoni ACP-KE(32),

–   wara li kkkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta" Marzu 2003 li japplika għad-Disa" Fond Ewropew għall-Iżvilupp(33),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 70 u 71, it-tielet inċiż tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu, u l-Anness V tagħhom,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0106/2008),

A.   billi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF) huwa l-iktar strument finanzjarju importanti ta" l-Unjoni Ewropea għall-koperazzjoni fil-qasam ta" l-iżvilupp ma" l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku;

B.   billi l-ammont totali ta" l-għajnuna li tgħaddi mill-EDF ser tiżdied b'mod konsiderevoli fis-snin li ġejjin, hekk kif l-ammont ta' għajnuna skond l-Għaxar EDF għall-perjodu mill-2008 sa l-2013 ġie stabbilit bħala EUR 22 682 miljun, meta mqabbel mat-EUR 13 800 miljun taħt id-Disa" EDF għall-perjodu mill-2000 sa l-2007;

C.   billi, minkejja t-talba ripetuta tal-Parlament li l-EDFs jiġu bbaġitjati, l-EDFs attwalment ma jaqgħux taħt il-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea u r-Regolament Finanzjarju ġenerali, iżda jiġu implimentati skond regoli finanzjarji speċifiċi,

Id-dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni
Il-kontijiet huma affidabbli

1.  Jinnota li, ħlief għall-problemi relatati ma" dan li ġej, il-Qorti Ewropea ta" l-Awdituri (ECA) hija tal-fehma li l-kontijiet jirriflettu b'mod affidabbli d-dħul u l-infiq relatat mas-Sitt, is-Seba', it-Tmien u d-Disa' EDF:

   a) il-Kummissjoni ma wrietx il-validità ta" l-ipotesijiet użati għall-istima tad-dispożizzjoni dwar irċevuti li għad iridu jaslu,
   b) dikjarazzjoni esaġerata ta" l-ammont ta" garanziji żvelati fin-noti tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji;

It-tranżazzjonijiet bażiċi huma legali u regolari ħlief għal eċċezzjoni waħda

2.  Jinnota li, ħlief għal żbalji li jaffettwaw it-tranżazzjonijiet bażiċi awtorizzati mid-delegazzjonijiet, l-ECA hi tal-fehma li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati d-dħul, l-allokazzjonijiet, l-impenji u l-pagamenti għas-sena finanzjarja huma, komplessivament, legali u regolari;

3.  Jinnota li l-istqarrija ta" l-ECA li l-verifika tagħha tal-pagamenti awtorizzati mid-delegazzjonijiet urew inċidenza materjali ta" żbalji; jinnota li l-Kummissjoni ma taqbilx mal-konklużjoni ta' l-ECA; jinnota li l-Kummissjoni tissuġġerixxi li tiġi applikata metodoloġija differenti biex tiġi kkalkulata r-rata ta" żball u li tikkunsidra li l-livell ta" l-iżball m'huwiex materjalment sinifikanti;

4.  Josserva li, madankollu, l-ECA u l-Kummissjoni jaqblu li l-biċċa l-kbira ta' l-iżbalji misjuba huma riżultat ta" kontrolli mhux adegwati min-naħa tas-superviżuri tal-proġett jew mill-awdituri li ma jagħmlux parti mill-istaff tad-delegazzjonijiet, iżda li għandhom kuntratti mal-Kummissjoni;

5.  Jilqa" b'sodisfazzjoni il-fatt li, fir-rigward ta' ditti ta" verifika li jwettqu l-verifiki ta" operazzjonijiet li jinvolvu għajnuna esterna, l-Uffiċċju ta" Koperazzjoni tal-EuropeAid (EuropeAid) adotta termini ta" referenza standard biex titjieb il-kwalità ta' dawn il-verifiki; jinnota li d-delegazzjonijiet kienu obbligati jużaw dawn it-termini ta' referenza standard mill-1 ta' Ottubru 2007; jistieden lill-ECA biex tevalwa, fir-rapporti annwali li jmiss tagħha, jekk din l-għodda ġdida ttejjibx il-kwalità tal-verifiki;

6.  Jinnota li, fl-1 ta' Frar 2006, daħlu fis-seħħ kuntratt standard ġdid u termini ta' referenza ġodda għall-verifiki tan-nefqa mill-benefiċjarji u li dawn ikopru l-proċeduri ta' tfigħ ta' offerti; għandu l-intenzjoni li jimmonitorja l-applikazzjoni ta' dawn il-proċeduri biex jevalwa jekk inaqqsux il-livell ta' żbalji skoperti mill-ECA fl-2006;

L-iżgurar ta' kontijiet preċiżi minkejja d-dewmien fl-immodernizzar tas-sistema ta" kontabilità

7.  Ifakkar li, għat-tieni sena, il-Kummissjoni kellha tħejji l-kontijiet ta' l-EDFs permezz tal-prinċipji ta" kontabilità bbażati fuq l-akkumulazzjoni ta" imgħax; ifakkar li, fir-rigward tas-sena finanzjarja 2005, l-ECA u l-Parlament kienu esprimew tħassib minħabba li s-sistema attwali ta" kontabilità ma kinitx forniet informazzjoni sħiħa dwar il-kontabilità u, konsegwentement, xi data kellha tiġi aġġustata manwalment; jiddispjaċih li l-problema ssoktat fis-sena finanzjarja 2006;

8.  Jinnota li l-immodernizzar tas-sistema informatika jimplika migrazzjoni tas-sistema informatika speċifika għall-EDF (OLAS) lejn is-sistema informatika ċentrali tal-Kummissjoni (ABAC) u s-sistema lokali tal-EuropeAid (CRIS); josserva li l-immodernizzar kien oriġinarjament skedat għall-2006, iżda kien hemm dewmien u issa ġie ppjanat li jitlesta sa tmiem l-2008; jinnota li d-Direttur Ġenerali ta" EuropeAid dan l-aħħar informa lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit dwar l-istat attwali ta' l-affarijiet;

9.  Jinnota li d-Direttur Ġenerali tad-DĠ għall-Baġit, fir-rapport ta" attività annwali tad-DĠ għall-Baġit għall-2006, irtira riserva li kienet saret fir-rapport ta" attività annwali preċedenti dwar in-nuqqas ta" disponibilità tas-sistema informatika ġdida, għalkemm is-sistema informatika ġdida kienet għadha ma ġietx implimentata fl-2006;

10.  Jitlob li l-Kummissjoni tispeċifika n-nuqqasijiet tas-sistema attwali u l-miżuri li qed tieħu biex tagħmel tajjeb għalihom fl-eżerċizzji ta" kwittanza li ġejjin għas-snin finanzjarji 2007 u 2008;

11.  Jistenna li s-sistema informatika ġdida tkun operattiva fi żmien utli għall-bidu tas-sena finanzjarja 2009; jitlob li l-Kummissjoni tinforma lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament jekk ikun ser ikun hemm dewmien ulterjuri;

Simplifikazzjoni tal-mod kif jiġu mmaniġġjati l-EDFs

12.  Ifakkar li, fir-riżoluzzjonijiet preċedenti ta" kwittanza tiegħu, il-Parlament appoġġja bis-saħħa l-integrazzjoni ta' l-EDF fil-baġit ġenerali ta" l-Unjoni Ewropea, peress li kieku sseħħ, din l-integrazzjoni tneħħi ħafna mill-kumplikazzjonijiet u d-diffikultajiet biex jiġu implimentati l-EDFs suċċessivi, tgħin biex jitħaffef il-ħruġ ta" flus u biex jiġi eliminat id-defiċit demokratiku attwali; jiddispjaċih li l-EDF ma ġiex ibbaġitjat skond il-qafas finanzjarju mill-2007 sa l-2013, iżda baqa' strument finanzjarju separat; jikkunsidra li l-baġitijar ta" l-EDF għandu jkun għan prijoritarju għall-qafas finanzjarju wara l-2013;

13.  Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li terġa' tiftaħ id-dibattitu dwar il-baġitjar ta' l-EDF fl-istess żmien tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu ta' l-Għaxar EDF; jenfasizza li l-baġitjar tiffavorixxi bil-kbir il-kontroll demokratiku u r-responsabilità ta' l-EDF; jenfasizza li l-integrazzjoni ta' l-EDF fil-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea hija wkoll mod xieraq ta' kif jiġu indirizzati l-problemi rikorrenti marbuta man-natura kajmana u ineffiċjenti tal-proċess ta' ratifikar intergovernattiv;

14.  Hu tal-fehma li l-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jagħmlu ħilithom biex jissimplifikaw il-mod kif jiġu mmaniġġjati l-EDFs; jikkunsidra li s-simplifikazzjoni għandha tinkiseb billi l-EDFs preċedenti jingħalqu malajr kemm jista" jkun u billi r-regoli finanzjarji li japplikaw għall-EDFs suċċessivi jiġu ssimplifikati; ifakkar li s-simplifikazzjoni tal-mod kif jiġu mmaniġġjati l-fondi ta" l-UE tagħmel parti mill-għanijiet ewlenin stipulati fil-Pjan ta" Azzjoni tal-Kummissjoni lejn Qafas ta" Kontroll Intern Integrat (COM(2006)0009);

15.  Jinnota li s-Sitt EDF ingħalaq fl-2006, u li l-Kummissjoni qed tippjana biex tagħlaq is-Seba" EDF fl-2008; jinnota li, bil-bidu ta" l-Għaxar EDF fl-2008, il-Kummissjoni ser tkompli timplimenta erba" EDFs fl-istess ħin; jitlob lill-Kummissjoni biex tagħti prijorità lill-għeluq tas-Seba", it-Tmien u d-Disa' EDF;

16.  Josserva li hemm regoli finanzjarji speċifiċi għal kull EDF, u li dawn ir-regoli huma differenti mir-regoli dwar l-implimentazzjoni ta' l-għajnuna esterna mill-baġit ġenerali; jinnota li din is-sitwazzjoni tobbliga lill-istaff tal-Kummissjoni responsabbli għall-implimentazzjoni ta" għajnuna esterna biex jikkunsidra ħames settijiet differenti ta" regoli finanzjarji; jinnota li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta' Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond ta" Żvilupp Ewropew(34) għandu l-għan li jarmonizza r-regoli finanzjarji applikabbli għall-EDF differenti b'mod wiesgħa;

17.  Jinnota l-istqarrija ta' l-ECA, fl-Opinjoni Nru 9/2007 tagħha dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond ta" Żvilupp Ewropew(35), li l-Kummissjoni ttrasponiet b'suċċess il-verżjoni mfassla mill-ġdid tar-Regolament Finanzjarju ġenerali fil-kuntest ta' l-EDF; huwa sodisfatt bis-sejbiet ta' l-ECA li r-Regolament (KE) Nru 215/2008 "jipprovdi leġiżlazzjoni ċara u mingħajr komplikazzjonijiet li tikkonċentra fuq dispożizzjonijiet li huma essenzjali u neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp";

18.  Jitlob lill-pajjiżi ta" l-ACP biex iħaffu r-ratifika tal-bażijiet legali għall-Għaxar EDF biex jiġi evitat dewmien li jista" jaffettwa l-kontinwità ta" l-attivitajiet iffinanzjati mill-EDF;

19.  Jappoġġja bis-saħħa s-suġġeriment ta' l-ECA, kif imtenni f'diversi opinjonijiet, biex jiġi introdott Regolament Finanzjarju wieħed li japplika għall-EDFs kollha preżenti u futuri; jaqbel ma' l-ECA li miżura ta' dan it-tip tiżgura kontinwità ta' approċċ u tissimplifika l-immaniġġjar bil-kbir; jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposta leġiżlattiva;

It-tisħiħ tas-sorveljanza mill-Parlament fir-rigward ta' fondi ta" l-EDF immaniġġjati mill-Bank Ewropew għall-Investiment

20.  Ifakkar li, f'riżoluzzjonijiet ta" kwittanza preċedenti, il-Parlament kien enfasizza l-fatt li m'għandux dritt estensiv biżżejjed ta' sorveljanza fir-rigward tal-parti tal-fondi EDF li hi mmaniġġjata mill-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB), minħabba li dawn il-fondi la huma koperti mid-dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni ta' l-ECA u lanqas mill-proċedura ta" kwittanza tal-Parlament;

21.  Jinnota li l-EIB jimmaniġġja l-faċilità ta" investiment, strument li jagħmel tajjeb għar-riskji, iffinanzjat mill-EDF, bil-għan li jrawwem investiment privat fil-kuntest ekonomiku u politiku diffiċli tal-pajjiżi ta" l-ACP; jinnota li skond id-Disa" EDF, ġew allokati EUR 2 037 miljun lill-faċilità ta" investiment għall-pajjiżi ta' l-ACP; jinnota li, bl-għotja kapitali addizzjonali ta' EUR 1 100 miljun mill-Għaxar EDF, l-ammont totali ta' fondi EDF allokat għall-faċilità ta" investiment għall-pajjiżi ta" l-ACP huwa ta" EUR 3 137 miljun;

22.  Jinnota li l-ECA, fl-opinjoni tagħha msemmija hawn fuq Nru 9/2007, bħal ma ġara fl-opinjonijiet preċedenti, jiddispjaċiha li l-operazzjonijiet immaniġġjati mill-EIB m'humiex suġġetti għall-proċedura ta" kwittanza, għalkemm l-EIB juża r-riżorsi ta' l-EDF, li huma kontribwiti miċ-ċittadini Ewropej li jħallsu t-taxxi, u mhux mis-swieq finanzjarji;

23.  Ma jistax jifhem għaliex il-gvernijiet ta" l-Istati Membri, fil-ftehim intern għall-Għaxar EDF għall-perjodu mill-2008 sa l-2013, ma tawx segwitu għat-tħassib ta" l-ECA u tal-Parlament u komplew jeskludu l-operazzjonijiet immaniġġjati mill-EIB mill-proċedura ta" kwittanza formali;

24.  Jilqa'b"sodisfazzjon il-fatt li l-EIB huwa lest itejjeb il-koperazzjoni mal-Parlament matul il-proċedura ta" kwittanza fuq bażi informali; jissuġġerixxi li, għall-proċedura ta" kwittanza li jmiss, ir-rappreżentanti ta' l-EIB jiġu mistiedna jippreżentaw ir-rapport annwali ta' l-EIB dwar l-implimentazzjoni tal-faċilità ta" investiment lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament;

Skadenzi

25.  Jilqa" b'sodisfazzjon il-fatt li, skond ir-Regolament (KE) Nru 215/2008 l-iskadenzi biex ir-rapport annwali ta' l-ECA jintbagħat lill-awtorità ta" kwittanza u għad-deċiżjoni ta" kwittanza tal-Parlament huma allinjati mad-dati korrispondenti fir-Regolament Finanzjarju ġenerali;

Is-segwitu għar-riżoluzzjoni ta" kwittanza ta" l-2005

26.  Jilqa" b'sodisfazzjon it-tweġiba ċara tal-Kummissjoni għall-kwestjonarju tar-rapporteur li l-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-Koperazzjoni għall-Iżvilupp, Louis Michel, għandu r-responsabilità politika sħiħa għall-implimentazzjoni mill-Kummissjoni ta' l-EDF;

27.  Jistieden lill-ECA biex tivverifika l-mod kif il-Kummissjoni qed timmaniġġja l-fondi ta' l-EDF, b'enfasi partikolari fuq it-tqassim tar-responsabilitajiet fi ħdan id-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni li jagħmlu parti mill-"familja RELEX";

28.  Jinnota li, fir-rapport tagħha dwar l-immaniġġjar finanzjarju, il-Kummissjoni indikat li l-objettiv tagħha għall-2006 kien li l-impenji pendenti globali jinżammu f'ammont stabbli ta' EUR 10 300 miljun, u li dan l-objettiv inkiseb; jinnota li dan ifisser li 25 % tal-fondi totali impenjati baqgħu ma ntefqux; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli tnaqqas l-impenji pendenti, speċjalment l-impenji qodma u inattivi;

29.  Jifraħ lill-Kummissjoni talli fl-2006 naqqset b'49% l-livell ta' reste à liquider (RAL) li jmur lura għall-impenji EDF ta' qabel l-2001; jitlob li jirċievi aġġornamenti regolari dwar il-bidliet fil-livell tar-RAL normali u anormali; jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal, għall-Parlament u għall-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE, rendikont kull tliet xhur dwar l-iżburżar ta' fondi;

30.  Jinnota li, skond il-Ftehim ta" Cotonou, l-appoġġ baġitarju għandu jingħata biss lil pajjiż benefiċjarju fejn l-ispiża pubblika hija trasparenti, kontabbli u effettiva biżżejjed; jinnota li l-ECA għandha xi dubji dwar "l-interpretazzjoni dinamika" tal-Kummissjoni ta" dawn il-kriterji; jinnota l-konklużjoni ta" l-ECA li "Hemm tendenza li l-Kummissjoni toqgħod fuq indikaturi li jfittxu li jbassru l-progress futur meta jkunu qed jittieħdu deċiżjonijiet ta' żburżar";

31.  Jifhem li l-Kummissjoni, f'ambjent diffiċli bħal dak tal-pajjiżi ta" l-ACP, teħtieġ marġini biex timmanuvra fid-deċiżjonijiet tagħha; jilqa" r-reazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjoni ta' l-ECA biex il-parametri għall-"interpretazzjoni dinamika" tagħha jkunu aktar espliċiti;

32.  Jinnota li fl-2006, 68% ta' l-għajnuna baġitarja ta' l-EDF ingħatat bħala għajnuna baġitarja settorjali, li hi aktar iffukata mill-appoġġ baġitarju ġenerali u għalhekk twassal għal inqas riskji; jiddubita mill-"interpretazzjoni dinamika" tal-Kummissjoni tal-kriterji ta' eliġibilità għall-appoġġ baġitarju, li skond il-Qorti ta' l-Awdituri jżid ir-riskju; jemmen li l-appoġġ baġitarju għandu jingħata biss lil pajjiżi li diġà jkunu laħqu standard minimu ta' kredibilità fl-immaniġġjar tal-finanzi pubbliċi;

33.  Ifakkar li, jekk tingħata għajnuna esterna permezz ta' appoġġ baġitarju, il-fondi jsiru parti mill-baġit nazzjonali tal-pajjiżi benefiċjarji, li jfisser li l-poteri ta' kontroll tal-Kummissjoni u ta' l-ECA huma limitati; itenni li, f'dawn il-każijiet, huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni tikkopera ma" l-awtoritajiet nazzjonali fil-pajjiżi benefiċjarji li jwettqu ħidmiet ta" kontroll;

34.  Ifakkar li l-Parlament u l-ECA ripetutament talbu li l-Kummissjoni għandha ttejjeb il-koperazzjoni tagħha ma' l-istituzzjonijiet supremi ta' verifika nazzjonali fil-pajjiżi li jirċievu l-appoġġ baġitarju; jinnota l-istqarrija ta" l-ECA, fir-rapport annwali tagħha, li r-relazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-istitutuzzjonijiet supremi ta' verifika fil-pajjiżi benefiċjarji tjiebu dan l-aħħar; jitlob li l-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha biex tiżviluppa approċċ strutturat fir-relazzjonijiet tagħha ma' l-istituzzjonijiet ta' verifika nazzjonali;

35.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tiġi żviluppata strateġija strutturata għall-appoġġ ta' l-istituzzjonijiet supremi ta' verifika fil-pajjiżi li jirċievu appoġġ baġitarju; jinnota, madankollu, li r-responsabilità demokratika fil-livell tal-pajjiżi sħab ma tistax tinkiseb mingħajr ma jissaħħu wkoll l-entitajiet parlamentari għall-kontroll tal-baġit, kif irrakkomandat mill-ECA fir-Rapport Speċjali Nru 2/2005 tagħha(36);

36.  Jistieden lill-Kummissjoni biex ittejjeb it-trasparenza u l-aċċess għad-dokumentazzjoni relatata ma' l-azzjonijiet ta' appoġġ baġitarju, b'mod partikulari billi jiġu stabbiliti ftehimiet mal-gvernijiet tal-pajjiżi benefiċjarji li jkunu analogi għall-Ftehima ta' Qafas Finanzjarja u Amministrattiva bejn il-Komunità Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti (FAFA) li tistabbilixxi l-qafas għall-immaniġġjar tal-kontributi finanzjarji li jsiru mill-Kummissjoni lin-NU;

37.  Jinnota b'interess li l-Kummissjoni, b'mod partikolari l-Uffiċċju Ewropew ta" Kontra l-Frodi (OLAF) u l-EuropeAid, b'koperazzjoni ma' l-EIB, bdiet sensiela ta" konferenzi fil-pajjiżi benefiċjarji biex titjieb il-koperazzjoni fil-prattika ma" l-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati bl-użu korrett ta' fondi pubbliċi, pereżempju l-ispetturi u l-prosekuturi; jinnota li l-ewwel konferenza saret f'Rabat f'Mejju 2007, segwita mit-tieni konferenza fi Brazzaville f'Novembru 2007, u li t-tielet ssir f'Cape Town f'April 2008;

38.  Jinnota li, wara l-ewwel konferenzi, il-koperazzjoni ma" xi awtoritajiet nazzjonali diġà ġiet intensifikata fuq il-bażi ta' ftehim ta" koperazzjoni speċifika bejnhom u l-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi informazzjoni ulterjuri dwar dawn l-attivitajiet lill-Parlament;

39.  Jifraħ lill-Kummissjoni għall-inizjattiva tagħha biex jitjieb ir-rappurtaġġ dwar l-effetti ta' l-interventi tal-politiki ta' żvilupp biex jintlaħqu l-Għanijiet ta" l-Iżvilupp għall-Millenju; jemmen li din se tagħti kontribut reali għat-titjib tar-responsabilità f'dan il-qasam; jistenna bil-ħerqa li jirċievi d-dettalji ta' l-evalwazzjoni tal-fażi pilota li ddaħħlet fl-2007;

40.  Jiġbed l-attenzjoni għall-punt ta' referenza (benchmark), li l-Kummissjoni qablet miegħu, li 20% ta' l-iffinanzjar ġeografiku skond l-Istrument ta' Koperazzjoni għall-Iżvilupp għandhom ikunu allokati għall-edukazzjoni bażika u sekondarja u għas-saħħa bażika; jistenna bil-ħerqa li jirċievi d-dettalji ta' l-implimentazzjoni tal-punt ta' referenza fl-2007; jinsisti li r-rapportaġġ ibbażat fuq l-istess punt ta' referenza għandu jingħata lill-EDF;

41.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Kummissjoni tat segwitu għat-talba tal-Parlament biex tipprovdi aktar informazzjoni fir-rapport tagħha dwar l-immaniġġjar finanzjarju dwar il-limitu tar-riżorsi u l-impatt tagħhom fuq l-implimentazzjoni ta' l-EDF; jinnota li l-Kummissjoni tindika li, fil-kuntest ta' dawn il-limiti, għażlet, bħala l-prijoritajiet ewlenin tagħha, l-immaniġġjar finanzjarju sod u l-kwalità; madankollu, jinsab imħasseb li l-Kummissjoni qed tkompli tirrapporta rati għoljin ta" postijiet battala f'xi delegazzjonijiet u livelli baxxi ta" staff meta mqabblin ma" l-ammonti mmanniġġjati;

42.  Jinnota li, skond ir-Regolament (KE) Nru 215/2008 il-Kunsill, wara proposta mill-Kummissjoni, ser iwettaq reviżjoni tar-rendiment ġenerali ta' l-Għaxar EDF fl-2010; jinnota li, f'din ir-reviżjoni, ir-rendiment finanzjarju u dak kwalitattiv, b'mod partikolari r-riżultati u l-impatt, il-miżuri fir-rigward ta" progress lejn il-kisba ta" l-Għanijiet ta' l-Iżvilupp għall-Millenju ser jiġu evalwati; jitlob li l-awtorità ta" kwittanza tkun infurmata bir-riżultati tar-reviżjoni tar-rendiment;

43.  Jinnota li l-ECA, fir-rapport annwali tagħha, tenniet ir-rakkomandazzjonijiet tagħha li EuropeAid għandha tiżviluppa strateġija globali koerenti għall-attivitajiet ta' kontroll tagħha; jinnota li, wara l-adozzjoni f'Jannar 2006 tal-Pjan ta" Azzjoni tal-Kummissjoni lejn Qafas ta" Kontroll Intern Integrat imsemmi hawn fuq, li jkopri l-oqsma politiċi kollha, EuropeAid ħadmet fuq strateġija li jista' jkun li hi koerenti ma" l-approċċ ġenerali tal-Kummissjoni, iżda li għandha tqis ukoll il-metodi speċifiċi biex tiġi mmaniġġjata l-implimentazzjoni ta" l-għajnuna esterna;

44.  Jilqa" b'sodisfazzjon il-fatt li l-ECA, fir-rapport annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2006 bħal m'għamlet fir-rapporti annwali preċedenti tagħha, għamlet rakkomandazzjonijiet dettaljati dwar kif il-Kummissjoni tista" ttejjeb l-istrateġija ta' kontroll tagħha; jinnota li l-ECA tenfasizza r-reazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjonijiet tagħha; jistieden lill-ECA u lill-Kummissjoni biex ikomplu bil-koperazzjoni mill-qrib tagħhom f'dan ir-rigward;

45.  Jinnota l-kritiki tal-proġetti ta' Assistenza Teknika tal-Kummissjoni li saru mill-ECA fir-Rapport Speċjali Nru 6/2007(37) tagħha; jinnota wkoll li l-Kummissjoni se tindirizza dawn il-mistoqsijiet fid-dokument tagħha "Strateġija biex jintlaħqu l-objettivi ta' l-UE dwar l-effettività ta' l-għajnuna għall-Koperazzjoni Teknika u l-Unitajiet għall-Implimentazzjoni tal-Proġetti" li għandu jkun lest sa Ġunju 2008; jistenna bil-ħerqa li, meta jasal il-waqt, jirċievi l-evalwazzjoni tar-riżultati ta' l-implimentazzjoni ta' din l-istrateġija;

46.  Jilqa' l-miżuri li ttieħdu mill-Kummissjoni biex jippromwovu l-koordinament tad-donaturi fil-qasam ta' l-Assistenza Teknika; jenfasizza l-importanza ta' approċċ koordinat, mhux biss fil-livell ta' l-UE imma anke fost id-donaturi kollha, u jistenna bil-ħerqa li jirċievi d-dettalji dwar il-progress ta' din l-inizjattiva.

(1) ĠU C 260, 31.10.2007, p. 1.
(2) ĠU C 259, 31.10.2007, p. 1.
(3) ĠU C 260, 31.10.2007, p. 258.
(4) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(5) ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4.
(6) ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1 u ĠU L 324, 7.12.2001, p. 1.
(7) ĠU L 109, 26.4.2007, p. 33.
(8) ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.
(9) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.
(10) ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.
(11) ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 309/2007 (ĠU L 82, 23.3.2007, p. 1).
(12) ĠU C 260, 31.10.2007, p. 1.
(13) ĠU C 259, 31.10.2007, p. 1.
(14) ĠU C 260, 31.10.2007, p. 258.
(15) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(16) ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4.
(17) ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1 u ĠU L 324, 7.12.2001, p. 1.
(18) ĠU L 109, 26.4.2007, p. 33.
(19) ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.
(20) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.
(21) ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.
(22) ĠU L 83, 1.4.2003, p.1. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 309/2007 (ĠU L 82, 23.3.2007, p. 1).
(23) ĠU C 260, 31.10.2007, p. 1.
(24) ĠU C 259, 31.10.2007, p. 1.
(25) ĠU C 260, 31.10.2007, p. 258.
(26) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(27) ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4.
(28) ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1 u ĠU L 324, 7.12.2001, p. 1.
(29) ĠU L 109, 26.4.2007, p. 33.
(30) ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.
(31) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.
(32) ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.
(33) ĠU L 83, 1.4.2003, p.1. Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 309/2007 (ĠU L 82, 23.3.2007, p.1).
(34) ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.
(35) ĠU C 23, 28.1.2008, p. 3.
(36) ĠU C 249, 7.10.2005, p. 1.
(37) ĠU C 312, 21.12.2007, p. 3.


Il-kwittanza ta' l-2006 : l-Awtorità Ewropea ta" Sorveljanza tal-GNSS
PDF 418kWORD 95k
Deċiżjoni
Deċiżjoni
Riżoluzzjoni
1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit of the Awtorità Ewropea ta" Sorveljanza tal-GNSS għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0049/2008 – 2008/2000(DEC))
P6_TA(2008)0162A6-0127/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi ta" l-Awtorità Ewropea ta" Sorveljanza tal-GNSS għas-sena finanzjarja 2006(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi ta" l-Awtorità Ewropea ta" Sorveljanza tal-GNSS għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Awtorità(2),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta" Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 tat-12 ta' Lulju 2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita, u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu(4),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0127/2008),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-direttur eżekuttiv ta" l-Awtorità Ewropea ta" Sorveljanza tal-GNSS għall-implimentazzjoni tal-baġit ta" l-Awtorità għas-sena finanzjarja 2006;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur eżekuttiv ta" l-Awtorità Ewropea ta" Sorveljanza tal-GNSS, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta" l-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea (serje L).

2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar l-għeluq tal-kontijiet ta" l-Awtorità Ewropea ta" Sorveljanza tal-GNSS għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0049/2008 – 2008/2000(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi ta" l-Awtorità Ewropea ta" Sorveljanza tal-GNSS għas-sena finanzjarja 2006(6),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi ta" l-Awtorità Ewropea ta" Sorveljanza tal-GNSS għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Awtorità(7),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta" Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 tat-12 ta' Lulju 2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita, u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu(9),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(10), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0127/2008),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali definittivi ta" l-Awtorità Ewropea ta" Sorveljanza tal-GNSS huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet ta" l-Awtorità Ewropea ta" Sorveljanza tal-GNSS għas-sena finanzjarja 2006;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-direttur eżekuttiv ta" l-Awtorità Ewropea ta" Sorveljanza tal-GNSS, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta" l-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea (serje L).

3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 li tinkludi osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta" l-Awtorità Ewropea ta" Sorveljanza tal-GNSS għas-sena finanzjarja 2006 (C6-0049/2008 – 2008/2000(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi ta" l-Awtorità Ewropea ta" Sorveljanza tal-GNSS għas-sena finanzjarja 2006(11),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi ta" l-Awtorità Ewropea ta" Sorveljanza tal-GNSS għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Awtorità(12),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta" Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),

–   wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1321/2004 tat-12 ta' Lulju 2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita, u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu(14),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta" Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(15), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0127/2008),

A.   billi l-Qorti ta" l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja huma kredibbli, u t-tranżazzjonijiet, huma legali u regolari,

B.   billi l-Awtorità bdiet topera fl-2006, u wara l-installazzjoni tas-sistemi finanzjarji meħtieġa, ħadet f'idejha r-responsabbiltà għall-operazzjonijiet finanzjarji tagħha mingħand il-Kummissjoni f'Settembru 2006;

Punti ġenerali li jikkonċernaw il-kwistjonijiet orizzontali ta" l-aġenziji ta" l-UE, u b'hekk huma importanti wkoll għall-proċeduri ta" rilaxx ta" kull waħda mill-aġenziji

1.  Jinnota li l-baġits ta" l-24 aġenzija u ta" korpi satelliti oħrajn li saritilhom il-verifika mill-Qorti ta" l-Awdituri kienu jammontaw għal EUR 1 080,5 miljun fl-2006 (l-ogħla baġit kien ta" l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni li kien jammonta għal EUR 271 miljun u l-inqas baġit kien tal-Kulleġġ tal-Pulizija Ewropew (CEPOL) li kien jammonta għal EUR 5 miljun);

2.  Jenfasizza l-fatt li l-firxa ta" korpi esterni ta" l-UE li huma suġġetti għal verifika u għal kwittanza issa tinkludi mhux biss aġenziji regolatorji tradizzjonali iżda wkoll aġenziji eżekuttivi li ġew stabbiliti sabiex jimplimentaw programmi speċifiċi, u fil-futur qrib se testendi wkoll għal intrapriżi konġunti li ġew stabbiliti bħala sħubiji pubbliċi-privati (inizjattivi teknoloġiċi konġunti);

3.  Josserva fir-rigward tal-Parlament li l-għadd ta" aġenziji suġġetti għall-proċedura ta" kwittanza evolva kif ġej: sena finanzjarja 2000: 8; 2001: 10; 2002: 11; 2003: 14; 2004: 14; 2005: 16; 2006: 20 aġenzija regolatorja u 2 aġenziji eżekuttivi (mhumiex qegħdin jiġu inklużi 2 aġenziji li jiġu vverifikati mill-Qorti ta" l-Awdituri iżda li huma suġġetti għal proċess ta" kwittanza intern);

4.  Jikkonkludi, għaldaqstant, li l-proċess ta" verifika / kwittanza sar ineffiċjenti u sproporzjonat meta mqabbel mad-daqs relattiv tal-baġits ta" l-aġenziji / tal-korpi satelliti; jagħti istruzzjonijiet lill-kumitat kompetenti tiegħu sabiex jagħmel analiżi mill-ġdid fuq firxa wiesgħa tal-proċess ta" kwittanza fir-rigward ta" aġenziji u korpi satelliti bil-għan li jitfassal metodu iktar sempliċi u razzjonali, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu l-għadd li kulma jmur qiegħed jikber ta" korpi li kull wieħed minnhom jesiġi rapport ta" kwittanza separat fis-snin li ġejjin;

Kunsiderazzjonijiet fundamentali

5.  Jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi spjegazzjonijiet ċari fir-rigward ta" l-elementi li ġejjin qabel il-ħolqien ta" aġenzija ġdida jew ir-riforma ta" aġenzija eżistenti: it-tip ta" aġenzija, l-għanijiet ta" l-aġenzija, l-istruttura ta" governanza interna, il-prodotti, is-servizzi, il-proċeduri ewlenin, il-grupp immirat, il-klijenti u l-imsieħba ta" l-aġenzija, ir-relazzjoni formali ma" l-atturi esterni, ir-responsabiltà tal-baġit, l-ippjanar finanzjarju, u l-politika dwar il-personal u l-provvista ta" staff;

6.  Jitlob li kull aġenzija tiġi regolata minn ftehim ta" l-eżekuzzjoni fis-sena li huwa fformulat mill-aġenzija u mid-DĠ responsabbli u li għandu jinkludi l-għanijiet ewlenin għas-sena li tkun ġejja, qafas finanzjarju u indikaturi ċari għall-kejl ta" l-eżekuzzjoni;

7.  Jitlob li r-rendiment ta" l-aġenziji tiġi vverifikata b'mod regolari (u fuq bażi ad hoc) mill-Qorti ta" l-Awdituri jew minn awditur indipendenti ieħor; iqis li din il-verifika m'għandhiex tkun limitata għal elementi tradizzjonali ta" ġestjoni finanzjarja u għall-użu kif suppost tal-fondi pubbliċi, iżda għandha tkopri wkoll l-effiċjenza u l-effikaċja amministrattiva u għandha tinkludi klassifika tal-ġestjoni finanzjarja ta" kull aġenzija;

8.  Huwa tal-fehma li fil-każ ta' aġenziji li qegħdin b'mod kontinwu jistmaw li l-bżonnijiet baġitarji rispettivi tagħhom huma aktar milli fil-fatt huma, għandu jsir tnaqqis tekniku fuq il-bażi ta' postijiet battala; huwa tal-fehma li dan se jwassal, fuq perjodu ta' żmien twil, għal inqas dħul assenjat għall-aġenziji u għaldaqstant anke għal inqas spejjeż amministrattivi;

9.  Jinnota li hija problema serja li numru ta' aġenziji huma kkritikati għax ma josservawx regoli dwar l-akkwisti pubbliċi, ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolamenti tal-Persunal, eċċ.; iqis li r-raġuni prinċipali ta' dan hija li l-parti l-kbira tar-regolamenti u r-Regolament Finanzjarju huma mfassla għal istituzzjonijiet li huma ikbar, u li l-parti l-kbira ta' l-aġenziji ż-żgħar m'għandhomx il-massa kritika meħtieġa biex ikunu jistgħu jlaħħqu ma' dawn ir-rekwiżiti regolatorji; jitlob, għaldaqstant, lill-Kummissjoni biex tfittex soluzzjoni rapida sabiex tittejjeb l-effikaċja billi l-funzjonijiet amministrattivi ta' diversi aġenziji jinġabru flimkien, sabiex tintlaħaq din il-massa kritika (filwaqt li jiġu kkunsidrati l-bidliet meħtieġa fir-regolamenti bażiċi li jirregolaw l-aġenziji u l-indipendenza baġitarja tagħhom), jew biex tabbozza b'mod urġenti regoli speċifiċi għall-aġenziji (b'mod partikolari regoli implimentattivi għall-aġenziji) li jippermettulhom li jkunu konformi b'mod sħiħ;

10.  Jinsisti li l-Kummissjoni, meta tkun qed tabbozza l-Abbozz Preliminari tal-Baġit, tikkunsidra r-riżultati ta' l-implimentazzjoni tal-baġit mill-aġenziji individwali fis-snin ta' qabel, b'mod partikolari fis-sena n-1, u tirrevedi l-baġit mitlub mill-aġenzija partikolari kif ikun meħtieġ; jistieden lill-kumitat kompetenti tiegħu biex jirrispetta din ir-reviżjoni u, jekk il-Kummissjoni ma tkunx għamlet dan, jirrevedi hu stess il-baġit ikkonċernat u jġibu f'livell realistiku li jkun jaqbel mal-kapaċità ta' assorbiment u ta' implimentazzjoni ta' l-aġenzija kkonċernata;

11.  Ifakkar fid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza fir-rigward tas-sena finanzjarja 2005, li fiha stieden lill-Kummissjoni biex kull ħames snin tippreżenta studju dwar il-valur miżjud ta' kull aġenzija eżistenti; jistieden lill-istituzzjonijiet rilevanti kollha, f'każ ta' evalwazzjoni negattiva tal-valur miżjud ta' aġenzija, sabiex jieħdu l-passi meħtieġa billi jifformulaw mill-ġdid il-mandat ta' dik l-aġenzija jew billi jagħlquha; jinnota li ma twettqet lanqas evalwazzjoni waħda mill-Kummissjoni fl-2007; jinsisti li l-Kummissjoni għandha tippreżenta mill-inqas 5 evalwazzjonijiet bħal dawn qabel id-deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward tas-sena finanzjarja 2007, billi tibda bl-eqdem aġenziji;

12.  Huwa tal-fehma li r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti ta' l-Awdituri għandhom jiġu implimentati minnufih u li l-livell ta' sussidji mħallsa lill-aġenziji għandu jkun allinjat mal-bżonnijiet ta' likwidità reali tagħhom; barra minn hekk iqis li l-emendi ghar-Regolament Finanzjarju generali ghandhom jigu inkorporati fir-regolament finanzjarju ta' qafas ta' l-agenziji u fid-diversi regolamenti finanzjarji specifici taghhom;

Preżentazzjoni tad-data ta' rappurtaġġ

13.  Jinnota li m'hemm ebda metodu standard fost l-aġenziji fir-rigward tal-preżentazzjoni ta" l-attivitajiet tagħhom matul is-sena finanzjarja konċernata, il-kontijiet tagħhom u r-rapporti dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja u l-kwistjoni dwar jekk għandhiex titfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni mid-direttur ta" l-aġenzija; josserva li mhux l-aġenziji kollha jiddistingwu b'mod ċar bejn (a) il-preżentazzjoni tax-xogħol ta" l-aġenzija lill-pubbliku u (b) ir-rapportar tekniku dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja;

14.  Jinnota li filwaqt li l-istruzzjonijiet fis-seħħ tal-Kummissjoni għall-preparazzjoni tar-rapporti ta" attività ma jesiġux b'mod espliċitu li l-aġenzija tfassal dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni, bosta diretturi, minkejja dan, xorta waħda għamluha għall-2006, filwaqt li f'każ wieħed minnhom kienet inkluża riserva importanti;

15.  Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta" April 2005(16) jistieden lid-Diretturi ta" l-Aġenziji sabiex minn issa "l quddiem ir-rapport ta" attività annwali tagħhom, li jiġi ppreżentat flimkien mat-tagħrif finanzjarju u tal-ġestjoni, irid ikollu miegħu dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni li tikkonċerna l-legalità u r-regolarità ta" l-operazzjonijiet, simili għad-dikjarazzjonijiet li ġew iffirmati mid-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;

16.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex temenda l-istruzzjonijiet tagħha fis-seħħ għall-aġenziji skond dak li ntqal hawn fuq;

17.  Jissuġġerixxi, barra minn hekk, li l-Kummissjoni għandha taħdem ma" l-aġenziji sabiex tipproduċi mudell armonizzat li japplika għall-aġenziji u għall-korpi satelliti kollha filwaqt li jiddistingwi b'mod ċar bejn

   - rapport annwali maħsub għall-qarrejja ġenerali dwar l-operazzjonijiet, ix-xogħol u l-kisbiet tal-korpi;
   - rendikontijiet finanzjarji u rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit;
   - rapport ta" attività fuq l-istess binarji tar-rapporti ta" attività tad-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;
   - dikjarazzjoni ta" assigurazzjoni ffirmata mid-direttur tal-korp, flimkien ma" kull riserva jew osservazzjoni li jqis xierqa sabiex jiġbed l-attenzjoni ta" l-awtorità ta" kwittanza;

Sejbiet ġenerali mill-Qorti ta" l-Awdituri

18.  Jinnota s-sejba tal-Qorti (Rapport Annwali, il-paragrafu 10.29(17)) li l-iżburżar ta" sussidji li jitħallsu mill-Kummissjoni mill-baġit tal-Komunità m'huwiex ibbażat fuq stimi ġġustifikati biżżejjed tar-rekwiżiti ta" flus kontanti ta" l-aġenziji u li dan, flimkien mad-daqs tat-trasferimenti (carry-overs), iwassalhom sabiex ikollhom fil-pussess bilanċi ta" kreditu kbar mhux ħażin; jinnota wkoll ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-livell ta" sussidji li jitħallsu lill-aġenziji għandu jkun konformi mar-rekwiżiti ta" flus kontanti reali tagħhom;

19.  Jinnota li fi tmiem l-2006, 14-il aġenzija kienu għad iridu jimplimentaw is-sistema tal-kontijiet ABAC (Rapport Annwali, in-nota f'qiegħ il-paġna għall-paragrafu 10.31);

20.  Jinnota l-kumment tal-Qorti (Rapport Annwali, il-paragrafu 1.25) dwar spejjeż akkumulati minħabba lif li ma tteħidx li għalihom jagħtu kont xi wħud mill-aġenziji; jenfasizza l-fatt li l-Qorti ta" l-Awdituri kkwalifikat l-istqarrija ta" assigurazzjoni tagħha fil-każ ta" tliet aġenziji (Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta" Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP), CEPOL u l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2006 (2005: CEDEFOP, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni);

Verifika interna

21.  Ifakkar li f'konformità ma" l-Artikolu 185(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-Awditur Intern tal-Kummissjoni huwa wkoll l-awditur intern ta" l-aġenziji regolatorji li jirċievu konċessjonijiet mill-baġit ta" l-UE; jenfasizza l-fatt li l-Awditur Intern jirrapporta lill-bord ta" tmexxija u lid-direttur ta" kull aġenzija;

22.  Jiġbed l-attenzjoni għar-riserva li tniżżlet fir-Rapport ta" Attività Annwali ta" l-Awditur Intern għall-2006 kif ġej:"

L-Awditur Intern tal-Kummissjoni ma jinsabx f'pożizzjoni li jissodisfa kif suppost l-obbligu tiegħu konferut lilu mill-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju bħala awditur intern tal-korpi tal-Komunità minħabba nuqqas ta" riżorsi ta" staff.

"

23.  Madankollu, jinnota l-kumment ta" l-Awditur Intern fir-rapport ta" attività tiegħu għall-2006 li mill-2007, bis-saħħa tar-riżorsi ta" l-istaff addizzjonali konċessi mill-Kummissjoni lis-Servizz ta" Verifika Interna (IAS), l-aġenziji regolatorji operattivi kollha se jkunu suġġetti għal xogħol ta" verifika interna fuq bażi annwali;

24.  Jinnota l-għadd li kulma jmur qiegħed jikber ta" aġenziji regolatorji u eżekuttivi u ta" intrapriżi konġunti meħtieġa li ssirilhom il-verifika mill-IAS skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinforma lill-kumitat kompetenti tiegħu dwar jekk ir-riżorsi ta" l-istaff li huma disponibbli għall-IAS humiex se jkunu biżżejjed sabiex issir verifika annwali ta" dawn il-korpi kollha fis-snin li ġejjin;

25.  Josserva li l-Artikolu 72(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 jeżiġi li kull sena l-entità tal-Komunità tibgħat rapport lill-Kummissjoni u lill-awtorità responsabbli għar-rilaxx, li jkun imħejji mid-direttur u li jiġbor l-għadd u t-tip ta" verifiki interni li saru mill-awditur intern, ir-rakkomandazzjonijiet li saru u l-azzjonijiet li ttieħdu fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet; jitlob lill-aġenziji sabiex jindikaw jekk dan huwiex qiegħed isir u, jekk inhu hekk, kif qiegħed isir;

26.  Jieħu nota, fir-rigward tal-kapaċità tal-verifika interna, l-iktar b'rabta ma" l-aġenziji iżgħar, ta" proposta li saret mill-Awditur Intern quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament nhar l-14 ta" Settembru 2006 li aġenziji iżgħar għandhom ikunu awtorizzati jixtru, f'servizzi ta" verifika interna, mis-settur privat;

Evalwazzjoni ta" l-aġenziji

27.  Ifakkar l-istqarrija konġunta mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni(18) li ġiet innegozjata fil-konċiljazzjoni quddiem il-Kunsill tal-baġit ECOFIN tat-13 ta" Lulju 2007 li titlob għal (i) lista ta" aġenziji li l-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tevalwa, u (ii) lista ta" aġenziji li diġà ġew evalwati, flimkien ma" sommarju tas-sejbiet maġġuri;

Proċeduri dixxiplinari

28.  Jinnota li, minħabba d-daqs tagħhom, aġenziji individwali għandhom diffikultà sabiex jistabbilixxu bordijiet dixxiplinari ad hoc komposti minn staff li huwa ta" grad xieraq fil-karriera u li l-IDOC (l-Uffiċċju ta" l-Investigazzjoni u Dixxiplina) tal-Kummissjoni m'huwiex kompetenti għall-aġenziji; jitlob lill-aġenziji sabiex iqisu bord ta dixxiplina bejn l-aġenziji;

Abbozz ta" Ftehim Interistituzzjonali

29.  Ifakkar l-abbozz tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar il-qafas operattiv għall-aġenziji regolatorji Ewropej ippreżentat mill-Kummissjoni (COM(2005)0059), li kien maħsub li joħloq qafas orizzontali għall-ħolqien, l-istruttura, it-tħaddim, l-evalwazzjoni u l-kontroll ta" l-aġenziji regolatorji Ewropej; jinnota li l-abbozz jirrappreżenta inizjattiva utli bħala sforz sabiex ikunu rrazzjonalizzati l-ħolqien u l-immaniġġjar ta" l-aġenziji; jinnota l-istqarrija fir-rapport ta" sintesi 2006 tal-Kummissjoni (il-paragrafu 3.1, COM(2007)0274) li għalkemm ma sarx progress fin-negozjati wara l-pubblikazzjoni ta' l-abbozz, tniedew mill-ġdid diskussjonijiet dwar is-suġġett fil-Kunsill fi tmiem l-2006; jiddispjaċih li ma kienx possibbli li jsir iktar progress lejn l-adozzjoni;

30.  Jilqa" b'sodisfazzjon, għaldaqstant, l-impenn tal-Kummissjoni li tressaq Komunikazzjoni dwar il-ġejjieni ta" l-aġenziji regolatorji matul l-2008;

Aġenziji li jiffinanzjaw lilhom infushom

31.  Ifakkar li għaż-żewġ aġenziji li huma jiffinanzjaw lilhom infushom, tiġi konċessa kwittanza lid-direttur mill-bord amministrattiv; jinnota li t-tnejn li huma għandhom eċċessi akkumulati sinifikanti minn dħul minn onorarji li jkunu ġew trasferiti minn ċifri tas-snin preċedenti:

   l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 281 miljun;(19)
   l-Uffiċċju tal-Komunità għall-Varjetà ta" Pjanti flus kontanti u l-ekwivalenti fi flus kontanti: EUR 18 miljun(20);

Punti speċifiċi

32.  Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti ta" l-Awdituri fir-rapport tagħha ta" l-2006 li l-evalwazzjoni tagħha ta" kampjun rappreżentattiv ta" 80 tranżazzjoni identifikat dgħjufijiet fl-operat tal-maniġment u s-sistemi ta" kontroll li jinvolvu l-bidu tat-tranżazzjonijiet mingħajr l-awtorità meħtieġa u l-intrigu f'impenji legali mingħajr impenn baġitarju minn qabel, li jmur kontra r-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju;

33.  Jieħu nota li mill-1 ta" Jannar 2007, l-Awtorità hija s-sid ta" l-assi tanġibbli u mhux tanġibbli kollha maħluqa jew żviluppati matul il-fażi ta" l-iżvilupp tal-Programm Galileo;

34.  Jiftakar li l-fażi tal-mogħdija ta" l-attivitajiet mingħand l-Intrapriża Konġunta Galileo għal idejn l-Awtorità bdiet f'Diċembru 2006 bit-trasferiment ta" EUR 70 miljun u d-drittijiet u l-obbligi relatati mal-FP6, MEDA, EGNOS u kuntratti oħra; għaldaqstant, għalkemm is-sussidju tal-Komunità u dħul ieħor għall-Awtorità fl-2006 kienu ta" ftit aktar minn EUR 7 miljun, l-assi totali ta" l-Awtorità kienu jammontaw għal EUR 76,6 miljun fl-aħħar ta" l-2006;

35.  Jindika li, barra minn hekk, skond it-tweġibiet ta" l-Awtorità, matul l-2007 97 % ta" ammont ieħor ta" EUR 65 miljun waslu għand l-Awtorità wara ftehim bejn il-GNSS u t-tliet membri ta" l-Intrapriża Konġunta (l-Aġenzija Spazjali Ewropea, iċ-Ċentru Nazzjonali għas-"Sensing" mill-Bogħod taċ-Ċina u l-MATIMOP-Israeli Industry Centre għar-Riċerka u l-Iżvilupp); jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti li dan l-ammont ma jinkludix il-bilanċ tal-fondi li jirriżulta mill-għeluq ta" l-Intrapriża Konġunta Galileo, li se jkunu trasferiti lill-Awtorità fl-aħħar tal-proċedura ta" l-għeluq biss;

36.  Jifhem mill-konklużjonijiet tal-Kunsill adottati wara s-seduta tiegħu tat-3 ta" Diċembru 2007 li l-ispiża kkalkulata għall-programmi GNSS għall-perjodu 2007-2013 tammonta għal EUR 3,4 biljun u li l-proġett se jkun iffinanzjat minn fondi pubbliċi;

37.  Jikkonkludi għaldaqstant li, għalkemm hija aġenzija ta" l-UE, l-Awtorità bħala s-sid ta" l-assi kollha ta" Galileo se twettaq irwol li huwa tabilħaqq differenti minn ta" kull aġenzija regolatorja oħra, u minħabba l-ammonti sostanzjali fil-karti tal-bilanċ tagħha, fil-ġejjieni hija se tkun teħtieġ skrutinju mill-qrib b'mod partikulari minn dawk il-korpi li xogħolhom hu li jwettqu monitoraġġ dwar l-infiq ta" l-UE;

38.  Jinnota li l-għeluq ta" l-Intrapriża Konġunta Galileo se jkun is-suġġett ta" rapport speċifiku mill-Qorti matul l-2008;

(1) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 38.
(2) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 72.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(4) ĠU L 246, 20.7.2004, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1942/2006 (ĠU L 367, 22.12.2006, p. 18).
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 38.
(7) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 72.
(8) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(9) ĠU L 246, 20.7.2004, p.1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1942/2006 (ĠU L 367, 22.12.2006, p. 18).
(10) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(11) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 38.
(12) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 72.
(13) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(14) ĠU L 246, 20.7.2004, p.1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1942/2006 (ĠU L 367, 22.12.2006, p. 18).
(15) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(16) Ir-riżoluzzjonijiet kollha dwar l-Aġenziji ġew ippubblikati fil-ĠU L 196, 27.7.2005.
(17) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(18) Dokument tal-Kunsill DS 605/1/07 Rev1.
(19) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p. 141).
(20) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p. 135).


Persuni bla djar li jgħixu fit-toroq
PDF 221kWORD 56k
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tmiem tal-problema ta' persuni bla djar li jgħixu fit-toroq
P6_TA(2008)0163P6_DCL(2007)0111

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 116 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi l-problema ta' persuni bla djar kienet identifikata bħala prijorità mill-Kunsill dwar l-Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (EPSCO) fl-2005, u hija prijorità fl-element 'inklużjoni attiva' ta' l-istrateġija ta' l-UE għall-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali,

B.   billi l-aċċess għal housing adegwat huwa dritt fundamentali tal-bniedem u l-aċċess għal post ta' kenn ta' spiss huwa l-ewwel pass lejn soluzzjonijiet ta' housing adegwati u sostenibbli għal persuni li qed jesperjenzaw faqar estrem u esklużjoni estrema,

C.   billi kull xitwa persuni jmutu ffriżati madwar l-Unjoni Ewropea kollha bħala riżultat ta' nuqqas ta' akkomodazzjoni ta' emerġenza u nuqqas ta' servizzi fejn wieħed ifittex lin-nies biex jgħinhom (outreach services) li jieħdu ħsieb il-bżonnijiet ta' dawn il-persuni,

D.   billi l-problema ta' persuni li jgħixu fit-toroq hija l-aktar forma li tidher tal-problema ta' persuni bla djar, u li tista' biss tiġi indirizzata b'mod effettiv bħala parti minn strateġija olistika usa',

E.   billi darbtejn din is-sena hu sejjaħ għal azzjoni urġenti biex tiġi indirizzata l-problema ta' persuni bla djar,

1.  Jistieden lill-Kunsill biex jasal għal qbil dwar impenn mill-UE kollha biex sa l-2015 tintemm il-problema ta' persuni bla djar li jgħixu fit-toroq;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa definizzjoni ta' qafas ta' l-UE tal-problema ta' persuni bla djar, tiġbor dejta statistika kumparabbli u ta' min joqgħod fuqha u tipprovdi aġġornamenti annwali dwar l-azzjoni li tkun ittieħdet u l-progress li jkun sar fl-Istati Membri sabiex tintemm il-problema ta' persuni bla djar;

3.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex ifasslu 'pjanijiet ta' emerġenza għax-xitwa' bħala parti minn strateġija usa' għall-problema ta' persuni bla djar;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien ma' l-ismijiet tal-firmatarji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri.

List ta' firmatarji

Adamos Adamou, Vittorio Agnoletto, Vincenzo Aita, Gabriele Albertini, Alexander Alvaro, Jan Andersson, Georgs Andrejevs, Alfonso Andria, Laima Liucija Andrikienė, Roberta Angelilli, Kader Arif, Stavros Arnaoutakis, Elspeth Attwooll, Marie-Hélène Aubert, Margrete Auken, Liam Aylward, Peter Baco, Maria Badia i Cutchet, Mariela Velichkova Baeva, Alessandro Battilocchio, Katerina Batzeli, Edit Bauer, Jean Marie Beaupuy, Christopher Beazley, Zsolt László Becsey, Angelika Beer, Ivo Belet, Irena Belohorská, Jean-Luc Bennahmias, Giovanni Berlinguer, Thijs Berman, Slavi Binev, Šarūnas Birutis, Sebastian Valentin Bodu, Herbert Bösch, Jens-Peter Bonde, Guy Bono, Josep Borrell Fontelles, Victor Boştinaru, Costas Botopoulos, Bernadette Bourzai, John Bowis, Sharon Bowles, Emine Bozkurt, Mihael Brejc, Frieda Brepoels, Hiltrud Breyer, André Brie, Wolfgang Bulfon, Udo Bullmann, Nicodim Bulzesc, Colm Burke, Philip Bushill-Matthews, Niels Busk, Cristian Silviu Buşoi, Philippe Busquin, Jerzy Buzek, Mogens Camre, Luis Manuel Capoulas Santos, Marco Cappato, Marie-Arlette Carlotti, Carlos Carnero González, Paulo Casaca, Michael Cashman, Carlo Casini, Françoise Castex, Pilar del Castillo Vera, Giusto Catania, Jean-Marie Cavada, Jorgo Chatzimarkakis, Giulietto Chiesa, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, Ole Christensen, Sylwester Chruszcz, Luigi Cocilovo, Carlos Coelho, Daniel Cohn-Bendit, Richard Corbett, Giovanna Corda, Titus Corlăţean, Thierry Cornillet, Paolo Costa, Jean Louis Cottigny, Michael Cramer, Corina Creţu, Gabriela Creţu, Brian Crowley, Marek Aleksander Czarnecki, Daniel Dăianu, Joseph Daul, Dragoş Florin David, Antonio De Blasio, Bairbre de Brún, Arūnas Degutis, Véronique De Keyser, Panayiotis Demetriou, Gérard Deprez, Proinsias De Rossa, Marie-Hélène Descamps, Mia De Vits, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Jolanta Dičkutė, Giorgos Dimitrakopoulos, Vasile Dîncu, Valdis Dombrovskis, Beniamino Donnici, Brigitte Douay, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Andrew Duff, Árpád Duka-Zólyomi, Constantin Dumitriu, Christian Ehler, Lena Ek, Saïd El Khadraoui, Harald Ettl, Jill Evans, Jonathan Evans, Robert Evans, Göran Färm, Richard Falbr, Carlo Fatuzzo, Szabolcs Fazakas, Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari, Anne Ferreira, Elisa Ferreira, Ilda Figueiredo, Petru Filip, Věra Flasarová, Hélène Flautre, Nicole Fontaine, Glyn Ford, Monica Frassoni, Sorin Frunzăverde, Urszula Gacek, Kinga Gál, Vicente Miguel Garcés Ramón, Jean-Paul Gauzès, Jas Gawronski, Eugenijus Gentvilas, Georgios Georgiou, Bronisław Geremek, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Claire Gibault, Adam Gierek, Neena Gill, Robert Goebbels, Ana Maria Gomes, Donata Gottardi, Genowefa Grabowska, Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf, Nathalie Griesbeck, Elly de Groen-Kouwenhoven, Lilli Gruber, Ignasi Guardans Cambó, Ambroise Guellec, Pedro Guerreiro, Umberto Guidoni, Catherine Guy-Quint, András Gyürk, Fiona Hall, David Hammerstein, Benoît Hamon, Małgorzata Handzlik, Gábor Harangozó, Marian Harkin, Rebecca Harms, Satu Hassi, Adeline Hazan, Anna Hedh, Gyula Hegyi, Jacky Hénin, Erna Hennicot-Schoepges, Jeanine Hennis-Plasschaert, Jim Higgins, Jens Holm, Krzysztof Hołowczyc, Mary Honeyball, Milan Horáček, Richard Howitt, Ian Hudghton, Stephen Hughes, Alain Hutchinson, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Mikel Irujo Amezaga, Marie Anne Isler Béguin, Lily Jacobs, Anneli Jäätteenmäki, Stanisław Jałowiecki, Mieczysław Edmund Janowski, Lívia Járóka, Anne E. Jensen, Pierre Jonckheer, Romana Jordan Cizelj, Madeleine Jouye de Grandmaison, Ona Juknevičienė, Jelko Kacin, Filip Kaczmarek, Gisela Kallenbach, Othmar Karas, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Piia-Noora Kauppi, Metin Kazak, Tunne Kelam, Glenys Kinnock, Evgeni Kirilov, Wolf Klinz, Jaromír Kohlíček, Maria Eleni Koppa, Magda Kósáné Kovács, Miloš Koterec, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Ģirts Valdis Kristovskis, Wiesław Stefan Kuc, Jan Jerzy Kułakowski, Sepp Kusstatscher, Zbigniew Krzysztof Kuźmiuk, André Laignel, Jean Lambert, Stavros Lambrinidis, Vytautas Landsbergis, Esther De Lange, Anne Laperrouze, Henrik Lax, Johannes Lebech, Roselyne Lefrançois, Bernard Lehideux, Jörg Leichtfried, Jo Leinen, Katalin Lévai, Janusz Lewandowski, Bogusław Liberadzki, Marcin Libicki, Eva Lichtenberger, Marie-Noëlle Lienemann, Kartika Tamara Liotard, Alain Lipietz, Pia Elda Locatelli, Antonio López-Istúriz White, Andrea Losco, Caroline Lucas, Sarah Ludford, Astrid Lulling, Elizabeth Lynne, Marusya Ivanova Lyubcheva, Linda McAvan, Arlene McCarthy, Mary Lou McDonald, Mairead McGuinness, Jamila Madeira, Ramona Nicole Mănescu, Erika Mann, Thomas Mann, Mario Mantovani, Marian-Jean Marinescu, Helmuth Markov, David Martin, Jean-Claude Martinez, Jan Tadeusz Masiel, Jiří Maštálka, Véronique Mathieu, Marios Matsakis, Maria Matsouka, Manolis Mavrommatis, Erik Meijer, Íñigo Méndez de Vigo, Willy Meyer Pleite, Marianne Mikko, Miroslav Mikolášik, Francisco José Millán Mon, Gay Mitchell, Nickolay Mladenov, Viktória Mohácsi, Cristobal Montoro Romero, Claude Moraes, Eluned Morgan, Luisa Morgantini, Philippe Morillon, Elisabeth Morin, Jan Mulder, Roberto Musacchio, Joseph Muscat, Robert Navarro, Bill Newton Dunn, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Rareş-Lucian Niculescu, Lambert van Nistelrooij, Ljudmila Novak, Raimon Obiols i Germà, Vural Öger, Cem Özdemir, Péter Olajos, Jan Olbrycht, Seán Ó Neachtain, Gérard Onesta, Janusz Onyszkiewicz, Dumitru Oprea, Josu Ortuondo Larrea, Csaba Őry, Siiri Oviir, Justas Vincas Paleckis, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Pier Antonio Panzeri, Dimitrios Papadimoulis, Atanas Paparizov, Georgios Papastamkos, Neil Parish, Ioan Mircea Paşcu, Vincent Peillon, Alojz Peterle, Maria Petre, Tobias Pflüger, Willi Piecyk, Rihards Pīks, Józef Pinior, Mirosław Mariusz Piotrowski, Umberto Pirilli, Hubert Pirker, Paweł Bartłomiej Piskorski, Lapo Pistelli, Gianni Pittella, Zita Pleštinská, Rovana Plumb, Zdzisław Zbigniew Podkański, Samuli Pohjamo, Lydie Polfer, Mihaela Popa, Bernd Posselt, Christa Prets, Pierre Pribetich, Vittorio Prodi, Jacek Protasiewicz, Bilyana Ilieva Raeva, Miloslav Ransdorf, Karin Resetarits, José Ribeiro e Castro, Frédérique Ries, Karin Riis-Jørgensen, Marco Rizzo, Bogusław Rogalski, Zuzana Roithová, Raül Romeva i Rueda, Wojciech Roszkowski, Libor Rouček, Martine Roure, Paul Rübig, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Eoin Ryan, Tokia Saïfi, Aloyzas Sakalas, Daciana Octavia Sârbu, Toomas Savi, Luciana Sbarbati, Christel Schaldemose, Pierre Schapira, Karin Scheele, Agnes Schierhuber, Olle Schmidt, György Schöpflin, Jürgen Schröder, Elisabeth Schroedter, Willem Schuth, Esko Seppänen, Czesław Adam Siekierski, José Albino Silva Peneda, Brian Simpson, Kathy Sinnott, Peter Skinner, Csaba Sógor, Søren Bo Søndergaard, María Sornosa Martínez, Jean Spautz, Bart Staes, Grażyna Staniszewska, Margarita Starkevičiūtė, Peter Šťastný, Dirk Sterckx, Struan Stevenson, Catherine Stihler, Daniel Strož, Margie Sudre, László Surján, Gianluca Susta, Eva-Britt Svensson, Hannes Swoboda, József Szájer, Andrzej Jan Szejna, Konrad Szymański, Csaba Sándor Tabajdi, Britta Thomsen, Marianne Thyssen, Silvia-Adriana Ţicău, Gary Titley, Patrizia Toia, László Tőkés, Ewa Tomaszewska, Witold Tomczak, Jacques Toubon, Catherine Trautmann, Kyriacos Triantaphyllides, Helga Trüpel, Claude Turmes, Evangelia Tzampazi, Feleknas Uca, Vladimir Urutchev, Nikolaos Vakalis, Anne Van Lancker, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Ioannis Varvitsiotis, Ari Vatanen, Yannick Vaugrenard, Armando Veneto, Donato Tommaso Veraldi, Bernadette Vergnaud, Cornelis Visser, Oldřich Vlasák, Johannes Voggenhuber, Sahra Wagenknecht, Henri Weber, Renate Weber, Anders Wijkman, Glenis Willmott, Bernard Wojciechowski, Janusz Wojciechowski, Francis Wurtz, Anna Záborská, Zbigniew Zaleski, Mauro Zani, Andrzej Tomasz Zapałowski, Stefano Zappalà, Tatjana Ždanoka, Dushana Zdravkova, Gabriele Zimmer, Marian Zlotea, Tadeusz Zwiefka

Avviż legali - Politika tal-privatezza