Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (COM(2007)0697 – C6-0427/2007 – 2007/0247(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0697),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0427/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport ta' Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0321/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta' networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni║,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabblilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3),
Billi:
(1) Il-funzjonament tal-ħames Direttivi li jikkostitwixxi l-qafas regolatorju attwali għan-networks u s-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi(4) ('id-Direttiva Kwadru' [ta' Qafas]), id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati(5) ('id-Direttiva ta' l-Aċċess'), id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi(6) ('id-Direttiva ta' l-Awtorizzazzjoni'), id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi(7) ('id-Direttiva tas-Servizz Universali'), u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika(8) ('id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika')(flimkien magħrufa bħala "id-Direttiva Qafas u d-Direttivi Speċifiċi)) huwa suġġett għal analiżi perjodika mill-Kummissjoni, bil-għan partikolari li tiġi ddeterminata l-ħtieġa għal emendi fid-dawl ta' żviluppi teknoloġiċi u tas-suq.
(2)Fl-2007 saret reviżjoni tad-Direttiva 89/552/KEE tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta" ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta" servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva)(9)bil-ħsieb li jkunu żgurati l-aħjar kundizzjonijiet għall-kompettitività u ċ-ċertezza legali għat-teknoloġiji ta' l-informazzjoni u l-industriji u s-servizzi tal-Media fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll ir-rispett tad-diversità kulturali u lingwistika. F'dan il-kuntest, qafas regolatorju ġust u bbilanċjat għan-networks u s-servizzi għall-komunikazzjonijiet elettroniċi jservi bħala pilastru essenzjali tas-settur awdjoviżiv ta' l-UE.
(3) F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni ppreżentat ir-riżultati inizjali fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni fid-29 ta' Ġunju 2006 dwar l-analżi tal-qafas regolatorju ta' l-UE għan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Abbażi ta' dawn ir-riżultati inizjali, saret konsultazzjoni pubblika, li identifikat in-nuqqas kontinwu ta' suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bħala l-aktar aspett importanti li jeħtieġ li jkun indirizzat. B'mod partikolari, instab li l-frammentazzjoni tar-regolamentazzjoni, u l-inkonsistenzi fost l-attivitajiet ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, jipperikolaw mhux biss il-kompetittività tas-settur, iżda wkoll il-benefiċċji sostanzjali li l-konsumatur jieħu mill-kompetizzjoni transkonfinali.
(4) Għaldaqstant, il-qafas regolatorju ta' l-UE għan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għandu jiġi rriformat, bil-għan li jiġi kkompletat is-suq intern għall-komunikazzzjonijiet elettroniċi billi jissaħħaħ il-mekkaniżmu Komunitarju għar-regolamentazzjoni ta' l-operaturi li għandhom saħħa sinifikanti fi swieq ewlenin. ▌ Ir-riforma tinkludi wkoll d-definizzjoni ta' strateġija għall-ġestjoni effiċjenti u kkordinata ta' l-ispettru tar-radju, bil-għan li jinkiseb Spazju Uniku Ewropew ta' l-Informazzjoni u jissaħħu d-dispożizzjonijiet għal utenti b'diżabbiltà, u b'hekk tinħoloq soċjetà ta' l-informazzjoni li tkun inklussiva.
(5)Objettiv primarju tal-qafas regolatorju ta' l-UE għal networks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika huwa li tinħoloq ekosistema sostenibbli għall-komunikazzjoni elettronika imsejsa fuq il-provvista u t-talba, ta' l-ewwel permezz ta' infrastruttura u swieq tas-servizzi effettivi u kompetittivi u ta' l-aħħar permezz ta' żviluppi fis-soċjetà ta' l-informatika.
(6)Għan ieħor tal-qafas regolatorju ta' l-UE għal networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi huwa li jitnaqqsu b'mod progressiv ir-regoli ex-ante speċifiċi għas-settur hekk kif tiżviluppa l-kompetizzjoni fis-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u, fl-aħħar mill-aħħar, sabiex il-komunikazzjonijiet elettroniċi jkunu regolati mil-liġi tal-kompetizzjoni biss. Filwaqt li s-swieq għall-komunikazzjonijiet elettroniċi wrew dinamiki kompetittivi b'saħħithom fi snin riċenti, huwa essenzjali li obbligi regolatorji ex-ante jkunu imposti biss fejn ma jkun hemm l-ebda kompetizzjoni effettiva u sostenibbli. Il-ħtieġa għat-tkomplija ta' regolazzjoni ex ante għandha tiġi riveduta mhux aktar tard minn tliet snin mid-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva.
(7)Sabiex tiġi żgurata sistema proporzjonata u xierqa għall-kundizzjonijiet kompetittivi li jvarjaw, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikollhom is-setgħa li jiddefinixxu s-swieq fuq bażi sub-nazzjonali u jneħħu l-obbligi regolatorji fis-swieq jew fiz-zoni ġeografiċi fejn ikun hemm kompetizzjoni effettiva fl-infrastruttura. Dan għandu japplika wkoll fejn żoni ġeografiċi ma jkunux definiti bħala swieq separati.
(8)Sabiex jintlaħqu l-miri ta' l-Agenda ta' Liżbona huwa meħtieġ li jingħataw inċentivi xierqa għal investimenti f'networks ta' veloċità għolja li jappoġġjaw l-innovazzjoni f'servizzi ta' l-Internet għonja fil-kontenut u li tissaħħaħ il-kompetittività internazzjonali ta' l-Unjoni Ewropea. Dawn in-networks għandhom potenzjal enormi li jwasslu benefiċċji lill-konsumaturi u lin-negozji madwar l-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant huwa vitali li jitrawwem l-investiment sostenibbli fl-iżvilupp ta' tali networks, filwaqt li tkun salvagwardjata l-kompetittività u tingħata spinta 'l quddiem lill-għażla tal-konsumaturi permezz tal-prevedibilità u l-konsistenza regolatorja.
(9)Fil-Komunikazzjoni tagħha ta' l-20 ta' Marzu 2006 bit-titolu "Innaqqsu d-Distakk fir-rigward tal-Broadband"(10), il-Kummissjoni rrikonoxxiet li hemm distakk territorjali fl-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' l-aċċess għal servizzi ta' broadband b'veloċità għolja. Minkejja ż-żieda ġenerali fil-konnettività tal-broadband, l-aċċess f'diversi reġjuni huwa limitat minħabba l-ispejjeż għoljin ikkawżati mid-densità baxxa tal-popolazzjonijiet u mill-bgħuda. Bosta drabi l-inċentivi kummerċjali għall-investiment fit-tixrid tal-broadband f'dawn iz-zoni ma jkunux biżżejjed. Madankollu, l-innovazzjoni teknoloġika tnaqqas l-ispejjeż tat-tixrid. Sabiex ikun żgurat l-investiment f'teknoloġiji ġodda f'reġjuni sottożviluppati, ir-regolazzjoni tal-komunikazzjoni elettronika trid tkun konsistenti ma' miżuri oħra ta' politika li jittieħdu, bħall-politika dwar l-għajnuna mill-istat, il-fondi strutturali jew l-għanijiet ta' politika industrijali usa.
(10)L-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp huwa ta' importanza vitali għall-iżvilupp ta' networks tal-'fibre optics' tal-ġenerazzjoni li jmiss u sabiex jinkiseb aċċess flessibbli u effiċjenti għar-radju u permezz ta' dan tiġi ffavorita kompetizzjoni aħjar u applikazzjonijiet u servizzi innovattivi għall-benefiċċju tal-konsumaturi. L-isfida hija li tiġi pprovduta l-ġenerazzjoni li jmiss ta' infrastrutturi ubikwitarji u konverġenti tan-networks u ta' servizzi għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, għat-teknoloġija ta' l-informatika u għall-media.
(11)Il-politika pubblika għandu jkollha rwol biex tikkumplimenta il-funzjoni effettiva tas-suq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, billi tindirizza kemm in-naħa tal-provvista kif ukoll in-naħa tad-domanda sabiex tistimula ċ-ċirku virtuż fejn l-iżvilupp ta' kontenut u ta' servizzi aħjar jiddependi fuq l-użu ta' l-infrastruttura u viċi-versa. L-intervent pubbliku għandu jkun proporzjonat u la għandu jgħawweġ il-kompetizzjoni u lanqas jimpedixxi l-investiment privat u għandu jkabbar l-inċentivi għall-investiment u jbaxxi l-barrieri għad-dħul. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jappoġġjaw it-tnedija ta' infrastruttura ta' kapaċità għolja u ta' garanzija għall-futur. Permezz ta' dan, l-appoġġ pubbliku għandu jkun attribwit permezz ta' proċeduri miftuħin, trasparenti u kompetittivi, m'għandux jiffavorixxi a priori xi teknoloġija partikolari u għandu jipprovdi aċċess għall-infrastruttura fuq bażi mhux diskriminatorja.
(12)Il-qafas regolatorju ta' l-UE għal networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi għandu wkoll jippromwovi l-protezzjoni tal-konsumatur fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi billi tiġi pprovduta informazzjoni eżatta u komprensiva, li jintuża kull mezz possibbli għal dak il-għan, għat-trasparenza f'termini ta' ħlasijiet u spejjeż, u għal standards għoljin fl-għoti ta' servizzi. Għandu wkoll jagħraf bis-sħiħ l-irwol ta' l-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur fil-konsultazzjonijiet pubbliċi; li jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti huma mogħtija s-setgħat li jippermettulhom li jipprevjenu l-possibilità ta' tbagħbis u li jaġixxu b'mod effettiv kif meħtieġ sabiex iwaqqfu kull każ ta' frodi.
(13)L-opinjonijiet ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-partijiet involuti fl-industrija għandhom jiġu kkunsidrati mill-Kummissjoni meta tadotta miżuri skond din id-Direttiva permezz ta' l-użu ta' konsultazzjoni effettiva biex tiżgura t-trasparenza u l-proporzjonalità. Il-Kummissjoni għandha toħroġ dokumenti dettaljati għall-konsultazzjoni, li fihom tispjega l-modi differenti ta' azzjoni li jkunu qegħdin jiġu kkunsidrati, u l-partijiet interessati għandhom jingħataw żmien raġonevoli sabiex jikkummentaw. Wara l-konsultazzjoni, wara li tkun ikkunsidrat il-kummenti, il-Kummissjoni għandha tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni li tkun ittieħdet fi stqarrija li għandha tinkludi deskrizzjoni ta' kif ġew ikkunsidrati dawk l-opinjonijiet ta' min wieġeb.
(14) Sabiex jippermetti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jilħqu l-għanijiet stipulati fid-Direttiva ta' Qafas u fid-Direttivi Speċifiċi, b'mod partikolari tidħol l-interoperabbiltà minn tarf sa tarf, l-ambitu tad-Direttiva ta' Qafas għandu jitwessa' biex ikopri t-tagħmir tar-radju u t-tagħmir terminali tat-telekomunikazzjonijiet kif iddefinit fid-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom(11), kif ukoll it-tagħmir tal-konsumatur użat għat-televiżjoni diġitali.
(15)Bla ħsara għad-Direttiva 1999/5/KE, huwa neċessarju li tiġi ċċarata l-applikazzjoni ta' ċerti aspetti ta' apparat terminali li jikkonċernaw l-aċċess għall-utenti finali b'diżabilità sabiex tiġi żgurata l-interoperabilità bejn l-apparat terminali u n-networks u s-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi.
(16) Ċerti definizzjonijiet għandhom ikunu ċċarati jew mibdula biex tingħata kunsiderazzjoni lill-iżviluppi fis-suq u dawk teknoloġiċi, kif ukoll biex jitneħħew l-ambigwitajiet identifikati fl-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju.
(17)L-attivitajiet ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-qafas regolatorju ta' l-UE għal networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jikkontribwixxu għat-twettiq ta' politiki pubbliċi usa' fl-oqsma tal-kultura, ta' l-impjiegi, ta' l-ambjent, tal-koeżjoni soċjali, ta' l-iżvilupp reġjonali u ta' l-ippjanar ta' l-ibliet u tal-pajjiżi.
(18)Is-swieq nazzjonali ta' komunikazzjoni elettronika se jkomplu jkunu differenti fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Għalhekk huwa essenzjali li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Korp tar-Regolaturi Ewropej tat-Telekomunikazzjonijiet (Body of European Regulators in Telecom ("BERT") jkollhom is-setgħat u l-għarfien meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jibnu ekosistema kompetittiva fl-UE fis-swieq u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika filwaqt li jkun hemm fehim tad-differenzi nazzjonali u reġjonali u konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà.
(19) L-indipendenza ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandha tissaħħaħ biex tkun żgurata l-applikazzjoni iktar effettiva tal-qafas regolatorju u biex tiżdied l-awtorità tagħhom u l-konsistenza fid-deċiżjonijiet tagħhom. Għal dan il-għan, għandha ssir dispożizzjoni espressa fil-liġi nazzjonali biex ikun żgurat li, fl-eżerċizzju tal-kompiti tagħha, l-awtorità regolatorja nazzjonali tkun protetta mill-interventi esterni jew pressjoni politika li jistgħu jkunu responsabbli biex tkun ipperikolata l-valutazzjoni indipendenti tagħha ta' materji li jiġu quddiemha. Din l-influwenza minn barra tagħmel l-entità leġiżlattiva nazzjonali mhux adattata biex taġixxi bħala awtorità regolatorja nazzjonali fil-qafas regolatorju. Għal dan il-għan, għandhom jiġu stipulati minn qabel regoli dwar ir-raġunijiet għat-tkeċċija tal-kap ta' l-awtorità regolatorja nazzjonali, sabiex jitneħħa kull dubju raġonevoli dwar in-newtralità ta' dik l-entità u l-kapaċità tagħha li ma tkunx influwenzata minn fatturi esterni. Huwa importanti li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom il-baġit proprju tagħhom, partikolarment sabiex ikunu jistgħu jingaġġaw għadd biżżejjed ta' persunal ikkwalifikat. Biex tiġi żgurata t-trasparenza, dan il-baġit għandu jiġi ppubblikat kull sena.
(20) Kien hemm diverġenza wiesgħa fil-mod kif l-entitajiet ta' l-appell kienu japplikaw il-miżuri temporanji biex jissospendu d-deċiżjonijiet ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Sabiex tinkiseb aktar konsistenza fl-istrateġiji, għandhom jiġu applikati standards komuni skond il-ġurisprudenza Komunitarja. Fid-dawl ta' l-importanza ta' l-appelli għall-funzjonament ġenerali tal-qafas regolatorju, għandu jinħoloq mekkaniżmu għall-ġbir ta' informazzjoni fuq appelli u deċiżjonijiet sabiex ikunu jistgħu jiġu sospiżi deċiżjonijiet meħudin mill-awtoritajiet regolatorji ta' l-Istati Membri, kif ukoll għall-irrappurtar ta' dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni.
(21) Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jwettqu l-kompiti regolatorji tagħhom b'mod effettiv, id-data li jridu jiġbru għandha tinkludi data li tagħti rendikont tas-swieq tal-bejgħ bl-imnut u li jkunu assoċjati ma' swieq li jfornu fi kwantitajiet kbar għall-bejgħ bl-ingrossa meta operatur wieħed ikollu saħħa sinifikanti fis-suq u għalhekk ikunu rregolati mill-awtorità regolatorja nazzjonali, u għandhom jinkludu ukoll id-data li tippermetti lill-awtorità regolatorja nazzjonali li tivvaluta l-impatt possibbli mit-titjib jew mill-bidliet li jkunu ppjanati fit-topoloġija tan-networks fuq l-iżvilupp tal-kompetizzjoni jew fuq il-prodotti fi kwantità kbira li jsiru disponibbli għall-partijiet l-oħra għall-bejgħ mill-ġdid.
(22) Il-konsultazzjoni nazzjonali prevista fl-Artikolu 6 tad-Direttiva ta' Qafas għandha ssir qabel il-konsultazzjoni Komunitarja stipulata fl-Artikolu 7 ta' l-istess Direttiva, sabiex il-fehmiet tal-partijiet interessati jiġu riflessi fil-konsultazzjoni Komunitarja. B'hekk tiġi evitata wkoll il-ħtieġa għal konsultazzjoni Komunitarja sussegwenti fil-każ ta' tibdiliet għal miżura ppjanata minħabba l-konsultazzjoni nazzjonali.
(23) Is-setgħat ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiġu rrikonċiljati ma' l-iżvilupp ta' prattiċi regolatorji konsistenti kif ukoll ma' l-applikazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju, bil-għan li jikkontribwixxu b'mod effettiv għall-iżvilupp u għall-ikkompletar tas-suq intern. Għaldaqstant, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jappoġġaw l-attivitajiet tal-Kummissjoni marbutin mas-suq intern, kif ukoll l-attivitajiet tal-BERT, li għandha sservi ta' forum esklussiv għall-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fl-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet tagħhom fil-qafas regolatorju.
(24) Il-mekkaniżmu Komunitarju li jippermetti lill-Kummissjoni titlob lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jirtiraw miżuri ppjanati rigward id-definizzjoni tas-suq u l-ħatra ta' l-operaturi li jkollhom poter sinifikanti fis-suq ikkontribwixxa b'mod sinifikanti lejn strateġija konsistenti biex jiġu identifikati ċ-ċirkostanzi li fihom tista' tiġi applikata regolamentazzjoni ex-ante u l-operaturi huma suġġetti għal tali regolamentazzjoni. Madankollu, ma jeżisti l-ebda mekkaniżmu ekwivalenti għar-rimedji li għandhom jiġu applikati. Il-monitoraġġ tas-suq mill-Kummissjoni, u b'mod partikolari, l-esperjenza tal–proċedura skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva ta' Qafas, urew li inkonsistenzi fil-mod kif l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali japplikaw ir-rimedji, anki taħt kundizzjonijiet simili tas-suq, jolqtu hażin lis-suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, ma jiżgurawx kundizzjonijiet indaqs fost l-operaturi stabbiliti fi Stati Membri differenti, u jfixklu l-benefiċċji li jieħu l-konsumatur mill-kompetizzjoni u servizzi transkonfinali. Il-Kummissjoni għandhom jingħatawlha aktar setgħat biex titlob lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jirtiraw abbozzi ta' miżuri rigward ir-rimedji magħżula mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju fil-Komunità, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-BERT qabel ma tieħu d-deċiżjoni tagħha.
(25) Huwa importanti li l-qafas regolatorju jiġi implimentat f'waqtu. Meta ll-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni li titlob lil awtorità regolatorja nazzjonali li tirtira miżura ppjanata, l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandha tissottometti miżuri rriveduta lill-Kummissjoni. Għandha tiġi stipulata skadenza għan-notifika tal-miżura rriveduta lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva ta' Qafas, sabiex l-operaturi fuq is-suq ikunu jafu kemm se ddum l-analiżi tas-suq, kif ukoll biex tiżdied iċ-ċertezza legali.
(26) Bl-istess mod, billi jeħtieġ li jiġi evitat vakwu regolatorju f'settur li jimxi b'pass mgħaġġel, jekk l-adozzjoni ta' abbozz ta' miżura li tkun ġiet innotifikata mill-ġdid xorta toħloq xkiel għas-suq komuni jew tkun inkompatibbli mal-liġi Komunitarja, il-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat mal-BERT, għandu jkollha s-setgħa li titlob lill-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata li timponi rimedju speċifiku f'perjodu ta' żmien speċifikat.
(27) Fid-dawl ta' l-iskadenzi qosra fil-mekkaniżmu tal-konsultazzjoni Komunitarja, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat biex tadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jħaffu l-proċeduri għall-iskambju ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali – pereżempju f'każijiet li jirrigwardaw swieq stabbli, jew li jinvolvu biss emendi minuri għal miżuri li diġà ġew innotifikati – jew inkella, biex il-Kummissjoni tippermetti eżenzjoni min-notifikar sabiex jitħaffu l-proċeduri f'ċerti każijiet.
(28) Skond l-għanijiet tal-Karta ta' l-Unjoni Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltajiet, il-qafas regolatorju għandu jiżgura li l-utenti kollha, inklużi l-utenti aħħarija b'diżabbiltà, l-anzjani, u l-utenti b'bżonnijiet soċjali speċjali, ikollhom aċċess faċli għal servizzi ta' kwalità għolja bi prezz raġjonevoli. Id-Dikjarazzjoni 22 annessa ma' l-Att finali ta' Amsterdam tipprovdi biex l-istituzzjonijiet tal-Komunità jqisu l-bżonnijiet ta' persuni b'diżabbiltà meta jħejju l-miżuri skond l-Artikolu 95 tat-Trattat.
(29) Il-frekwenzi tar-radju għandhom jitqiesu bħala riżorsa pubblika skarsa ta' valur importanti kemm pubbliku kif ukoll fis-suq. Huwa fl-interess pubbliku li l-ġestjoni ta' l-ispettru tar-radju tkun effiċjenti u effettiva kemm jista' jkun mill-perspettiva ekonomika, soċjali u ambjentali, u li jiġu kkunsidrati l-għanijiet tad-diversità kulturali u tal-pluraliżmu tal-Media, u li l-ostakli għall-użu effiċjenti tagħha jitneħħew b'mod progressiv.
(30)Għalkemm l-immaniġġjar ta' l-ispettru jibqa' fi ħdan il-kompetenza ta' l-Istati Membri, huma biss il-koordinazzjoni u, fejn xieraq, l-armonizzazzjoni fuq livell Komunitarju li jistgħu jiżguraw li l-utenti ta' l-ispettru jgawdu mill-benefiċċji kollha tas-suq intern u li l-interessi ta' l-UE jkunu jistgħu jiġu difiżi b'mod effettiv mad-dinja kollha.
(31)Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar l-immaniġġjar ta' l-ispettru għandhom ikunu konsistenti max-xogħol ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali li għandhom x'jaqsmu ma' l-immaniġġjar ta' l-ispettru tar-radju, bħall-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjonijiet (ITU) u l-Konferenza Ewropea ta' l-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT), sabiex ikunu żgurati l-immaniġġjar effiċjenti u l-armonizzazzjoni ta' l-użu ta' l-ispettru fil-Komunità u mad-dinja kollha.
(32)Sabiex jikkontribwixxi biex jiġu ssodisfati l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 8a tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas), fl-2010 għandha ssir laqgħa għolja dwar l-ispettru mmexxi mill-Istati Membri u li tkun tinkludi lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni u lill-partijiet interessati kollha. Il-laqgħa għolja għandha b'mod partikulari tikkontribwixxi sabiex tiġi żgurata aktar konsistenza fil-politika ta' l-UE dwar l-ispettru, sabiex tingħata gwida dwar il-bidla mit-televiżjoni terrestri li jxandar b'sinjal analogu għal dak li jxandar b'sinjal diġitali, u sabiex l-ispettru jinfetaħ għal servizzi ġodda ta' komunikazzjoni elettronika ladarba tkun seħħet il-bidla għad-diġitali.
(33)Il-bidla mit-televiżjoni terrestri li jxandar b'sinjal analogu għal dak li jxandar b'sinjal diġitali għandha twassal, bħala riżultat ta' l-effiċjenza superjuri fit-trażmissjoni tat-teknoloġija diġitali, għar-rilaxx ta' ammont sinifikanti ta' spettru fl-Unjoni Ewropea, l-hekk imsejjaħ "dividend diġitali" L-Istati Membri għandhom jirrilaxxaw id-dividendi diġitali tagħhom kemm jista' jkun malajr, sabiex iċ-ċittadini jibbenefikaw mit-tnedija ta' servizzi ġodda, innovattivi u kompetittivi. Għal dan l-għan l-ostakoli li jeżistu fuq livell nazzjonali għall-allokazzjoni jew ir-ri-allokazzjoni effiċjenti tad-dividend diġitali għandhom jitneħħew u għandu jiġi segwit metodu aktar koerenti u integrat għall-allokazzjoni tad-dividend diġitali fil-Komunità.
(34) Il-frekwenzi tar-radju għandhom ikunu ġestiti b'mod li tiġi evitata l-interferenza li tagħmel il-ħsara. Dan il-kunċett bażiku ta' l-interferenza ta' ħsara għandu għalhekk ikun iddefinit kif jixraq b'riferenza għal-pjani għall-frekwenzi eżistenti li jkunu miftehma internazzjonalment biex ikun żgurat li l-intervent regolatorju jasal biss sa fejn ikun meħtieġ biex tkun evitata din l-interferenza.
(35) Is-sistema attwali ta' ġestjoni u distribuzzjoni ta' l-ispettru tar-radju hija b'mod ġenerali bbażata fuq deċiżjonijiet amministrattivi li m'humiex flessibbli biżżejjed biex ilaħħqu ma' l-evoluzzjoni teknoloġika u ekonomika, b'mod partikulari ma' l-iżvilupp mgħaġġel fit-teknoloġija tar-radju u t-talba dejjem tikber għall-bandwith. Il-frammentazzjoni eċċessiva fost il-linji ta'politika nazzjonali tirriżulta fi spejjeż ikbar u telf ta' opportunitajiet fis-suq għall-utenti ta' l-ispettru tar-radju, u tnaqqas ir-ritmu ta' l-innovazzjoni, għad-dannu tas-suq intern, il-konsumatur u l-ekonomija b'mod ġenerali. Barra minn dan, il-kundizzjonijiet ta' l-aċċess għall-frekwenzi tar-radju, u għall-użu tiegħu, jistgħu jvarjaw skond it-tip ta' l-operatur, waqt li s-servizzi elettroniċi li jipprovdu dawn l-operaturi jikkoinċidu dejjem iktar, b'hekk jinħolqu tensjonijiet bejn id-detenturi tad-dritt, diskrepanzi fil-prezz ta' l-aċċess għall-ispettru tar-radju, u distorsjoni potenzjali fil-mod kif jiffunzjona s-suq intern.
(36) Il-fruntieri nazzjonali huma dejjem iktar irrilevanti biex ikun iddeterminat l-aħjar użu ta' l-ispettru tar-radju. Il-frammentazzjoni tal-ġestjoni ta' l-aċċess għad-drittijiet ta' l- ispettru tar-radju tillimita l-investiment u l-innovazzjoni u ma tippermittix lill-operaturi u l-manifatturi tat-tagħmir li jagħmlu ekonomija bis-saħħa ta' produzzjoni fuq skala ikbar, biex b'hekk tfixkel l-iżvilupp ta' suq intern għan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jużaw l-ispettru tar-radju.
(37) Il-flessibilità fil-ġestjoni ta' l-ispettru tar-radju u l-aċċess għall-ispettru tar-radju għandhom jiżdiedu permezz ta' awtorizzazzjonijiet newtrali fir-rigward tat-teknoloġija u s-servizz, sabiex l-utenti ta' l-ispettru tar-radju jkunu jistgħu jagħżlu l-aqwa teknoloġiji u servizzi li jridu japplikaw f'bands tal-frekwenzi disponibbli għas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kif identifikati fil-pjanijiet nazzjonali ta' l-allokazzjoni tal-frekwenzi u r-Regolamenti ta' l- ITU għar-Radju (minn hawn 'il quddiem imsemmijin "il-prinċipji tan-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizz"). Id-determinazzjoni amministrattiva tat-teknoloġiji u s-servizzi għandha tapplika meta huma nvoluti l-objettivi ta' interess ġenerali.
(38)Ir-restrizzjonijiet rigward il-prinċipju tan-newtralità tat-teknoloġika għandhom ikunu xierqa u ġġustifikati mill-ħtieġa li tkun evitata l-interferenza li tagħmel ħsara, per eżempju billi jkunu imposti masks għall-emissjoni ║u livelli ta' enerġija, jew biex tkun żgurata l-protezzjoni tas-saħħa pubblika billi jkun hemm limitu għal kemm il-pubbliku jesponi ruħu għall-kampijiet elettromanjetiċi, jew billi jkun żgurat l-użu komuni b'mod xieraq ta' l-ispettru tar-radju, b'mod partikulari meta l-użu tiegħu jkun soġġett biss għall-awtorizzazzjonijiet ġenerali, jew biex ikun hemm kompatibilita' ma' l-għan ta' interess ġenerali f'konformità mal-liġi Komunitarja.
(39) L-utenti ta' l-ispettru tar-radju għandu jkollhom il-libertà li jagħżlu s-servizzi li jixtiequ joffru permezz ta' l-ispettru tar-radju, soġġetti għal miżuri tranżitorji biex ikunu indirizzati sitwazzjonijiet fejn id-drittijiet ikunu nkisbu minn qabel u d-dispożizzjonijiet ta' pjanijiet għall-allokazzjoni ta' frekwenzi nazzjonali u r-Regolamenti ta' l-ITU. għandha tkun possibbli l-awtorizzazzjoni ta' eċċezzjonijiet għall-prinċipju tan-newtralità tas-servizz li jkunu jeħtieġu li jkun ipprovdut servizz speċifiku sabiex jiġu kkunsidrati l-fatturi tal-politika pubblika jew biex jintlaħqu għanijiet ta' interess ġenerali ddefiniti b'mod ċar, bħalma huma s-sikurezza tal-ħajja, il-ħtieġa li titħeġġeġ il-koeżjoni soċjali, reġjunali jew territorjali, . Dawn l-għanijiet għandhom jinkludu wkoll il-promozzjoni ta' politiki nazzjonali dwar l-awdjoviżjoni u l-media, tad-diversità kulturali u lingwistika u l-pluraliżmu fil-mezzi ta' komunikazzjoni kif iddefiniti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali skond il-liġi Komunitarja. Għajr fejn hu meħtieġ għall-ħarsien tas-sigurtà tal-ħajja, jew biex jiġi żgurat li l-għanijiet imsemmija hawn fuq jintlaħqu, l-eċċezzjonijiet ma għandhomx iwasslu għall-użu esklussiv għal ċerti servizzi, iżda għandhom jagħtu prijoritajiet sabiex servizzi jew teknoloġiji oħra jikkoeżistu fl-istess band, safejn ikun possibbli. Biex il-parti awtorizzata tkun libera li tagħżel l-aktar mezz effiċjenti għat-twassil tal-kontenut tas-servizzi pprovduti permezz tal-frekwenzi tar-radju, il-kontenut ma għandux ikun irregolat fl-awtorizzazzjoni għall-użu ta' frekwenzi tar-radju.
(40) Hija f'idejn l-Istati Membri l-kompetenza li jiddefinixxu l-ambitu u n-natura ta' kwalunkwe eċċezzjoni rigward il-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika politika nazzjonali awdjoviżiva u tal-Media u l-pluraliżmu fil-Media, skond il-liġi nazzjonali tagħhom.
(41) Billi l-allokazzjoni ta' l-ispettru tar-radju lil teknoloġiji jew servizzi speċifiċi hija eċċezzjoni għall-prinċipji tan-newtralità tat-teknoloġiji u tas-servizzi u tnaqqas il-libertà tal-għażla tas-servizz jew tat-teknoloġija wżata, kull proposta għal din l-allokazzjoni għandha tkun trasparenti u soġġetta għall-konsultazzjoni pubblika.
(42) Fl-interess tal-flessibbiltà u ta' l-effiċjenza, f'bands li għandhom jiġu identifikati b'mod armonizzat, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ukoll jagħtu lill-utenti ta' l-ispettru tar-radju l-libertà li jittrasferixxu jew jikru d-drittijiet ta' l-użu tagħhom lil partijiet terzi. Dan għandu jippermetti l-valutazzjoni ta' l-ispettru tar-radju mis-suq. Fid-dawl tas-setgħa tagħhom biex jiżguraw l-użu effettiv ta' l-ispettru tar-radju, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jaġixxu sabiex jiżguraw li n-negozju ma jwassalx għal tagħwiġ tal-kompetizzjoni fejn l-ispettru tar-radju jibqa' ma jintużax.
▌
43) Għall-finijiet tas-suq intern, jista' jeħtieġ ukoll li tiġi armonizzata fil-livell Komunitarju l-identifikazzjoni ta' bands ta' l-ispettru tar-radju li jkunu negozjabbli, tal-kundizzjonijiet biex isir in-negozju jew it-tranżizzjoni lejn drittijiet li jkunu negozjabbli f'bands speċifiċi, ta' format minimu għad-drittijiet negozjabbli, ta' rekwiżiti biex tkun żgurata d-disponibbiltà ċentrali, l-aċċessibbiltà u l-kredibbiltà ta' l-informazzjoni meħtieġa għan-negozju fl-ispettru tar-radju, u tar-rekwiżiti biex titħares il-kompetizzjoni u jkun evitat l-akkapparrament ta' l-ispettru tar-radju. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandhom jingħatawlha setgħat biex tadotta miżuri ta' implimentazzjoni għal dik l-armonizzazzjoni. Tali miżuri ta' implimentazzjoni għandhom iqisu jekk id-drittijiet individwali għall-użu ġewx awtorizzati fuq bażi kummerċjali jew mhux kummerċjali.
(44) L-introduzzjoni tan-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizz, kif ukoll tan-negozju ta' drittijiet għall-użu ta' l-ispettru tar-radju eżistenti, aktarx li teħtieġ regoli tranżitorji, inklużi miżuri biex jiżguraw il-kompetizzjoni ġusta, għax is-sistema l-ġdida tista' tagħti d-dritt lil ċerti utenti ta' l-ispettru tar-radju li jibdew jikkompetu ma' l-utenti ta' l-ispettru tar-radju li jkunu kisbu d-drittijiet ta' l-ispettru tar-radju tagħhom taħt termini u kundizzjonijiet aktar stretti. Bil-maqlub, meta d-drittijiet kienu ngħataw bħala deroga mir-regoli ġenerali jew skond kriterji li ma kinux oġġettivi, trasparenti, proporzjonati u mhux diskriminatorji, bil-ħsieb li jintlaħqu l-għanijiet ta' interess ġenerali, is-sitwazzjoni tad-detenturi ta' dawn id-drittijiet m'għandhiex titjieb għad-dannu tal-kompetituri ġodda tagħhom lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħqu dawn il-għanijiet ta' interess ġenerali. Kull spettru tar-radju li ma jkunx baqa' meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet ta' interess pubbliku għandu jittieħed lura u jkun assenjat mill-ġdid skond id-Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni.
(45) Bil-għan li ġġib 'il quddiem il-funzjonament tas-suq intern, u biex tappoġġa l-iżvilupp ta' servizzi transkonfinali, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tikkonsulta mal-BERT fil-qasam ta' l-għoti tan-numri. Barra minn hekk, biex iċ-ċittadini ta' l-Istati Membri, inklużi vjaġġaturi u utenti b'diżabbiltà, ikunu jistgħu jilħqu ċerti servizzi billi jużaw l-istess numri li jingħarfu bi prezzijiet simili fl-Istati Membri kollha, is-setgħat tal-Kummissjoni biex tadotta miżuri tekniċi ta' implimentazzjoni għandhom ikopru wkoll, fejn meħtieġ, il-prinċipju jew il-mekkaniżmu applikabbli tat-tariffi kif ukoll il-ħolqien ta' numru ta' telefon wieħed tal-UE (front-up call number) li jiżgura l-aċċess faċli għall-utenti għal dawk is-servizzi.
(46) Il-permessi maħruġa lill-impriżi li jipprovdu lin-networks u s-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi biex ikollhom aċċess għall-proprjetà privata jew pubblika huma fatturi essenzjali fit-twaqqif ta' networks tal-komunikazzjoni elettronika jew ta' elementi ġodda tan-network. Il-komplessità u d-dewmien bla bżonn fil-proċeduri għall-għoti tad-drittijiet ta' passaġġ jistgħu għalhekk jirrappreżentaw ostakli importanti għall-iżvilupp tal-kompetizzjoni. Bħala konsegwenza, l-akkwist tad-drittijiet għall-passaġġ mill-impriżi awtorizzati għandu jkun issemplifikat. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikun jistgħu jikkoordinaw l-akkwist tad-drittijiet ta' passaġġ, billi jagħmlu l-informazzjoni rilevanti aċċessibbli fuq il-websajts tagħhom.
(47) Jeħtieġ li jissaħħu s-setgħat ta' l-Istati Membri rigward id-detenturi tad-drittijiet ta' passaġġ, sabiex jiżguraw l-introduzzjoni jew il-firxa ta' network ġdid b'mod ġust, effiċjenti u li jirrispetta l-ambjent u indipendentement minn kwalunkwe obbligu fuq operatur b'saħħa sinifikanti fis-suq biex jagħti aċċess lin-network ta' komunikazzjonijiet elettroniċi tiegħu. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa li jimponu, fuq bażi ta' każ b'każ, it-taqsim ta' elementi ta' networks u faċilitajiet assoċjati bħal ma huma ducts, arbli u antenni, id-dħul f'bini kif ukoll koordinazzjoni aħjar ta' xogħlijiet ċivili. It-titjib tat-taqsim tal-faċilitajiet jista' jsaħħaħ ħafna il-kompetizzjoni u jnaqqas l-impatt finanzjarju u ambjentali tat-tqegħid ta' infrastruttura tal-komunikazzjoni elettronika , b'mod partikolari l-użu ta' networks ġodda ta' aċċess tal-fibre optic. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jimponu fuq l-operaturi b'qawwa sinifikanti fis-suq l-obbligi biex jipprovdu offerta ta' referenza għall-għoti ta' aċċess b'mod ġust u mingħajr diskriminazzjoni għad-ducts tagħhom.
(48) Il-komunikazzjoni ta' l-informazzjoni sikura u ta' min jafdaha fuq in-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kulma jmur qed issir aktar kruċjali għall-ekonomija kollha u għas-soċjetà nnifisha. Il-komplessità tas-sistema, il-ħsara teknika u l-iżball uman, l-aċċidenti jew l-attakki kollha jista' jkollhom konsegwenzi għat-tħaddim u għad-disponibbiltà ta' l-infrastrutturi fiżiċi li jwasslu servizzi kruċjali għall-ġid taċ-ċittadini ta' l-UE, inklużi s-servizzi elettroniċi tal-gvern. Għaldaqtsant, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li jinżammu l-integrità u s-sigurtà tan-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni. L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni ("ENISA")(12) għandha tikkontribwixxi għat-titjib tas-sigurtà tal-komunikazzjoni elettronika billi, fost ħwejjeġ oħra, tipprovdi l-konsulenza u l-parir espert, kif ukoll billi tippromwovi l-iskambju ta' l-aħjar prattiki. Kemm l-ENISA kif ukoll l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom il-mezzi meħtieġa biex iwettqu d-doveri tagħhom, inklużi s-setgħat li jiksbu informazzjoni biżżejjed biex ikunu jistgħu jivvalutaw il-livell ta' sigurtà tan-networks jew tas-servizzi kif ukoll data komprensiva u kredibbli dwar l-inċidenti ta' sigurtà li jkunu saru u li kellhom impatt sinifikanti fuq it-tħaddim tan-networks u tas-servizzi. Waqt li jżommu f'moħħhom li l-applikazzjoni b'suċċess ta' sigurtà suffiċjenti mhix eżerċizzju ta' darba biss iżda hija proċess kontinwu ta' implimentazzjoni, eżami mill-ġdid u aġġornament, dawk li jipprovdu n-networks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika għandhom ikunu obbligati li jieħdu l-miżuri biex jipproteġu l-integrità u s-sigurtà tagħhom skond il-valutazzjoni tar-riskji, u jagħtu kunsiderazzjoni lit-teknoloġija l-iktar moderna ta' dawn il-miżuri.
(49) Meta jkun meħtieġ li jinsab qbil fuq lista komuni ta' rekwiżiti għas-sigurtà, għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-miżuri tekniċi ta' implimentazzjoni sabiex jinkiseb livell adegwat ta' sigurtà fin-networks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fis-suq intern. L-ENISA għandha tikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni tal-miżuri tekniċi u organizzattivi ta' sigurtà li jkunu xierqa billi tipprovdi parir espert. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikollhom is-setgħa li joħorġu istruzzjonijiet li jorbtu dwar il-miżuri tekniċi ta' implimentazzjoni adottati skond id-Direttiva ta' Qafas. Sabiex iwettqu dmirijiethom, huma għandhom ikollhom is-setgħa li jinvestigaw u jimponu sanzjonijiet f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità.
(50) L-esperjenza fl-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju tindika li s-suq li fih is-saħħa sinifikanti tintuża biex tinħoloq pressjoni mhix il-kawża tal-problema imma x'aktarx l-oġġett ta' l-effett tagħha. Għalhekk, is-saħħa sinifikanti li titgawda f'suq wieħed, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu ħsiebha fis-suq fejn tkun toriġina u mhux fis-swieq li jmissu miegħu u li fihom jinħassu l-effetti tagħha.
(51) Fil-każ tas-swieq li jkunu identifikati bħala tranżnazzjonali, il-proċedura ta' l-eżami mill-ġdid tas-suq għandha tkun issemplifikata u magħmula iktar effettiva billi tagħmilha possibbli għall-Kummissjoni, waqt li tagħti kas ta' l-opinjoni tal-BERT, li tinnomina dawk l-impriża/i b'saħħa sinifikanti fis-suq u timponi obbligu speċifiku, jew iktar, biex b'hekk tippermetti li l-kwistjonijiet regolatorji b'karatteristiċi tranżnazzjonali jkunu indirizzati direttament fil-livell tal-Komunità.
(52) Biex l-operaturi fis-suq ikollhom ċertezza rigward kundizzjonijiet regolatorji, jeħtieġ li jkun hekk skadenza għall-analiżijiet tas-suq. Huwa importanti li ssir analiżi tas-suq regolarment, u bi skeda ta' żmien xierqa u raġjonevoli. L-iskeda ta' żmien għandha tqis jekk is-suq partikolari kienx diġà soġġett għal analiżi tas-suq bin-notifika korrispondenti. Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tonqos milli tanalizza s-suq fl-iskandeza speċifikata, dan jista' jwassal biex jipperikola s-suq intern, u l-azzjonijiet normali kontra l-ksur ta' liġi jistgħu ma jħallux l-effett mixtieq f'waqtu. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tkun tista' titlob lill-BERT biex tgħin fil-kompiti ta' l-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata, b'mod partikulari billi toħroġ opinjoni li tkun tinkludi l-abbozz ta' miżura, l-analiżi tas-suq rilevanti u l-obbligi xierqa li l-Kummissjoni tkun imbagħad tista' timponi.
(53) Minħabba livell għoli ta' innovazzjoni teknoloġika u swieq mill-aktar dinamiċi fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, jeħtieġ li r-regolamentazzjoni tkun tista' tiġi adattata ħesrem b'mod koordinat u armonizzat fuq il-livell Ewropew. L-esperjenza turi li d-diverġenza fil-mod kif l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jimplimentaw il-qafas regolatorju tista' toħloq xkiel għall-iżvilupp tas-suq intern. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri ta' implimentazzjoni f'oqsma bħat-trattament regolatorju ta' servizzi ġodda, l-għoti tan-numri, l-għoti ta' l-ismijiet u l-indirizzi, il-kwistjonijiet tal-konsumaturi inklużi l-aċċessibilità elettronika (eAccessibility), u l-miżuri regolatorji biex jinżamm rendikont.
(54) Kompitu importanti assenjat lill-BERT huwa li meta jkun xieraq hija toħroġ opinjonijiet b'relazzjoni għat-tilwim traskonfinali. F'dawn il-każijiet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom għalhekk jagħtu kas ta' kull opinjoni tal-BERT.
(55) L-esperjenza fl-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju tindika li d-dispożizzjonijiet eżistenti li jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jimponu l-multi ma rnexxilhomx jipprovdu inċentiv biżżejjed biex ikunu osservati r-rekwiżiti regolatorji. Is-setgħat ta' infurzar adegwat jistgħu jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni f'waqtha tal-qafas regolatorju u għalhekk jinkoraġġixxu ċ-ċertezza regolatorja, li hija stimulu importanti għall-investiment. In-nuqqas ta' setgħat effettivi fil-każ li ma jkunx hemm konformità japplika għall-qafas regolatorju kollu. L-introduzzjoni tad-dispożizzjoni l-ġdida fid-Direttiva ta' Qafas biex tittratta l-ksur ta' l-obbligi skond id-Direttivi ta' Qafas u Speċifiċi għandha għalhekk tiżgura l-applikazzjoni ta' prinċipji konsistenti u koerenti għall-infurzar u l-multi għall-qafas regolatorju kollu.
(56)Kemm l-investiment kif ukoll il-kompetizzjoni għandhom ikunu inkoraġġjati, sabiex l-għażla tal-konsumatur tkun imħarsa.
(57) Il-qafas regolatorju eżistenti kien jinkludi ċerti dispożizzjonijiet biex jiffaċilita t-tranżizzjoni mill-qafas regolatorju l-antik ta' l-1998 għall-qafas il-ġdid ta' l-2002. Din it-transizzjoni kienet ikkompletata fl-Istati Membri kollha u dawn il-miżuri għandhom ikunu rrevokati billi issa m'hemmx bżonnhom.
(58) L-Anness I tad-Direttiva ta' Qafas kien identifika l-lista ta' swieq li riedu jiddaħħlu fir-Rakkomandazzjoni dwar is-swieq ta' prodotti u servizzi rilevanti li jista' jistħoqqilhom ir-regolazzjoni ex-ante. Dan l-Anness għandu jkun irrevokat billi ntlaħaq l-iskop tiegħu li jservi ta' bażi għat-tħejjija tal-verżjoni inizjali tar-Rakkomandazzjoni(13).
(59) L-Anness II tad-Direttiva ta' Qafas kien elenka l-kriterji li riedu jintużaw mill- awtoritajiet regolatorji nazzjonali meta jivvalutaw l-influwenza konġunta skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 14(2) ta' dik id-Direttiva. Dak l-Anness jista' jiżgwida lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jmexxu l-analiżi tas-suq. Barra minn hekk, il-kunċett ta' l-influwenza konġunta jiddependi wkoll fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tal-Kommunitajiet Ewropej. Għalhekk l-Anness II għandu jiġi emendat.
(60) L-iskop tas-separazzjoni funzjonali, li biha l-operatur li jkun integrat vertikalment jintalab jistabbilixxi entitajiet ta' negozju li joperaw b'mod separat, huwa li tkun żgurata l-provvista ta' prodotti għal-aċċess kompletament ekwivalenti lill-operaturi kollha li jieħdu servizz mingħandu, inklużi d-diviżjonijiet ta' l-operatur stess integrat vertikalment li jieħdu servzz mingħandu stess. Is-separazzjoni funzjonali jista' jkollha l-kapaċità li ttejjeb il-kompetizzjoni f'diversi swieq rilevanti billi tnaqqas b'mod sinifikanti l-inċentiv għad-diskriminzzjoni u billi tagħmilha iktar faċli li l-osservanza ta' l-obbligi kontra d-diskriminazzjoni jkunu vverifikati u infurzati. ▌ Sabiex ikunu evitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern, il-proposti għas-separazzjoni funzjonali għandhom ikunu approvati minn qabel mill-Kummissjoni.
(61) L-implimentazzjoni tas-separazzjoni funzjonali m'għandhiex timpedixxi l-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni xierqa bejn l-entitajiet diversi ta' negozju li joperaw b'mod separat sabiex ikun żgurat li jkunu protetti d-drittijiet ekonomiċi u ta' sorveljanza tal-ġestjoni tal-kumpanija li jkollha l-kontroll tagħhom (parent company).
(62)L-integrazzjoni kontinwa tas-suq intern għas-servizzi u għan-networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi fil-futur teħtieġ koordinazzjoni aħjar ta' l-applikazzjoni tar-regolazzjoni ex-ante li hemm dispożizzjoni għaliha fil-qafas regolatorju ta' l-UE għal networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi.
(63) Meta l-impriża li tkun integrata vertikalment tagħżel li tifred l-attivitajiet tagħha billi tinħeles minn parti sostanzjali, jew kollha, tal-proprjetà tagħha fin-network għall-aċċess lokali favur entità ġuridika separata li tkun proprjetà ta' ħaddieħor jew billi tistabbilixxi entità ta' negozju separata biex tinnegozja l-prodotti għall-aċċess, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tivvaluta l-effett tat-tranżazzjoni maħsuba fuq l-obbligi regolatorji kollha eżistenti li jkun imposti fuq l-operatur li jkun integrat vertikalment sabiex ikun żgurat li kull arranġament ġdid ikun konformi mad-2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess) u d-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali). L-NRA konċernata għandha tieħu r-responsabbiltà li tagħmel analiżi ġdida tas-swieq li fihom tkun topera l-entità segregata, u timponi, iżżomm, temenda jew tirtira l-obbligi skond kif inhu xieraq. Għal dan il-għan, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandu jkollha s-setgħa li titlob informazzjoni mill-impriża.
(64) Waqt li huwa xieraq f'xi ċirkostanzi għall-awtorità regolatorja nazzjonali li timponi obbligi fuq l-operaturi li ma jkollhomx saħħa sinifikanti fis-suq sabiex jintlaħqu l-miri bħal ma hija l-konnettività minn tarf għal ieħor jew l-operabilità bejn is-servizzi, jew sabiex issir promozzjoni ta' l-effiċjenza u l- kompetizzjoni sostenibbli u jiġi żgurat benefiċċju massimu għall-utenti aħħarin, madankollu huwa meħtieġ li jkun żgurat li dawn l-obbligi jkunu imposti b'konformità mal-qafas regolatorju u b'mod partikulari mal-proċeduri tan-notifika tiegħu.
(65) Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni bil-għan li l-kundizzjonijiet għall-aċċess għas-servizzi tat-televiżjoni diġitali u tar-radju stipulati fl-Anness I jkunu adattati għall-iżviluppi fis-suq u teknoloġiċi. Dan ukoll huwa l-każ tal-lista minima ta' partiti fl-Anness II li trid tkun ippubblikata biex ikun issodisfatt l-obbligu tat-trasparenza.
(66)Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-adozzjoni ta' dawk il-miżuri ta' armonizzazzjoni għall-implimentazzjoni tal-politika Komunitarja dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi li jmorru lilhinn minn miżuri tekniċi ta' implimentazzjoni.
(67) Meta jkun iffaċilitat l-aċċess għar-riżorsi tal-frekwenzi tar-radju għall-operaturi fis-suq dan jikkontribwixxi għat-tneħħija tal-barrieri għad-dħul fis-suq. Barra minn dan, il-progress teknoloġiku qed inaqqas ir-riskju ta' l-interferenza li tagħmel ħsara f'ċerti bands ta' frekwenzi u għalhekk inaqqas il-ħtieġa ta' drittijiet għall-użu individwali. Il-kundizzjonijiet għall-użu ta' l-ispettru tar-radju biex ikunu pprovduti s-servizzi tal- komunikazzjoni elettronika għandhom normalment ikunu preskritti fl-awtorizzazzjonijiet ġenerali sakemm ma jkunux meħtieġa drittijiet individwali, wara li jitqies l-użu ta' l-ispettru tar-radju, biex ikun hemm protezzjoni mill-interferenza li tagħmel ħsara jew biex jintlaħaq għan speċifiku ta' interess ġenerali. Id-deċiżjonijiet dwar il-ħtieġa ta' drittijiet individwali għandhom jittieħdu b'mod trasparenti u proporzjonat.
(68) L-introduzzjoni tar-rekwiżiti għan-newtralità tas-servizz u tat-teknoloġika fid-deċiżjonijiet dwar l-assenjazzjoni u l-allokazzjoni, flimkien ma' possibbiltà ikbar ta' trasferiment tad-drittijiet bejn l-impriżi, għandha tkabbar il-libertà u l-mezzi biex titwassal il-komunikazzjoni elettronika u s-servizzi tal-media awdjoviżiva lill-pubbliku, b'dan tkun ukoll iffaċilitata l-kisba tal-għanijiet ta' interess ġenerali. Madankollu, ċerti obbligi ta' interess ġenerali imposti fuq ix-xandara biex iwasslu servizzi tal-media awdjovizivi jistgħu jeħtieġu l-użu ta' kriterji speċifiċi fl-assenjazzjoni ta' l-ispettru, meta jidher li jkun essenzjali biex jintlaħaq għan partikulari ta' interess ġenerali stabbilit fil-liġi nazzjonali. Il-proċeduri assoċjati ma' l-insegwiment ta' għanijiet ta' interess ġenerali għandhom fiċ-ċirkostanzi kollha jkunu trasparenti, oġġettivi, proporzjonati u mhux diskriminatorji.
(69)Kwalunkwe eżenzjoni, sħiħa jew parzjali mill-obbligu ta' ħlas tad-drittijiet jew it-tariffi ║stabbiliti għall-użu ta' l-ispettru għandha tkun oġġettiva u trasparenti u bbażata fuq obbligi oħra ta' interess ġenerali stabbiliti fil-liġi nazzjonali..
(70) Meta wieħed iqis l-impatt restrittiv fuq l-aċċess liberu għall-frekwenzi tar-radju, il-validità tad-dritt għall-użu individwali li ma jkunx negozjabbli għandu jkun limitat biż-żmien. Meta d-drittijiet għall-użu jinkludu fihom dispożizzjoni għat-tiġdid tal-validità tagħhom, l-Istati Membri għandhom l-ewwel jagħmlu eżami mill-ġdid, li jkun jinkludi konsultazzjoni pubblika, waqt li jikkunsidraw l-iżviluppi fis-suq, ta' kopertura u teknoloġiċi. Minħabba l-iskarsezza ta' spettru tar-radju, id-drittijiet individwali mogħtija lill-impriżi għandhom ikunu eżaminati mill-ġdid regolarment. Meta jagħmlu dan l-eżami mill-ġdid, l-Istati Membri għandhom iżommu bilanċ bejn l-interessi tad-detenturi tad-drittijiet u l-ħtieġa li tkun stimolata l-introduzzjoni tan-negozju ta' l-ispettru tar-radju kif ukoll l-użu iktar flessibbli ta' l-ispettru tar-radju permezz ta' l-awtorizzazzjonijiet ġenerali meta jkun possibbli.
(71) L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikollhom is-setgħa li jiżguraw l-użu effettiv ta' l-ispettru tar-radju u tan-numri, u meta l-ispettru tar-radju jew ir-riżorsi għall-għoti tan-numri jibqgħu ma jintużawx, huma jaġixxu biex ma jħallux il-ħżin anti-kompetittiv, li jista' jfixkel id-dħul ġdid fis-suq.
(72) It-tneħħija tal-barrieri legali u amministrattvi għall-awtorizzazzjoni ġenerali jew għad-drittijiet għall-użu ta' l-ispettru tar-radju jew tan-numri jew tan-numri b'implikazzjonijiet Ewropej għandha tiffavorixxi l-iżvilupp tat-teknoloġija u s-servizz u tikkontribwixxi biex titjieb il-kompetizzjoni. Waqt li l-koordinazzjoni tal-kundizzjonijiet tekniċi għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-frekwenzi tar-radju tkun organizzata skond id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta" Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-radju)(14), jista' jkun ukoll meħtieġ, sabiex jintlaħqu l-għanijiet tas-suq intern, li jkunu kkoordinati jew armonizzati l-proċeduri tal-għażla u l-kundizzjonijiet li japplikaw għad-drittijiet u l-awtorizzazzjonijiet f'ċerti bands, għad-drittijiet għall-użu tan-numri u għal-awtorizzazzjonijiet ġenerali. Dan japplika b'mod partikulari għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li min-natura tagħhom ikollhom dimensjoni ta' suq intern jew potenzjal transkonfinali, bħal ma huma s-servizzi bis-satellita, li l-iżvilupp tagħhom jista' jkun imfixkel mid-diskrepanzi fl-assenjament ta' l-ispettru tar-radju bejn l-Istati Membri u bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi terzi, filwaqt li jitqiesu d-deċiżjonijiet ta' l-ITU u s-CEPT. Il-Kummissjoni, megħjuna mill-Kumitat tal-Komunikazzjoni u wara li tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni tal-BERT , għandha għalhekk tkun tista' tadotta l-miżuri tekniċi ta' implimentazzjoni biex tilħaq dawn il-għanijiet. Il-miżuri ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni jistgħu jitolbu mill-Istati Membri li jagħmlu disponibbli d-drittijiet għall-użu ta' l-ispettru tar-radju u/jew tan-numri mat-territorju kollu u meta jkun meħtieġ jirtiraw kull dritt nazzjonali ieħor għall-użu li jkun jeżisti. F'dawn il-każijiet, l-Istati Membri m'għandhom jagħtu l-ebda dritt ġdid għall-użu tal-band ta' l-ispettru tar-radju rilevanti jew tas-serje ta' numri skond il-proċeduri nazzjonali.
(73) L-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq għamluha possibbli li jkunu installati servizzi tal- komunikazzjoni elettronika li jaqsmu l-fruntieri ġeografiċi ta' l-Istati Membri. L-Artikolu 16 tad-Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni kien jitlob mill-Kummissjoni li teżamina mill-ġdid it-tħaddim tas-sistemi ta' l-awtorizzazzjoni nazzjonali u d-dispożizzjoni dwar l-iżvilupp tas-servizz traskonfinali fil-Komunità. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tad-Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni li tikkonċerna l-assenjazzjoni armonizzata tal-frekwenzi tar-radju wrew li m'humiex effettivi biex ilaħħqu mal-ħtiġiet ta' impriża li tkun tixtieq tipprovdi servizzi min naħa għal oħra tal-Komunità u għalhekk għandhom ikunu emendati.
(74) Waqt li l-għoti ta' l-awtorizzazzjonijiet u l-immonitoraġġ ta' l-osservanza tal-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jibqgħu r-responsabbiltà ta' kull Stat Membru, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jimponu kundizzjonijiet, kriterji jew proċeduri addizzjonali li jistgħu jirrestrinġu, jimmodifikaw jew idewmu l-implimentazzjoni korretta ta' għażla armonizzata jew koordinata jew proċedura ta' awtorizzazzjoni. Meta jkun iġġustifikat biex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni tagħhom, dawn il-miżuri ta' koordinazzjoni jew armonizzazzjoni jistgħu jinkludu derogi transitorji jew, fil-każ ta' l-ispettru tar-radju, mekkaniżmi transitorji għall-użu komuni ta' l-ispettru tar-radju li jeżentaw lil Stat Membru milli japplika dawn il-miżuri, sakemm dan ma joħloqx differenzi mhux mixtieqa fil-kompetizzjoni jew fir-regolamentazzjoni fost l-Istati Membri.
(75) L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jieħdu azzjoni effettiva biex jimmonitorjaw u jiżguraw il-konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet għall-użu, inkluża s-setgħa li jimponu multi finanzjarji effettivi u/jew sanzjonijiet amministrattivi fil-każ ta' ksur ta' dawk it-termini u kundizzjonijiet.
(76) Il-kundizzjonijiet li jistgħu jiżdiedu ma' l-awtorizzazzjonijiet għandhom ikopru kundizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw l-aċċessibilità għall-utenti b'diżabilitajiet u l-ħtieġa ta' l-awtoritajiet pubbliċi u s-servizzi ta' l-emerġenza li jikkomunikaw bejniethom u mal-pubbliku ġenerali qabel, matul u wara diżastri serji. Barra minn hekk, meta wieħed iqis l-importanza ta' l-innovazzjoni teknika, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu joħorġu l-awtorizzazzjonijiet għall-użu ta' l- ispettru tar-radju għal skopijiet esperimentali, taħt restrizzjonijiet u kundizzjonijiet speċifiċi li jkunu ġġustifikati b'mod strett min-natura sperimentali ta' dawn id-drittijiet.
(77) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2887/2000 tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar aċċess disassoċjat għal-linja lokali(15) wera li kien effettiv fl-istadju inizjali tal-ftuħ tas-suq. Id-Direttiva ta' Qafas titlob lill-Kummissjoni biex timmonitorja t-transizzjoni mill-qafas regolatorju ta' l-1998 għall-qafas ta' l-2002 u biex tressaq proposti biex ikun irrevokat dak ir-Regolament fiż-żmien xieraq. Skond il-qafas ta' l-2002, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom id-dmir li janalizzaw is-suq għall-aċċess disassoċjat għal-linja u għal-linji parzjali metalliċi lokali fi kwantità kbira għall-bejgħ mill-ġdid (wholsale) bl-iskop li jipprovdu servizzi tal-broadband u ║ tal-vuċi kif iddefinit fir-Rakkomandazzjoni dwar is-Swieq ta' Prodotti u Servizzi Rilevanti. Billi l-Istati Membri kollha analizzaw dan is-suq mill-inqas darba u l-obbligi xierqa bbażati fuq il-qafas ta' l-2002 qegħdin f'posthom, ir-Regolament (KE) Nru 2887/2000 m'għadux meħtieġ u għalhekk għandu jkun irrevokat.
(78) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttivi ta' Qafas, dwar l-Aċċess u dwar l-Awtorizzazzjoni għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni(16).
(79) B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri ta' implimentazzjoni rigward in-notifiki skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva ta' Qafas; rigward l-armonizzazzjoni fl-oqsma ta' l-ispettru u l-għoti ta' numri kif ukoll f'kwistjonijiet marbutin mas-sigurtà tan-networks u tas-servizzi; rigward l-identifikazzjoni ta' swieq transkonfinali; rigward l-implimentazzjoni ta' l-istandards; u rigward l-applikazzjoni armonizzata tad-dispożizzjonijiet tal-qafas regolatorju. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa wkoll li tadotta miżuri ta' implimentazzjoni biex taġġorna l-Anness I u II tad-Direttiva ta' l-Aċċess għas-suq u għall-iżviluppi teknoloġiċi, kif ukoll biex tadotta miżuri ta' implimentazzjoni biex tarmonizza r-regoli, il-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tan-networks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Peress li dawn il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma maħsubin biex jikkompletaw din id-Direttiva biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li jipprovdi għaliha l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Minħabba li l-proċedura regolatorja bi skrutinju fi ħdan il-limiti taż-żmien normali tista', f'ċerti sitwazzjonijiet eċċezzjonali, tfixkel l-adozzjoni f'waqtha tal-miżuri ta' implimentazzjoni, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jaġixxu malajr sabiex jiżguraw l-adozzjoni f'waqtha ta' dawk il-miżuri,
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 2002/21/KE (Id-Direttiva ta' Qafas)
Id-Direttiva 2002/21/KE għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) L-Artikolu 1(1) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:"
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas armonizzat għar-regolazzjoni tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, tan-networks tal-komunikazzjoni elettronika, tal-faċilitajiet assoċjati u tas-servizzi asssoċjati, u ċerti aspetti tat-tagħmir terminali li jiffaċilitaw l-aċċess għal utenti finali b'diżabiltà u li jinkoraġxxi l-użu ta' komunikazzjoni elettronika minn utenti finali li jkunu inqas ixxurtjati. Tippreskrivi l-kompiti ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u tistabbilixxi lista ta' proċeduri biex tiżgura l-applikazzjoni armonizzata tal-qafas regolatorju f'kull parti tal-Komunità.
"
(2) L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) Il-punt (b) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:"
b)
"swieq tranżnazzjonali" tfisser swieq li jkopru l-Komunità jew parti sostanzjali tagħha, li jinsabu f'aktar minn Stat Membru wieħed.
"
(b) Il-punt (d) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:"
d)
"network pubbliku tal-komunikazzjoni" tfisser network tal-komunikazzjoni elettronika wżat kollu jew prinċipalment biex jipprovdi s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku li jissapportjaw it-trasferiment ta' l-informazzjoni bejn il-punti terminali tan-network, u jinkludi elementi tan-network li ma jkunux attivi;
"
(c)
Il-punt (e) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:"
e)
"faċilitajiet assoċjati" tfisser dawk il-faċilitajiet assoċjati ma' network tal-komunikazzjoni elettronika u/jew servizz tal-komunikazzjoni elettronika li jagħmlu possibbli u/jew jissaportjaw il-provvista ta' servizzi permezz ta' dak in-network u/jew servizz jew li jkollhom il-potenzjal li jagħmlu dan, u jinkludu, fost l-oħrajn, sistemi li jittraduċu l-isem jew l-indirizz, sistemi għall-aċċess kundizzjonali u gwidi tal-programmi elettroniċi, kif ukoll l-infrastruttura fiżika bħal ma huma d-dħul għall-bini, is-sistema tal-wajers fil-bini, l-istrutturi għoljin u kostruzzjonijiet oħrajn ta' appoġġ,d-ducts, il-katusi, l-arbli, l-antenni, it-toqob ta' l-ispezzjonar ul-kaxxi tat-triq u l-elementi l-oħra kollha li mhumiex attivi;
"
(d)
Il-punt (l) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:"
(l)
"Direttivi Speċifiċi" tfisser id-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni), id-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess), id-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (║Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika))*
_____________________ * ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.
"
(e) Għandhom jiġu miżjuda l-punti (q), (r), u (s) li ġejjin:"
q)
"allokazzjoni" tfisser id-deżinjazzjoni ta' band ta' frekwenzi jew serje ta' numri speċifika biex tintuża minn tip, jew iktar, ta' servizzi, meta jkun xieraq, skond il-kundizzjonjiet speċifikati;
r)
"assenjazzjoni' tfisser l-awtorizzazzjoni mogħtija minn awtorità regolatorja nazzjonali lil entità ġuridika jew persuna naturali biex tuża l-frekwenza tar-radju jew kanal ta' frekwenza tar-radju, jew numru (jew blokk/i ta' numri);
s)
"interferenza li tagħmel il-ħsara" tfisser interferenza li tipperikola t-tħaddim ta' servizz tar-radju għat-tbaħħir jew ta' servizzi oħra tas-sigurtà jew li b'xi mod ieħor tiddegrada serjament, tfixkel jew titterrompi b'mod irrepetut servizz tal-komunikazzjoni bir-radju li jkun jopera skond ir-regolamenti internazzjonali, tal-Komunità jew nazzjonali li jkunu japplikaw.
"
(3) L-Artikolu 3(3) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:"
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b'mod indipendenti, imparzjali u trasparenti ufil-ħin. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali m'għandhom ifittxu jew jieħdu istruzzjonijiet mingħand l-ebda entità oħra dwar it-twettiq ta' kuljum tal-kompiti assenjati lilhom skond il-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw il-liġi tal-Komunità. Huma biss l-entitajiet ta' l-appell stabbiliti skond l-Artikolu 4 jew il-qrati nazzjonali li għandu jkollhom is-setgħa li jissospendu jew idawru deċiżjonijiet mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kap ta' l-awtorità regolatorja nazzjonali jew is-sostitut tiegħu/tagħha jkun jista' jitkeċċa biss jekk huwa ma jissodisfax iktar il-kundizzjonijiet mitluba għat-twettiq ta' dmirijietu stabbiliti minn qabel fil-liġi nazzjonali, jew jekk huwa jkun instab ħati ta' kondotta serja. Id-deċiżjoni biex jitkeċċa l-kap ta' l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tinkludi fiha dikjarazzjoni tar-raġunijiet u tkun ippubblikata fiż-żmien tat-tkeċċija.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom riżorsi finanzjarji u umani biżżejjed biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom u li huma jkollhom baġits annwali separati. Il-baġits għandhom ikunu ppubblikati.
3 bis.3a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għanijiet tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej fit-Telecom (BERT) għall-promozzjoni ta' koordinazzjoni u koerenza regolatorja akbar huma appoġġjati b'mod attiv mill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji rispettivi.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom riżorsi finanzjarji u umani biżżejjed biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom u li jgħinuhom biex jipparteċipaw u jikkontribwixxu b'mod attiv fil-BERT. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikollhom baġits annwali separati u dawk il-baġits għandhom ikunu ppubblikati."
3 ter.3b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jagħtu l-ikbar kunsiderazzjoni lill-pożizzjonijiet komuni maħruġa minn BERT meta jiġu biex jadottaw id-deċiżjonijiet tagħhom stess għas-swieq lokali tagħhom."
"
(4) L-Artikolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) Il-paragrafu 1 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:"
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jeżistu mekkaniżmi effettivi fil-livell nazzjonali li bihom kull utent jew impriża li jipprovdu n-networks u/jew s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika u li jkunu affettwati minn deċiżjoni ta' l-awtorità regolatorja nazzjonali jkollhom id-dritt li jappellaw kontra d-deċiżjoni quddiem entità ta' appell li tkun indipendenti mill-partijiet involuti. Din l-entità, li tista' tkun qorti, għandha jkollha l-kompetenzza xierqa ▌biex tkun tista' twettaq il-funzjonijiet tagħha b'mod effettiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-merti tal-każ tingħatalhom il-kunsiderazzjoni li tixirqilhom u li jkun hemm mekkaniżmu ta' appell effettiv u li l-proċeduri quddiem l-entità ta' l-appell ma jkunux twal b'mod eċċessiv. L-Istati Membri għandhom jistipulaw limiti ta' żmien għall-kunsiderazzjoni ta' appelli ta' dan it-tip.
Soġġett għar-riżultat ta' kwalunkwe appell li jista' jkun hemm, id-deċiżjoni ta' l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tgħodd, sakemm ma jkunux awtorizzati miżuri temporanji. Miżuri temporanji jistgħu jkunu awtorizzati, f' konformita' mal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti, jekk ikun hemm ħtieġa urġenti li l-effett tad-deċiżjoni jiġi sospiż sabiex tkun evitata ħsara serja u irreparabbli lill-parti li tkun qed tapplika għal dawk il-miżuri, kif ukoll jekk il-bilanċ ta' l-interessi jitlob dan.
"
(b)Il-paragrafi li ġejin għandhom jiġu miżjuda:"
3. Il-korpi ta' l-appell għandhom ikunu intitolati li jitolbu l-opinjoni tal-BERT qabel ma jieħdu deċiżjoni matul il-proċediment ta' appell.
4. L-Istati Membri għandhom jiġbru l-informazzjoni dwar is-suġġetti ta' l-appelli, in-numru tat-talbiet ta' appelli, it-tul ta' żmien li jieħdu l-proċeduri ta' l-appell, in-numru ta' deċiżjonijiet biex jingħataw miżuri temporanji li ttieħdu skond il-paragrafu 1 u r-raġunijiet għal dawn id-deċiżjonijiet. L-Istati Membri għandhom jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni u għall-BERT fuq bażi annwali."
"
(5) L-Artikolu 5(1) huwa ssostitwit bit-test li ġej:"
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu n-networks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika jipprovdu l-informazzjoni kollha, inkluża l-informazzjoni finanzjarja, meħtieġa mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u tad-Direttivi Speċifiċi, jew mad-deċiżjonijiet meħuda skond dawn. ▌ Dawn l-impriżi għandhom jipprovdu din l-informazzjoni fil-pront kif tintalab u fil-limiti ta' żmien u fil-livell ta' dettall mitluba mill- awtorità regolatorja nazzjonali. L-informazzjoni mitluba mill-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tkun proporzjonata għat-twettiq ta' dak il-kompitu. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tagħti r-raġunijiet li jiġġustifikaw it-talba tagħha għall-informazzjoni u għandha tikkonforma mal-liġi Komunitarja u nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità tan-negozju.
"
(6) L-Arikoli 6 u 7 għandhom jiġu ssostitwiti bit-test li ġej:"
Artikolu 6
Mekkaniżmu għall-konsultazzjoni u għat-trasparenza
Għajr f'każijiet li jaqgħu taħt l-Artikoli 7(10), 20, jew 21, u sakemm ma jkunx provdut mod ieħor fil-miżuri ta' implimentazzjoni adottati skond l-Artikolu 9c, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkun biħsiebhom jieħdu miżuri skond din id-Direttiva jew id-Direttivi Speċifiċi ▌ jew fejn ikun biħsiebhom jipprovdu għal restrizzjonijiet skond l-Artikolu 9(3) u 9(4), li jkollhom impatt sinifikanti fuq is-suq rilevanti, huma jagħtu lill-partijiet ikkonċernati l-opportunità li jikkummentaw fuq l-abbozz ta' miżura fi żmien raġonevoli.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jippubblikaw il-proċeduri ta' konsultazzjoni nazzjonali tagħhom.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jistabbilixxu punt uniku ta' informazzjoni li permezz tiegħu l-konsultazzjonijiet kollha għaddejjin jkunu aċċessibbli.
L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tagħmel ir-riżultati tal-proċedura ta' konsultazzjoni disponibbli għall-pubbliku, ħlief fil-każ ta' l-informazzjoni riżervata skond il-liġi tal-Komunità u nazzjonali dwar ir-riżervatezza tan-negozju. Fil-każ ta' tixrid mhux ġustifikat ta' tagħrif kunfidenzjali, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fuq talba ta' l-impriżi konċernati, għandhom jadottaw miżuri xierqa mill-aktar fis possibbli.
1. Fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skond din id-Direttiva u d-Direttivi Speċifiċi, l- awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jagħtu l-ikbar kunsiderazzjoni lill-għanijiet stipulati fl-Artikolu 8, sa fejn dawk jirrelataw mat-tħaddim tas-Suq Intern.
2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-Suq Intern billi jaħdmu mal-Kummissjoni u mal-BERT b'mod trasparenti 'sabiex jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti, fl-Istati Membri kollha, tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u tad-Direttivi Speċifiċi. Għal dan il-għan, huma għandhom, b'mod partikulari, jaħdmu mal-Kummissjoni u mal-BERT biex jidentifikaw it-tipi ta' strumenti u rimedji l-iktar adattati biex ikunu ttrattati tipi partikulari ta' sitwazzjonijiet fis-suq.
3. Għajr fejn jipprovdu mod ieħor id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni adottati skond l-Artikolu 7b, meta titlesta l-konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 6, fejn awtorità regolatorja nazzjonali tkun biħsiebha tieħu miżura li:
a)
taqa' fl-ambitu ta' l-Artikoli 15 jew 16 ta' din id-Direttiva, l-Artikoli 5 jew 8 tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess), u
b)
tkun tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri,
għandha tqiegħed l-abbozz ta' miżura għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, tal-BERT u ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fl-Istati Membri oħra, fl-istess ħin, flimkien mar-raġunijiet li fuqhom tissejjes il-miżura, skond l-Artikolu 5(3), u tinforma lill-Kummissjoni, lill-BERT u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali l-oħrajn b'dan. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il-BERT u l-Kummissjoni jistgħu jgħaddu l-kummenti tagħhom lill-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata biss fi żmien xahar. Dan il-perjodu ta' xahar ma jistax jittawwal.
4. Fejn miżura maħsuba koperta mill-paragrafu 3 jkollha l-għan li:
a)
tiddefinixxi suq rilevanti li jkun differenti minn dawk iddefiniti fir-Rakkomandazzjoni skond l-Artikolu 15(1);
b)
tiddeċiedi jekk impriża tiġix innominata jew le bħala li għandha, jew individwalment jew flimkien ma' oħrajn, saħħa sinifikanrti fis-suq, skond l-Artikolu 16(3), (4) jew (5); ║
▌
u li tkun taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, u li l-Kummissjoni tkun indikat lill-awtorità regolatorja nazzjonali li hija tikkunsidra li l-abbozz ta' miżura jkun joħloq barriera għas-suq uniku jew jekk hija jkollha dubji serji dwar il-kompatibilità tiegħu mal-liġi tal-Komunità u b'mod partikulari l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 8, allura l-abbozz ta' miżura m'għandux ikun adottat qabel xahrejn oħra. Dan il-perjodu ma jistax jittawwal.
5. Matul il-perjodu ta' xahrejn imsemmi fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li titlob lill-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata biex tirtira l-abbozz ta' miżura. Il-Kummissjoni għandha tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni li l-BERT tissottometti skond l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru (KE) tal-parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' [li jistabbilixxi l-Awtorita' tas-Suq Ewropew tat-Telekomunikazzjoni]* qabel ma toħroġ id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandha tkun akkompanjata minn analiżi ddettaljata u oġġettiva dwar x'wassal lill-Kummissjoni biex tikkonsidra li l-abbozz ta' miżura m'għandux ikun adottat flimkien ma' proposti biex ikun emendat l-abbozz ta' miżura.
6. Fi żmien tliet xhur minn meta l-Kummissjoni tkun ħarġet deċiżjoni skond il-paragrafu 5 li titlob lill-awtorità regolatorja nazzjonali biex tirtira l-abbozz ta' miżura, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha temenda jew tirtira l-abbozz ta' miżura. Fil-każ li l-abbozz ta' miżura jkun emendat, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timpenja ruħha li tagħmel konsultazzjoni pubblika skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 6, u li tinnotifika mill-ġdid lill-Kummissjoni bl-abbozz ta' miżura emendat skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3.
7. L-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata għandha tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-kummenti ta' awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra tal-BERT u tal-Kummissjoni u tista', ħlief għall-każijiet koperti mill-paragrafu 4, tadotta l-abbozz ta' miżura li jirriżulta u, meta tagħmel dan, għandha tikkomunikah lill-Kummissjoni. Kull entità nazzjonali oħra li teżerċita funzjonijiet skond din id-Direttiva jew id-Direttivi Speċifiċi għandha wkoll tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-kummenti tal-Kummissjoni.
▌
8. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkunsidra li jkun hemm ħtieġa urġenti biex taġixxi, permezz ta' deroga mill-proċedura stabbilita fil-paragrafi 3 u 4, sabiex tipproteġi l-kompetizzjoni u tħares l-interessi ta' l-utenti, hija tista' tadotta minnufih miżuri proporzjonati u temporanji. Hija għandha, mingħajr dewmien, tikkommunika dawn il-miżuri, flimkien mar-raġunijiet sħaħ, lill-Kummissjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, u l-BERT. Id-deċiżjoni mill-awtorità regolatorja nazzjonali biex dawn il-miżuri jsiru permanenti jew biex jitwal iż-żmien li għalih huma jkunu japplikaw għandha tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4.
1.Meta awtorità regolatorja nazzjonali jkun beħsiebha li tadotta miżura sabiex timponi, temenda jew tirtira obbligu fuq operatur bl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 16 flimkien ma' l-Artikoli 5 u 9 sa 13a tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva dwar l-Aċċess), u l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/22/KE (id-Direttiva dwar is-Servizz Universali), il-Kummissjoni u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta' l-Istati Membri l-oħrajn għandhom ikollhom perjodu ta' xahar mid-data tan-notifika ta' l-abbozz tal-miżura sabiex jibagħtu l-kummenti tagħhom lill-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata.
2.F'każ li l-abbozz tal-miżura jkun jikkonċerna l-impożizzjoni, l-emenda jew l-irtirar ta' obbligu differenti minn dak stabbilit fl-Artikoli 13a tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva dwar l-Aċċess), il-Kummissjoni, fi ħdan l-istess perjodu, tista' tinnotifika lill-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata u lill-BERT bir-raġunijiet l-għaliex tqis li l-abbozz tal-miżura joħloq ostaklu għas-suq komuni jew inkella li għandha dubji serji b'rabta mal-kompatibiltà tiegħu mal-liġi Komunitarja. F'każ bħal dan, l-abbozz tal-miżura m'għandux jiġi adottat għal xahrejn oħrajn wara n-notifika tal-Kummissjoni.
Fin-nuqqas ta' notifika bħal din, l-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata tista' tadotta l-abbozz tal-miżura, filwaqt li tqis sew kwalunkwe kumment li jkun sar mill-Kummissjoni jew minn kwalunkwe awtorità regolatorja nazzjonali oħra.
3.Matul il-perjodu ta' xahrejn imsemmi fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni, il-BERT u l-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata għandhom jikkoperaw mill-qrib bil-għan li jidentifikaw l-iktar miżura xierqa u effettiva fid-dawl ta' l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 8, filwaqt li jqisu b'mod xieraq il-fehmiet tal-parteċipanti tas-suq u l-ħtieġa li jkun żgurat l-iżvilupp ta' prattika regolatorja konsistenti.
Matul l-istess perjodu ta' xahrejn, il-BERT, billi jaġixxi b'maġġoranza assoluta, għandha toħroġ opinjoni li tikkonferma kemm hu xieraq u effettiv l-abbozz tal-miżura jew li tindika li l-abbozz tal-miżura għandu jiġi emendat u li tipprovdi proposti speċifiċi għal dak il-għan. Din l-opinjoni għandha tkun motivata u disponibbli għall-pubbliku.
F'każ li l-BERT tkun ikkonfermat kemm huwa xieraq u effettiv l-abbozz tal-miżura, l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata tista' tadotta l-abbozz tal-miżura, filwaqt li tqis sew kwalunkwe kumment li jkun sar mill-Kummissjoni u mill-BERT. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tagħmel pubbliku kif ġew meqjusa dawn il-kummenti.
F'każ li l-BERT tkun indikat li l-abbozz tal-miżura għandu jiġi emendat, il-Kummissjoni, filwaqt li tqis sew l-opinjoni tal-BERT, tista' tadotta deċiżjoni motivata li tesiġi lill-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata li temenda l-abbozz tal-miżura u li tipprovdi proposti speċifiċi għal dak il-għan.
4.F'każ li l-abbozz tal-miżura jkun jikkonċerna l-impożizzjoni, l-emenda jew l-irtirar ta' l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 13a tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva dwar l-Aċċess), l-abbozz tal-miżura m'għandux jiġi adottat għal perjodu ta' xahrejn oħrajn mill-bidu tal-perjodu ta' xahar imsemmi fil-paragrafu 1.
Matul il-perijodu ta' xahrejn imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni, BERT u l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-objettiv li jiġi determinat jekk l-abbozz ta' miżura propost hux konformi mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 13a tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva dwar l-Aċċess), u b'mod partikolari, jekk il-miżura hix l-aktar xierqa u effettiva. Għal dak il-għan, għandhom jitqiesu kif jistħoqq il-fehemiet tal-parteċipanti fis-suq u il-ħtieġa li jiġi żgurat l-iżvilupp ta' prassi regolatorja konsistenti. Fuq talba motivata mill-BERT jew mill-Kummissjoni, dan il-perijodu ta' xahrejn jista' jittawwal b'sa xahrejn oħra.
Matul il-perjodu massimu ta' xahrejn stabbilit fit-tieni subparagrafu, il-BERT, billi jaġixxi b'maġġoranza assoluta, għandha tadotta opinjoni li tikkonferma kemm hu xieraq u effettiv l-abbozz tal-miżura jew li tindika li l-abbozz tal-miżura ma għandux jiġi adottat. Din l-opinjoni għandha tkun motivata u disponibbli għall-pubbliku.
F'każ biss li l-Kummissjoni u l-BERT ikunu kkonfermaw kemm huwa xieraq u effikaċi l-abbozz tal-miżura, l-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata tkun tista' tadotta l-abbozz tal-miżura, filwaqt li tqis sew kwalunkwe kumment li jkun sar mill-Kummissjoni u mill-BERT. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tagħmel pubbliku kif ġew meqjusa dawn il-kummenti.
5.Fi żmien tliet xhur minn meta l-Kummissjoni tkun adottat, f'konformità mar-raba' subparagrafu tal-paragrafu 3, deċiżjoni motivata li tesiġi lill-awtorità regolatorja nazzjonali li temenda l-abbozz tal-miżura, l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandha temenda jew tirtira l-abbozz tal- miżura. F'każ li l-abbozz tal-miżura għandu jiġi emendat, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timpenja ruħha li tagħmel konsultazzjoni pubblika f'konformità mal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 6, u li tinnotifika mill-ġdid lill-Kummissjoni bl-abbozz tal-miżura emendat f'konformità ma' l-Artikolu 7.
6.L-awtorità regolatorja nazzjonali tista' tirtira l-abbozz ta' miżura fi kwalunkwe fażi tal-proċedura.
Artikolu 7b
Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni
║ Il-Kummissjoni, filwaqt li tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni tal-BERT, tista' tistipula rakkomandazzjonijiet u/jew linji gwida marbutin ma' l-Artikolu 7, li jiddefinixxu l-forma, il-kontenut u l-grad tad-dettalji li għandhom jingħataw fin-notifiki mitluba skond l-Artikolu 7(3), kif ukoll iċ-ċirkustanzi li fihom notifika ma tkunx meħtieġa u l-kalkolu ta' l-iskadenzi.
▌"
"
8) (8) L-Artikolu 8 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) Fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:"
Sakemm mhuwiex ipprovdut mod ieħor fl-Artikolu 9 dwar il-frekwenzi tar-radju jew sakemm mhuwiex meħtieġ mod ieħor sabiex ikunu ssodisfati l-għanijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 4, l-Istati Membri għandhom jagħtu l-ikbar kunsiderazzjoni lill-fatt li huwa mixtieq li r-regolamenti li jsiru jkunu newtrali teknoloġikament u għandhom jiżguraw meta jwettqu l-kompiti regolatorji speċifikati f'din id-Direttiva u fid-Direttivi Speċifiċi, b'mod partikulari dawk maħsuba biex jiżguraw il-kompetizzjoni effettiva, li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jagħmlu l-istess.
"
(b) Fil-paragrafu 2, il-punti (a), (b) u (c)għandhom jiġu ssostitwiti bit-test li ġej:"
a)
jiżguraw li l-utenti, inklużi l-utenti b'diżabbiltà, l-utenti anzjani, u l-utenti bi bżonnijiet speċjali jieħdu l-benefiċċju massimu f'termini ta' għażla, prezz, u kwalità, u li fornituri jiġu kkumpensati għal kwalunkwe spiża netta li huma jistgħu juru prova li ġarrbu bħala riżultat ta' l-impożizzjoni ta' obbligi ta' servizz pubbliku bħal dawn;
b)
jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda distorsjoni jew restrizzjoni fil-kompetizzjoni tas-settur tal-komunikazzjoni elettronika, b'mod partikulari u fl-aċċess għall-kontenut u fis-servizzi fuq in-networks kollha;
c)
jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw l-investiment effiċjenti fl-infrastruttura li jkun immexxi mis-suq, u jippromwovu l-innovazzjoni; u
"
c)il-paragrafu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:
(i) il-punt (c) għandu jitħassar;
(ii) il-punt (d) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:"
d)
jaħdmu mal-Kummissjoni u l-BERT sabiex jiżguraw l-iżvilupp ta' prattika regolatorja konsistenti u l-applikazzjoni konsistenti ta' din id-Direttiva u tad-Direttivi Speċifiċi.
"
d) l-paragrafu 4 għandu jiġi emendat b'dan li ġej:
i)
il-punt (e) għandu jinbidel b'dan li ġej:"
e)
jittrattaw il-bżonnijiet ta' gruppi soċjali speċifiċi, b'mod partikulari l-utenti b'diżabilità, l-utenti anzjani u l-utenti bi bżonnijiet soċjali speċifiċi;
"
(ii)
Għandhom jiżdiedu l-punti (g) u (h):"
g)
l-applikazzjoni tal-prinċipju li l-utenti aħħarija għandu jkollhom il-libertà ta' aċċess għal kull kontenut legali, tat-tqassim tiegħu, u ta' l-użu ta' kull applikazzjoni u/jew servizz legali li jagħżlu huma'u għal dan l-iskop jikkontribwixxu għall-promozzjoni ta' kontenut legali bi qbil ma' l-Artikolu 33 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva ta' Servizz Universali).
h)
(h) l-applikazzjoni tal-prinċipju li l-ebda restrizzjoni ma tistax tiġi imposta fuq id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-utenti aħħarija, partikolarment skont l-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea dwar il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, mingħajr deċiżjoni minn qabel mingħand l-awtoritajiet ġudizzjarji, ħlief meta s-sikurezza pubblika tkun mhedda fil-każ li deċiżjoni tkun ittieħdet sussegwentement.
"
(e)Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:"
5.'"5. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, huma u jsegwu l-għanijiet politiċi msemmijin fil-paragrafi 2, 3 u 4, għandhom japplikaw prinċipji regolatorji oġġettivi, trasparenti, mhux diskriminatorji u proporzjonali inter alia billi:
a)
jippromwovu l-prevedibilità regolatorja permezz tal-kontinwità ta' rimedji fuq bosta reviżjonijiet tas-suq kif xieraq;
b)
jiżguraw li, f'ċirkostanzi simili, m'hemm ebda diskriminazzjoni fit-trattament ta' impriżi li jipprovdu networks u servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi;
c)
jissalvagwardjaw il-kompetizzjoni għall-benefiċċju ta' klijenti u jippromwovu il-kompetizzjoni bbażata fuq kompetizzjoni fejn ikun possibbli;
d)
jippromwovu investiment determinat mis-suq u innovazzjoni f'infrastrutturi ġodda u msaħħa inkluż bl-inkoraġġiment ta' qsim ta' investiment u bl-iżgurar ta' qsim ta' riskju xieraq fost l-investitur u dawk il-kumpaniji li jgawdu minn aċċess għall-faċilitajiet ġodda;
d)
jieħdu kont xieraq tal-varjetà ta' kondizzjonijiet relatati mal-kompetizzjoni u mal-konsumaturi li jeżistu fl-Istati Membri u fiż-żoni ġeografiċi varji fl-Istati Membri;
e)
jimponu obbligi regolatorji ex-ante f'każ biss fejn ma jkun hemm ebda kompetizzjoni effettiva u jerħu jew ineħħu tali obbligazzjonijiet hekk kif dik il-kundizzjoni titwettaq. "
"
(9)Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:"
Artikolu 8a
Kumitat għall-Politika ta' Spettru tar-Radju
1.Qiegħed b'dan jinħoloq Kumitat għall-Politika ta' Spettru tar-Radju ("RSPC") sabiex jagħti kontribut għall-ilħuq ta' l-għanijiet stipulati fil-paragrafi 1, 3 u 5 ta' l-Artikolu 8b.
L-RSPC għandu jipprovdi pariri lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet ta' politika ta' spettru tar-radju.
L-RSPC għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta' livell għoli mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli għall-politika ta' spettru tar-radju f'kull Stat Membru. Kull Stat Membru għandu jkollu vot wieħed u l-Kummissjoni m' għandhiex tivvota.
2.Fuq talba tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jew fuq inizjattiva tiegħu stess, l-RSPC, li jaġixxu b'maġġoranza assoluta, għandu jadotta opinjonijiet.
3. l-RSPC għandu jippreżenta rapport annwali ta' attività lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 8b
Ippjanar strateġiku u kordinazzjoni tal-politika ta' spettru tar-radju fl-Unjoni Ewropea
1.L-Istati Membri għandhom jikkoperaw bejniethom u mal-Kummissjoni fl-ippjanar strateġiku, koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni ta' l-użu ta' spettru tar-radju fil-Komunità. Għal dan il-għan, huma għandhom iqisu, inter alia, aspetti ekonomiċi, ta' sikurezza, ta' saħħa, ta' interess pubbliku, ta' libertà ta' l-espressjoni, kulturali, xjentifiċi, soċjali u tekniċi tal-politiki ta' l-UE kif ukoll ta' l-interessi varji ta' komunitajiet ta' utenti ta' spettru ta' radju bl-iskop li jtejbu l-użu ta' spettru ta' radju u jevitaw interferenza ta' ħsara.
2.Attivitajiet ta' politika ta' spettru ta' radju fl-Unjoni Ewropea għandhom ikunu mingħajr ħsara:
a)
miżuri meħuda fil-livell tal-Komunità jew nazzjonali, bi qbil mal-liġi tal-Komunità, biex ifittxu objettivi ta' interess ġenerali, b'mod partikulari fir-rigward ta' kontenut ta' regolament u politiki awdjoviżivi u tal-Media;
b)
id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/5/KE; u
c)
id-dritt ta' Stati Membri biex jorganizzaw u jużaw l-ispettru ta' radju tagħhom għall-iskopijiet ta' ordni pubblika, sigurtà pubblika u difiża.
3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni ta' l-approċċi tal-politika ta' spettru ta' radju fl-Unjoni Ewropea u, fejn ikun xieraq, kundizzjonijiet armonizzati rigward id-disponibilità u l-użu effiċjenti ta' l-ispettru meħtieġa għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern f'oqsma ta' politiki ta' l-UE bħal komunikazzjonijiet elettroniċi, trasport u riċerka u żvilupp.
4.Il-Kummissjoni filwaqt li tieħu kont xieraq tal-opinjoni tar-RSPC, tista' tippreżenta proposta leġiżlattiva għall-istabbiliment ta' programm ta' azzjoni dwar l-ispettru tar-radju fir-rigward ta' l-ippjanar strateġiku u l-armonizzazzjoni ta' l-użu ta' l-ispettru tar-radju fl-Unjoni Ewropea jew miżuri leġiżlattivi oħra bil-għan li jsir l-aħjar użu mill-ispettru tar-radju u li tiġi evitata interferenza li tagħmel il-ħsara.
5.L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni effettiva ta' l-interessi ta' l-UE f'organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fi kwistjonijiet ta' spettru ta' radju. Kull fejn meħtieġ għal żgurar ta' din il-koordinazzjoni effettiva, il-Kummissjoni, meta tqis b'mod xieraq l-opinjoni tal-Kumitat tal-Politika ta' Spettru ta' Radju ("RSPC"), tista' tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill objettivi ta' politika komuni inkluż, jekk meħtieġ, mandat ta' negozjar.
"
(10) L-Artikolu 9 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:"
Artikolu 9
Il-ġestjoni ta' frekwenzi tar-radju għas-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi
1. B' kont xieraq meħud għall-fatt li l-frekwenzi tar-radju huma beni pubbliċi b'valur soċjali, kulturali u ekonomiku importanti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ġestjoni effettiva tal-frekwenzi tar-radju għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fit-territorju tagħhom skond l-Artikoli 8 u 8b. . Għandhom jiżguraw li l-allokazzjoni u l-assenjazzjoni tal-frekwenzi tar-radju mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu bbażati fuq kriterji oġġettivi, trasparenti, proporzjonati u mhux diskriminatorji. B'hekk, l-Istati Membri jkunu qegħdin jirrispettaw il-ftehiminternazzjonali u jkunu jistgħu jieħdu kont tal-prospettivi tal-politika pubblika.
2. L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-armonizzazzjoni ta' l-użu tal-frekwenzi tar-radju mal-Komunità kollha, b'konsistenza mal-ħtieġa li jkun żgurat l-użu effettiv u effiċjenti tiegħu u bi qbil mal-benefiċċji għall-klijent bħal ekonomiji ta' skala u interoperabilità ta' servizzi. B'hekk, huma għandhom jipproċedu skond l-Artikoli 8b u 9c ta' din id-Direttiva, u d-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE (Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju).
3. Sakemm mhux previst mod ieħor mit-tieni subparagrafu jew mill-miżuri adottati skond il-paragrafu 9c, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tipi kollha ta' teknoloġija użati għal servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi'jkunu jistgħu jintużaw fil-bands ta' frekwenzi tar-radju disponibbli għalservizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċif'konformità mar-Regolamenti ta' l-ITU għar-Radju.
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal restrizzjonijiet proporzjonati u mhux diskriminatorji fuq it-tipi ta' teknoloġijawżati għal servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, fejn dan ikun meħtieġ biex:
a)
tkun evitata l-possibilità ta' l-interferenza li tagħmel il-ħsara,
ikun żgurat il-massimu tal-użu maqsum tal-frekwenzi tar-radju ▌,
e)
ikun salvagwardjat l-użu effiċjenti ta' frekwenzi tar-radju,
f)
ikun sodisfatt għan ta' interess ġenerali skond il-paragrafu 4║.
4. Sakemm mhux previst mod ieħor mit-tieni subparagrafu ▌, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tipi kollha ta' servizzi tal-komunikazzjoni elettronika jistgħu jkunu pprovduti fil-bands tal-frekwenzi tar-radju disponibbli għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika f'konformità mal-pjanijiet nazzjonali ta' l-allokazzjoni tal-frekwenzi u r-Regolamenti ta' l-ITU għar-Radju. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal restrizzjonijiet proporzjonati u mhux diskriminatorji fuq it-tipi ta' servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li se jkunu pprovduti.
Miżuri li jirrikjedu li servizz ta' komunikazzjonijiet elettroniċijkun provdut f' band speċifiku disponibbli għal servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom ikunu ġġustifikati biex jiżguraw il-ksib ta' għan ta' interess ġenerali definit fil-liġi nazzjonali f'konformità mal-liġi Komunitarja, pereżempju s-sikurezza tal-ħajja, il-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali, reġjunali jew territorjali, il-prevenzjoni mill-użu ineffiċjenti tal-frekwenzi tar-radju, ▌ il-promozzjoni għanijiet kulturali u tal-politika medjatika bħad-diversità kulturali u lingwistika u l-pluraliżmu tal-media.
Miżura li tipprojbixxi l-provvista ta' kull servizz komunikazzjonijiet elettroniċi ieħor f'band speċifiku tista' tkun applikata biss meta r-restrizzjoni tkun iġġustifikata mill-ħtieġa li jkunu protetti servizzi tas-sikurezza tal-ħajja.
5. L-Istati Membri għandhom jirrevedu regolarment il-ħtieġa tar-restrizzjonijiet u l-miżuri imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 u għandhom jippubblikaw ir-riżultati ta' dawn ir-reviżjonijiet.
6. Il-paragrafi 3 u 4 għandhom japplikaw għall-allokazzjoni u l-assenjazzjoni tal-frekwenzi tar-radju minn ... *
________________________
*Id-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva.
"
(11)Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli 9a, 9b u 9c li ġejjin:"
''Artikolu 9a
Reviżjoni tar-restrizzjonijiet għal drittijiet eżistenti
1. Għal perjodu ta' ħames snin li jibda minn ...* ▌, l-Istati Membri jistgħu jiżguraw li d-detenturi ta' drittijiet għall-użu ta' frekwenzi tar-radju li jkunu ngħataw qabel dik id-data u li se jibqgħu validigħal perjodu ta' mhux inqas minn ħames snin wara din id-data jistgħu jressqu applikazzjoni lill-awtorità regolatorja nazzjonali kompetenti għal reviżjoni tar-restrizzjonijiet għad-drittijiet tagħhom, skond l-Artikolu 9(3) u (4).
Qabel ma tadotta d-deċiżjoni tagħha, l-awtorità ▌ nazzjonali kompetenti għandha tinnotifika d-detentur tad-drittijiet bir-reviżjoni mill-ġdid tagħha tar-restrizzjonijiet u tindika sa fejn jasal id-dritt ikkonċernat wara r-reviżjoni. Għandha tagħtih skadenza raġonevoli biex jirtira l-applikazzjoni tiegħu.
Jekk id-detentur tad-drittijiet jirtira l-applikazzjoni tiegħu, id-dritt għandu jibqa' bla tibdil sa l-iskadenza tiegħu jew sa tmiem il-perjodu ta' 5 snin, skond liema data hija l-aktar kmieni.
2. 2 Fejn id-detentur ta' drittijiet imsemmi fil-paragrafu 1 huwa fornitur ta' servizzi ta' kontenut għax-xandir fuq ir-radju jew fuq it-televiżjoni, u fejn id-dritt għall-użu tal-frekwenzi tar-radju ngħata għall-ksib ta' għan speċifiku ta' interess ġenerali, inkluża l-provvista ta' servizzi tax-xandir, id-dritt għall-użu tal-parti tal-frekwenzi tar-radju li hija meħtieġa għall-ksib ta' dak il-għan għandu jibqa' l-istess. Il-parti tal-frekwenzi tar-radju li ma tibqax meħtieġa għall-ksib ta' dak il-għan għandha tkun soġġetta għal proċedura ġdida ta' assenjazzjoni, skond l-Artikolu 9(3) u (4) ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva ta' l-Awtorizzazzjoni.
"
3. Wara l-perjodu ta' ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-Artikolu 9(3) u (4) japplikaw għal kull assenjazzjoni u allokazzjoni ta' frekwenzi tar-radju li fadal, li kienu jeżistu fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
4. Fl-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiggarantixxu l-kompetizzjoni ġusta.
"Artikolu 9b
It-trasferiment ta' drittijiet individwali għall-użu tal-frekwenzi tar-radju
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi jkunu jistgħu jittrasferixxu jew jikru lil impriżi oħra d-drittijiet individwali għall-użu ta' frekwenzi tar-radju fil-bands li jkunu jipprovdu għalihom il-miżuri ta' implimentazzjoni skond il-paragrafu 9c sakemm dan it-trasferiment jew kiri jkun skond il-proċeduri nazzjonali u pjanijiet nazzjonali ta' allokazzjoni ta' frekwenza.
F'bands oħra, l-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu biex l-impriżi jittrasferixxu jew jikru d-drittijiet individwali għall-użu ta' frekwenzi tar-radju lil impriżi oħra f 'konformita' mal-proċeduri nazzjonali.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intenzjoni ta' l-impriża li tittrasferixxi d-drittijiet għall-użu ta' frekwenzi tar-radju kif ukoll it-trasferiment effettiv tkun innotifikata lill-awtorità kompetenti nazzjonali▌ responsabbli għall-assenjazzjoni ta' drittijiet individwali ta' l-użu ta' frekwenzi tar-radju, u li tkun ippubblikata. Meta l-użu tal-frekwenza tar-radju jkun ġie armonizzat permezz ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 9c u tad-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju jew ta' miżuri oħra tal-Komunità, kull trasferiment bħal dan għandu jkun konformi ma' dan l-użu armonizzat.
Artikolu 9c
Miżuri ta' armonizzazzjoni tal-ġestjoni tal-frekwenzi tar-radju
Sabiex tikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-suq intern, fl-osservanza tal-prinċipji ta' l-Artikoli 8b, 9, 9a u 9b, il-Kummissjoni tista' tadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni xierqa biex:
a)
tapplika l-programm ta' azzjoni tal-ispettru tar-radju mwaqqaf skont l-Artikolu 8b(4);
b)
tidentifika l-bands li d-drittijiet għall-użu tagħhom jistgħu jkunu ttrasferiti jew mikrija bejn l-impriżi;
(
c) ikunu armonizzati l-kundizzjonijiet marbuta ma' dawn id-drittijiet ▌;▌
d)
tidentifika l-bands li għalihom japplika l-prinċipju tan-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizz.'
Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jikkompletawha, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3). ▌
__________________________
*Id-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva."
(12) L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
(a) Il-paragrafu 2 huwa ssostitwit bit-test li ġej:"
2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-pjani u l-proċeduri għall-għoti tan-numri jkunu applikati b'mod li jingħata trattament ugwali lill-kull min jipprovdi s-servizzi u lill-utenti tan-numri madwar l-Unjoni Ewropea. B'mod partikulari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriża li tkun assenjata serje ta' numri ma tiddiskriminax kontra fornituriu utenti oħrajn li jippovdu s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fir-rigward tas-sekwenzi tan-numri użati biex jagħtu aċċess għas-servizzi tagħhom.
"
(b) Il-paragrafu 4 huwa ssostitwit bit-test li ġej:"
4. L-Istati Membri għandhom jappoġġjaw l-armonizzazzjoni ta'numri jew firxiet ta' numri speċifiċi fil-Komunità meta din tippromwovi t-tħaddim tas-suq intern jew tappoġġja l-iżvilupp ta' servizzi pan-Ewropej. Il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri ta' implimentazzjoni tekniċi li jkunu xierqa dwar din il-materja, li jistgħu jinkludu li tiżgura aċċess transkonfinali għan-numerazzjoni nazzjonali użata fis-servizzi essenzjali, bħal ma huma l-mistoqsijiet dwar id-direttorju. Il-miżuri ta' implimentazzjoni jistgħu jagħtu lill-BERT responsabbiltajiet speċifiċi fl-applikazzjoni ta' dawk il-miżuri.
Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jikkompletawha, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3). ▌''
"
(13) Fl-Artikolu 11(1), il-kliem 'taġixxi fuq il-bażi ta' proċeduri ta' trasparenza u pubblikament disponibbli, applikati mingħajr diskriminazzjoni u mingħajr dewmien, u' għandu jinbidel bil-kliem li ġej:"
"taġixxi fuq il-bażi ta' proċeduri sempliċi, trasparenti u disponibbli għall-pubbliku, li jkunu applikati mingħajr diskriminazzjoni u mingħajr dewmien, u f'kull ċirkostanza tiddeċiedi fi żmien erba' xhur mill-applikazzjoni, u
"
(14) L-Artikolu 12 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:"
Artikolu 12
Il-ko-lokazzjoni u l-użu komuni tal-elementi tan-networks u l-faċilitajiet assoċjati għall-proveddituri tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi
1. Meta l-impriża li tipprovdi n-networks tal-komunikazzjoni elettronika jkollha d-dritt skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tinstalla l-faċilitajiet fuq, minn fuq jew taħt proprjetà pubblika jew privata, jew tkun tista' tieħu vantaġġ mill-proċedura għall-esproprjazzjoni jew użu ta' proprjetà, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom filwaqt li jqisu bis-sħiħ il-prinċipju tal-proporzjonalità, ikunu jistgħu jimponu l-użu komuni ta' dawn il-faċilitajiet jew din il-proprjetà, inklużi d-dħul fil-bini, is-sistema tal-wajers fil-bini, l-arbli, l-antenni, it-torrijiet u kostruzzjonijiet oħra ta' appoġġ, id-ducts,il-kondjuwits, it-toqob u l-kaxxi ta' l-ispezzjonar u l-elementi l-oħra kollha li mhumiex attivi.
2. L-Istati Membri jistgħu jitolbu li d-detenturi tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jużaw flimkien il-faċilitajiet jew il-proprjetà (inkluża l-ko-lokazzjoni fiżika) jew jieħdu l-miżuri biex jiffaċilitaw il-koordinazzjoni tax-xogħlijiet pubbliċi biex ikunu protetti l-ambjent, is-saħħa pubblika, is-sigurtà pubblika jew biex jissodisfaw il-għanijiet ta' l-ippjanar ta' l-ibliet u l-kampanja wara biss perijodu xieraq ta' konsultazzjoni pubblika, li matulu l-partijiet konċernati kollha għandhom jingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom. Dan l-użu komuni jew dawn l-arranġamenti ta' koordinazzjoni jistgħu jinkludu r-regoli dwar it-tqassim ta' l-ispejjeż ta' l-użu komuni tal-faċilitajiet jew proprjetà.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom is-setgħa biex jirrekjedu li, wara perjodu xieraq ta' konsultazzjoni pubblika, li fih il-partijiet kollha interessati jingħataw l-opportunità li jistqarru l-fehmiet tagħhom, id-detenturi tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jagħmlu użu komuni tal-faċilitajiet jew tal-proprjetà, inkluż permezz ta' ko-lokazzjoni fiżika, sabiex jinkoraġġixxu l-investiment effiċjenti fl-infrastruttura u l-promozzjoni tal-innovazzjoni. Dan l-użu komuni jew dawn l-arranġamenti ta' koordinazzjoni jistgħu jinkludu r-regoli dwar it-tqassim ta' l-ispejjeż ta' l-użu komuni tal-faċilitajiet jew proprjetà u għandhom jiżguraw li hemm qsim adegwat tar-riskji bejn l-intrapriżi kkonċernati.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fuq il-bażi ta' informazzjoni mogħtija mid-detenturi tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1, jistabbilixxu inventarju dettaljat tan-natura, id-disponibilità u l-lokalità ġeografika tal-faċilitajiet imsemmija f'dak il-paragrafu, u li huma jagħmlu dak l-inventarju disponibbli għall-partijiet interessati.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jwaqqfu l-proċeduri ta' koordinazzjoni xierqa, b'koperazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, rigward ix-xogħlijiet pubbliċi msemmija fil-paragrafu 2 u faċilitajiet jew proprjetà oħra pubbliċi. Dawk il-proċeduri jistgħu jinkludu proċeduri li jiżguraw li l-partijiet interessati jkollhom informazzjoni rigward il-faċilitajiet pubbliċi u l-proprjetà xierqa u xogħlijiet pubbliċi ppjanati jew li qed isiru, li jkunu avżati fi żmien xieraq dwar dawn ix-xogħlijiet, u li l-użu komuni jiġi ffaċilitat kemm jista' jkun.
6. Il-miżuri li jittieħdu minn awtorità regolatorja nazzjonali skond dan l-Artikolu għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti mhux diskriminatorji u proporzjonati.
"
(15)Għandu jiddaħħal il-Kapitolu IIIa li ġej: "
'Kapitolu IIIa
IS-SIGURTÀ U L-INTEGRITÀ TAN-NETWORKS U S-SERVIZZI
Artikolu 13a
Is-sigurtà u l-integrità
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu n-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni jew is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jkunu disponibbli għall-pubbliku jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzattivi li jkunu xierqa biex jipproteġu s-sigurtà tan-networks u tas-servizzi tagħhom. Meta tikkunsidra t-teknoloġija l-iktar moderna, dawn il-miżuri għandhom jiżguraw livell ta' sigurtà li jkun adattat għar-riskju li jippreżenta ruħu. B'mod partikulari, il-miżuri għandhom jittieħdu biex jevitaw u jnaqqsu ħafna l-impatt ta' l-inċidenti ta' sigurtà fuq l-utenti u fuq in-networks li jkunu kkonnettjati bejniethom.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu n-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni jieħdu l-passi xierqa biex jiżguraw l-integrità tan-networks tagħhom sabiex jiżguraw il-kontinwità tal-provvista tas-servizzi pprovduti minn fuq dawk in-networks. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandu jkollhom konsultazzjonijiet mal-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika qabel ma jadottaw miżuri speċifiċi għas-sigurtà u għall-integrità tan-networks tal-komunikazzjoni elettronika.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu n-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni jew is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jkunu disponibbli għall-pubbliku jinnotifikaw lill-awtorità kompetentinazzjonali ▌b'xi ' ksur tas-sigurtà jew b'telf tal-integrità li kellu impatt sinifikanti fuq it-tħaddim tan-networks u tas-servizzi.
Meta jkun xieraq, l-awtorità kompetenti nazzjonali ▌konċernata għandha tinforma lill-awtoritajiet ▌nazzjonali kompetenti fi Stati Membri oħra u lill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA). Meta jkun fl-interess pubbliku li l-ksur ikun żvelat, l-awtorità kompetenti nazzjonali tista' tinforma lill-pubbliku.
Darba fis-sena, l-awtorità kompetenti nazzjonali▌ għandha tippreżenta rapport fil-qosor lill-Kummissjoni dwar in-notifiki li tirċievi u l-azzjoni li tkun ittieħdet skond dan il-paragrafu.
4. Il-Kummissjoni, wara li tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni ta' l-ENISA, tista' tadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni tekniċi li jkunu xierqa bil-għan li jkunu armonizzati l-miżuri msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3, inklużi l-miżuri li jiddefinixxu ċ-ċirkostanzi, il-format u l-proċeduri li japplikaw għar-rekwiżiti tan-notifika. L-adozzjoni ta' tali miżuri ta' implimentazzjoni tekniċi m'għandhomx jipprevjenu lill-Istati Membri mill jadottaw rekwiżiti addizzjonali sabiex jilħqu l-għanijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.
Miżuri tekniċi ta' implimentazzjoni li jkollhom x'jaqsmu man-notifiki għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Diretta 2002/58/KE .
Dawn il-miżuri ta' implimentazzjoni maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jikkompletawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3). ║.
Artikolu 13b
L-implimentazzjoni u l-infurzar
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ▌nazzjonali kompetenti jkollhom is-setgħa li joħorġu istruzzjonijiet li jorbtu lill-impriżi li jipprovdu n-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni jew is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku sabiex jimplimentaw l-Artikolu 13a. Dawn l-istruzzjonijiet li jorbtu għandhom ikun proporzjonati u sostenibbli, ekonomikament u teknikament, u għandhom jiġu implimentati fi skeda ta' żmien raġonevoli.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ▌ nazzjonali kompetenti jkollhom is-setgħa li jitolbu lill-impriżi li jipprovdu n-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni jew is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jkunu disponibbli għall-pubbliku biex:
a)
jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex tkun ivvalutata s-sigurtà u l-integrità tas-servizzi u n-networks tagħhom, inklużi d-dokumenti dwar il-politika ta' sigurtà; u
b)
jagħtu istruzzjonijiet lil entità kkwalifikata indipendenti biex twettaq verifika tas-sigurta u tagħmel ir-riżultati tagħha disponibbli għall-awtorità regolatorja nazzjonali.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ▌ nazzjonali kompetenti jkollhom is-setgħat kollha meħtieġa biex jinvestigaw il-każi ta' nuqqas ta' konformità l-effetti fuq is-sigurtà u l-integrità tan-networks.
4. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu bla ħsara għall-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva."
"
(16)L-Artikolu 14(3) għandu jiġi emendat kif ġej:"
Fejn intrapriża għandha saħħa kummerċjali sinifikanti fuq suq speċifiku u fejn ir-rabtiet bejn iż-żewġ swieq huma tat-tip li jittrasferixxu s-saħħa kummerċjali li għandu suq wieħed lejn is-suq l-ieħor, u b'hekk iżidu s-saħħa kummerċjali tal-intrapriża, rimedji bil-għan li jiġi evitat dan it-tip ta' trasferiment tal-vantaġġ strateġiku jistgħu jiġu imposti fuq is-suq marbut, b'konformità mal-Artikoli 9, 10, 11 u 13 tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess). Fejn rimedji ta' dan it-tip ma jkunux biżżejjed, jistgħu jiġu imposti rimedji skond l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizzi Universali).
"
(17) L-Artikolu 15 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) It-titlu huwa ssostitwit bit-test li ġej:"
Il-proċedura għall-identifikazzjoni u d-definizzjoni tas-swieq
"
(b) Fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:"
1. Wara l-konsultazzjoni pubblika u l-konsultazzjonimal-BERT , il-Kummissjoni għandha tadotta Rakkomandazzjoni dwar is-Swieq ta' Prodotti u Servizzi Rilevanti (hawn iktar 'il quddiem imsejħa "ir-Rakkomandazzjoni"). Ir-Rakkomandazzjoni għandha tidentifika dawk is-swieq ta' prodotti u servizzi ġewwa s-settur tal-komunikazzjoni elettronika li l-karatteristiċi tagħhom jistgħu jkunu hekk li jiġġustifikaw l-impożizzjoni ta' l-obbligi regolatorji stipulati fid-Direttivi Speċifiċi, bla ħsara għas-swieq li jistgħu jkunu ddefiniti f'każijiet speċifiċi skond il-liġi tal-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi s-swieq skond il-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni.
"
c) għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"
2a.Sa ...*, il-Kummissjoni għandha tippubblika linji ta' gwida għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rigward deċiżjonijiet bil-għan li jimponu, jemendaw jew ineħħu l-obbligi tal-intrapriżi b'poter kummerċjali sinifikanti.
_____________________
*Id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2008/../KE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" ... li temenda d-Direttiva 2002/21/KE....].
"
(d) Il-paragrafu 3 huwa ssostitwit bit-test li ġej:"
3. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, wara li jagħtu l-ikbar kunsiderazzjoni lir-Rakkomandazzjoni u lil-Linji Gwida, għandhom jiddefinixxu s-swieq rilevanti li jaqblu maċ-ċirkostanzi nazzjonali, b'mod partikulari s-swieq ġeografiċi rilevanti ġewwa t-territorju, skond il-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom isegwu l-proċeduri msemmija fl-Artikoli 6 u 7 qabel ma jiddefinixxu s-swieq li huma diversi minn dawk identifikati fir-Rakkomandazzjoni.
"
(d) Il-paragrafu 4 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:"
4. Il-Kummissjoni, wara li tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni tal-BERT maħruġa skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru…./2008 [li jistabbilixxi l-Korp tar-Regolaturi Ewropej tat-Telekomunikazzjoni (BERT)], tista' tadotta Deċiżjoni li tidentifika s-swieq tranżnazzjonali.
Din id-Deċiżjoni, maħsuba biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tikkompletaha, għandha tkun adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3) ▌.
"
(18) L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:
(a) Il-paragrafi 1 u 2 huma ssostitwiti bit-test li ġej:"
1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iwettqu analiżi tas-swieq rilevanti filwaqt li jieħdu kont tas-swieq li jinsabu elenkati fir-Rakkomandazzjoni u wara li jagħtu l-ikbar kunsiderazzjoni lil-Linji Gwida. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din l-analiżi titwettaq, meta jkun xieraq, b'kollaborazzjoni ma' l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni.
2. Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tintalab skond il-paragrafi 3 jew 4, ta' l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali), jew l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess) biex tiddetermina jekk timponix, iżżommx, temendax jew tirtirax l-obbligi fuq l-impriżi, hija għandha tiddetermina fuq il-bażi ta' l-analiżi tas-suq tagħha msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-artikolu jekk is-suq rilevanti jkunx kompetittiv b'mod effettiv.
"
(b) Il-paragrafi 5 u 6 għandhom jiġu ssostitwiti bit-test li ġej:"
5. Fil-każ tas-swieq tranżnazzjonali identifikati fid-Deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 15(4), il-Kummissjoni għandha titlob lill-BERT biex tmexxi l-analiżi tas-suq wara li tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lil-Linji Gwidi u tagħti opinjoni dwar kull impożizzjoni, żamma, emenda jew irtirar ta' l-obbligi regolatorji kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
Il-Kummissjoni, wara li tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni tal-BERT, tista' toħroġ deċiżjoni li tinnomina impriża waħda jew iżjed bħala li jkollhom saħħa sinifikanti f'dak is-suq, u timponi wieħed jew iżjed obbligi speċifiċi skond l-Artikoli 9 sa 13a tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess) u l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali). Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha ssegwi l-għanijiet tal-politika stipulati fl-Artikolu 8.
6. Il-miżuri li jittieħdu skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għall-proċeduri msemmija fl-Artikoli 6 u 7. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iwettqu l-analiżi tas-suq rilevanti:
a)
fi żmien sentejn min-notifika preċedenti ta' abbozz ta' miżura relatata ma' dak is-suq;
b)
għas-swieq li ma kinux innotifikati qabel lill-Kummissjoni, fi żmien sena minn meta tkun adottata r-Rakkomandazzjoni rriveduta dwar is-swieq rilevanti, jew;
c)
għall-Istati Membri li jkunu għadhom kif daħlu fl-Unjoni, fi żmien sena mill-adeżjoni tagħhom.
"
(c) Għanduj iddaħħal il-paragrafu 7 li ġej:"
7. Meta awtorità regolatorja nazzjonali ma tkunx temmet l-analiżi tagħha tas-suq rilevanti identifikat fir-Rakkomandazzjoni fiż-żmien preskritt fl-Artikolu 16(6), il-Kummissjoni tista' titlob lill-BERT biex toħroġ opinjoni, li tkun tinkludi l-abbozz ta' miżura, l-analiżi tas-suq speċifikat u l-obbligi speċifiċi li jridu jkun imposti. L-BERT tista' tmexxi konsultazzjoni pubblika dwar l-abbozz ta' miżura konċernat.
▌
"
(19) L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:
(a) Fil-paragrafu 1, fl-ewwel sentenza, il-kliem "Artikolu 22(2)" għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem "Artikolu 22(3)" u fit-tieni sentenza, il-kliem 'waqt li tagġixxi skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 22(2)' jinbidel bil-kliem 'tista' tieħu miżuri xierqa ta' implimentazzjoni u".
(b)Fil-paragrafu 2, is-subparagrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:"
"Fin-nuqqas ta' dawk l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-implimentazzjoni ta' standards internazzjonali jew rakkomandazzjonijiet adottati mill-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU), il-Konferenza Ewropea ta' l-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT), l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-istandardizzazzjoni (ISO) jew il-Kummissjoni Internazzjonali Elettroteknika (IEC)."
"
(c) Fil-paragrafu 6, il-kliem 'filwaqt li taġixxi skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 22(3), tneħħihom mill-lista ta' l-istandards u/ew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1' jinbidel bil-kliem 'tieħu l-miżuri ta' implimentazzjoni xierqa u tneħħi dawk l-istandards jew speċifikazzjonijiet mil-lista ta' l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1".
(d) Jiddaħħal il-paragrafu 6a li ġej:"
6a. Il-miżuri ta' implimentazzjoni msemmija msemmija fil-paragrafi 1, 4, u 6, fil-paragrafi 4 u 6, maħsuba biex elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jikkompletawha, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3)▌. ''
"
(20) L-Artikolu 18 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) Fil-paragrafu 1, il-punt (c) li ġej huwa miżjud:"
c)
"(c) dawk li jipprovdu s-servizzi u t-tagħmir tat-TV diġitali biex jikkooperaw fil-provvista ta' servizzi interoperabbli tat-TV għall-utenti fnali b'diżabbiltà.
"
(b) Il-paragrafu 3 għandu jiġi mħassar.
(21) L-Artikolu 19 huwa ssostitwit bit-test li ġej:"
Artikolu 19
Proċeduri ta' armonizzazzjoni
1. Bla ħsara għall-Artikolu 9 ta' din id-Direttiva u ta' l-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni), meta l-Kummissjoni ssib li d-diverġenzi fl-implimentazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-kompiti regolatorji speċifikati fid-Direttivi Speċifiċi joħolqu xkiel għas-suq intern, il-Kummissjoni tista', wara li tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni tal-BERT', jekk ikun hemm, toħroġ ▌ Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni armonizzata tad-dispożizzjonijiet f'din id-Direttiva u fid-Direttivi Speċifiċi sabiex ikomplu jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 8.
▌
2. Id-Deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tikkompletaha, għandha tkun adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3). ▌
3. Il-miżuri adottati skond il-paragrafu 1 jistgħu jinkludu l-identifikazzjoni tat-strateġija armonizzata jew ikkoordinata biex tindirizza l-kwistjonijiet li ġejjin:
(a)
L-implimentazzjoni konsistenti ta' strateġija regolatorji, inkluż it-trattament ta' servizzi ġodda ta' swieq sub-nazzjonali u ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika kummerċjali transkonfinali;
(b)
Il-kwistjonijiet ta' għoti tan-numri, ismijiet u indirizzi, inklużi s-serje ta' numri, il-portabilità tan-numri u l-elementi ta' identifikazzjoni, is-sistemi li jittraduċu n-numri u l-indirizzi, u l-aċċess għas-servizzi ta'emerġenza bil-112;
(c)
Il-kwistjonijiet tal-konsumaturi, mhumiex inklużi fid-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizzi Universali), inkluż b'mod partikolari l-aċċessibbiltà għas-servizzi u t-tagħmir tal- komunikazzjoni elettronika mill-utenti finali b'diżabilità;
(22) L-Artikolu 20(1) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:"
1. Fil-każ ta' tilwima li tinqala' bejn dwk li jipprovdu s-servizzi b'rabta ma' l-obbligi eżistenti imposti skond din id-Direttiva jew id-Direttivi Speċifiċi meta waħda mill-partijiet tkun impriża li tipprovdi n-networks jew s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fi Stat Membru, l-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata, għandha, fuq it-talba ta' xi waħda mill-partijiet, u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, toħroġ deċiżjoni li turbot biex tirriżolvi t-tilwima fl-iqsar perijodu ta' żmien possibbli u f'kull każ fi żmien erba' xhur, ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali. L-Istat Membru konċernat għandu jitlob li l-partijiet kollha jikkooperaw kompletament ma' l-awtorità regolatorja nazzjonali.
"
(23) L-Artikolu 21 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:"
Artikolu 21
Is-soluzzjoni ta' tilwim transkonfinali
1. Fil-każ li tinqala' tilwima transkonfinali taħt din id-Direttiva jew id-Direttivi Speċifiċi bejn partijiet fi Stati Membri diversi, meta t-tilwima taqa' fl-ambitu tal-kompetenza ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta' iktar minn Stat Membru wieħed, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4.
2. Kull parti tista' tirreferi t-tilwima lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali konċernati. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jkunu kompetenti għandhom jikkoordinaw l-isforzi tagħhom fi ħdan il-BERT sabiex tinstab soluzzjoni għat-tilwima kemm jista' jkun permezz tal-adozzjoni ta' deċiżjoni konġunta, skond il-għanijet stipulati fl-Artikolu 8. Kwalunkwe obbligu impost fuq impriża mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali sabiex tinstab soluzzjoni għal tilwima għandu jikkonforma mad-Dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u tad-Direttivi Speċifiċi.
Kull awtorità regolatorja nazzjonali li jkollha l-kompetenza f'tilwima bħal din tista' titlob lill-BERT biex toħroġ rakkomandazzjoni skond l-Artikolu 18 tar- Regolament (KE) Nru…./2008 [li jistabbilixxi l-Korp tar-Regolaturi Ewropej tat-Telekomunikazzjoni (BERT)] dwar l-azzjoni li trid tittieħed skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva ta' Qafas u/jew tad-Direttivi Speċifiċi biex tkun solvuta din it-tilwima.
Meta din it-talba tkun saret lill-BERT, kull awtorità regolatorja nazzjonali li jkollha l-kompetenza f'xi aspett tat-tilwima għandha tistenna r-rakkomandazzjoni tal-BERT skond l-Artikolu 18 Regolament (KE) Nru…./2008 [li jistabbilixxi l-Korp tar-Regolaturi Ewropej tat-Telekomunikazzjoni (BERT)] qabel ma taġixxi biex tirriżolvi t-tilwima, bla ħsara għall-possibbiltà għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jieħdu l-miżuri urġenti meta jkun meħtieġ.
Kull obbligu impost fuq l-impriża mill-awtorità regolatorja nazzjonali biex tirriżolvi t-tilwima għandu jirrispetta d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u tad-Direttivi Speċifiċi u jagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lir-rakkomandazzjoni maħruġa mill-BERT skond l-Artikolu 18 tar- Regolament (KE) Nru…./2008 [li tistabbilixxi l-Korp tar-Regolaturi Ewropej tat-Telekomunikazzjoni (BERT)].
3. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjoni għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jkunu kompetenti biex flimkien dawn ma jaċċettawx li jirriżolvu t-tilwima meta jkunu jeżistu mekkaniżmi oħra, inkluża l-medjazzjoni, u dawn ikunu jistgħu jikkontribwixxu aħjar għas-soluzzjoni tat-tilwima b'mod f'waqtu skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8.
Huma għandhom jinfurmaw lill-partijiet mingħajr dewmien. Jekk wara erba' xhur it-tilwima ma tkunx riżoluta, jekk it-tilwima ma tkunx tressqet fil-qorti mill-parti li sofriet il-ksur tad-drittijiet, u jekk xi waħda mill-partijiet titlob dan, l- awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkoordinaw l-isforzi tagħhom biex tinstab soluzzjoni għat-tilwima, kemm jista' jkun permezz tal-adozzjoni ta' deċiżjoni konġunta, skond id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8 wara li tingħata l-ikbar kunsiderazzjoni lil kwalunkwe rakkommandazzjoni maħruġa mill-BERT skond l-Artikolu 18 tar- Regolament (KE) Nru…./2008 [li tistabbilixxi l-Korp tar-Regolaturi Ewropej tat-Telekomunikazzjoni (BERT)].
4. Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 2 m'għandhiex tipprekludi lil xi waħda mill-partijiet milli tieħu azzjoni fil-qorti.
"
(24)Għandu jiddaħħal l-Artikolu 21a li ġej:"
Artikolu 21a
Pieni
"L-Istati Membri għandhom jippreskrivu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u d-Direttivi Speċifiċi u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jkunu implimentati. Il-pieni li jkun ipprovdut għalihom għandhom ikunu xierqa, effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa ...(17) u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b'kull emenda sussegwenti li taffettwahom.
"
(25) L-Artikolu 22 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)Għandu jiddaħħal il-paragrafu ġdid li ġej:"
1 bis."1a.Bħala deroga mill-paragrafu 1, għall-adozzjoni ta' miżuri b'konformità mal-Artikolu 9c, il-Kummissjoni għandha tiġi mgħejuna mill-Kumitat tal-Ispettru tar-Radju imwaqqaf taħt l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE.
"
(b) Il-paragrafu 3 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:"
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li tingħata kunsiderazzjoni lid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
"
(c) Il-paragrafu 4 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:"
4. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li tingħata kunsiderazzjoni lid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
"
(26) L-Artikolu 27 huwa mħassar.
(27)L-Anness I għandu jitħassar u l-Anness II għandu jiġi emendat skont l-Anness għal din id-Direttiva.
Artikolu 2
Emendi għad-Direttiva 2002/19/KE (Id-Direttiva ta' Aċċess)
Id-Direttiva 2002/19/KE għandha tiġi emendata kif ġej:
(1) L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:
a)
il-punt (a) għandu jinbidel b'dan li ġej:"
a)
"aċċess" tfisser it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' faċilitajiet u/jew servizzi lil impriża oħra, taħt kundizzjonijiet iddefiniti, fuq bażi esklussiva jew mhux esklussiva, bl-iskop li jkunu pprovduti s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika inkluż it-twassil tas-servizzi tas-soċjetà ta' l-informazzjoni jew biex jixxandru s-servizzi b'kontenut. Tkopri, fost l-oħrajn: aċċess għal elementi tan-network u faċilitajiet assoċjati, li jistgħu jinvolvu l-konnessjoni ta' tagħmir b'mezzi fissi jew mhix fiss (dan jinkludi partikolarment l-aċċess għal-linja lokali u għal faċilitajiet u s-servizzi meħtieġa għall-provvediment ta' servizzi fuq il-linja lokali); aċċess għal infrastruttura fiżika, inklużi ducts, arbli u bini; aċċess għal sistemi ta' softwer rilevanti, inklużi sistemi ta' appoġġ operazzjonali; aċċess għat-traduzzjoni ta' numri jew għal sistemi li joffru funzjonalità ekwivalenti; aċċess għall-informazzjoni meħtieġa dwar l-abbonati u għall-mekkaniżmi biex jitħallsu lura l-ammonti tal-kontijiet mibgħuta lill-utenti aħħarin lill-fornituri tas-servizzi tad-direttorju; aċċess għal networks fissi u mobile, partikolarment għar-roaming; aċċess għal sistema ta' aċċess kundizzjonali għal servizzi ta' televiżjoni diġitali; u aċċess għal servizzi ta' networks virtwali.
"
b)
(b)il-punt (e) għandu jinbidel b'dan li ġej:"
e)
"linja lokali" tfisser iċ-ċirkwit fiżiku li jorbot il-punt fejn jispiċċa n-network [...] ma' qafas ta' distribuzzjoni jew faċilità ekwivalenti fin-network fiss pubbliku tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.
"
( 2) L-Artikolu 4(1) huwa ssostitwit bit-test li ġej:"
1. L-operturi tan-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni għandhom ikollhom id-dritt u, meta jintalbu minn impriżi oħra li jkunu awtorizzati biex jagħmlu dan skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni), l-obbligu li jinnegozjaw l-ikkonnettjar ta' network ma' ieħor bl-iskop li jipprovdu s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jkunu disponibbli għall-pubbliku, jew li jwasslu kontenut tax-xandir jew servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, sabiex jiżguraw il-provvista u l-interoperabilità tas-servizzi mal-Komunità kollha. L-operaturi għandhom joffru l-aċċess u l-ikkonnettjar lill-impriżi l-oħra skond termini u kundizzjonijiet konsisenti ma' l-obbligi imposti mill-awtorità regolatorja nazzjonali skond l-Artikoli 5, 6, 7 u 8. Madankollu t-termini u l-kundizzjonijiet tal-interkonnessjoni m'għandhomx jintroduċu ostakli mhux iġġustifikati għall-interoperabilità.
"
( 3) L-Artikolu 5 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) Il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġussostitwiti bit-test li ġej:"
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom, filwaqt li jaġixxu biex jilħqu l-miri stipulati fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas), iħeġġu u fejn xieraq jiżguraw, skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, aċċess u interkonnessjoni adegwati, u interoperabilità ta' servizzi, waqt li jeżerċitaw ir-responsabbiltà tagħhom b'mod li jippromwovi l-effiċjenza, il-kompetizzjoni sostenibbli, l-investiment u l-innovazzjoni, u jagħti l-benefiċċju massimu lill-utenti finali.
B'mod partikulari, bla ħsara għall-miżuri li jistgħu jittieħdu rigward impriżi li għandhom saħħa kummerċjali sinifikanti b'konformità mal-Artikolu 8, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jimponu:
a)
sal-punt meħtieġ sabiex jiġu żgurati l-konnettività minn tarf għall-ieħor jew l-aċċess ġust u raġonevoli għal servizzi tal-partijiet terzi, bħas-servizzi tad-direttorju, l-obbligi fuq l-intrapriżi li jikkontrollaw l-aċċess għall-utenti aħħarin, fosthom l-obbligu tal-interkonnessjoni tan-networks tagħhom f'każijiet iġġustifikati u fejn dan ma jkunx diġà il-każ, jew biex jagħmlu s-servizzi tagħhom interoperabbli, fosthom permezz ta' mekkaniżmi biex jitħallsu lura lill-fornituri tas-servizzi ammonti tal-kontijiet mibgħuta lill-utenti aħħarin, fuq termini ġusti, trasparenti u raġonevoli.
b)
sal-punt meħtieġ sabiex tiġi garantita l-aċċessibilità għall-utenti aħħarin għas-servizzi ta' xandir diġitali tar-radju u tat-televiżjoni spċifikati mill-Istat Membru, obbligi fuq l-operaturi biex jipprovdu aċċess għall-faċilitajiet l-oħra msemmija fl-Anness I, Taqsima II dwar it-termini ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji.
2. L-obbligi u l-kundizzjonijiet imposti skond il-paragrafu 1 għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti, proporzjonati u mhux diskriminatorji, u għandhom ikunu implimentati skond il-proċedura msemmija fl-Artikoli 6 u 7 u 7a tad-Direttiva 2002/ 21 /KE (Direttiva ta' Qafas).
Meta tiġi evalwata l-proporzjonalità tal-miżuri li għandhom jiġu imposti, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu l-kundizzjonijiet kompetittivi differenti li jkun hemm fiz-zoni differenti fl-Istati Membri tagħhom.
"
(b) Il-paragrafi 3 u 4 jitħassru.
(4) L-Artikolu 6(2) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:"
2. Fid-dawl ta' l-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq, il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' implimentazzjoni biex temenda l-Anness I. Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 14(3). ▌
Fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista' tkun megħjuna mill-Korp tar-Regolaturi Ewropej tat- -Telekomunikazzjoni (BERT).
"
(5) L-Artikolu 7 jitħassar.
(6) L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
(a) Fil-paragrafu 1, "f'Artikoli 9 sa 13" jinbidel bil-kliem "fl-Artikoli 9 sa 13a".
(b)Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:"
2.Fejn operatur huwa nnominat bħala wieħed b'saħħa kummerċjali sinifikanti fuq suq speċifiku bħala riżultat ta' analiżi tas-suq imwettqa b'konformità mal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas), l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom, kif xieraq, jimponu l-obbligi stipulati fl-Artikoli 9 sa 13 ta' din id-Direttiva b'konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 7a tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas).
"
(c) Il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:
(i) L-ewwel subparagrafu jinbidel b'li ġej:
-
Fl-ewwel inċiż, "Artikoli 5(1), 5(2) u 6" tinbidel bi "ta' l-Artikoli 5(1) u 6";
-
fit-tieni inċiż, "Direttiva 97/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1997 li tikkonċerna l-ipproċessar ta' tagħrif personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet*" għandu jinbidel bi "Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) **.
_______________________
* ĠU L 24, 30.1.1998, p. 1.
** ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.║".
(ii) Is-sentenza li ġejja tiddaħħal bħala t-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu:"
Il-Kummissjoni għandha tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni li l-BERT tissottometti skond l-Artikolu 4(3)(m) tar-Regolament Regolament (KE) Nru…./2008 [li jistabbilixxi l-Korp tar-Regolaturi Ewropej tat-Telekomunikazzjoni (BERT)].
"
(7)L-Artikolu 9(1) għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:"
1.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu, skond id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 8, jimponu obbligi għat-trasparenza b'relazzjoni ma' l-interkonnessjoni u/jew aċċess, li jeħtieġu li l-operaturi jagħmlu pubbliku informazzjoni speċifika, bħal informazzjoni dwar il-kontabilità, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-karatteristiċi tar-network, ir-restrizzjonijiet fuq l-aċċess għas-servizzi u l-applikazzjonijiet, il-politiki dwar l-immaniġġjar tat-traffiku, it-termini u kondizzjonijiet għall-forniment u l-użu, u l-prezzijiet.
"
(b) il-paragrafu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:"
4.Minkejja l-paragrafu 3, fejn jinstab li operatur, skond l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva ta' Qafas), ikollu saħħa sinifikanti fis-suq f'suq rilevanti dwar l-aċċess lokali f'lok fiss, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni ta' l-offerta ta' referenza li jkun fiha ta' l-anqas l-elementi stipulati fl-Anness II.
"
c)
il-paragrafu 5 huwa ssostitwit bit-test li ġej:" 5. Il-Kummissjoni tista' tadotta l-emendi meħtieġa għall-Anness II sabiex tadattah għall-iżviluppi teknoloġiċi u fis-suq. Il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3). F'każijiet ta' urġenza assoluta, il-Kummissjoni tista' tuża l-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 14(4). Fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista' tkun megħjuna mill-BERT."
(8) L-Artikolu 12 għandu jiġi sostitwit b' dan it-test li ġej:"
Artikolu 12
Obbligi ta' aċċess għal, u użu ta', faċilitajiet speċifiċi ta' networks
1.L-awtorità regolatorja nazzjonali tista', skond id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 8, timponi obbligi fuq operaturi biex jissodisfaw talbiet raġonevoli għall-aċċess għal, u l-użu ta', elementi speċifiċi ta' networks u faċilitajiet assoċjati, fost ġwejjeġ oħra f'sitwazzjonijiet fejn l-awtorità regolatorja nazzjonali tqis li ċ-ċaħda għall-aċċess jew termini u kondizzjonijiet mhux raġonevoli li jkollhom effett simili jfixklu it-tfaċċar ta' suq kompetittiv sostenibbli fil-livell tal-bejgħ bl-imnut jew li ma jkunux fl-interess ta' l-utent finali.
L-operaturi għandhom jiġu rikjesti li,inter alia:
a)
jagħtu aċċess lill-partijiet terzi għal elementi u/jew faċilitajiet speċifikati tan-network, inkluż l-aċċess diżassoċjat għal-linji lokali;
b)
jinnegozjaw b'rieda tajba mal-intrapriżi li qed jitolbu l-aċċess;
c)
ma jneħħux l-aċċess għall-faċilitajiet diġà mogħtija;
d)
jipprovdu servizzi speċifikati fuq bażi ta' kwantitajiet kbar biex jiġu mibjugħa mill-ġdid minn partijiet terzi;
e)
jagħtu aċċess miftuħ għal 'interfaces' tekniċi, protokolli jew teknoloġija ewlenija oħra indispensabbli għall-interoperabilità tas-servizzi jew servizzi tan-network virtwali;
f)
li jipprovdu l-ko-lokazzjoni jew forom oħra ta' użu komuni tal-faċilitajiet, inklużi d-ducts, il-bini jew id-dħul fil-bini, l-antenni, it-torrijiet u kostruzzjonijiet oħra ta' appoġġ, arbli, it-toqob ta' l-ispezzjonar, u l-kaxxi ta' l-ispezzjonar u l-elementi l-oħra kollha li mhumiex attivi;
(fa)jipprovdu lil partijiet terzi offerta ta' riferenza għall-għoti ta' l-aċċess għat-ducts;
(g)
Jipprovdu servizzi speċifikati meħtieġa biex jiżguraw l-interoperabilità tas-servizzi minn tarf għall-ieħor għall-utenti, inklużi l-faċilitajiet għal servizzi ta' network intelliġenti jew roaming fuq networks tal-mobile;
h)
jipprovdu aċċess għal sistemi ta' appoġġ operattiv jew sistemi simili ta' softwer meħtieġa biex jiggarantixxu kompetizzjoni ġusta fil-provvista tas-servizzi;
i)
jagħmlu interkonnessjoni bejn in-networks jew il-faċilitajiet tan-networks;
j)
li jipprovdu l-aċċess għas-servizzi assoċjati bħal ma huma l-identità, il-lok u l-kapaċità tal-preżenza.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jorbtu, ma' dawn l-obbligi, kundizzjonijiet li jkopru l-ekwità, ir-raġonevolità u l-puntwalità.
2.Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu qed iqisu jekk jimponux l-obbligi msemmija fil-paragrafu 1, u b'mod partikulari meta jkunu qed jevalwaw jekk obbligi ta' dan it-tip ikunux proporzjonati mal-objettivi stipulati fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas), huma għandhom iqisu b'mod partikulari l-fatturi li ġejjin:
a)
il-vijabilità teknika u ekonomika tal-użu jew l-istallazzjoni ta' faċilitajiet kompetituri, fid-dawl tar-rata ta' l-iżvilupp tas-suq u tal-benefiċċji għall-konsumaturi, waqt li jiġu kkunsidrati n-natura u t-tip ta' interkonnessjoni u aċċess involuti, inkluża l-vijabilità ta' prodotti oħra ta' aċċess upstream, bħall-aċċess għad-ducts;
l-investiment inizjali mill-proprjetarju tal-faċilità, waqt li wieħed iżomm f'moħħu kwalunkwe investiment pubbliku magħmul u r-riskji involuti meta jsir dak l-investiment, inkluż qsim xieraq tiegħu bejn l-intrapriżi li jibbenefikaw mill-aċċess għal dawn il-faċilitajiet il-ġodda;
d)
il-ħtieġa li tiġi salvagwardata l-kompetizzjoni fuq medda ta' żmien fit-tul, b'mod partikulari l-kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura;
e)
fejn xieraq, kwalunkwe drittijiet dwar il-proprjetà intellettwali rilevanti;
f)
il-provvista ta' servizzi pan-Ewropej.
3. Meta jimponu l-obbligi fuq l-operatur biex jipprovdi l-aċċess skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tekniċi jew operattivi li jridu jkunu ssodisfatti minn dak li jipprovdi l-aċċess u/jew mill-benefiċjarji ta' dan l-aċċess meta jkun meħtieġ biex ikun żgurat it-tħaddim normali tan-network. Meta jkun hemm l-obbligi li jkunu segwiti standards tekniċi speċifiċi dawn għandhom ikunu konformi ma' l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet preskritti skond l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas)".
"
(9)L-Artikolu 13 għandu jiġi emendat kif ġej:
a)il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:"
1.L-awtorità regolatorja nazzjonali tista', skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8, timponi obbligi li jirrelataw ma l-irkupru ta' l-ispejjeż u l-kontrolli tal-prezzijiet, inklużi obbligi għall-orjentazzjoni tal-prezzijiet għall-ispejjeż u obbligi li jikkonċernaw sistemi ta' kontabilità ta' l-ispejjeż, għall-forniment ta' tipi speċifiċi ta' interkonnessjoni u/jew aċċess, f'sitwazzjonijiet fejn analiżi tas-suq tindika li n-nuqqas ta' kompetizzjoni effettiva jfisser li l-operatur konċernat jista' jsofri prezzijiet f'livell eċċessivament għoli, jew jikkumpressa l-prezzijiet, għad-detriment ta' l-utenti finali. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu kont tal-investiment magħmul mill-operatur biex jippermettulu rata raġonevoli ta' qligħ fuq il-kapital adegwat użat, u, bla ħsara għall-Artikolu 19(3)(d) tad-Direttiva 2002/21/KE, iqisu r-riskji involuti u l-qsim tar-riskji xieraq bejn l-investituri u dawk l-intrapriżi li għandhom aċċess għall-faċilitajiet il-ġodda, inklużi l-arranġamenti divrenzjati għall-qsim tar-riskju fuq medda ta' żmien qasira u fuq medda ta' żmien twila.
"
(b) għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:"
5. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li r-regolamentazzjoni tal-prezzijiet ta' l-aċċess għall-kuntratti ta' qsim ta' riskji għaż-żmien twil tkun bi qbil ma' l-ispiża inkrementali għaż-żmien twil ta' operatur effiċjenti, b'kunsiderazzjoni tar-rata kkalkulata tal-penetrazzjoni ta' l-operatur fi swieq ġodda, u l-premium tar-riskju inkluż fil-prezzijiet ta' aċċess għal kuntratti għaż-żmien qasir. Il-primjum tar-riskju għandhu jitneħħa b'mod gradwali maż-żjieda fil-penetrazzjoni tas-swieq. Testijiet dwar imġiba skorretta fl-ipprezzar (margin squeeze tests) m'għandhomx jiġu applikati għal kuntratti ta' medda qasira ta' żmien meta jintalab ħlas għall-primjum tar-riskju.
"
(10)Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli 13a u 13b li ġejjin:"
Artikolu 13a
Separazzjoni funzjonali
1. Awtorità regolatorja nazzjonali tista', skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8, u b'mod partikulari t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 8(3), u bħala miżura eċċezzjonali, timponi obbligu fuq impriżi integrati vertikalment li jqiegħdu l-attivitajiet relatati mal-provvista fi kwantità kbira ta' prodotti għall-aċċess fiss għall-bejgħ mill-ġdid (wholesale), għand unità ta' negozju li topera b'mod indipendenti.
Dik l-unità ta' negozju għandha tforni l-prodotti u s-servizzi għall-aċċess lill-impriżi kollha, inklużi unitajiet ta' negozju oħra fi ħdan il-kumpanija li jkollha l-kontoll tagħhom (parent company), fl-istess perijodi ta' żmien li jrid isir dan, bl-istess termini u kundizzjonijijiet, inklużi dawk relatati mal-prezz u l-livelli ta' servizz, u permezz ta' l-istess sistemi u proċessi.
2. Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali jkollha l-ħsieb li timponi l-obbligu tas-separazzjoni funzjonali, hija għandha tissottometti t-talba proposta lill-Kummissjoni li tkun tinkludi:
a)
evidenza li l-impożizzjoni u l-infurzar fuq perijodu raġonevoli ta' obbligi xierqa fost dawk identifikati fl-Artikoli 9-13 b' kont xieraq meħud tal-aħjar prattika regolatorja, biex tinkiseb kompetizzjoni effettiva wara analiżi koordinata tas-swieq rilevanti skond il-proċedura ta' l-analiżi tas-suq stipulata fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas) tkun naqset, u għandha mnejn tkompli tonqos fuq bażi persistenti, milli tikseb kompetizzjoni effettiva, kif ukoll evidenza li hemm problemi kbar fil-kompetizzjoni u fallimenti tas-suq identifikati f'ħafna mis-swieq analizzati ta' prodotti mibjugħa bl-ingrossa.ta' prodotti;
b)
evidenza li hemm ftit jew xejn prospetti ta' kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura fi skeda ta' żmien raġonevoli;
c)
analiżi ta' l-impatt mistenni fuq l-awtorità regolatorja, fuq l-impriża, b'mod partikulari fuq il-ħaddiema tagħha, u fuq l-inċentivi tagħha biex tinvesti fin-network, u fuq partijiet involuti oħrajn, inkluż b'mod partikolari l-impatt mistenni fuq il-kompetizzjoni għall-infrastruttura, u kull effett potenzjali fuq il-konsumaturi;
d)
analiżi tar-raġunijiet li jiġġustifikaw li dan l-obbligu jkun l-aktar mod effiċjenti biex jiġu infurzati r-rimedji bil-għan li jiġu indirizzati l-problemi tal-kompetizzjoni/fallimenti tas-suq identifikati.
▌
3. L-awtorità għandha tinkludi fil-proposta tagħha abbozz tal-miżura proposta, li għandha tinkludi 'l-elementi li ġejjin:
a)
in-natura preċiża u l-livell ta' separazzjoni▌;
b)
l-identifikazzjoni ta' l-assi ta' l-entità ta' negozju separata, u tal-prodotti jew tas-servizzi li tipprovdi din l-entità;
c)
l-arranġamenti għal sistema ta' awtorità biex tkun żgurata l-indipendenza ta' l-impjegati ta' l-entità ta' negozju separata, u l-istruttura ta' inċentivi li tikkorrispondi għaliha;
d)
ir-regoli biex jiżguraw l-osservanza ta' l-obbligi;
e)
ir-regoli biex jiżguraw it-trasparenza tal-proċeduri operattivi, b'mod partikulari lejn partijiet oħra involuti;
f)
il-programm ta' monitoraġġ biex tkun żgurata l-osservanza, inkluża l-pubblikazzjoni ta' rapport annwali.
4. Wara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fuq l-abbozz ta' miżura, meħuda skond l-Artikolu 8(3), l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha twettaq analiżi koordinata tas-swieq differenti marbutin man-network ta' l-aċċess skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas). Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tagħha, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timponi, iżżomm, temenda jew tirtira l-obbligi, skond l-Artikoli 6 and 7 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas).
5. L-impriża li kienet imposta fuqha s-separazzjoni funzjonali tista' tkun soġġetta għal kull obbligu identifikat fl-Artikoli 9-13 f'kull suq speċifikat meta hija tkun ġiet innominata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas), jew kull obbligu ieħor awtorizzat mill-Kummissjoni skond il-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 8.
Artikolu 13b
Is-separazzjoni volontarja minn impriża integrata vertikalment
1. Impriżi li kienu nnominati bħala li kellhom saħħa sinifikanti f'wieħed jew diversi swieq rilevanti skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas) għandhom jinfurmaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali minn qabel jekk ikunu biħsiebhom jittrasferixxu l-assi tagħhom fin-network għall-aċċess lokali jew parti sostanzjali tagħhom lil entità ġuridika separata li tkun proprjeta ta' ħaddieħor, jew li jistabbilixxu entità ta' negozju separata biex huma jfornu lill-impriżi li jbigħu lill-utenti finali, inklużi d-diviżjonijiet tagħhom stess li jbigħu lill-utenti finali, bil-prodotti għall-aċċess li jkunu ekwivalenti għalkollox.
2. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tivvaluta l-effett tat-tranżazzjoni maħsuba fuq l-obbligi regolatorji eżistenti skond id-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas).
Għal dak il-għan, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tmexxi analiżi koordinata tad-diversi swieq relatati man-network għall-aċċess skond il-proċedura stipulati fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas).
Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tagħha, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timponi, iżżomm, temenda jew tirtira l-obbligi, skond l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas).
3. L-entità ta' negozju li tkun separata b'mod legali u/jew operattiv tista' tkun soġġetta għal kull obbligu identifikat fl-Artikoli 9-13 f'kull suq speċifikat meta hija tkun innominata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas), jew għal kull obbligu ieħor awtorizzat mill-Kummissjoni skond il-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 8.
"
(11) L-Artikolu 14(3) għandu jiġi emendat kif ġej:"
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
"
▌
(12)L-Anness II għandu jiġi emendat skont l-Anness għal din-id-Direttiva.
Artikolu 3
Emendi għad-Direttiva 2002/20/KE (Id-Direttiva ta' Awtorizzazzjoni)
Id-Direttiva 2002/20/KE għandha tiġi emendata kif ġej:
(1) L-Artikolu 2(2) għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:"
2. Id-definizzjoni li ġejja għandha tapplika wkoll:
"awtorizzazzjoni ġenerali" tfisser il-qafas legali stabbilit mill-Istat Membru li jiżgura d-drittijiet biex ikunu pprovduti n-networks jew is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika u jippreskrivi l-obbligi speċifiċi tas-settur li jistgħu japplikaw għat-tipi kollha, jew għal tipi speċifiċi, ta' networks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, skond din id-Direttiva.
"
(2) L-Artikolu 3(2) għandu jiġi emendat kif ġej:
a)
"l-Artikoli 5, 6 u 7" għandu jiġi ssostitwit bi 'l-Artikoli 5, 6, 6a u 7.';
(b)għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:"
L-intrapriżi li jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika transkonfinali għal intrapriżi li jinsabu f'bosta Stati Membri għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod fl-Istati Membri kollha u għandhom ikunu suġġetti għal mhux aktar minn notifika waħda simplifikata għal kull Stat Membru kkonċernat.
"
(3) L-Artikolu 5 huwa ssostitwit bit-test li ġej:"
Artikolu 5
Id-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju u tan-numri
1. L-Istati Membri jiffaċilitaw l-użu tal-frekwenzi tar-radju permezz ta' awtorizzazzjonijiet ġenerali. L-Istati Membri jistgħu jagħtu drittijiet individwali ta' użu sabiex:
a)
ikun evitat l-possibilità ta' interferenza li tagħmel il-ħsara;
b)
tkun żgurata l-kwalità teknika tas-servizz;
c)
ikun żgurat l-użu effiċjenti ta' l-ispettru;
d)
jintlaħqu għanijiet oħra ta' interess ġenerali definiti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali skond il-liġi Komunitarja; jew
e)
ikun hemm konformità ma' miżura adottata skond l-Artikolu 6a.
2. ▌ L-Istati Membri għandhom jagħtu drittijiet individwali ta' l-użu, meta jintalbu, lil kwalunkwe impriża ▌, b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 6, 6a, 7 u 11(1)(c) ta' din id-Direttiva u għal kull regola li tiżgura l-użu effiċjenti ta' dawk ir-riżorsi skond id-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas).
Mingħajr ħsara għal kriterji speċifiċi u proċeduri adottati mill-Istati Membri għall-għoti ta' drittijiet għall-użu ta' frekwenzi tar-radju lil provvedituri ta' servizzi ta' kontenut għax-xandir fuq ir-radju jew it-televiżjoni bil-għan li jintlaħqu għanijiet ta' interess ġenerali skond il-liġi Komunitarja, tali drittijiet ta' użu għandhom jingħataw permezz ta' proċeduri miftuħa, oġġettivi, trasparenti, proporzjonali u mhux diskriminatorji, u, fil-każ tal-frekwenzi tar-radju, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas). Il-proċeduri jistgħu, b'mod eċċezzjonali, ma jkunux miftuħa, għajr għal każijiet fejn l-għoti tad-drittijiet individwali għall-użu tal-frekwenzi tar-radju lil provveduturi ta' servizzi ta' kontenut għax-xandir fuq ir-radju jew it-televiżjoni jista' jintwera li huwa essenzjali biex jissodisfa obbligu partikolari li l-Istat Membru jkun iddefinixxa u ġġustifika minn qabel bħala meħtieġ biex jinkiseb interess ġenerali skond il-liġi Komunitarja.
Meta jagħtu d-drittijiet għall-użu, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw jekk dawk id-drittijiet jistgħux ikunu ttrasferiti mid-detentur tad-drittijiet, u taħt liema kundizzjonijiet. Fil-każ tal-frekwenzi tar-radju, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu skond l-Artikolu 9 u9b tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas).
Fejn Stati Membri jagħtu drittijiet ta' użu għal perjodu ta' żmien limitat, it-tul tal-validità tagħhom għandu jkun xieraq għas-servizz ikkonċernat fid-dawl ta' l-għan filwaqt li jittieħed kont tal-bżonn li jitħalla perjodu xieraq għall-amortizzament ta' l-investiment.
Fejn id-drittijiet individwali għall-użu tal-frekwenzi tar-radju li jingħata għal għaxar snin jew iktar, u li ma jistax ikun ittrasferit jew mikri bejn l-impriżi skond l-Artikolu 9b tad-Direttiva ta' Qafas, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tiżgura li l-kriterji għall-għoti tad-drittijiet individwali għall-użu japplikaw u jkunu rispettati għal kemm iddum il-liċenzja. Jekk dawk il-kriterji ▌ma jkunux japplikaw iżjed, id-dritt individwali għall-użu għandu jinbidel f'awtorizzazzjoni ġenerali għall-użu tal-frekwenzi tar-radju, soġġett għall-avviż minn qabel u li dan iseħħ wara li jkun għadda perijodu ta' żmien raġonevoli, jew għandu jkun jista' jiġi ttrasferit liberament jew mikri bejn l-impriżi.
3. Id-deċiżjonijiet dwar l-għoti tad-drittijiet għall-użu għandhom jittieħdu, jkunu kkomunikati u ppubblikati malajr kemm jista' jkun wara li tkun waslet l-applikazzjoni kompluta ta' l-awtorità regolatorja nazzjonali, fi żmien tliet gimgħat fil-każ tan-numri li kienu allokati għal skopijiet speċifiċi ġewwa l-pjan nazzjonali għall-għoti tan-numri u fi żmien sitt ġimgħat fil-każ tal-frekwenzi tar-radju li kienu allokati għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika ġewwa l-pjan nazzjonali għall-frekwenzi. Il-limitu ta' żmien ta' l-aħħar għandu jkun bla ħsara għal kull ftehim internazzjonali li jkun japplika u li jkun relatat ma' l-użu tal-frekwenzi tar-radju jew ta' pożizzjonijiet orbitali.
4. Fejn ikun ġie deċiż, wara li kienu kkonsultati l-partijiet konċernati skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas), li d-drittijiet għall-użu tan-numri ta' valur ekonomiku eċċezzjonali jridu jingħataw permezz ta' proċeduri ta' għażla li jkunu kompetittivi u komparattivi, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-perijodu massimu ta' tliet ġimgħat b'mhux iktar minn tliet ġimgħat oħra. ▌
Rigward proċeduri ta' selezzjoni kompetittiva jew komparattiva għall-frekwenzi tar-radju, għandu japplika l-Artikolu 7.
5. L-Istati Membri ma għandhom jillimitaw l-għadd ta' drittijiet ta' użu li jingħataw, għajr fejn dan ikun meħtieġ biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-frekwenzi tar-radju skond l-Artikolu 7.
6. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jiżguraw li l-frekwenzi tar-radju jintużaw b'mod effiċjenti u effettiv skond l-Artikoli 8(2) u 9(2) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas). Huma għandhom jiżguraw ukoll li l-kompetizzjoni ma tisfax imgħawġa mill-ebda trasferiment jew akkumulazzjoni ta' drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju. ▌
"
(4) L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
(a) Il-paragrafu 1 huwa ssostitwit bit-test li ġej:"
1. L-awtorizzazzjoni ġenerali biex ikunu pprovduti n-networks u s-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, id-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju, u d-drittijiet għall-użu tan-numri, tista' tkun soġġetta biss għall-kundizzjonijiet elenkati fl-Anness I. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati, trasparenti u mhux diskriminatorji, u fil-każ ta' drittijiet għall-użu ta' frekwenzi tar-radju, għandhom ikunu skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas).
"
(b) Fil-paragrafu 2, 'l-Artikoli 16, 17, 18 u 19 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali)' hija ssostitwita bi 'l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali)".
(c) Fil-paragrafu 3, il-kelma 'Anness' hija ssostitwita bi 'Anness I'.
(5)Għandu jiddaħħal l-Artikoli 6a ▌li ġej:"
Artikolu 6a
Proċeduri ta' armonizzazzjoni
1. ▌ Mingħajr ħsara għall-Artikolu 5(1) u (2) ta' din id-Direttiva, u l-Artikoli 8b u 9 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas), il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' implimentazzjoni biex:
a)
tidentifika bands tal-frekwenzi tar-radju li l-użu tagħhom se jkun soġġett għall-awtorizzazzjonijiet ġenerali ▌;
b)
tidentifika s-serje għall-għoti tan-numri li jridu jkunu armonizzati fil-livell tal-Komunità;
c)
tarmonizza proċeduri għall-għoti ta' awtorizzazzjonijiet ġenerali jew ta' drittijiet individwali għall-użu tal-frekwenzi tar-radju jew tan-numri lil impriżi li jipprovdu networks panewropej jew servizzi ta' komunikazzjonijiet elettronikċi;
d)
tarmonizza l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness II relatati ma' l-awtorizzazzjonijiet ġenerali jew mad-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju jew tan-numri lil impriżi li jipprovdu networks panewropej jew servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi.
▌
Dawk il-miżuri ▌ maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billu jjissumplimentawha, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14a (3) ▌.
2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu, fejn xieraq, jippermettu lill-Istati Membri li jagħmlu talba rraġunata għal eżenzjoni parzjali u/jew deroga temporanja minn dawk il-miżuri.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-raġuni għal din it-talba, wara li tikkunsidra s-sitwazzjoni speċifika fl-Istat Membru, u tista' tagħti eżenzjoni parzjali jew deroga temporanja, jew it-tnejn, sakemm dan ma jitfax lura b'mod eċċessiv l-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, jew joħloq differenzi mhux mixtieqa fil-kompetizzjoni jew fir-regolamentazzjoni fost l-Istati Membri.
▌
"
(6) L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
(i) L-ewwel sentenza tinbidel b'li ġej:"
1. Fejn Stat Membru jkun qed jikkunsidra jillimitax in-numru tad-drittijiet għall-użu li jridu jingħataw għall-frekwenzi tar-radju, jew jekk iġeddidx il-validità ta' drittijiet eżistenti jekk mhux skond it-termini speċifikati f'dawk id-drittijiet, ║għandu inter alia:
"
(ii) Il-punt (c) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:"
c)
jippubblika kull deċiżjoni biex jillimita l-għoti tad-drittijiet għall-użu jew it-tiġdid tad-drittijiet għall-użu, waqt li jagħti r-raġunijiet għal dan;
"
(b) Il-paragrafu 3 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:"
3. Fejn l-għoti ta' drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju jeħtieġ li ma jkunx limitat, l-Istati Membri għandhom jagħtu dawn id-drittijiet fuq il-bażi tal-kriterji ta' l-għażla li jridu jkunu oġġettivi, trasparenti, proporzjonati u mhux diskriminatorji. Kull wieħed minn dawn il-kriterji tal-għażla jrid jagħti l-importanza li tistħoqq lill-kisba tal-għanijiet li jidhru fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas) u tar-rekwiżiti li jidhru fl-Artikolu ta' dik id-Direttiva.
"
(c) Fil-paragrafu 5, 'Artikolu 9' għandu jinbidel bi 'Artikolu 9b'.
▌
(7) L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandu jiġi ssostitwiti bit-test li ġej:"
1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmonitorjaw u jissorveljaw l-osservanza tal-kundizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijet għall-użu u ta' l-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(2), skond l-Artikolu 11.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikollhom is-setgħa li jitolbu lill-impriżi li jipprovdu n-networks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika koperti mill-awtorizzazzjoni ġenerali jew li jgawdu d-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju jew tan-numri biex jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tkun ivverifikata l-osservanza tal-kundizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet għall-użu jew ta' l-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(2), skond l-Artikolu 11.
2. Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali jirriżultalha li impriża ma tkunx qed tosserva waħda jew iżjed mill-kundizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet għall-użu, jew ta' l-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(2), hija għandha tinnotifika lill-impriża b'dak ir-riżultat u tagħti lill-impriża l-opportunità li tiddikjara l-fehmiet tagħha, f'limitu ta' żmien raġonevoli.
3. L-awtorità rilevanti għandha jkollha s-setgħa li titlob il-waqfien tal-ksur imsemmi fil-paragrafu 2 jew minnfih jew f'limitu ta' żmien raġonevoli u għandha tieħu l-miżuri xierqa u proporzjonati bl-iskop li tiżgura l-osservanza.
F'dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet rilevanti li jimponu pieni finanzjarji meta jkun xieraq:
a)
pieni finanzjarji dissważivi fejn xieraq, li jistgħu jinkludu penali perjodiċi b'effett retroattiv; kif ukoll
b)
ordnijiet ta' twaqqif ta' servizz jew grupp ta' servizzi li, jekk jitkomplew, jirriżultaw fi ħsara sinifikanti għall-kompetizzjoni, sakemm ikun hemm konformità ma' l-obbligi ta' aċċess imposti wara l-analiżi tas-suq imwettqa skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas).
"
(b) Il-paragrafu 4 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:"
4. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtorità rilevanti s-setgħa li timponi sanzjonijiet finanzjarji, fejn xieraq, fuq impriżi li jkunu naqsu milli jipprovdu informazzjoni skond l-obbligi imposti fl-Artikolu 11(1)(a) jew (b) ta' din id-Direttiva, jew skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva ta' Aċċess), f'perjodu ta' żmien raġonevoli, stipulat mill-awtorità regolatorja nazzjonali.
"
(c) Il-paragrafu 5 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:"
5. Fil-każi ta' ksur serju jew irripetut tal-kundizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet għall-użu, jew ta' l-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(2), meta jkunu fallew il-miżuri immirati biex jiżguraw l-osservanza kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu ma jħallux lill-impriża tkompli tipprovdi n-networks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika jew jissospendu jew jirtiraw id-drittijet għall-użu. Is-sanzjonijiet u l-pieni li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi jistgħu jkunu applikati biex ikopru l-perijodu ta' kull ksur, ukoll jekk sussegwentement il-ksur ikun ġie rrettiffikat.
"
(d) Il-paragrafu 6 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:"
6. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2, 3 u 5, meta l-awtorità rilevanti jkollha l-evidenza ta' ksur tal-kundizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet għall-użu, jew ta' l-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(2) li jkun jirrappreżenta theddida immedjata u serja għall-protezzjoni pubblika, is-sigurtà pubblika u s-saħħa pubblika jew li jkun se joħloq problemi ekonomiċi u operattivi serji għal oħrajn li jipprovdu jew jużaw in-networks u s-servizzi tal- komunikazzjoni elettronika, jew utenti oħra tal-ispettru tar-radju, hija tista' tieħu miżuri temporanji urġenti biex tirrimedja s-sitwazzjoni qabel ma tasal għad-deċiżjoni finali. L-impriża konċernata għandha wara dan tingħata opportunita raġonevoli biex tiddikjara l-fehmiet tagħha u tipproponi r-rimedji. Fejn xieraq, l-awtorità rilevanti għandha tikkonferma l-miżuri temporanji, li għandhom ikunu validi għall-massimu ta' tliet xhur.
"
(e)Għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"
6a.B'konformità mal-liġijiet nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali skond il-paragrafi 5 u 6 ikunu suġġetti għar-reviżjoni legali.
"
(8) L-Artikolu 11(1) għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) Fil-punti (a) u (b) il-kelma "Anness" għandha tiġi ssostitwita b' "Anness I";
(b)Fl-ewwel subparagrafu għandu jiżdied il-punt li ġej:"
g)
l-inkoraġġiment ta' l-użu effiċjenti u l-iżgurat li jkun hemm immaniġġjar effettiv tal-frekwenzi tar-radju.
"
(9) L-Artikolu 14 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:"
Artikolu 14
Emendi tad-drittijiet u ta' l-obbligi
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet, il-kundizzjonijiet u l-proċeduri li jikkonċernaw l-awtorizzazzjonijiet ġenerali u d-drittijet għall-użu jew id-drittijiet li jkunu installati l-faċilitajiet jistgħu jkunu emendati biss fil-każi li jkunu oġġettivament iġġustifikati u b'mod proporzjonat, wara li tingħata kunsiderazzjoni, meta jkun xieraq, tal-kundizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għad-drittijiet trasferibbli għall-użu tal-frekwenzi tar-radju. Għandu jingħata avviż bil-mod xieraq ta' l-intenzjoni li se jsiru dawn l-emendi u l-partijiet konċernati, inklużi l-utenti u l-konsumaturi, għandu jingħatalhom perijodu biżżejjed ta' żmien biex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar l-emendi proposti, li dan m'għandux ikun inqas minn erba' xhur ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali.
2. L-Istati Membri m'għandhomx jillimitaw jew jirtiraw id-drittijiet li jkunu installati l-faċilitajiet jew id-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju qabel ma jagħlaq il-perijodu li għalih huma kienu ingħataw ħlief meta dan ikun iġġustifikat u meta jkun japplika b'konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti dwar ll-kumpens għall-irtirar tad-drittijiet.
"
(10) Għandu jiddaħħal l-Artikolu 14a li ġej:"
Artikolu 14a
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Komunikazzjoni.
2.Bħala deroga mill-paragrafu 1, għall-adozzjoni ta' miżuri b'konformità mal-Artikolu 6a (1), punti (a), (c) u (d), il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tal-Ispettru tar-Radju imwaqqaf taħt l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li tkun ingħatat kunsiderazzjoni lid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
4. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
▌
"
(11) L-Artikolu 15(1) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:"
1. '1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti kollha dwar id-drittijiet, il-kundizzjonijiet, il-proċeduri, il-ħlasijiet, il-ħlas ta' drittijiet u d-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-awtorizzazzjonijiet ġenerali, id-drittijiet għall-użu u d-drittijiet li jkunu installati l-faċilitajiet tkun ippubblikata u miżmuma aġġornata b'mod xieraq sabiex huma jipprovdu aċċess faċli għal dik l-informazzjoni lill-partijiet konċernati kollha.'.
"
(12) Fl-Artikolu 17, il-paragrafi 1 u 2 għandhom jinbidlu bit-test li ġej:"
1. '1. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 9a tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas), l-awtorizzazzjonijiet li diġà jkunu eżistenti fil-31 ta' Diċembru 2009 għandhom jinġiebu konformi mill-Istati Membri ma' l-Artikoli 5, 6, 7 u l-Anness I ta' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-[31 ta' Diċembru 2010].
2. Fejn l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 iwassal għal tnaqqis fid-drittijiet jew estensjoni ta' l-obbligi skond l-awtorizzazzjonijiet diġà eżistenti, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-validità ta' dawk id-drittijiet u obbligi sa mhux aktar tard mit-[30 ta' Settembru 2011], sakemm id-drittijiet ta' impriżi oħra skond il-liġi tal-Komunità ma jiġux affettwati bihom. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn l-estensjonijiet lill-Kummissjoni u jiddikjaraw ir-raġunijiet għalihom. '
"
(13) L-Anness għandu jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.
(14) L-Anness II il-ġdid, li t-test tiegħu jinsab fl-Anness ta' din id-Direttiva, għandu jiġi miżjud.
Artikolu 4
Proċedura ta' reviżjoni
1.Il-Kummissjoni perjodikament għandha tirrevedi l-iffunzjonar ta' din id-Direttiva u tad-Direttivi 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas), 2002/19/KE (Direttiva tal-Aċċess) u 2002/20/KE (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni) u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1). Fir-rapport tagħha l-Kummissjoni għandha tevalwa jekk, fid-dawl ta' żviluppi fis-suq u fir-rigward kemm tal-kompetizzjoni u kemm tal-ħarsien tal-konsumatur, hemmx ħtieġa kontinwa għad-dispożizzjonijiet dwar regolamentazzjoni ex ante speċifika skond is-settur, kif stipulata fl-Artikoli 8 sa 13a tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess) u l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizzi Universali) jew jekk għandhomx jiġu emendati jew irrevokati. Għal dan il-għan, il-Kummissoni tista' titlob informazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-BERT, li għandha tiġi fornita mingħajr dewmien żejjed.
2.Jekk il-Kummissjoni ssib li d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu emendati jew irrevokati, hija għandha tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 5
Revoka
Ir-Regolament (KE) Nru 2887/2000 huwa rrevokat.
Artikolu 6
Traspożizzjoni
(1) L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard minn [..] il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella korrelattiva bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [...].
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandhom ikollhom fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif trid issir din ir-referenza.
(2) L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-[...] jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 8
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta" Frar 2003 dwar is-Swieq ta" Prodotti u Servizzi Rilevanti fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi suxxettibbli għar-regolazzjoni ex-ante skond id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (ĠU L 114, 8.5.2003, p. 45).
1.L-Anness II għad-Direttiva 2002/21/KE għandu jinbidel b'dan li ġej"
"ANNESS II
Kriterji li għandhom jiġu użati mill-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali fl-evalwazzjoni ta' dominanza konġunta skond l-Artikolu 14(2), it-tieni subpargrafu
Żewġ impriżi jew aktar jistgħu jinstabu li qegħdin f'pożizzjoni dominanti konġunta skond it-tifsira ta' l-Artikolu 14 jekk, anke fin-nuqqas ta' rabtiet strutturali jew oħrajn bejniethom, joperaw f'suq li huwa karatterizzat minn nuqqas ta' kompetizzjoni effettiva u li ebda impriża unika m'għandha setgħa sinifikanti fis-suq. Bla ħsara għall-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Kommunitajiet Ewropej dwar id-dominanza konġunta, hemm ċans tajjeb li dan ikun il-każ fejn is-suq huwa konċentrat u jesibixxi numru ta' karatteristiċi li minnhom, dawn li ġejjin, jistgħu jkunu l-aktar rilevanti fil-kuntest tal-komunikazzjonijiet:
-
flessibilità baxxa tat-talba,
-
ishma tas-suq simili,
-
ostakoli legali jew ekonomiċi kbar għad-dħul fis-suq,
-
integrazzjoni vertikali b'rifjut kollettiv għal forniment,
-
nuqqas ta' setgħa tax-xerrej li tibbilanċja,
-
nuqqas ta' kompetizzjoni potenzjali,
Il-lista t'hawn fuq mhijiex komprensiva, u l-kriterji mhumiex kumulattivi. Minflok, din il-lista hija aktar maħsuba sabiex turi biss it-tipi ta' evidenza li jistgħu jintużaw sabiex jiġu appoġġjati affermazzjonijiet dwar l-eżistenza ta' dominanza konġunta."
"
2.Fl_Anness II għad-Direttiva 2002/19/KE, it-titolu, id-definizzjonijiet, il-parti A u l-parti B, punt 1 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:"
Anness II
Lista minima ta' partiti li għandhom jiġu inklużi f'offerta ta' referenza għal aċċess għall-infrastruttura tan-network disponibbli fi kwantità kbira għall-bejgħ mill-ġdid, inkluż l-aċċess maqsum jew totalment diżassoċjat f'post fiss li għandu jiġi ppubblikat mill- [...] operaturi b'saħħa kummerċjali sinifikanti (SMP)
Għall-finijiet ta' dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
a)
"sub-linja lokali" tfisser linja lokali parzjali li tikkonettja il-punt terminali ta' network [...] ma' punt ta' konċentrazzjoni jew punt intermedju speċifikat ta' aċċess fin-network tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tat-telefon pubbliku fiss;
b)
"aċċess unbundled għal-linja lokali" tfisser aċċess sħiħ diżassoċjat għal-linja lokali u aċċess maqsum għal-linja lokali; ma tinvolvix bidla fis-sjieda tal-linja lokali;
c)
"aċċess unbundled sħiħ għal-linja lokali" tfisser il-forniment lil benefiċjarju ta' aċċess għal-linja lokali jew sub-linja lokali ta' l-operatur SMP notifikat li tippermetti l-użu tal-kapaċità sħiħa ta' l-infrastruttura tan-network ;
d)
"aċċess maqsum għal-linja lokali" tfisser il-forniment lil benefiċjarju ta' aċċess għal-linja lokali jew sub-linja lokali ta' l-operatur SMP, li tippermetti l-użu ta' parti speċifikata tal-kapaċità ta' l-infrastruttura tan-network, bħal parti mill-frekwenza jew l-ekwivalenti;
A.Kondizzjonijiet għall-aċċess disassoċjat
1.L-elementi tan-network li għalihom l-aċċess huwa offrut li jkopru b'mod partikolari l-elementi li ġejjin, flimkien ma' faċilitajiet assoċjati xierqa:
a)
aċċess diżassoċjat għal-linji lokali u għas-sub-linji lokali;
b)
aċċess maqsum f'punti xierqa fin-network li jippermetti funzjonalità ekwivalenti għall-aċċess diżassoċjat f'ċirkustanzi fejn aċċess ta' dan it-tip ma jkunx fattibbli teknikament jew ekonomikament;
c)
aċċess għad-ducts li jagħmel l-installazzjoni ta' networks ta' aċċess u tal-backhaul networks possibbli.
2.Tagħrif li jikkonċerna s-siti ta' l-aċċess fiżiku inklużi kabinetts tat-toroq u oqfsa ta' distribuzzjoni, id-disponibilità tal-linji lokali u tas-sub-linji lokali, tad-ducts u tal-faċilitajiet ta'l-backhaul f'partijiet speċifiċi tan-network ta' l-aċċess u d-disponibilità fid-ducts;
3.Kondizzjonijiet tekniċi relatati ma' l-aċċess u l-użu ta' linji lokali u sub-linji lokali u ducts, inklużi l-karatteristiċi tekniċi tal-par milwi, ta' fibra optika jew l-ekwivalenti, u tad-distributuri tal-kejbil, ducts u faċilitajiet assoċjati;
4.Proċeduri ta' ordnijiet u forniment, restrizzjonijiet ta' l-użu.
B.Servizzi ta' ko-lokazzjoni
1.Informazzjoni dwar is-siti rilevanti eżistenti tal-operatur tal-SMP jew il-lokazzjoni ta' tagħmir u l-aġġornmenti ppjanati tiegħu.
3. L-Anness tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni) għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) It-titlu "Anness" għandu jiġi ssostitwit bit-titlu "Anness I".
"
(2) L-ewwel paragrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:"
Il-kundizzjonijiet elenkati f'dan l-Anness jipprovdu l-lista massima ta' kundizzjonijiet li jistgħu jiżdiedu ma' l-awtorizzazzjonijiet ġenerali (il-Parti A), id-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju (il-Parti B) u d-drittijiet għall-użu tan-numri (il-Parti C) kif imsemmija fl-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 11(1)(a), fil-limiti permessi skond l-Artikoli 5, 6, 7, 8 u 9 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas).
"
(3) Il-Parti A għandha tiġi emendata kif ġej:
(a) Il-punt 4 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:"
4. L-aċċessibilità għan-numri mill-pjanijiet nazzjonali tal-Istati Membri għall-għoti tan-numri lill-utenti aħħarija, in-numri mill-ETNS u l-UIFN, u l-kundizzjonijiet b'konformità mad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar i-Servizz Universali).
"
(b) Il-punt 7 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:"
7. Id-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza speċifiċi għas-settur tal- komunikazzjoni elettronika konformi mad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika)*.
"
__________________________
* ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.
(c) Il-punt 8 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:"
8. Ir-regoli tal-protezzjoni tal-konsumatur speċifiċi għas-settur tal-komunikazzjoni elettronika, inklużi l-kundizzjonijiet konformi mad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali), u l-kundizzjonijiet dwar l-aċċessibilità għall-utenti b'diżabilità skond l-Artikolu 7 ta' dik id-Direttiva.
"
(d) Fil-punti 11 u 16, 'Direttiva 97/66/KE' għandha tiġi ssostitwita bi 'Direttiva 2002/58/KE'.
(e) Il-punt 11a li ġejgħandu jiddaħħal:"
11. a Il-termini għall-użu tal-komunikazzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi biex iwissu lill-pubbliku ġenerali b'theddid imminenti u biex itaffu l-konsegwenzi ta' katastrofi serju.
"
(f) Fil-punt 12, il-kliem "u jxandar lill-pubbliku ġenerali" għandu jitħassar.
(g)Il-punt li ġej għandu jiżdied:"
19. L-obbligi ta' trasparenza fuq il-fornituri ta' networks pubbliċi ta' komunikazzjoni sabiex ikun żgurat li l-konnettività minn tarf għall-ieħor, kif ukoll l-aċċess bla restrinzjonijiet għall-kontenut, is-servizzi u l-applikazzjonijiet, skond l-objettivi u l-prinċipji stipulati fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE, żvelar rigward restrizzjonijiet fuq l-aċċess għal servizzi u applikazzjonijiet u rigward politiki ta' l-immaniġġjar tat-traffiku u, fejn meħtieġ u proporzjonat, aċċess għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għal informazzjoni bħal din meħtieġa biex tkun ivverifikata l-preċiżjoni ta' żvelar bħal dan.
"
(4) Il-Parti B għandha tiġi emendata kif ġej:
(a) Il-punt 1 għandu jiġissostitwit bit-test li ġej:"
1. L-obbligu li jkun ipprovdut servizz jew li tintuża tip ta' teknoloġija li jkun ingħata għalihom id-dritt għall-użu tal-frekwenza, inklużi, meta jkun xieraq, ir-rekwiżiti tal-kopertura.
"
(b) Il-punt 2 għandu jiġi mħassar.
▌
c) ''(c) Il-punt 7 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:"
7. L-impenji volontarji li l-impriża li tikseb id-dritt għall-użu tkun daħlet għalihom matul il-proċedura tal-għażla kompetittiva jew komparattiva. Jekk impenn bħal dan jaqbel de facto ma' wieħed jew aktar mill-obbligi elenkati fl-Artikoli 9 sa 13a tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess), dak l-impenn għandu jitqies li jiskadi mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2010.
il-punt 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:" 1.L-identifikazzjoni tas-servizz li fir-rigward tieħu se jintuża n-numru, inklużi kwalunkwe rekwiżiti marbuta mal-provvista ta' dak is-servizz u, sabiex jiġi evitat kwalunkwe dubju, prinċipji ta' tariffi u prezzijiet massimi li jistgħu japplikaw għal serje speċifiċi ta' numri bl-iskop li jiġi żgurat il-ħarsien tal-konsumatur skond l-Artikolu 8(4)(b) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas)."
b) ║il-punt 8 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:"
8. L-impenji volontarji li l-impriża li tikseb id-dritt għall-użu tkun daħlet għalihom matul il-proċedura tal-għażla kompetittiva jew komparattiva.
"
4.L-Anness II li ġej għandu jiżdied mad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni):"
ANNESS II
Il-kundizzjonijiet li jistgħu jkunu armonizzati skond il-punt (d) ta' l-Artiklu 6a, il-paragrafu 1
it-tul ta' żmien tal-validità tad-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju;
b)
l-ambitu territorjali tad-drittijiet;
c)
il-possibbiltà li d-dritt ikun ittrasferit lil utenti oħra tal-frekwenzi tar-radju, kif ukoll il-kundizzjonijiet u l-proċeduri relatati ma' dan;
d)
il-metodu biex jiġu ddeterminati t-tariffi li għandhom jitħallsu għad-dritt għall-użu tal-frekwenzi tar-radju, bla ħsara għas-sistemi definiti mill-Istati Membri fejn l-obbligu li jitħallsu t-tariffi għall-użu hu sostitwit b'obbligu biex jitwettqu għanijiet speċifiċi ta' interess ġenerali;
e)
in-numru ta' drittijiet għall-użu li jridu jingħataw lil kull impriża;
f)
il-kundizzjonijiet elenkati fil-Parti B ta' l-Anness I.