Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar l-abbozz għal regolament tal-Kunsill dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta" Informazzjoni ta" Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta" Informazzjoni ta" Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (11925/2/2008 – C6-0189/2008 – 2008/0078(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta" regolament tal-Kunsill (11925/2/2008),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0197),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6–0189/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A6–0352/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kunsill
Emenda
Emenda1 Abbozz għal Regolament tal-Kunsill Artikolu 11A a (ġdid)
Artikolu 11A a
Rappurtar
Sa tmiem kull perjodu ta" sitt xhur, u għall-ewwel darba sa tmiem l-ewwel perjodu ta" sitt xhur tal-2009, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport tal-progress lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward l-iżvilupp tal-SIS II u tal-migrazzjoni mis-Sistema ta" Informazzjoni ta" Schengen (SIS +1) għas-Sistema ta" Informazzjoni ta" Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II).
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu jiskadi fid-data li trid tiġi stabbilita mill-Kunsill, filwaqt li jaġixxi skont l-Artikolu 55(2) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006.
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu jiskadi fid-data li trid tiġi stabbilita mill-Kunsill, filwaqt li jaġixxi skont l-Artikolu 55(2) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006, u f'kull eventwalità mhux aktar tard mit-30 ta" Ġunju 2010.