Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/2166(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0353/2008

Testi mressqa :

A6-0353/2008

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 23/09/2008 - 5.6

Testi adottati :

P6_TA(2008)0419

Testi adottati
PDF 208kWORD 38k
It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008 - Brussell
Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 6/2008 - Aġenziji eżekuttivi
P6_TA(2008)0419A6-0353/2008

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 6/2008 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III - Kummissjoni (12984/2008 – C6-0317/2008 – 2008/2166(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1) (minn issa "l quddiem ir-"Regolament Finanzjarju"), u b'mod partikulari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta" l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, kif adottat finalment fit-13 ta" Diċembru 2007(2),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta" Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u mmaniġġjar finanzjarju sod(3),

–   wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit preliminari Nru 6/2008 ta" l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, li l-Kummissjoni preżentat fl-1 ta" Lulju 2008 (COM(2008)0429),

–   wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit li jemena Nru 6/2008, li l-Kunsill stabbilixxa fil-15 ta' Settembru 2008 (12984/2008 - C6-0317/2008),

–   wara li kkunsidra r-Regola 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġit (A6-0353/2008),

A.   billi l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 6 għall-baġit ġenerali 2008 ikopri l-punti li ġejjin:

   l-adattamenti baġitarji meħtieġa (pjan ta" stabbiliment) ġejjin mill-estensjoni tal-mandat ta" tliet aġenziji eżekuttivi: l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv, u l-Kultura (EACEA), l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm tas-Saħħa Pubblika (PHEA), u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Netwerk ta" Trasport Transewropew (TEN-TEA),
   il-ħolqien ta" l-istruttura baġitarja meħtieġa biex takkomoda l-Impriża Konġunta ta" Ċelloli ta" Fjuwil u Idroġenu (FCH JU), u l-allokament tal-ħtiġijiet baġitarji li jikkorrispondu,
   żieda ta" EUR 2 200 000 f'approprjazzjonijiet ta" impenn, biex tkopri parti mill-ispejjeż ta" bini ġdid għall-EUROJUST,
   żieda ta" EUR 3 900 000 f'approprjazzjonijiet ta" impenn għall-Programm ta" Kompetittività u Innovazzjoni (CIP) - Imprenditorjat u Innovazzjoni,

B.   billi l-iskop ta" l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 6/2008 huwa li jdaħħal dawn l-aġġustamenti tal-baġit fil-baġit ta" l-2008,

1.  Ifakkar li l-approprjazzjonijiet għal Impriżi Konġunti huma mħallsa mill-baġit operattiv tal-programm ikkonċernat;

2.  Jinnota li, skond l-Artikolu 179(3) tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament Ewropew, bħala parti mill-awtorità baġitarja, kellu jkun infurmat mill-kera ta" bini ġdid għall-EUROJUST, li għandha implikazzjonijiet sinifikattivi għall-baġit;

3.  Jistenna li jkun provdut b'tagħrif bħal dan mill-Kummissjoni fil-ġejjieni, fil-każ li jqumu aktar ħtiġijiet għal bini, biex jippermetti lill-awtorità baġitarja biex toħroġ opinjoni skond l-Artikolu 179(3) tar-Regolament Finanzjarju;

4.  Jadotta l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 6/2008 mingħajr emendi;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 71, 14.3.2008, p. 1.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

Avviż legali - Politika tal-privatezza