Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0248(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0318/2008

Testi mressqa :

A6-0318/2008

Dibattiti :

PV 02/09/2008 - 10
CRE 02/09/2008 - 10

Votazzjonijiet :

PV 24/09/2008 - 10.1
CRE 24/09/2008 - 10.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0452

Testi adottati
PDF 858kWORD 407k
L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008 - Brussell
Networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, protezzjoni tal-privatezza u protezzjoni tal-konsumaturi ***I
P6_TA(2008)0452A6-0318/2008
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat
 Anness
 Anness
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-koperazzjoni fil-ħarsien tal-konsumatur (COM(2007)0698 – C6-0420/2007 – 2007/0248(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0698),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6–0420/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u kif ukoll tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0318/2008),

1.  Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi
P6_TC1-COD(2007)0248

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ║,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

Wara li kkonsultaw lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data(3),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(4),

Billi:

(1)  L-applikazzjoni tad-║Direttivi 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu ta' l-2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva ta' l-Aċċess)(5), 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu ta' l-2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni)(6), 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu ta' l-2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru)(7), 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu ta' l-2002 dwar servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali)(8) u 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju ta' l-2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika)(9) li jikkostitwixxu l-qafas regolatorju eżistenti għan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, hija suġġetta għal eżaminar perjodiku mill-Kummissjoni, bil-għan, b'mod partikolari, li tiġi ddeterminata l-ħtieġa ta' tibdil fid-dawl ta' l-iżviluppi teknoloġiċi u fis-suq.

(2)  F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni ppreżentat is-sejbiet tagħha fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni tad-29 ta' Ġunju ta' l-2006 dwar l-Eżami tal-Qafas Regolatorju ta' l-UE għan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

(3)  Ir-riforma tal-qafas regolatorju ta' l-UE għan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inklużi d-definizzjoni ta' strateġija effiċjenti għall-ġestjoni ta' l-ispektrum u r-rinfurzar ta' dispożizzjonijiet għall-utenti b'diżabbiltà, tirrappreżenta pass prinċipali lejn il-kisba ta' Spazju Ewropew Uniku ta' l-Informazzjoni u fl-istess ħin soċjetà ta' l-ta' l-informazzjoni inklussiva. Dawn l-għanijiet huma inklużi fil-qafas strateġiku għall-iżvilupp tas-soċjetà ta' l-informazzjoni kif deskritta fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni ta' l- 1 ta' Ġunju 2005 ntitlolata "i2010 ‐ Soċjetà Ewropea ta' l-Informazzjoni għat-tkabbir u l-impjieg".

(4)  Is-servizz universali huwa network protettiv għal persuni li r-riżorsi finanzjarji, il-post ġeografiku jew il-bżonnijiet soċjali speċjali tagħhom ma jippermettulhomx li jiksbu servizzi bażiċi disponibbli għall-maġġoranza taċ-ċittadini. Is-servizz universali bażiku stabbilit fid-Direttiva 2002/22/KE huwa li l-utenti jkunu pprovduti, meta dawn jirrikjeduha, b'konnessjoni ma' network tat-telefon pubbliku minn post fiss u bi prezz raġonevoli. B'riżultat ta' dan, la qed ikunu indirizzati s-servizzi mobbli u l-anqas l-aċċess broadband għall-Internet. L-obbligu bażiku issa qed jaffaċċja żviluppi teknoloġiċi u tas-suq fejn il-komunikazzjoni mobbli taf tkun il-forma ewlenija ta' aċċess f'ħafna oqsma u n-networks qed jadottaw dejjem iżjed it-teknoloġija assoċjata mal-komunikazzjoni mobbli u l-broadband. Dawn l-iżviluppi juru l-ħtieġa li jiġi evalwat kemm jekk humiex jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tekniċi, soċjali u ekonomiċi li jiġġustifikaw l-inklużjoni tal-komunikazzjonijiet mobbli u l-aċċess broadband fl-obbligu ta' servizz universali, u kif ukoll l-aspetti finanzjarji relatati. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni se tippreżenta, sa mhux aktar tard mill-Ħarifa ta' l-2008, reviżjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' l-obbligu ta' servizz universali u proposti għar-riforma tad-Direttiva 2002/22/KE biex jintlaħqu l-objettivi ta' interess pubbliku xierqa. Din ir-reviżjoni se tikkunsidra l-kompetittività ekonomika u se tinkludi analiżi tal-kundizzjonijiet soċjali, kummerċjali u teknoloġiċi u tar-riskju ta' l-esklużjoni soċjali. Se tindirizza wkoll il-vijabilità teknika u ekonomika, l-istima ta' l-ispejjeż, l-allokazzjoni ta' l-ispejjeż u l-mudelli ta' finanzjament għal kwalunkwe obbligu ta' servizz universali definit mill-ġdid. Għaldaqstant, minħabba li l-kwistjonijiet relatati mal-ambitu tal-obbligu ta' servizz universali se jiġu kompletament indirizzati f'dik il-proċedura separata, din id-Direttiva tittratta biss aspetti oħrajn tad-Direttiva 2002/22/KE.

(5)  Għaċ-ċarezza u s-sempliċità, l-att preżenti jikkonċerna biss dwar l-emendi għad-Direttivi 2002/22/KE u 2002/58/KE.

(6)  Bla ħsara għad-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta" Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta" telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom(10), u b'mod partikulari fir-rigward tar-rekwiżiti għall-użu tagħhom minn utenti b'diżabilità stipulati fl-Artikolu 3(3)(f) tagħha, ċerti aspetti ta" tagħmir terminali, inkluż it-tagħmir maħsub għal utenti b'diżabilità, għandu jinġieb fil-kamp ta" applikazzjoni tad-Direttiva 2002/22/KE sabiex ikun iffaċilitat l-aċċess għan-networks u l-użu tas-servizzi. Dan it-tagħmir attwalment jinkludi tagħmir terminali tar-radju u t-televiżjoni li jirċievi biss, u kif ukoll apparat terminali speċjali għal utenti b'impediment fis-smigħ.

(7)  L-Istati Membri għandhom jintroduċu miżuri li jippromwovu l-ħolqien ta' suq għal prodotti disponibbli f'ħafna postijiet u servizzi li jinkorporaw faċilitajiet għal utenti b'diżabilità. Dan jista' jintlaħaq inter alia billi ssir referenza għall-istandards Ewropej, billi jiġu introdotti rekwiżiti ta' aċċessibilità elettronika (eAċċessibilità) għall-proċeduri ta' akkwist pubbliku u billi jiġi provduti servizzi għas-sejħiet għal offerti, u bl-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità.

(8)  Id-definizzjonijiet għandhom jiġu aġġustati sabiex ikunu konformi mal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika u sabiex iżommu l-pass ma' l-iżvilupp teknoloġiku. B'mod partikolari, il-kundizzjonijiet għall-forniment ta' servizz għandhom jinfirdu mill-elementi definizzjonali attwali ta' servizz telefoniku li hu pubblikament disponibbli, jiġifieri servizz ta' komunikazzjoni elettronika li hu disponibbli għall-pubbliku u li bih il-klijenti jistgħu jagħmlu jew jirċievu sejħiet nazzjonali u/jew internazzjonali direttament jew indirettament permezz ta' għażla jew għażla minn qabel ta' operatur jew permezz ta' bejgħ mill-ġdid u mezzi ta' komunikazzjoni speċifikament maħsuba għal utenti b'diżabilità li jużaw servizzi ta' trażmissjoni testwali jew servizzi ta' konverżazzjoni totali, permezz ta', fuq numru jew numri fi pjan ta' numerazzjoni telefoniku internazzjonali kemm jekk dan it-tip ta" servizz ikun ibbażat fuq teknoloġija bil-kommutazzjoni taċ-ċirkuwitu ('circuit switching') u kif ukoll bil-kommutazzjoni tal-pakkett ('packet switching technology'). Huwa n-natura ta' servizz bħal dan li jkun bidirezzjonali, sabiex jippermetti li ż-żewġ partijiet jikkomunikaw. Servizz li ma jissodisfax dawn il-kundizzjonijiet kollha, bħal pereżempju l-applikazzjoni "click through" f'websajt ta' servizz għall-konsumatur, mhux servizz telefoniku li hu pubblikament disponibbli.

(9)  Hu meħtieġ li tiġi ċċarata l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet biex jitqiesu sitwazzjonijiet li fihom fornitur ta' servizz ibiegħ mill-ġdid jew joħloq marka ġdida għal servizzi telefoniċi pubblikament disponibbli pprovduti minn impriża oħra.

(10)  Bħala riżultat ta' l-evoluzzjonijiet teknoloġiċi u fis-suq, in-networks qed jersqu dejjem eqreb lejn it-teknoloġija magħrufa bħala "Protokoll ta' l-Internet" (IP) u għall-konsumaturi dejjem qed tikber l-għażla li jistgħu jagħmlu bejn firxa ta' fornituri ta' servizzi vokali jikkompetu ma' xulxin. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jisseparaw l-obbligi ta' servizz universali għall-forniment ta' konnessjoni ma' network pubbliku ta' komunikazzjonijiet f'post fiss mill-forniment ta' servizz telefoniku li jkun pubblikament disponibbli (inklużi sejħiet għal servizzi ta' emerġenza permezz tan-numru "112"). Din is-separazzjoni m'għandhiex teffettwa l-ambitu ta' l-obbligi ta' servizz universali ddefinit u eżaminat fuq livell Komunitarju. L-Istati Membri li jużaw numri ta' emerġenza nazzjonali oħrajn minbarra l-"112" jistgħu jimponu fuq l-impriżi obbligi simili għall-aċċess għal dawn in-numri ta' emerġenza nazzjonali.

(11)  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jissorveljaw l-evoluzzjoni u l-livell tat-tariffi bl-imnut għal dawk is-servizzi li jaqgħu taħt l-ambitu ta' l-obbligi ta' servizz universali anke meta Stat Membru ma jkunx għadu awtorizza impriża biex tipprovdi servizz universali.

(12)  L-obbligi li m'għadx hemm bżonnhom imfassla biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-qafas regolatorju l-qadim ta' l-1998 għal dak ta' l-2002 għandhom jitħassru, flimkien ma' dispożizzjonijiet oħrajn li huma f'sovrappożizzjoni ma' dawk stabbiliti fid-Direttiva 2002/21/KE, jew li jidduplikawhom.

(13)  Ir-rekwiżit għall-forniment ta' għadd minimu ta' linji mikrija fuq il-livel ta' bejgħ bl-imnut, li kien meħtieġ biex ikun żgurat li ma jkunx hemm interruzzjoni fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-qafas regolatorju ta' l-1998 fil-qasam tal-linji mikrija, li ma kienx għadu kompetittiv biżżejjed fiż-żmien meta kien daħal fis-seħħ il-qafas ta' l-2002, mhux aktar meħtieġ u għandu jitħassar.

(14)  L-impożizzjoni diretta tas-selezzjoni tal-carrier jew tas-selezzjoni minn qabel tal-carrier mil-leġiżlazzjoni Komunitarja, jistgħu ifixklu l-progress teknoloġiku. Dawn ir-rimedji għandhom minflok jiġu imposti mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali b'riżultat ta' analiżi tas-suq skond il-proċeduri fid-Direttiva 2002/21/KE.

(15)  Id-dispożizzjonijiet dwar il-kuntratti għandhom japplikaw mhux biss għall-konsumaturi iżda wkoll għal utenti finali oħrajn, speċjalment għal mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar u ta" daqs medju (SMEs), li jistgħu jippreferu kuntratt adattat għall-bżonnijiet tal-konsumatur. Sabiex jiġu evitati piżijiet amministrattivi żejda fuq il-fornituri u kumplessità relatata mad-definizzjoni ta' SMEs, id-dispożizzjonijiet dwar il-kuntratti m'għandhomx japplikaw b'mod awtomatiku għal dawk l-utenti finali l-oħra iżda għandhom japplikaw biss meta huma jitolbu dan. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex iqajmu kuxjenza fost l-SMEs dwar din il-possibilità.

(16)  Il-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom jiżguraw li l-klijenti tagħhom ikunu infurmati kif xieraq dwar jekk l-aċċess għas-servizzi ta" emerġenza u għall-informazzjoni dwar il-post mnejn toriġina t-telefonata hux ipprovdut jew le, u li jingħataw informazzjoni ċara u trasparenti fil-kuntratt tal-klijenti inizjali u f'intervalli regolari wara dan il-kuntratt, pereżempju bħala parti mill-informazzjoni li tidher mal-kont. Din l-informazzjoni għandha tinkludi kwalunkwe limiti fir-rigward tal-kopertura territorjali, fuq il-bażi tal-parametri operattivi tekniċi ppjanati tas-servizz u l-infrastruttura disponibbli. Meta s-servizz ma jkunx ipprovdut permezz ta' network telefoniku kommutat, l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll il-livell ta' affidabilità ta' l-aċċess u ta' l-informazzjoni dwar il-post mnejn toriġina t-telefonata kkumparat ma' servizz ipprovdut permezz ta' network telefoniku kommutat, filwaqt li jitqiesu t-teknoloġija attwali u l-istandards ta' kwalità, u kif ukoll kwalunkwe parametru ta' servizz ta' kwalità speċifikat taħt id-Direttiva 2002/22/KE. Is-sejħiet vokali jibqgħu l-aktar forma b'saħħitha u affidabbli ta' aċċess għas-servizzi ta' emerġenza. Mezzi oħra ta' kuntatt, bħall-messaġġi testwali, jistgħu jkunu inqas affidabbli u jistgħu jkunu nieqsa minn immedjatezza. Madankollu, l-Istati Membri għandhom, jekk iqisu xieraq, ikunu liberi li jippromwovu l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' mezzi oħrajn ta' aċċess għal servizzi ta' emerġenza li kapaċi jiżguraw aċċess ekwivalenti għas-sejħiet vokali. Il-klijenti għandhom ukoll jinżammu infurmati tajjeb dwar x'tipi ta'azzjonijiet jista" jieħu fornitur ta" servizz ta" komunikazzjonijiet elettroniċi biex jilqa" kontra theddid ta" sigurtà biex jirreaġixxi għal inċident ta" sigurtà jew integrità, minħabba li azzjonijiet bħal dawn jista" jkollhom impatt dirett jew indirett fuq id-data, u l-privatezza tal-klijent jew fuq aspetti oħra tas-servizz ipprovdut.

(17)  Fir-rigward tat-tagħmir terminali, il-kuntratt tal-konsumatur għandu jispeċifika kwalunkwe restrizzjoni imposta min-naħa tal-fornitur fuq l-użu ta' tali tagħmir mill-konsumatur, bħal permezz ta' l-"imblokkar tas-SIM" tal-mobiles, u kwalunkwe imposta dovuta minħabba t-terminazzjoni ta' kuntratt, kemm jekk qabel u kif ukoll jekk fid-data ta' skadenza maqbula, inkluża kwlunkwe spiża imposta biex jinżamm l-apparat.

(18)  Mingħajr ma jiġi impost l-ebda obbligu fuq il-fornitur biex jieħu azzjoni lil hinn minn dak li huwa meħtieġ mil-liġi Komunitarja, il-kuntratt tal-konsumatur għandu jispeċifika wkoll it-tip ta' azzjoni, jekk ikun il-każ, li l-fornitur jista' jieħu f'każ ta' inċidenti ta' sigurtà jew integrità, theddid jew vulnerabilitajiet, u kif ukoll kwalunkwe arranġament implimentat mill-fornitur biex jipprovdi kumpens jekk iseħħu avvenimenti bħal dawn.

(19)  Sabiex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ta' interess pubbliku fir-rigward ta' l-użu ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet, u sabiex titħeġġeġ il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet ta' l-oħrajn, l-awtoritajiet nazzjonali relevanti għandhom ikunu jistgħu jipproduċu u jxerrdu, bl-għajnuna tal-fornituri, informazzjoni ta' interess pubbliku relatata ma' l-użu tas-servizzi ta' komunikazzjoni. Din l-informazzjoni għandha tinkludi twissijiet ta' interess pubbliku rigward il-ksur tad-drittijiet ta' l-awtur, użijiet illegali oħra u d-disseminazzjoni ta' kontenut ta' ħsara, u pariri u mezzi ta' protezzjoni kontra r-riskju għas-sigurtà personali, li jistgħu jirriżultaw pereżempju mill-iżvelar ta' informazzjoni personali f'ċerti ċirkostanzi, data ta' privatezza u data personali. L-informazzjoni tista' tiġi kkoordinata permezz tal-proċedura ta' kooperazzjoni stabbilita fl-Artikolu 33(2a) tad-Direttiva 2002/22/KE. Din l-informazzjoni ta' interess pubbliku għandha tiġi aġġornata kull meta jkun neċessarju u għandha tiġi ppreżentata f'format elettroniku jew stampat li jkun faċilment komprensibbli, kif stabbilit minn kull Stat Membru, u fuq websajts ta' l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jobbligaw lill-fornituri biex ixerrdu din l-informazzjoni lill-klijenti kollha tagħhom b'mod li jkun meqjus xieraq mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Il-fornituri u l-awtoritajiet relevanti għandhom jaqblu dwar spejjez addizzjonali sinifikanti magħmula mill-fornituri ta' servizz sabiex ixerrdu din l-informazzjoni u dawn l-ispejjeż għandhom jiġu koperti minn dawn l-awtoritajiet. L-informazzjoni għandha tiġi inkluża wkoll fil-kuntratti.

(20)  Id-dritt ta" l-abbonati biex joħorġu mill-kuntratti tagħhom mingħajr penali jirreferi għal tibdiliet fil-kundizzjonijiet kuntrattwali li huma imposti mill-fornituri tan-network u/jew is-servizzi ta" komunikazzjonijiet elettroniċi.

(21)  Ir-regoli Komunitarji dwar il-protezzjoni tal-konsumatur f'konformità mal-liġi Komunitarja għandhom japplikaw għad-Direttiva 2002/22/KE mingħajr eċezzjoni.

(22)  L-utenti finali għandhom jiddeċiedu liema kontenut legali jridu jkunu jistgħu jibagħtu u jirċievu, u liema servizzi, applikazzjonijiet, ħardwer u softwer iridu jużaw għal dawn l-iskopijiet, bla ħsara għall-ħtieġa li tiġi ppreżervata l-integrità u s-sigurtà tan-networks u s-servizzi. Suq kompetittiv b'offerti trasparenti kif stipulat fid-Direttiva 2002/22/KE għandu jiżgura li l-utenti finali jkunu jistgħu jaċċessaw u jiddistribwixxu kwalunkwe kontenut legali u jużaw kwalunkwe applikazzjoniu/jew servizz legali skond l-għażla tagħhom, kif stipulat fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE. Meta titqies l-importanza li dejjem qed tikber tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għall-konsumaturi u l-impriżi, l-utenti fi kwalunkwe każ għandhom ikunu infurmati b'mod sħiħ dwar kwalunkwe restrizzjoni u/jew limitazzjoni imposta fuq l-użu tas-servizzi ta" komunikazzjonijiet elettroniċi mill-fornitur tas-servizz u/jew tan-network. Din l-informazzjoni għandha, għad-diskrezzjoni tal-fornitur, tispeċifika t-tip tal-kontenut, ta' l-applikazzjoni jew tas-servizzi kkonċernati, jew is-servizzi jew l-applikazzjonijiet individwali, jew it-tnejn li huma. Skont it-teknoloġija użata u t-tip ta' restrizzjoni u/jew limitazzjoni, dawn ir-restrizzjonijiet u/jew limitazzjonijiet jistgħu jirrikjedu l-kunsens ta' l-utent skont id-Direttiva 2002/58/KE.

(23)  Suq kompetittiv għandu jiżgura wkoll li l-utenti jkun jista" jkollhom il-kwalità ta" servizz li jeħtieġu, imma f'każijiet partikolari jista" jkun hemm bżonn li jiġi żgurat li n-networks ta' komunikazzjoni pubbliċi jiksbu livelli ta" kwalità minimi biex ikunu evitati d-degradazzjoni tas-servizz, l-imblukkar ta" l-aċċess u/jew it-tnaqqis ta" l-attività fit-traffiku fuq in-networks. Meta jkun hemm nuqqas ta" kompetizzjoni effettiva, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jużaw ir-rimedji disponibbli lilhom taħt id-direttivi li jistabbbilixxu qafas regolatorju għan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika biex jiġi żgurat li l-aċċess ta" l-utenti għal tipi partikolari ta" kontenut jew applikazzjonijiet ma jkunx ristrett mingħajr raġuni. Għandu jkun possibbli wkoll li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali joħorġu linji gwida fejn jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi ta' kwalità ta' servizz skont id-Direttiva 2002/22/KE u għandu jkun possibbli li jieħdu miżuri oħrajn meta dawn ir-rimedji l-oħra, skont huma, ma jkunux effettivi fir-rigward ta' l-interessi ta' l-utenti u fiċ-ċirkustanzi relevanti l-oħra kollha. Dawn il-linji gwida jew miżuri jistgħu jinkludu l-provvediment ta' livell bażiku ta' servizzi bla restrizzjonijiet.

(24)  Fin-nuqqas ta" regoli relevanti tal-liġi Komunitarja, il-kontenut, l-applikazzjonijiet u s-servizzi jitiqesu bħala legali jew dannużi skont il-liġi sustantiva u l-liġi proċedurali nazzjonali. Huwa d-dmir tal-awtoritajiet relevanti tal-Istati Membri, u mhux ta' min jipprovdi n-networks jew is-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, li jiddeċiedu, b'konformita' mal-proċess xieraq, jekk il-kontenut, l-applikazzjonijiet jew is-servizzi humiex legali jew ta' ħsara jew le. Id-Direttiva 2002/22/KE hi bla ħsara għad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta' l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku)(11), li inter alia tinkludi fiha regola ta" "sempliċiment passaġġ" għal fornituri intermedjarji tas-servizzi. Id-Direttiva 2002/22/KE ma tirrikjedix li l-fornituri jissorveljaw l-informazzjoni trażmessa min-networks tagħhom jew li jieħdu azzjoni legali kontra l-klijenti tagħhom minħabba dan it-tip ta" informazzjoni, u lanqas ma tagħmel lill-fornituri responsabbli għall-informazzjoni. Ir-responsabilità ta" kwalunkwe azzjoni punittiva jew prosekuzzjoni kriminali ta" dan it-tip tibqa" f'idejn l-awtoritajiet relevanti tal-infurzar tal-liġi.

(25)  Id-Direttiva 2002/22/KE hija mingħajr ħsara għall-immaniġġjar tan-network raġjonevoli u mhux diskriminatorju min-naħa tal-fornituri.

(26)  Peress li r-rimedji inkonsistenti se jxekklu b'mod sinifikanti l-kisba tas-suq intern, il-Kummissjoni għandha tevalwa kwalunkwe linja gwida jew miżura oħra adottata mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għall-possibilità ta' intervent regolatorju madwar il-Komunità u, jekk ikun neċessarju, tadotta miżuri implimentattivi tekniċi sabiex tinkiseb applikazzjoni konsistenti madwar il-Komunità.

(27)  Id-disponibbiltà ta" tariffi trasparenti, aġġornati u komparabbli hija l-element ewlieni għall-konsumaturi fi swieq kompetittivi b'diversi fornituri joffru s-servizzi. Il-konsumaturi tas-servizzi ta" komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom ikunu jistgħu jqabblu faċilment il-prezzijiet ta" diversi servizzi offruti fis-suq fuq bażi ta" informazzjoni dwar it-tariffi ppubblikata f'forma aċċessibbli mingħajr diffikultà. Sabiex il-komsumatur ikun jista" faċilment iqabbel il-prezzijiet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa li jeżiġu iktar trasparenza fit-tariffi mingħand il-fornituri u li jiżguraw li partijiet terzi jkollhom id-dritt li jużaw mingħajr ħlas it-tariffi pubblikament disponibbli ppubblikati minn impriżi li jipprovdu s-servizzi ta" komunikazzjonijiet elettroniċi. Għandhom ukoll, huma stess jew permezz ta' partijiet terzi, jagħmlu disponibbli gwidi tal-prezzijiet meta dawn ma jkunux ipprovduti mis-suq, bla ħlas jew bi prezz raġonevoli. L-operaturi m'għandhom ikunu intitolati għall-ebda remunerazzjoni għal dan l-użu ta" tariffi meta dawn ikunu diġà ġew ippubblikati u għalhekk jappartjenu għad-dominju pubbliku. Barra minn hekk, l-utenti għandhom ikunu infurmati kif xieraq dwar il-prezz involut jew it-tip ta" servizz offrut qabel ma jixtru s-servizz, b'mod partikolari jekk numru li fuqu jsiru telefonati bla ħlas ikun suġġett għal kwalunkwe ħlas ulterjuri. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jitolbu li din l-informazzjoni tiġi pprovduta b'mod ġenerali, u, għal ċerti kategoriji ta' servizzi stabbiliti minnhom, qabel il-konnessjoni tat-telefonata. Meta jkunu qed jiġu stabbiliti l-kategoriji tas-sejħiet li jirrikjedu informazzjoni dwar il-prezz qabel ma jiġu konnessi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu b'mod xieraq in-natura tas-servizz, il-kundizzjonijiet ta' l-ipprezzar li japplikaw għas-sejħa u jekk hijiex offerta minn fornitur li m'huwiex fornitur ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi.

(28)  Il-klijenti għandhom ikunu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom fir-rigward ta' l-użu ta' l-informazzjoni personali tagħhom fid-direttorji ta' l-abbonati, u b'mod partikolari dwar l-iskop jew l-iskopijiet ta' dawn id-direttorji, u kif ukoll dwar id-dritt tagħhom, bla ħlas, li ma jiġux inklużi f'direttorju pubbliku ta' l-abbonati, kif stipulat fid-Direttiva 2002/58/KE. Fejn ikunu jeżistu sistemi li jippermettu li l-informazzjoni tiġi inkluża f'database ta' direttorju iżda ma tiġix żvelata lill-utenti tas-servizz tad-direttorju, il-klijenti għandhom ikunu infurmati wkoll b'din il-possibilità.

(29)  L-Istati Membri għandhom jintroduċu punti uniċi ta' informazzjoni għall-mistoqsijiet ta' l-utenti kollha. Dawn il-punti ta' informazzjoni, li jistgħu jkunu amministrati mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali flimkien ma' l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, għandhom ikunu kapaċi wkoll li jipprovdu assistenza legali fil-każ ta' tilwim ma' l-operaturi. L-aċċess għal dawn il-punti ta' informazzjoni għandu jkun bla ħlas u l-utenti għandhom ikunu infurmati bl-eżistenza tagħhom permezz ta' kampanji ta' informazzjoni regolari.

(30)  Fin-networks IP tal-ġejjieni fejn il-forniment ta" servizz jista" jinfired mill-forniment tan-network, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw liema huma l-passi l-iżjed xierqa li għandhom jittieħdu biex tkun żgurata d-disponibbiltà tas-servizzi telefoniċi pubblikament disponibbli pprovduti li jużaw networks pubbliċi ta" komunikazzjoniet u aċċessibbiltà bla interruzzjoni għal servizzi ta" emerġenza f'każ ta" ħsara katastrofika fin-network jew f'każi ta" force majeure.

(31)  Is-servizzi ta" assistenza mill-operejter ikopru firxa ta" diversi servizzi għall-utenti finali. Il-forniment ta" servizzi bħal dawn għandu jitħalla għal negozjati kummerċjali bejn il-fornituri ta" networks pubbliċi ta" komunikazzjonijiet u s-servizzi ta" assistenza mill-operejter, bħal mhu l-każ għal kull servizz ieħor ta" sostenn għall-klijenti, u mhemmx għalfejn jitkompla l-forniment mandatarju tagħhom. Għaldaqstant, l-obbligu korrispondenti għandu jitħassar.

(32)  Is-servizzi ta' informazzjoni relatati mad-direttorju għandhom ikunu, u ta' spiss huma, ipprovduti permezz ta' kompetizzjoni, skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE tas-16 ta" Settembru 2002 dwar il-kompetizzjoni fis-swieq tan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika(12). Miżuri wholesale li jiżguraw l-inklużjoni ta" data dwar l-utenti finali (kemm fissa u kif ukoll mobbli) fid-databases, il-forniment ta" dik id-data lill-fornituri tas-servizzi b'mod li l-forniment ta" dik id-data jkun iqis l-ispiża u l-forniment ta" aċċess għan-network f'kundizzjonijiet li jagħtu każ l-ispejjeż u li jkunu raġonevoli u trasparenti għandhom ikunu fis-seħħ sabiex l-utenti finali jibbenefikaw kompletament mill-kompetizzjoni bil-għan aħħari li jkun jista" jitneħħa r-regolament tal-bejgħ bl-imnut minn fuq dawn is-servizzi.

(33)  L-utenti finali għandhom ikunu jistgħu jaqbdu mas-servizzi ta" emerġenza pprovduti u jaċċessawhom billi jużaw kwalunkwe servizz telefoniku li hu kapaċi joriġina sejħiet vokali permezz ta" numru jew numri fil-pjani ta" numerazzjoni telefonika nazzjonali jew internazzjonali. L-awtoritajiet ta" emerġenza għandhom ikunu jistgħu jimmaniġġjaw u jwieġbu telefonati fuq in-numru "112" bi prontezza u effiċjenza almenu daqs fil-każ ta" telefonati fuq numri ta" emerġenza nazzjonali oħra. Huwa importanti li jiżdied l-għarfien tan-numru "112" sabiex jittejjeb il-livell ta" ħarsien u sigurtà għaċ-ċittadini waqt l-ivvjaġġar tagħhom fl-Unjoni Ewropea. Għal dan il-għan, iċ-ċittadini għandhom jintgħamlu konxji li n-numru "112" jista" jintuża bħala numru ta" emerġenza uniku waqt l-ivvjaġġar f'kull Stat Membru, b'mod partikolari permezz ta" informazzjoni pprovduta fil-vendi internazzjonali tal-karozzi tal-linja, fl-istazzjonijiet ferrovjarji, fil-portijiet jew l-ajruporti u fid-direttorji tat-telefon, fil-kjoskijiet tat-telefon u l-materjal mibgħut lill-abbonati inklużi l-kontijiet. Primarjament din hija r-responsabilità ta' l-Istati Membri, iżda l-Kummissjoni għandha tkompli tappoġġja u tissuplementa l-inizjattivi li qed jiġu mwettqa mill-Istati Membri favur kuxjenza akbar tal-"112" u għandha wkoll tevalwa perjodikament l-għarfien tal-"112" mill-pubbliku. L-obbligu biex tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-post mnejn toriġina t-telefonata għandu jissaħħaħ sabiex jitkabbar il-ħarsien taċ-ċittadini ta" l-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, l-operaturi għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-post mnejn toriġina t-telefonata lis-servizzi ta" emerġenza permezz ta" metodu "push" ("push mode"). Sabiex tirreaġixxi għall-iżviluppi teknoloġiċi, inkluż dawk li jwasslu għal preċiżjoni eżatta dejjem tikber ta" l-informazzjoni dwar il-post, il-Kummissjoni għandha tkun tista" tadotta miżuri implimentattivi tekniċi sabiex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tan-numru "112" fil-Komunità għall-benefiċċju taċ-ċittadini ta" l-Unjoni Ewropea.

(34)  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri speċifiċi biex jiżguraw li s-servizzi ta" emerġenza, inkluż in-numru "112", ikunu aċċessibbli ugwalment għall-persuni b'diżabbiltà, b'mod partikolari għal dawk l-utenti torox, b'impediment fis-smigħ, jew fid-diskors u dawk torox-għomja. Dan jista" jinvolvi l-forniment ta" apparat terminali speċjali għal utenti b'impediment fis-smigħ, servizzi ta" trażmissjoni testwali, jew tagħmir speċifiku ieħor.

(35)  L-iżvilupp tal-kodiċi internazzjonali "3883" ▌ (għall-Ispazju Ewropew tan-Numerazzjoni Telefonika (ETNS)) ▌attwalment huwa mxekkel minħabba nuqqas ta' domanda, minħabba rekwiżiti proċedurali burokratiċi żżejjed u minħabba għarfien insuffiċjenti. Sabiex jintrifed l-iżvilupp ta" l-ETNS, il-Kummissjoni għandha tiddelega r-responsabilità għall-ġestjoni tiegħu, l-assenjazzjoni u l-promozzjoni tan-numru lill-Korp tar-Regolaturi Ewropej tat-Telekomunikazzjoni (BERT)jew, fuq l-eżempju ta' l-implimentazzjoni ".eu" top-level domain, lil organizzazzjoni separata, maħtura mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' proċedura ta' selezzjoni miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja, u b'regoli operattivi li jiffurmaw parti mil-liġi tal-Komunità.

(36)  Skond id-Deċiżjoni 2007/116/KE tal-15 ta' Frar 2007 dwar ir-riżervar tal-firxa ta' numri nazzjonali li jibdew bil-'116' għan-numri armonizzati għas-servizzi armonizzati ta' valur soċjali(13), il-Kummissjoni rriżervat in-numri fil-firxa ta' numri li jibdew bil-'116' għal ċerti servizzi ta' valur soċjali. In-numri identifikati f'dik id-Deċiżjoni ma jistgħux jintużaw għal skopijiet oħra minbarra dawk stabbiliti fiha, iżda ma jeżisti l-ebda obbligu għall-Istati Membri li jiżguraw li servizzi assoċjati man-numri riżervati effettivament jiġu pprovduti. Id-dispożizzjonijiet xierqa tad-Deċiżjoni 2007/116/KE għandhom ikunu riflessi fid-Direttiva 2002/22/KE sabiex jiġu integrati aħjar fil-qafas regolatorju għan-networks u s-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u biex tiġi żgurata aċċessibilità wkoll lill-utenti finali b'diżabbiltà. Meta jiġu kkunsidrati l-aspetti partikolari relatati mar-rappurtar ta' tfal nieqsa u d-disponibilità attwali limitata ta' dan is-servizz, l-Istati Membri mhux biss għandhom jirriżervaw numru, iżda wkoll jiżguraw li servizz għar-rappurtar ta' tfal nieqsa ikun effettivament disponibbli fit-territorji tagħhom permezz tan-numru 116000.

(37)  Is-suq wieħed jimplika li l-utenti finali jista" jkollhom aċċess għan-numri kollha inklużi fil-pjani nazzjonali ta" numerazzjoni ta" Stati Membri oħra, u għas-servizzi, inklużi s-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika, li jużaw numri li mhumiex ġeografiċi fl-ambitu tal-Komunità, inklużi, fost oħrajn, numri ta" telefonati bla ħlas u numri b'rati primjum. L-utenti finali għandhom ukoll ikunu jistgħu jaċċessaw numri mill-║ETNS║ u numri ta" telefonati bla ħlas internazzjonali universali (UIFN). L-aċċess transkonfinali għar-riżorsi ta" numerazzjoni u għas-servizz assoċjat m'għandux jiġi ostakolat ħlief f'każi ġustifikati b'mod oġġettiv, bħal meta dan ikun meħtieġ ║ kontra l-frodi, u l-abbuż pereżempju f'konnessjoni ma" ċerti servizzi ta" rati primjum, jew meta n-numru jkun definit bħala li għandu ambitu nazzjonali biss (pereżempju kodiċi qasir nazzjonali). L-utenti għandom jingħataw informazzjoni sħiħa bil-quddiem b'mod ċar dwar kwalunkwe ħlas applikabbli għan-numri ta" telefonati bla ħlas, bħall-ħlasijiet għal sejħiet internazzjonali aċċessibbli permezz ta" kodiċi standard ta" ddajljar internazzjonali. Sabiex jiġi żgurat li l-utenti finali jkollhom aċċess effikaċi għal numri u servizzi fil-Komunità, il-Kummissjoni għandha tkun tista" tadotta miżuri implimentattivi. L-utenti finali għandu jkollhom il-possibilità ta' konnessjoni ma' utenti finali oħra (speċjalment permezz tan-numri IP) sabiex ikunu jistgħu jagħmlu skambju tad-data, indipendentement mill-operatur li jagħżlu.

(38)  Sabiex jieħdu vantaġġ sħiħ mill-ambjent kompetittiv, il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati u jibdlu minn fornitur għal ieħor meta jkun fl-interess tagħhom li jagħmlu dan. Hu essenzjali li jiġi żgurat li dan ikunu jistgħu jagħmluh mingħajr ma jiġu mfixkla minn ostakli legali, tekniċi jew prattiċi, kundizzjonijiet kuntrattwali, proċeduri kuntrattwali, ħlasijiet kuntrattwali eċċ. Dan ma jipprekludix l-impożizzjoni ta" perjodi kuntrattwali minimi raġonevoli fil-kuntratti tal-konsumaturi. Il-portabbiltà tan-numri huwa faċilitatur ewlieni ta" l-għażliet għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi u l-kompetizzjoni effikaċi fis-swieq kompetittivi għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, u għandu jiġi implimentat mingħajr dewmien żejjed, normalment fi żmien mhux iktar minn ġurnata minn meta ssir it-talba tal-konsumatur. Madankollu, l-esperjenza miksuba f'uħud mill-Istati Membri wriet li hemm riskju li l-konsumaturi jinbidlilhom is-servizz kontra r-rieda tagħhom. Filwaqt li din hija kwistjoni li għandha tiġi ndirizzata l-ewwel nett mill-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jimponu dawn il-miżuri proporzjonati minimi fir-rigward tal-proċess ta" kommutazzjoni, meħtieġa biex jitnaqqsu dawn ir-riskji, mingħajr ma l-proċess isir inqas attraenti għall-konsumaturi. Sabiex tkun tista" tadotta l-portabbiltà tan-numri bil-pass ta" l-evoluzzjoni teknoloġika u tas-suq, inkluża l-possibbiltà ta" portabbiltà tad-direttorji personali u l-informazzjoni dwar il-profil maħżuna fin-network, il-Kummissjoni għandha tkun tista" tieħu miżuri implimentattivi tekniċi f'dan il-qasam. Il-valutazzjoni ta" jekk il-kundizzjonijiet teknoloġiċi u tas-suq humiex tali li jippermettu l-portabbiltà tan-numri bejn networks li jipprovdu servizzi f'post fiss u mobile networks ║għandha b'mod partikolari tqis il-prezzijiet għall-utenti u l-ispejjeż għall-bdil tal-fornituri għall-impriżi li jipprovdu servizzi f'postijiet fissi u mobile networks║.

(39)  ▌Jistgħu jiġu applikati "obbligi ta" ridiffużjoni" legali, ▌għal servizzi radjufoniċi u awdjoviżivi u servizzi komplementari speċifikati pprovduti minn fornitur ta" servizz tal-media speċifikat. Is-servizzi tal-media awdjoviżiva huma definiti fid-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta" Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta" ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta" attivitajiet ta" xandir bit-televiżjoni(14). L-Istati Membri għandhom jipprovdu ġustifikazzjoni ċara għall "obbligi ta" ridiffużjoni" ▌biex jiżguraw li dawn l-obbligi jkunu trasparenti, proporzjonati u definiti kif xieraq. F'dan ir-rigward, l-"obbligi ta" ridiffużjoni" għandhom jitfasslu b'mod li jiġu pprovduti inċentivi suffiċjenti għal investiment effiċjenti fl-infrastruttura. L-"obbligi ta" ridiffużjoni" għandhom ikunu eżaminati perjodikament sabiex jinżammu aġġornati ma" l-evoluzzjoni teknoloġika u tas-suq biex jiġi żgurat li jkomplu jkunu proporzjonati għall-għanijiet li jridu jinkisbu. Is-servizzi komplementari jinkludu, fost affarijiet oħra, servizzi li jgħinu biex tittejjeb l-aċċessibbiltà għall-utenti b'diżabbiltà; dawn is-servizzi jkunu jinkludu servizz ta" test bil-vidjow, servizz ta" sottotitli, deskrizzjoni awdjo jew lingwa tas-sinjali.

(40)  Sabiex jintgħelbu n-nuqqasijiet eżistenti f'termini ta' konsultazzjonijiet mal-konsumaturi u sabiex jiġu indirizzati kif jixraq l-interessi taċ-ċittadini, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw mekkaniżmi ta' konsultazzjoni xierqa. Dawn il-mekkaniżmi jistgħu jieħdu l-forma ta' entità li, indipendentement mill-awtorità regolatorja nazzjonali kif ukoll mill-fornituri tas-servizzi, twettaq riċerka dwar kwistjonijiet relatati mal-konsumatur, bħall-imġiba tal-konsumaturi u mekkaniżmi għall-bdil minn fornitur għal ieħor, u li topera b'mod trasparenti u tikkontribwixxi għall-mekkaniżmi eżistenti għall-konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati. Barra minn hekk, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu bl-iskop li jagħmel possibbli kooperazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-promozzjoni ta' kontenut legali. Kull proċedura ta' kooperazzjoni li jkun intlaħaq ftehim dwarha, li tkun skond mekkaniżmu bħal dan, madankollu, m'għandhiex tippermetti sorveljanza sistematika ta' l-użu ta' l-Internet. Meta jkun hemm il-ħtieġa biex tiġi indirizzata l-faċilitazzjoni ta' aċċess għas-servizzi u l-użu tal-komunikazzjonijiet eletroniċi u t-tagħmir terminali għall-utenti b'diżabbiltà, u bla ħsara għad-Direttiva 1999/5/KE ║ u b'mod partikolari r-rekwiżiti ta' diżabbiltà skond l-Artikolu tagħha 3(3)(f), il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta miżuri implimentattivi.

(41)  Il-proċedura għar-riżoluzzjoni ta' tilwim barra mill-qrati għandha tissaħħaħ billi jiġi żgurat li jintużaw entitajiet indipendenti għar-riżoluzzjoni ta' tilwim u li l-proċedura tikkonforma tal-anqas mal-prinċipji minimi stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummisjoni 98/257/KE tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-prinċipji għall-entitajiet responsabbli għar-riżoluzzjoni barra mill-qrati ta' tilwim relatat mal-konsumatur(15). L-Istati Membri jistgħu jew jużaw l-entitajiet eżistenti għar-riżoluzzjoni ta' tilwim għal dan l-iskop, sakemm dawk l-entitajiet jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli, jew jistgħu jistabbilixxu entitajiet ġodda.

(42)  L-obbligi imposti fuq impriża nominata bħala waħda b'obbligi ta' servizz universali għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni.

(43)  Id-Direttiva 2002/58/KE tipprovdi għall-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-Istati Membri meħtieġa biex jiġi żgurat livell ekwivalenti ta' protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-libertà, u b'mod partikolari d-dritt għall-privatezza u d-dritt għall-kunfidenzjalità u s-sigurtà tas-sistemi tat-teknoloġija ta' l-informatika, fir-rigward ta' l-ipproċessar tad-data personali fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika, u biex jiġi żgurat il-moviment ħieles ta' din id-data u tat-tagħmir u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fil-Komunità.

(44)  L-ipproċessar ta' traffiku ta" data għal skopijiet ta" sigurtà ta" network u informazzjoni, li jiżgura d-disponibilità, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità ta" data maħżuna jew trażmessa se jippermetti l-ipproċessar ta" data bħal din fl-interess leġittimu tal-kontrollur tad-data għall-iskop tal-prevenzjoni ta" aċċess mhux awtorizzat u distribuzzjoni malizzjuż ta" kodiċi u twaqqif taċ-ċaħda ta" attakki tas-servizz, u ħsarat għal kompjuter u sistemi ta" komunikazzjoni elettroniċi. L-Aġenzija Ewropea ta" Sigurtà ta" Network u Informazzjoni (ENISA) għandha tippubblika studji regolari bl-iskop li jistipulaw it-tipi ta" proċessar permess skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/58/KE.

(45)  Meta jkunu qed jiġu stabbiliti l-miżuri ta' implimentazzjoni dwar is-sigurtà ta' l-ipproċessar, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta ma' l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet Ewropej relevanti (l-ENISA, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Grupp ta' Ħidma Artikolu 29) u kif ukoll mal-partijiet interessati relevanti l-oħra kollha, b'mod partikolari biex tkun infurmata dwar l-aqwa metodi tekniċi u ekonomiċi disponibbli għat-titjib ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/58/KE.

(46)  Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE jippartikolarizzaw u jikkomplementaw id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta" individwi fir-rigward ta" l-ipproċessar ta" data personali u dwar il-moviment liberu ta" dik id-data(16) u jipprovdu għall-interessi leġittimi tal-abbonati li jkunu persuni naturali jew legali.

(47)  Il-liberalizzazzjoni ta' swieq ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u l-iżvilupp teknoloġiku mgħaġġel flimkien taw spinta lit-tkabbir ekonomiku u l-kompetizzjoni u rriżultaw f'diversità għanja ta' servizzi għall-utenti finali aċċessibbli permezz ta' networks pubbliċi u privati ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u networks privati aċċessibbli pubblikament.

(48)  L-indirizzi IP huma essenzjali għall-operat tal-Internet. Huma jidentifikaw apparat li jkun qed jipparteċipa fin-network, bħall-kompjuters jew apparat intelliġenti mobbli permezz ta" numru. Fil-kuntest tas-sitwazzjonijiet differenti li fihom jintużaw l-indirizzi IP, u t-teknoloġiji relatati li qed jiżviluppaw b'mod mgħaġġel, saru mistoqsijiet dwar l-użu ta' tali ndirizzi bħala data personali f'ċertu ċirkustanzi. Il-Kummissjoni għandha għalhekk abbażi ta' studju rigward l-indirizzi IP u l-użu tagħhom tippreżenta proposti xierqa.

(49)  Il-progress teknoloġiku jippermetti l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet ġodda bbażati fuq tagħmir għall-ġbir tad-data u l-identifikazzjoni, li jista' jkun tagħmir li ma jkollux kuntatt bil-wajer li juża frekwenzi radju. Pereżempju, it-Tagħmir ta' Identifikazzjoni permezz ta' Frekwenza tar-Radju (RFID) juża frekwenzi radju biex jaqbad data minn tabelli esklużivament identifikati, li mbagħad tista' tiġi ttrasferita fuq networks ta' komunikazzjonijiet eżistenti. L-użu wiesa' ta' dawn it-teknoloġiji jista' jġib miegħu benefiċċji ekonomiċi u soċjali kbar u b'hekk tingħata kontribuzzjoni b'saħħitha għas-suq intern jekk l-użu tagħhom ikun aċċettabbli għaċ-ċittadini. Biex jinkiseb dan, hu meħtieġ li jiġi żgurat li d-drittijiet fundamentali tal-individwi, inkluż id-dritt għall-privatezza u id-dritt għall-ħarsien tad-data, jkunu mħarsa. Meta dan it-tagħmir jiġi kkunnettjat ma' networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi pubblikament disponibbli, jew meta jagħmel użu minn servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi bħala infrastrutura bażika, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2002/58/KE, inklużi dawk dwar id-data tas-sigurtà, it-traffiku u l-lokazzjoni u ║dwar il-kunfidenzjalità.

(50)  Il-fornitur ta" servizz ta" komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku għandu jieħu miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jiżgura s-sigurtà tas-servizzi tiegħu. Bla ħsara għad-Direttiva 95/46/KE u d-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar iż-żamma ta' data ġenerata jew proċessata b'konnessjoni mal-provvista ta' servizzi pubblikament disponibbli ta' komunikazzjoni elettronika jew ta' networks ta' komunikazzjoni pubblika(17), dawn il-miżuri għandhom jiżguraw li d-data personali tkun tista" tiġi aċċessata biss minn persunal awtorizzat u għal raġunijiet li jkunu strettament awtorizzati legalment u li jkunu protetti kemm id-data personali maħżuna jew trażmessa u kif ukoll in-network u s-servizzi. Barra minn dan, għandha tiġi stabbilita politika ta" sigurtà fir-rigward ta" l-ipproċessar tad-data personali sabiex jiġu identifikati l-vulnerabilitajiet tas-sistema, u l-monitoraġġ regolari u l-adozzjoni ta" azzjoni preventiva, korrettiva u reazzjonarja.

(51)  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmonitorjaw il-miżuri meħuda u għandhom ixerrdu l-aħjar prattiki u rendimenti fost il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku.

(52)  Ksur ta' sigurtà li jwassal għat-telf jew għal stat kompromettenti tad-data personali ta' abbonat jew individwu jista', jekk ma jiġix indirizzat b'mod xieraq u fil-waqt, jirriżulta ▌f"dannu sostanzjali għall-utenti. Għalhekk, l-awtorità regolatorja nazzjonali jew awtorità nazzjonali kompetenti oħra għandha tkun innotifikata mill-fornitur tas-servizz relevanti dwar kwalunkwe ksur ta' sigurtà mingħajr dewmien. L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina l-gravità tal-ksur u għandha tirrikjedi li l-fornitur tas-servizz relevanti jagħti notifika xierqa u mingħajr dewmien bla bżonn lill-utenti affettwati mill-ksur. Barra minn hekk, u f'każijiet meta jkun hemm periklu imminenti u dirett għad-drittijiet u l-interessi tal-konsumaturi (bħal każijiet ta" aċċess mhux awtorizzat għall-kontenut ta" emails, aċċess għar-rekords tal-karti ta" kreditu, eċċ.), il-fornitur tas-servizz relevanti għandu, minbarra lill-awtorita nazzjonali kompetenti, jinnotifika immedjatament lill-utenti affettwati direttament. Fl-aħħarnett, il-fornituri għandhom kull sena jinnotifikaw lill-utenti affettwati dwar il-ksur tas-sigurtà kollu taħt id-Direttiva 2002/58/KE li seħħew matul il-perjodu ta' żmien relevanti. In-notifika lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-utenti għandha tinkludi informazzjoni dwar il-miżuri meħuda mill-fornitur biex jindirizza l-ksur, kif ukoll rakkomandazzjonijiet għall-protezzjoni tal-utenti effettwati.

(53)  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jippromwovu l-interessi taċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea billi, fost affarijiet oħra, jikkontribwixxi fl-assigurazzjoni ta' livell għoli ta' ħarsien tad-data persunali u l-privatezza. Għal dan il-għan, irid ikollhom il-mezzi meħtieġa biex jesegwixxu dmirijiethom, inkluża data komprensiva u fattibbli dwar inċidenti ta' sigurtà attwali li jkunu rrendew id-data personali ta' individwi fi stat kompromettenti.

(54)  Fl-implementazzjoni ta" miżuri li jittrasponu d-Direttiva 2002/58/KE, l-awtoritajiet u l-qrati ta" l-Istati Membri mhux talli għandhom jinterpretaw il-liġi nazzjonali tagħhom b'mod konsistenti ma' din id-Direttiva iżda għandhom jiżguraw ukoll li ma jibbażawx fuq xi interpretazzjoni ta' din id-Direttiva li tkun f'konflitt mad-drittijiet fundamentali jew ma' prinċipji ġenerali oħrajn tal-liġi Komunitarja, bħal pereżempju l-prinċipju tal-proporzjonalità.

(55)  Għandu jkun hemm dispożizzjoni biex ikunu jistgħu jiġu implimentati miżuri għall-istipular ta' għadd ta' rekwiżiti komuni għall-ksib ta' livell xieraq ta' ħarsien tal-privatezza u sigurtà ta' data personali trażmessa jew ipproċessata f'konnessjoni ma' l-użu ta' networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern.

(56)  Waqt l-iffissar ta' regoli dettaljati fir-rigward tal-format u l-proċeduri applikabbli fin-notifika ta' ksur tas-sigurtà, għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa liċ-ċirkustanzi tal-ksur, speċjalment dwar jekk id-data personali kenitx imħarsa jew le minn kriptaġġ jew permezz ta' mezzi oħra, li kienu jillimitaw b'mod effettiv il-probabbiltà li jitwettqu frodi ta' l-identità jew forom oħra ta' użu ħażin. Barra dan, dawn ir-regoli u proċeduri għandhom jikkunsidraw l-interessi leġittimi ta' l-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi f'każi fejn skoperturi bikrija jistgħu jfixklu mingħajr bżonn l-investigazzjoni taċ-ċirkustanzi ta' ksur partikolari.

(57)  Is-softwer li jissorvelja bil-moħbi l-azzjonijiet ta' l-utent u/jew li jikkorrompi l-operazzjoni tat-tagħmir terminali ta' l-utent għall-benefiċċju ta' parti terza (l-hekk imsejjaħ "spajwer") joħloq theddida serja għall-privatezza ta' l-utenti. Jeħtieġ li jiġi żgurat livell għoli u ugwali ta' ħarsien ta' l-isfera privata ta' l-utenti, irrispettivament jekk il-programmi ta' l-ispijar mhux mixtieqa kinux ġew dawnlowdjati involontarjament permezz ta' networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jew kinux fornuti u installati moħbija f'softwer li jkun tqassam fuq media esterna ta' ħżin tad-data bħalma huma s-CDs, is-CD-Roms u l-istikek tal-USB. L-Istati Membri għandhom jinkuraġġixxu lill-utenti finali biex jieħdu l-passi neċessarji għall-protezzjoni tat-tagħmir terminali tagħhom kontra l-viruses uspyware.

(58)  Il-fornituri tas-servizzi ta" komunikazzjonijiet elettroniċi jridu jagħmlu investimenti sostanzjali kontra l-komunikazzjonijiet kontra komunikazzjonijiet kummerċjali mhux mitluba ("spam"). Huma jinsabu wkoll f'pożizzjoni aħjar mill-utenti finali biex ikollhom l-għarfien u r-riżorsi meħtieġa biex jikxfu u jidentifikaw lill-ispammers. Il-fornituri tas-servizzi ta" korrispondenza elettronika u l-fornituri ta" servizzi oħra għandu għalhekk ikollhom il-possibbiltà li jieħdu azzjoni legali kontra l-ispammers fir-rigward ta' dan il-ksur u għalhekk jiddefendu l-interessi tal-klijenti tagħhom, kif ukoll l-interessi kummerċjali leġittimi tagħhom stess.

(59)  Fejn id-data dwar il-lokazzjoni, li ma tkunx data dwar it-traffiku, tkun tista' tiġi pproċessata, din id-data għandha tiġi pproċessata biss meta tkun ġiet magħmula anonima, jew bil-kunsens bil-quddiem ta' l-utenti jew ta' l-abbonati kkonċernati, li għandu jingħatalhom tagħrif ċar u komprensiv dwar il-possibilità li jirtiraw il-kunsens tagħhom fi kwalunkwe ħin.

(60)  Il-ħtieġa biex ikun żgurat livell xieraq ta" ħarsien tal-privatezza u d-data personali trażmessa u pproċessata f'konnessjoni ma" l-użu ta" networks ta" komunikazzjonijiet elettroniċi fil-Komunità teżiġi implimentazzjoni effikaċi u setgħat għall-infurzar sabiex ikunu pprovduti inċentivi xierqa għall-konformità. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom setgħat u riżorsi suffiċjenti biex jinvestigaw każi ta" nuqqas ta" konformità b'mod effettiv, speċjalment il-possibbiltà biex jiksbu kwalunkwe informazzjoni rilevanti li jista" jkollhom bżonn, biex jiddeċiedu dwar l-ilmenti u biex jimponu sanzjonijiet f'każi ta" nuqqas ta" konformità.

(61)  Il-kooperazzjoni u l-infurzar transkonfinali għandhom jiġu nfurzati b'mod konformi mal-mekkaniżmi Komunitarji ta' infurzar transkonfinali eżistenti bħal dak stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (Regolament dwar il-kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi)(18) permezz ta' emenda għal dak ir-Regolament.

(62)  Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/22/KE║u d-Direttiva ║2002/58/KE għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta" Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni(19).

(63)  Il-Kummissjoni għandha, fil-każ tad-dħul fis-seħħ it-Trattat ta" Liżbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea(20), tippreżenta lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew proposta leġiżlattiva ġdida dwar il-privatezza u s-sigurtà tad-data fil-komunikazzjoni elettronika, b'bażi legali ġdida.

(64)  B'mod partikolari, is-setgħa għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni biex jiġu adottati miżuri implimentattivi għat-trasparenza tat-tariffi, il-kwalità minima tar-rekwiżiti tas-servizzi, l-implimentazzjoni effikaċi tas-servizzi bin-numru "112", l-aċċess effikaċi għan-numri u s-servizzi, u t-titjib ta" l-aċċessibbiltà minn utenti finali b'diżabbiltà kif ukoll l-emendi biex jiġu adottati l-Annessi għall-progress tekniku jew il-bidliet fid-domanda tas-swieq. Hija għandha tiġi wkoll mogħtija s-setgħa li tadotta miżuri implimentattivi fir-rigward tar-rekwiżiti ta" l-informazzjoni u n-notifika kif ukoll il-kooperazzjoni transkonfinali. Billi dawn il-miżuri huma ta" ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2002/22/KE billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, iridu jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Minħabba li t-twettiq tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, bil-limiti ta" żmien normali, f'ċerti sitwazzjonijiet eċċezzjonali jista" jimpedixxi l-adozzjoni fil-ħin tal-miżuri ta" implimentazzjoni, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jieħdu azzjoni rapida biex jiżguraw l-adozzjoni fil-ħin ta" dawn il-miżuri.

(65)  L-għan tad-Direttiva 2002/22/KE huwa li jkun żgurat livell għoli ta" ħarsien tad-drittijiet tal-konsumaturi u ta" l-utenti individwali fil-forniment tas-servizzi ta' telekomunikazzjoni. Din il-protezzjoni mhijiex meħtieġa fil-każ tas-servizzi ta" telekomunikazzjoni globali. Dawn huma servizzi vokali u ta' data korporattivi pprovduti bħala pakkett għal intrapriżi l-kbar, li jinsabu f'pajjizi differenti ġewwa u barra mill-UE, fuq il-bażi ta" kuntratti nnegozjati individwalment minn partijiet li jkollhom saħħa ugwali.

(66)  Id-Direttivi 2002/22/KE u 2002/58/KE għandhom għalhekk jiġu emendati f'dan is-sens,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi tad-Direttiva 2002/22/KE

(id-Direttiva Servizz Universali)

Id-Direttiva 2002/22/KE (id-Direttiva Servizz Universali) hija b' dan emendata kif ġej:

(1)  L-Artikolu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

Artikolu 1

Suġġett u ambitu

1.  Fl-ambitu tal-qafas tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas), din id-Direttiva tikkonċerna l-fornimet ta" networks u servizzi ta" komunikazzjonijiet elettroniċi lil utenti finali. L-għan huwa li tiġi żgurata d-disponibilità mal-Komunità kollha ta' servizzi pubblikament disponibbli ta' kwalità tajba permezz ta' kompetizzjoni effettiva u għażla u biex tittratta maċ-ċirkostanzi li fihom il-ħtiġiet ta' l-utenti finali ma jitħarsux b'mod sodisfaċjenti mis-suq. Din id-Direttiva tinkludi wkoll dispożizzjonijiet li jikkonċernaw it-tagħmir terminali fil-postijiet fejn joperaw l-konsumaturi, filwaqt li tingħata attenzjoni partikulari lit-tagħmir terminali għall-utenti bi bżonnijiet speċjali, inklużi dawk b'diżabilità, u l-anzjani.

2.  Din id-Direttiva tistabbilixxi d-drittijiet ta" l-utenti finali u l-obbligi korrispondenti li jaqgħu fuq l-impriżi li jipprovdu n-networks u s-servizzi ta" komunikazzjonijiet elettroniċi pubblikament disponibbli. Fir-rigward ta' l-assigurazzjoni ta' forniment ta' servizz universali fl-ambjent ta' swieq miftuħa u kompetittivi, din id-Direttiva tiddefinixxi s-sett minimu ta' servizzi ta' kwalità speċifikata li għhaliha l-utenti kollha għandhom aċċess bi prezz li jista' jintlaħaq fid-dawl tal-kondizzjonijiet speċifiċi nazzjonali, mingħajr distorsjoni fil-kompetizzjoni. Din id-Direttiva tistabbilixxi wkoll obbligi fir-rigward tal-forniment ta" ċerti servizzi mandatarji.

3.  Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw bla ħsara għar-regoli Komunitarji dwar il-ħarsien tal-konsumatur, b'mod partikolari d-Direttivi 93/13/KEE u 97/7/KE, u r-regoli nazzjonali f'konformità mal-liġi Komunitarja';

"

   2) ║ L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)  Il-punt (b) għandu jitħassar;

(b)  Il-punti (c) u (d) għandhom jiġu sostitwiti b' li ġej:"

   c) "(c) "servizz telefoniku pubblikament disponibbli" tfisser servizz disponibbli għall-pubbliku li joriġina u/jew li jirċievi sejħiet nazzjonali u/jew internazzjonali direttament jew indirettament u mezzi ta' komunikazzjoni oħra speċifikament intenzjonati għal utenti b'diżabilità li jużaw servizzi ta' trażmissjoni testwali jew servizzi ta' konverżazzjoni totali bl-użu ta" numru jew numri li jinsabu fil-pjan telefoniku ta" numerazzjoni nazzjonali jew internazzjonali;
   d) "numru ġeografiku" tfisser numru mill-pjan nazzonali ta' numerazzjoni telefonika fejn parti mill-istruttura tan-numru tiegħu jkun fiha sinifikat ġeografiku wżat biex jittrasferixxi sejħiet għall-lok fiżiku tal-punt tat-terminazzjoni tan-network (NTP);';
"

c)   il-punt (e) għandu jitħassar;

(3)  L-Artikolu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

"Artikolu 4

Forniment ta" aċċess f'post fiss u forniment ta" servizzi telefoniċi

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-talbiet raġonevoli kollha għal konnessjoni f'post fiss ma" network pubbliku ta" komunikazzjonijiet għandhom jintlaqgħu mill-inqas minn impriża waħda.

2.  Il-konnessjoni pprovduta għandha tkun kapaċi ssostni l-kumunikazzjonijiet tal-fax vokali u d-data, b'rati tad-data li huma biżżejjed biex jippermettu aċċess funzjonali għall-Internet meta jitqiesu t-teknoloġiji prevalenti użati mill-maġġoranza ta' l-abbonati u l-fattibbiltà teknoloġika.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-talbiet raġonevoli kollha għall-forniment ta' servizz telefoniku pubblikament disponibbli fuq il-konnessjoni tan-network imsemmija fil-paragrafu 1, li jippermetti lill-abbonati joriġinaw u jirċievu sejħiet nazzjonali u internazzjonali u jagħmlu sejħiet għal servizzi ta' emerġenza permezz tan-numru "112" u kif ukoll permezz ta' kwalunkwe numru ta' emerġenza nazzjonali ieħor, għandhom jiġu ssodisfati mill-inqas minn impriża waħda.

"

(4)  Fl-Artikolu 5(2) għandu jinbidel b'dan li ġej:"

2.  "2. Fid-direttorji li jissemmew fil-paragrafu 1 għandhom jidhru, suġġett għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58/EC, l-abbonati kollha tas-servizzi telefoniċi pubblikament disponibbli.

"

(5)  L-Artikolu 6 għandu jiġi emendat kif ġej:

a)   it-titolu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

'Telefons pubbliċi bi ħlas u punti ta" aċċess ta" telekomunikazzjoni oħra';

"

b)   il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

1.  '1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji jkunu jistgħu jimponu obbligi fuq impriżi sabiex jiġi żgurat li t-telefons pubbliċi bi ħlas jew punti ta" aċċess ta" telekomunikazzjoni oħra jiġu provduti biex jilħqu l-ħtiġiet raġonevoli ta' l-utenti finali f'termini ta' kopertura ġeografika, in-numru ta' telefons jew punti ta" aċċess ta" telekomunikazzjoni oħra, aċċessibilità għal utenti b'diżabbiltà u l-kwalità tas-servizzi.';

"

(6)  L-Artikolu 7 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

Artikolu 7

Miżuri għall-utenti b'diżabbiltà

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri speċifiċi għall-utenti b'diżabbiltà biex jiżguraw li għal dawn l-utenti l-aċċess tekniku u finanzjarju għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, inkluż l-aċċess għas-servizzi ta' emergenza, is-servizzi ta' informazzjoni ralatata mad-direttorju u s-servizzi tad-direttorji, ikun daqs dak li jgawdu utenti finali oħrajn.

2.  L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri speċifiċi li l-ħtieġa tagħhom tkun murija permezz ta' evalwazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fid-dawl tal-kundizzjonijiet nazzjonali u r-rekwiżiti speċifiċi ta' diżabbiltà, biex jiżguraw li utenti finali b'diżabbiltà jkunu jistgħu ▌ jibbenefikaw mill-opportunità disponibbli għall-maġġoranza ta' l-utenti finali li jagħżlu bejn impriża u oħra jew fornitur tas-servizzi u ieħor, u biex jippromwovu d-disponibilità ta' tagħmir terminali xieraq. Għandhom jiżguraw li fi kwalunkwe każ il-bżonnijiet ta' gruppi speċifiċi ta' utenti b'diżabbiltà jiġu ssodisfati minn ta' l-anqas impriża waħda.

3.  Meta l-Istati Membri jkunu qed jieħdu l-miżuri msemmija hawn fuq, huma għandhom jinkuraġġixxu konformità ma' l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet relevanti ppublikati bi qbil ma' l-Artikoli 17, 18 u 19 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas).

4.  Sabiex ikunu jistgħu jadottaw u jimplimentaw arranġamenti speċifiċi għal utenti b'diżabbiltà, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-produzzjoni u d-disponibilità ta' tagħmir terminali li joffri s-servizzi u l-funzjonijiet meħtieġa.';

"

(7)  Fl-Artikolu 8, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:"

3.  "3. Meta operatur innominat skond il-paragrafu 1 ikun bi ħsiebu jagħmel parti sostanzjali mill-assi tiegħu (jew kollha kemm huma) tan-network lokali ta' aċċess disponibbli għal entità legali separata taħt sjieda differenti, għandu jinforma bil-quddiem lill-awtorità regolatorja nazzjonali b'mod f'waqtu sabiex l-awtorità regolatorja nazzjonali tkun tista' tivvaluta l-effett tat-tranżazzjoni intiża fuq il-forniment ta' aċċess għal post fiss u ta' servizzi telefoniċi skond l-Artikolu 4. L-awtorità regolatorja nazzjonali tista' timponi kundizzjonijiet skond l-Artikolu 6 (2) tad-Direttiva 2002/20/KE (id-Direttiva ta" Awtorizzazzjoni).

"

(8)  L-Artikoli 9(1), (2) u (3) għandhom jiġu sostitwiti b' li ġej:"

1.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw li l-evoluzzjoni u l-livell tat-tariffi bl-imnut tas-servizzi identifikati fl-Artikoli 4, 5, 6 u 7 jkunu jaqgħu taħt l-obbligi ta' servizz universali u li jkunu pprovduti minn impriżi nominati, jew jekk l-ebda impriżi ma jkunu ġew nominati fir-rigward ta' dawn is-servizzi, li jkunu disponibbli fis-suq mod ieħor, b'mod partikolari fir-rigward tal-livell nazzjonali tal-prezzijiet u l-introjtu tal-konsumatur.

2.  L-Istati Membri jistgħu, fid-dawl tal-kundizzjonijiet nazzjonali, jeżiġu li l-impriżi nominati jipprovdu għażliet jew pakketti ta' tariffi lill-konsumaturi li jitbiegħdu minn dawk ipprovduti taħt kundizzjonijiet kummerċjali normali, b'mod partikolari biex jiġi żgurat li dawk bi dħul baxx jew bi bżonnijiet soċjali speċjali ma jkunux imċaħħda mill-użu ta' u mill-aċċess għan-network imsemmi fl-Artikolu 4(1), jew għas-servizzi identifikati fl-Artikoli 4(3), 5. 6 u 7 li jaqgħu taħt l-obbligi ta' servizz universali u pprovduti minn impriżi nominati.

3.  L-Istati Membri għandhom, barra minn kwalunkwe dispożizzjoni biex l-impriżi notifikati jipprovdu għażliet ta' tariffi speċjali jew biex jikkonformaw mal-limiti massimi tal-prezzijiet jew medjar ġeografiku jew skemi simili oħrajn, jiżguraw li jiġi pprovdut sostenn għall-konsumaturi identifikati bħala li għandhom dħul baxx, diżabbiltà jew bżonnijiet soċjali speċjali.

"

(9)  L-Artikolu 10(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

2.  '2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li impriżi li joffru servizzi ta' telekomunikazzjoni kif definiti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas) jipprovdu s-servizzi u l-faċilitajiet speċifiċi stipulati fl-Anness I, Parti A ta' din id-Direttiva, sabiex l-abbonati jkunu jistgħu jissorveljaw u jikkontrollaw l-infiq u jevitaw qtugħ bla bżonn tas-servizz.';

"

(10)  L-Artikolu 11(1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

1.  '1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jassiguraw li l-impriżi kollha maħtura li jaqgħu taħt l-obbligi ta' l-Artikoli 4, 5, 6, 7 u 9(2) jippubblikaw informazzjoni adegwata u aġġornata li tikkonċerna r-rendiment tagħhom fil-forniment ta" servizz universali, ibbażata fuq il-parametri, id-definizzjonijiet u l-metodi ta" kejl tal-kwalità ta" servizz, stipulati fl-Anness III. L-informazzjoni ppubblikata għandha tiġi provduta fuq talba lill-awtorità regolatorja nazzjonali.';

"

(11)  It-titolu tal-Kapitolu III għandu jiġi sostitwit b'li ġej:"

KONTROLLI REGOLATORJI FUQ IMPRIŻI B'SETGĦA KBIRA FIS-SUQ FI SWIEQ SPEĊIFIĊI TA' BEJGĦ BL-IMNUT

"

(12)  L-Artikolu 16 għandu jitħassar;

(13)  L-Artikolu 17 għandu jiġi emendat kif ġej:

a)   il-paragrafu 1 għandu jiġu sostitwit b'li ġej:"

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jimponu obbligi regolatorji xierqa fuq dawk l-impriżi li jkunu ġew identifikati bħala li għandhom setgħa qawwija fis-suq fir-rigward ta' suq partikolari għall-bejgħ bl-imnut skond l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru):

   a) meta, bħala riżultat ta' analiżi tas-suq imwettaq skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru), awtorità regolatorja nazzjonali tiddetermina li suq partikolari ta' bejgħ bl-imnut identifikat skond l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru) ma jkunx effettivament kompetittiv, u
   b) meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkonkludi li l-obbligi imposti skond id-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva ta" l-Aċċess), ma jkunux ser jirriżultaw fil-kisba ta' l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru).

"

b)   għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

2 bis.  '2a. Bla ħsara għall-obbligi li jistgħu jkunu imposti fuq l-operaturi identifikati li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq, f'suq tas-servizzi bl-imnut partikolari skond il-paragrafu 1, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu japplikaw l-obbligi msemmija fil-paragrafu 2 għal perjodu tranżitorju fuq operaturi identifikati li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq, f'suq tas-servizzi bl-ingrossa speċifiku f'ċirkostanzi fejn ikunu ġew imposti obbligi fuq is-servizz bl-ingrossa iżda ma jkunux għadhom jiżguraw b'mod effettiv il-kompetizzjoni fis-suq tas-servizzi bl-imnut.';

"

(c)  Il-paragrafu 3 għandu jitħassar;

(14)  L-Artikoli 18 u 19 għandhom jitħassru;

(15)  L-Artikoli 20 u 21 għandhom jiġu sostitwiti b'li ġej:"

Artikolu 20

Kuntratti

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jabbonaw għal servizzi li jipprovdu konnessjoni ma' network ta' komunikazzjonijiet pubbliċi u/jew servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, il-konsumaturi u l-utenti finali l-oħrajn li jitolbu dan għandhom dritt għal kuntratt ma' impriża jew impriżi li jipprovdu servizzi u/jew konnessjonijiet bħal dawn. Il-kuntratt għall-inqas għandu jispeċifika, b'mod ċar, komprensiv u aċċessibbli faċilment:

   a) l-identità u l-indirizz tal-fornitur;
  b) is-servizzi pprovduti, li jinkludu b'mod partikulari:
   - fejn għandu jingħata aċċess għas-servizzi ta' emerġenza u informazzjoni dwar il-post mnejn toriġina t-telefonata skond l-Artikolu 26, il-livell ta' l-affidabilità ta' dan l-aċċess, fejn xieraq, u jekk l-aċċess huwiex ipprovdut madwar it-territorju nazzjonali kollu,
   - informazzjoni dwar kwalunkwe restrizzjoni imposta mill-fornitur rigward il-possibilità li l-abbonat ikollu aċċess, juża jew iqassam kontenut legali jew biex iħaddem applikazzjonijiet u servizzi legali,
   - il-livelli ta' kwalità tas-servizzi, b'referenza għal kwalunkwe parametru speċifikat taħt l-Artikolu 22(2) skond kif ikun xieraq,
   - it-tipi ta' servizzi ta" manutenzjoni u ta' sostenn għall-konsumatur offruti, kif ukoll kif wieħed jikkuntattja s-servizz ta' sostenn għall-konsumatur,
   - meta tkun ser issir il-konnessjoni tal-bidu, u
   - kwalunkwe restrizzjoni fuq l-użu tat-tagħmir terminali imposta mill-fornitur;
   ( ċ) id-deċiżjoni ta' l-abbonat dwar jekk id-data personali tiegħu jew tagħha tiġiex inkluża jew le f'direttorju u d-data kkonċernata;
   d) dettalji dwar prezzijiet u tariffi u l-mezzi li bihom tista' tinkiseb informazzjoni aġġornata dwar it-tariffi applikabbli u l-ħlasijiet għall-manutenzjoni kollha, il-metodi tal-pagament offruti u kwalunkwe differenza fl-ispejjeż minħabba l-metodu tal-pagament;
  e) it-tul ta' żmien tal-kuntratt u l-kundizzjonijiet għat-tiġdid u t-terminazzjoni tas-servizzi u tal-kuntratt, inklużi:
   - kwalunkwe imposta relatata mal-portabbiltà ta' numri u identifikaturi oħra; u
   - kwalunkwe imposta minħabba t-terminazzjoni tal-kuntratt, inkluża kwalinkwe spiża ta' rkupru fir-rigward tat-tagħmir terminali;
   f) kwalunkwe kumpens u arranġamenti għal rimborż li japplikaw jekk il-livelli ta' kwalità tas-servizzi kkuntrattati ma jkunux ġew issodisfati;
   g) il-metodu tat-tnedija ta' proċeduri għal riżolviment ta' tilwimiet skond l-Artikolu 34;
   h) it-tip ta" azzjoni li tista' tittieħed mill-impriża li tipprovdi l-konnessjoni u/jew is-servizzi b'reazzjoni għal inċidenti ta' sigurtà jew integrità jew theddid u vulnerabbiltajiet, u kwalunkwe arranġament ta" kumpens li japplika f'każ ta" inċidenti ta" sigurtà jew ta" integrità.

Il-kuntratt għandu jinkludi wkoll kwalunkwe informazzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi relevanti dwar l-użu ta" servizzi u networks ta" komunikazzjoni elettronika għal attivitajiet illegali jew għat-tqassim ta' kontenut ta' ħsara, u dwar il-mezzi ta" protezzjoni kontra r-riskji għas-siġurtà personali, il-privatezza u d-data personali msemmija fl-Artikolu 21(4) u relevanti għas-servizz ipprovdut.

2.  L-abbonati għandu jkollhom id-dritt li joħorġu mill-kuntratti tagħhom mingħajr ma jeħlu penali hekk kif jingħataw notifika ta" modifiki fil-kundizzjonijiet kuntrattwali li jiġu proposti mill-operaturi. L-abbonati għandhom jiġu avżati mhux anqas minn xahar qabel l-introduzzjoni ta" dawn il-modifiki u fl-istess żmien għandhom jingħataw informazzjoni dwar id-dritt tagħhom li joħorġu mill-kuntratt, mingħajr ma jeħlu penali, jekk jagħżlu li ma jaċċettawx il-kundizzjonijiet il-ġodda.

Artikolu 21

Trasparenza u pubblikazzjoni ta" l-informazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu konnessjoni għal network ta' komunikazzjoni elettronika u/jew is-servizzi pubbliċi ta' komunikazzjoni elettronika jippubblikaw informazzjoni trasparenti, komparabbli, xierqa u aġġornata dwar il-prezzijiet u t-tariffi applikabbli, kwalunkwe imposta minħabba t-terminazzjoni ta' kuntratt u informazzjoni dwar termini u kundizzjonijiet standard, fir-rigward ta' l- aċċess għas-servizzi tagħhom u l-użu ta' dawn is-servizzi pprovduti lill-utenti finali u lill-konsumaturi f'konformità ma' l-Anness II. Din l-informazzjoni għandha tkun ippubblikata f'forma ċara, komprensiva u li tkun faċilment aċċessibbli. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jispeċifikaw ir-rekwiżiti addizzjonali dwar il-forma li fija din l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata.

2.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinkoraġġixxu l-forniment ta' informazzjoni komparabbli biex l-utenti finali u l-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu evalwazzjoni indipendenti ta' l-ispiża fuq pakketti ta' użu alternattivi, permezz ta' gwidi interattivi jew teknika simili. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali huma stess jew permezz ta' partijiet terzi, jagħmlu disponibbli dawn il-gwidi jew metodi tekniċi bla ħlas jew bi prezz raġonevoli. Partijiet terzi għandu jkollhom id-dritt li jużaw mingħajr ħlas l-informazzjoni ppubblikata mill-impriżi li jipprovdu networks u/jew servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi bil-għan li jbiegħu jew jagħmlu disponibbli dawn il-gwidi interattivi jew metodi tekniċi simili.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jobbligaw lill-impriżi li jipprovdu konnessjoni ma' network ta' komunikazzjoni elettronika u/jew servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi biex fost affarijiet oħra:

   a) ifornu informazzjoni dwar it-tariffi applikabbli lill-abbonati rigward kwalunkwe numru jew servizz suġġett għal kundizzjonijiet ta' l-ipprezzar partikolari; fir-rigward ta' kategoriji individwali ta' servizzi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jitolbu li din l-informazzjoni tiġi pprovduta qabel il-konnessjoni tat-telefonata;
   b) jinfurmaw lill-abbonati b'mod regolari dwar kwalunkwe nuqqas ta' aċċess affidabbli għal servizzi ta' emerġenza jew informazzjoni dwar il-post mnejn toriġina t-telefonata fis-servizz li jkunu abbonaw għalih;
   c) jinfurmaw lill-abbonati dwar kwalunkwe bidla fir-restrizzjonijiet imposti mill-impriza fuq il-possibilità tagħhom li jkollhom aċċess għal kontenut legali, li jużawh jew iqassmuh jew li jużaw applikazzjonijiet u servizzi legali ta' l-għażla tagħhom;
   d) jinfurmaw lill-abbonati dwar id-dritt tagħhom li jinkludu d-data personali tagħhom f'direttorju, u dwar it-tip ta' data kkonċernata; u
   e) jinfurmaw b'mod regolari lill-abbonati b'diżabbiltà dwar il-prodotti u s-servizzi attwali mmirati lejhom.

Jekk ikun meqjus xieraq, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jippromwovu miżuri awtoregolatorji jew koregolatorji qabel ma jimponu kwalunkwe obbligu.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jobbligaw lill-intrapriżi msemmija fil-paragrafu 3 biex iqassmu informazzjoni ta' interess pubbliku lill-abbonati eżistenti u lill-dawk ġodda fejn ikun xieraq. Din l-informazzjoni għandha tingħata mill-awtoritajiet pubbliċi relevanti f'format standard u għandha, fost affarijiet oħrajn, tkopri dawn is-suġġetti:

   a) l-użu l-aktar komuni tas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għal attivitajiet illegali jew biex jitqassam kontenut ta' ħsara, b'mod partikolari fejn dan jaf ikun ta' ħsara fir-rigward tad-drittijiet u l-libertà ta' l-oħrajn, inkluż il-ksur ta' tad-drittijiet ta' l-awtur u ta' drittijiet marbuta, u l-konsegwenzi ta' dawn l-użijiet; u
   b) mezzi ta' protezzjoni kontra r-riskji għas-sigurtà personali, il-privatezza u d-data personali fl-użu ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika.

Spejjeż żejda sinifikanti magħmula minn impriża sabiex tikkonforma ma' dawn l-obbligi għandhom jiġu rrimborsati mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.';

"

(16)  L-Artikolu 22 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)  Il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu sostitwiti b'li ġej:"

1.  "1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, wara li jkunu ħadu kont tal-fehmiet tal-partijiet interessati, ikunu jistgħu jobbigaw lill-impriżi li jipprovdu networks u/jew servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi pubblikament disponibbli biex jippubblikaw informazzjoni komparabbli, xierqa u aġġornata għall-utenti finali dwar il-kwalità tas-servizzi tagħhom, u dwar il-miżuri meħuda biex jiġi żgurat aċċess ekwivalenti għall-utenti finali b'diżabbiltà. L-informazzjoni għandha wkoll, meta tintalab, tingħata lill-awtorità regolatorja nazzjonali qabel ma tiġi ppubblikata.

2.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jispeċifikaw, inter alia, il-parametri tal-kwalità tas-servizz li għandhom jiġu mkejla, u l-kontenut, i-forma u l-mod ta' l-informazzjoni li għandha tiġi ppublikata, inkluża l-possibilità ta' mekkaniżmi ta' ċertifikazzjoni tal-kwalità, sabiex jiġi żgurat li l-utenti finali, inklużi l-utenti b'diżabbiltà, jkollhom aċċess għal informazzjoni komprensiva, komparabbli, affidabbli u faċli biex tintuża . Fejn xieraq, jistgħu jintużaw il-parametri, it-tifsiriet u l-metodu tal-kejl mogħtija fl-Anness III.';

"

(b)  Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:"

3.  "3. Awtorità regolatorja nazzjonali tista' tippubblika linji gwida li jistipulaw rekwiżiti minimi tal-kwalità tas-servizz u jekk ikun xieraq, tista' tieħu miżuri oħra sabiex tħares kontra d-degradazzjoni tas-servizz u r-rallentar tat-traffiku fuq in-networks, u sabiex ikun żgurat li l-kapaċità ta' l-utenti li jkollhom aċċess għal jew iqassmu kontenut jew jużaw applikazzjonijiet u servizzi ta' l-għażla tagħhom ma tkunx ristretta mingħajr bżonn. Dawn il-linji gwida jew miżuri għandhom iqisu b'mod xieraq kwalunkwe standard ippubblikat skond l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Qafas).

Il-Kummissjoni tista', wara li tkun eżaminat dawn il-linji gwida jew miżuri u wara li tkun ikkonsultat il-Korp tar-Regolaturi Ewropej tat-Telekomunikazzjoni, tadotta miżuri ta' implimentazzjoni tekniċi f'dan ir-rigward jekk tikkunsidra li l-linji gwida jew il-miżuri jistgħu joħolqu xkiel għas-suq intern. Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta" din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 37(2). ▌';

"

(17)  L-Artikolu 23 jinbidel b'dan li ġej:"

"Artikolu 23

Disponibbiltà tas-servizzi

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw l-aktar disponibbiltà kompleta possibbli tas-servizzi telefoniċi pubblikament disponibbli ▌fl-eventwalità ta' ħsara katastrofika fin-network jew f'każi ta' force majeure. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu servizzi telefoniċi pubblikament disponibbli jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw aċċess mingħajr interruzzjoni għas-servizzi ta' emerġenza minn kwalunkwe post fit-territorju ta' l-UE.';

"

(18)  L-Artikolu 25 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)  It-titolu għandu jiġi sostitwit b'li ġej:"

'Servizzi ta' informazzjoni ralatata mad-direttorju';

"

b)   il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

1.  "1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti finali kollha ta' networks ta' komunikazzjoni u servizzi elettroniċi jkollhom id-dritt li l-informazzjoni dwarhom tkun disponibbli għal min jipprovdi servizzi ta' informazzjoni relatata mad-direttorju u direttorji b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.';

"

(c)  Il-paragrafi 3, 4 u 5 għandhom jinbidlu b'li ġej:"

3.  "3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti finali ta" servizz ta' komunikazzjoni elettronika jkunu jistgħu jaċċessaw is-servizzi ta' informazzjoni ralatata mad-direttorju u li l-operaturi li jikkontrollaw l-aċċess għal dawn is-servizzi jipprovduh b'kundizzjonijiet li jkunu ġusti, jirriflettu l-ispejjeż, oġġettivi, nondiskriminatorji u trasparenti.

4.  L-Istati Membri m'għandhom iżommu l-ebda restrizzjoni regolatorja li ma tħallix li utenti finali fi Stat Membru jkollhom aċċess dirett għas-servizz ta' informazzjoni relatata mad-direttorju fi Stat Membru ieħor permezz ta' sejħa vokali jew SMS, u għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li jkun hemm aċċess ta' dan it-tip skont l-Artikolu 28.

5.  Il-paragrafi 1, 2, 3 u 4 għandhom japplikaw suġġett għar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-ħarsien tad-data personali u l-privatezza u, b'mod partikolari, l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58/KE.

"

(19)  L-Artikoli 26, u 27 għandhom jinbidlu b'li ġej:"

Artikolu 26

Servizzi ta' emerġenza u n-numru uniku Ewropew għal sejħiet ta' emerġenza

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, b'żieda ma" kull numri oħra nazzjonali għal sejħiet ta" emerġenza speċifikati mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-utenti finali kollha tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 2, inklużi l-utenti ta" telefowns pubbliċi bi ħlas, ikunu jistgħu jċemplu lis-servizzi ta" emerġenza mingħajr ħlas u mingħajr ma jkollhom għalfejn jużaw kwalunkwe mezz ta" ħlas, billi jużaw in-numru uniku Ewropew ta" sejħiet ta" emerġenza, in-numru "112

2.  L-Istati Membri, f'koperazzjoni ma' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, mas-servizzi ta' l-emerġenza u mal-fornituri, għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu servizz ta' komunikazzjoni elettronika li joriġina sejħiet nazzjonali u/jew internazzjonali permezz ta" numru jew numri fi pjan ta" numerazzjoni telefonika nazzjonali jew internazzjonali, jipprovdu aċċess affidabbli għas-servizzi ta" emerġenza.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizzi ta' emerġenza jkunu kapaċi jirreaġixxu b'mod xieraq u jittrattaw b'mod adegwat is-sejħiet kollha fuq in-numru uniku Ewropew ta" emerġenza "112" ▌ bil-mod l-aktar adattat għall-organizzazzjoni nazzjonali tas-sistemi ta" emerġenza. Dawn is-sejħiet għandhom jitwieġbu u jiġu ttrattati bi prontezza u effikaċja almenu daqs li kieku kienu sejħiet fuq in-numru jew numri nazzjonali ta" emerġenza, fejn dawn ikunu għadhom jintużaw.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti finali b'diżabbiltà ▌jkollhom aċċess għas-servizzi ta" emerġenza, li jkun ekwivalenti għal dak li jgawdu minnu l-utenti finali l-oħra. Il-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jiġi żgurat li l-utenti b'diżabbiltà jkun jista" jkollhom aċċess għal servizzi ta" emerġenza huma u jivvjaġġaw fi Stati Membri oħra, il-miżuri mittieħda għandhom jinkludu l-assigurazzjoni ta" konformità ma" l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet rilevanti ppubblikati skond id-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Qafas).

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-post mnejn tkun qed issir is-sejħa tkun disponibbli mingħajr ħlas, hekk kif is-sejħa ta' emerġenza tasal għand l-awtorità li tieħu ħsieb l-emerġenza. Dan għandu japplika wkoll għas-sejħiet kollha fuq in-numru uniku "112".

"

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li minbarra l-informazzjoni dwar in-numri nazzjonali tagħhom, iċ-ċittadini kollha ta' l-Unjoni jkunu informati kif xieraq dwar l-eżistenza u l-użu tan-numru uniku Ewropew għas-sejħiet ta" emerġenza "112", b'mod partikolari permezz ta" inizjattivi li jimmiraw speċifikament lil persuni li jivvjaġġaw bejn l-Istati Membri. ▌

7.  Sabiex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tas-servizzi ta" "112" fl-Istati Membri, ▌il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-BERT, tista" tadotta miżuri implimentattivi tekniċi.

Dawk il-miżuri imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta" din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 37(2). ▌

Artikolu 27

Prefiss telefoniku Ewropej ta' aċċess

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prefiss "00" hu l-prefiss standard ta' aċċess għan-network telefoniku internazzjonali. Jistgħu jintgħamlu jew jitkomplew arranġamenti speċjali biex isiru sejħiet bejn lokalitajiet transkonfinali qrib xulxin bejn Stati Membri. L-utenti finali fil-lokalitajiet ikkonċernati għandhom jingħataw informazzjoni sħiħa dwar arranġamenti bħal dawn.

2.  Dawk l-Istati Membri li ġew assenjati l-prefiss internazzjonali "3883" mill-ITU għandhom jagħtu lill-organizzazzjoni mwaqqfa mil-liġi Komunitarja u maħtura mill-Kummissjoni abbażi ta' proċedura ta' għażla trasparenti u nondiskriminatorja, jew lill-BERT, ir-responsabbiltà esklussiva tal-ġestjoni, inklużi l-assenjazzjoni tan-numru u l-promozzjoni ta' l-Ispazju Ewropew tan-Numerazzjoni Telefonika (ETNS) ▌.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi kollha li jipprovdu servizzi telefoniċi pubblikament disponibbli jiġġestjonaw is-sejħiet kollha lil u mingħand l-ispazju Ewropew tan-numerazzjoni telefonika, b'rati li ma jaqbżux l-ogħla rata li japplikaw għas-sejħiet lil u minn Stati Membri oħra.";

20)   għandu jiddaħhal l-Artikolu li ġej:"

'Artikolu 27a

Numri armonizzati għal servizzi armonizzati ta' valur soċjali, inkluża l-linja diretta għat-tfal irrapurtati nieqsa

"

1.   L-Istati Membri għandhom jippromwovu n-numri speċifiċi fil-firxa tan-numru li jibdew bil-'116' identifikati mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/116/KE tal-15 ta' Frar 2007 dwar ir-riżervar tal-firxa ta' numri nazzjonali li jibdew bil-'116' għan-numri armonizzati għas-servizzi armonizzati ta' valur soċjali*. Huma għandhom jinkoraggixxu fit-territorju tagħhom, il-forniment tas-servizzi li għalihom dawn in-numri ġew riservati.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti finali b'diżabbiltà jkun jista" jkollhom aċċess għal servizzi pprovduti fil-firxa ta' numri li jibdew bil-'116'. Sabiex jiġi żgurat li l-utenti b'diżabbiltà jkun jista" jkollhom aċċess għal servizzi bħal dawn huma u jivvjaġġaw fi Stati Membri oħra, il-miżuri mittieħda jistgħu jinkludu l-assigurazzjoni ta" konformità ma" l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet rilevanti ppubblikati skond id-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Qafas).

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċittadini jkunu informati kif xieraq dwar l-eżistenza u l-użu ta' servizzi pprovduti fil-firxa ta' numri li jibdew bil-'116', b'mod partikolari permezz ta" inizjattivi li huma mmirati speċifikament lejn il-persuni li jivvjaġġaw bejn l-Istati Membri.

4.   Barra mill-miżuri ta' applikabilità ġenerali għan-numri kollha fil-firxa ta' numri li jibdew bil-'116', li ttieħdu skond il-paragrafi 1,2 u 3, l-Istati Membri,għandhom jiżguraw aċċess għaċ-ċittadini għal servizz li jopera linja diretta biex jiġu rrappurtati każi ta' tfal nieqsa. Il-linja diretta għandha tkun disponibbli fuq in-numru 116000.

5.   Sabiex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-firxa ta' numri li jibdew bil-'116', b'mod partikolari tal-linja diretta għar-rappurtar ta' tfal nieqsa fl-Istati Membri, inkluż l-aċċess għall-utenti finali b'diżabbiltà meta dawn ikunu qed jivvjaġġaw fi Stati Membri oħra, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-BERT, tista" tadotta miżuri implimentattivi tekniċi.

Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta" din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 37(2).

_______________

* ĠU L 49, 17.2.2007, p. 30.';

(21)  L-Artikolu 28 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

'Artikolu 28

Aċċess għal numri u servizzi

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn ikun teknikament u ekonomikament fattibbli, u bl-eċċezzjoni ta' meta l-abbonat jagħżel li jillimita l-aċċess, minħabba raġunijiet kummerċjali, billi jagħmel sejħiet lil partijiet li jinsabu f'żoni ġeografiċi speċifiċi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jieħdu l-passi kollha neċessarji biex jiggarantixxu li:

   a) l-utenti finali jkun jista' jkollhom aċċess għan-numri kollha pprovduti fil-Komunità, indipendentement mit-teknoloġiji u t-tagħmir użati mill-operatur, inklużi dawk fil-pjani nazzjonali ta' numerazzjoni ta' l-Istati Membri, dawk mill-ETNS u n-Numri għal Sejħiet bla Ħlas Internazzjonali Universali; u
   b) is-servizzi ta' konnessjoni huma pprovduti għal telefowns bit-test, telefowns bil-vidjo u prodotti li jgħinu sabiex l-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà jkunu jistgħu jikkomunikaw, ta' l-inqas fir-rigward ta' sejħiet ta' emerġenza.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jimblukkaw fuq bażi każ b'każ, l-aċċess għal numri jew servizzi meta dan ikun iġġustifikat għal raġunijiet ta' frodi jew użu ħażin, u biex jiżguraw li f'tali każijiet, inklużi dawk fejn ikun hemm investigazzjoni għaddejja, il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jżommu d-dħul relevanti mill-interkonnessjoni jew minn servizz ieħor.

2.  Sabiex jiġi żgurat li l-utenti finali jkollhom aċċess effikaċi għan-numri u s-servizzi fil-Komunità, il-Kummissjoni tista', ▌tadotta miżuri implimentattivi tekniċi. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta" din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 37(2). ▌

Kull miżura implimentattiva teknika ta' dan it-tip tiġi eżaminata perjodikament biex jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi u fis-suq.

3.  L-Istati Membri għanhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu fil-qagħda li jeżiġu li l-impriżi li jipprovdu networks ta' komunikazzjoni pubbliċi jipprovdu informazzjoni rigward l-immaniġġjar tan-networks tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam ma' kwalunkwe limitazzjoni jew restrizzjoni fuq l-aċċess tal-utent finali għal servizzi, kontenut jew applikazzjonijiet jew fuq l-użu tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom is-setgħat kollha meħtieġa biex jinvestigaw każijiet fejn l-impriżi jkunu imponew limitazzjonijiet fuq l-aċċess ta' l-utenti finali għal servizzi, kontenut u applikazzjonijiet.';

"

(22)  L-Artikolu 29 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)  Il-paragrafu 1 għandu jiġu sostitwit b'li ġej:"

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jobbligaw lill-impriżi kollha li joperaw servizzi telefoniċi pubblikament disponibbli u/jew networks pubbliċi ta" komunikazzjonijiet, biex jagħmlu disponibbli lill-utenti finali l-faċilitajiet ulterjuri elenkati fl-Anness 1, Parti B, bla ħsara għall-fattibbiltà u l-vijabbiltà ekonomika.

"

(b)  Il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'li ġej:"

3.  Bla ħsara għall-Artikolu 10(2), l-Istati Membri jistgħu jimponu l-obbligi fl-Anness 1, Parti A, il-punt (e), li jikkonċerna l-iskonnettjar bħala ħtieġa ġenerali fuq l-impriżi kollha li jipprovdu aċċess għal networks pubbliċi ta" komunikazzjonijiet u/jew servizzi telefoniċi pubblikament disponibbli.

"

(23)  L-Artikolu 30 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

Artikolu 30

Iffaċilitar ta' bdil minn fornitur għal ieħor

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-abbonati kollha b'numri mill-pjan nazzjonali ta" numerazzjoni telefonika jistgħu jżommu, jekk jitolbu dan, in-numru jew in-numri tagħhom indipendentement mill-impriża li tipprovdi s-servizz skond id-dispożizzjonijiet ta" l-Anness 1, parti C.

2.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-ipprezzar għall-interkonnessjoni relatata mal-forniment tal-portabbiltà tan-numru tkun orjentata lejn l-ispejjeż u li l-ħlasijiet diretti, jekk ikun hemm, li l-abbonati jiġu mitluba jħallsu, ma" jservux ta" diżinċentiv għall-użu ta" dawn il-faċilitajiet.

3.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali m'għandhomx jimponu tariffi bl-imnut għall-portabbiltà tan-numri b'mod li tiġi mfixkla l-kompetizzjoni, bħal, pereżempju, billi jiffissaw tariffi bl-imnut speċifiċi jew komuni.

4.  Il-portabbiltà tan-numri u l-attivazzjoni sussegwenti tagħhom għandhom jiġu implimentati fl-iqsar żmien possibbli, mhux aktar tard minn jum ta" xogħol minn meta tkun saret it-talba inizjali mill-abbonat. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jestendu dan il-perjodu ta' jum wieħed u jieħdu miżuri xierqa fejn meħtieġ biex jiżguraw li l-abbonati ma' jiġux attivati kontra l-volontà tagħhom. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu sanzjonijiet xierqa fuq il-fornituri, inkluż l-obbligu li jagħtu kumpens lill-klijenti, fil-każ ta' dewmien fil-portabbiltà jew f'każ ta' abbuż waqt li ssir il-portabbiltà minnhom jew f'isimhom.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tul tal-kuntratti konklużi bejn l-utenti u l-impriżi li jipprovdu s-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika ma jkunx ta' aktar minn 24 xahar. Għandhom jiżguraw ukoll li l-impriżi joffru lill-utenti l-possibilità li jabbonaw għal kuntratt b'tul ta' żmien massimu ta' 12-il xahar għat-tipi kollha ta' servizzi u ta' tagħmir terminali.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ▌l-proċeduri għat-terminazzjoni tal-kuntratti ma jservux ta" diżinċentiv għall-bdil ta" fornituri ta' servizzi.';

"

(24)  L-Artikolu 31(1), għandu jinbidel b'dan li ġej:"

1.  "1. L-Istati Membri jistgħu jimponu "obbliġi ta' ridiffużjoni" raġonevoli għat-trażmissjoni ta' ▌servizzi speċifikati tar-radju u tal-media awdjoviżiva u servizzi komplementari, b'mod partikolari s-servizzi ta' aċċessibbiltà, fuq impriżi taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom li jipprovdu networks ta' komunikazzjoniji elettronika użati għad-distribuzzjoni ta' servizzi tar-radju jew tal-media awdjoviżiva lill-pubbliku fejn numru sinifikanti ta' utenti finali ta' dawn in-networks jużawhom bħala l-mezzi prinċipali tagħhom biex jirċievu servizzi tar-radju u tal-media awdjoviżiva. Dawn l-obbligi għandhom jiġu imposti biss meta jkunu meħtieġa biex jilħqu għanijiet ta' interess ġenerali definiti b'mod ċar u speċifiku minn kull Stat Membru ▌u għandhom ikunu proporzjonati u trasparenti.

L-obbligi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu eżaminati mill-Istati Membri mhux aktar tard minn sena wara [il-limitu ta' żmien għall-implimentazzjoni ta' l-att li jemenda], ħlief meta l-Istat Membru jkun implimenta dan l-eżaminar fis-sentejn preċedenti.

L-Istati Membri għandhom jeżaminaw l-"obbligi ta' ridiffużjoni" fuq bażi regolari.

"

(25)  Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

'Artikolu 31a

Garanzija ta' aċċess u għażla ekwivalenti għall-utenti b'diżabbilta?

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu kapaċi jimponu rekwiżiti xierqa fuq l-impriżi li jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku sabiex ikun żgurat li l-utenti finali b'diżabbilita?:

   a) ikollhom aċċess għas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika ekwivalenti għal dak li jgawdu minnu l-maġġoranza ta' l-utenti finali; u
   b) jkunu jistgħu jieħdu vantaġġ mill-għażla ta' impriżi u servizzi disponibbli għall-maġġoranza ta' l-utenti finali.';

"

(26)  L-Artikolu 32a li ġej għandu jiddaħħal:"

'Artikolu 32a

Aċċess għall-kontenut, servizzi u applikazzjonijiet

· L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tal-utenti li jkollhom aċċess għall-kontenut, għas-servizzi u għall-applikazzjonijiet, jekk tali restrizzjonijiet ikunu meħtieġa, għandhom jiġi implimentati permezz ta' miżuri xierqa, skont il-prinċipji tal-proporzjonalità, l-effettività u dissważività. Dawk il-miżuri m'għandux ikollhom l-effett li jxekklu l-iżvilupp tas-soċjetà tal-informazzjoni, skont id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta' l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku)*, u m'għandhomx jiġu f'kunflitt mad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini, inklużi d-dritt għall-privatezza u dritt għall-proċess ġust.

______________

* ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.';

"

(27)  L-Artikolu 33 għandu jiġi emendat kif ġej:

a)   ║Il-paragrafu 1, għandu jiġi emendat kif ġej:

   i) l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:
  

'1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw sakemm ikun xieraq li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jieħdu kont tal-fehmiet ta' l-utenti finali, tal-konsumaturi, tal-manifatturi u ta' l-impriżi li jipprovdu networks u/jew servizzi ta' komunikazzjoniji elettronika dwar kwistjonijiet relatati mad-drittijiet ta' l-utenti finali u tal-konsumaturi kollha li jikkonċernaw servizzi ta' komunikazzjoni elettronika pubblikament disponibbli, b'mod partikolari fejn ikun hemm impatt sinifikanti fuq is-suq.';

   ii) għandu jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:"
B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali joħolqu mekkaniżmi ta' konsultazzjoni biex jiġi garantit li fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom jiġu kkunsidrati u meqjusa b'mod xieraq il-kwistjonijiet relatati ma' l-utenti finali, inklużi b'mod partikolari, l-utenti finali b'diżabbiltà.';"

b)   għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

2 bis.  '2a. Bla ħsara għar-regoli nazzjonali u f'konformità mal-liġi Komunitarja li tippromwovi l-objettivi tal-politika għall-kultura u l-media, bħad-diversità kulturali u lingwistika u l-pluraliżmu tal-media, l-awtoritajiet regolatroji nazzjonali u l-awtoritajiet relevanti l-oħra għandhom, sa fejn ikun xieraq, jippromwovu koperazzjoni bejn l-impriżi li jipprovdu networks u/jew servizzi ta' komunikazzjoni elettronika u s-setturi interessati fil-promozzjoni ta' kontenut legali f'networks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika. Il-koperazzjoni tista' tinkludi wkoll koordinazzjoni ta' l-informazzjoni ta' interss pubbliku li trid tkun disponibbli skont l-Artikolu 21(4) u l-Artikolu 20(1).';

"

c)   għandu jiżdied l-paragrafu li ġej:"

' ▌

3.  Bla ħsara għall-applikazzjoni tad-Direttiva 1999/5/KE u b'mod partikolari tar-rekwiżiti fir-rigward tad-diżabbiltà skond l-Artikolu 3(3)(f) tagħha, u sabiex tittejjeb l-aċċessibbiltà għas-servizzi u t-tagħmir ta' komunikazzjonijiet elettroniċi mill-utenti finali b'diżabbiltà, il-Kummissjoni tista' ▌tieħu l-miżuri implimentattivi tekniċi xierqa, ▌wara li tkun saret konsultazzjoni pubblika u wara li tkun saret konsultazzjoni mal-BERT. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta" din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 37(2). ▌

"

(28)  L-Artikolu 34(1) għandu jiġi sostitwit b'li ġej:"

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li entitajiet indipendenti jipprovdu proċeduri barra mill-qrati trasparenti, sempliċi u mhux għaljin ikunu disponibbli għall-ittrattar ta' tilwim bejn il-konsumaturi u l-impriżi li jipprovdu networks u/jew servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, ▌ li jkun dwar il-kundizzjonijiet kuntrattwali u/jew il-prestazzjoni ta' kuntratti li jikkonċernaw il-forniment ta' dawn in-networks u servizzi. ▌Dawn il-proċeduri għandhom jippermettu li t-tilwim ikollu riżolviment ġust u ta' malajr u għandhom iqisu r-rekwiżiti tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 98/257/KE tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-prinċipji applikabbli għall-entitajiet responsabbli għar-riżoluzzjoni barra mill-qrati tat-tilwim tal-konsumaturi*. L-Istati Membri jistgħu, fejn ġustifikat, jadottaw sistema ta' rimbors u/jew kumpens. L-Istati Membri jistgħu jestendu dawn l-obbligi biex ikopru tilwim li jinvolvu utenti finali oħra.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet responsabbli biex jittrattaw dan it-tilwim, li jistgħu jkunu punti uniċi ta' kuntatt, jipprovdu informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet għal għanijiet statistiċi.

"

L-Istati Membri għandhom iħeġġu proċeduri barra mill-qrati li jkunu affidabbli, b'attenzjoni speċifika għall-interazzjoni bejn il-komunikazzjonijiet awdjoviżivi u elettroniċi.

_________________

* ĠU L 115, 17.4.1998, p. 31.

(29)  L-Artikolu 35 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

Artikolu 35

Adozzjoni ta' annessi

Il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id0Direttiva u meħtieġa biex jiġu adattati l-Annessi I, II, III, u VI għall-iżviluppi teknoloġiċi u għall-bidliet fid-domanda tas-suq għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura regulatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 37(2).

"

30)  L-Artikolu 36 (2) għandu jinbidel b'dan li ġej:"

2.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-obbligi imposti fuq l-impriżi nnominati bħala li għandhom obbligi ta' servizz universali. Kwalunkwe tibdil li jeffettwa l-obbligi imposti fuq l-impriżi jew ta' l-impriżi effettwati taħt id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

"

(31)  L-Artikolu 37 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

Artikolu 37

Proċedura tal-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet stabbilit bl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Kwadru).

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu ġew ikkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

"

(32)  L-Annessi I, II u III għandhom jiġu sostitwiti bl-Annessi I, II u III ta' din id-Direttiva.

(33)  Fl-Anness VI, il-punt 1 għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:"

1.  '1. Proċess komuni ta' kodifikazzjoni (common scrambling algorithm) u riċezzjoni bla ħlas

It-tagħmir kollu tal-konsumaturi maħsub għar-riċezzjoni ta' sinjali tat-televiżjoni diġitali konvenzjonali (jiġifieri xandir permezz ta' trażmissjoni terrestri, bil-kejbil jew bis-satellita li primarjament ikun maħsub għal riċezzjoni fissa, bħalma huma d-DVB-T, id-DVB-C jew id-DVB-S), għall-bejgħ jew għall-kiri jew b'xi mod ieħor imqegħdin għad-dispożizzjoni fil-Komunita?, li jkun kapaċi jiddekodifika s-sinjali diġitali tat-televiżjoni, għandu jkun jista':

   jippermetti d-dekodifikazzjoni ta' dawn is-sinjali skond sistema ta' kodifikazzjoni Ewropea kif amministrat minn organizzazzjoni rikonoxxuta ta' standards Ewropej, li attwalment hija l-ETSI;
   juri sinjali li ġew trażmessi bla kodifikazzjoni sakemm, fil-każ li dan it-tagħmir jinkera, il-kerrej ikun konformi mal-ftehim ta' kiri relevanti.';

"

(34)  L-Anness VII għandu jitħassar.

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 2002/58/KE

(id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika)

Id-Direttiva 2002/58/KE (Id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)  L-Artikolu 1(1) u (2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

1.  '1. Din id-Direttiva tipprovdi għall-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta" l-Istati Membri meħtieġa biex jiġi żgurat livell ekwivalenti ta" ħarsien ta' drittijiet u libertajiet fundamentali, u b'mod partikolari d-dritt għall-privatezza u d-dritt għall-kunfidenzjalità u għas-sigurtà tas-sistemi tat-teknoloġija ta" l-informatika, fir-rigward ta" l-ipproċessar ta" data personali fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u sabiex jiġi żgurat il-moviment ħieles ta" din id-data u tat-tagħmir u s-servizzi ta" komunikazzjoni elettronika fil-Komunità.

2.  Id-dispożizzjonijiet ta" din id-Direttiva jippartikularizzaw u jikkomplementaw id-Direttiva 95/46/KE għall-iskopijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Barra minn hekk, dawn jipprevedu l-protezzjoni ta' l-interessi leġittimi ta' l-abbonati li jkunu persuni naturali jew legali.';

"

(2)  L-Artikolu 2(e) għandu jiġi sostitwit b'li ġej:"

   e) "telefonata" tfisser konnessjoni stabbilita permezz ta" servizz telefoniku pubblikament disponibbli li jippermetti komunikazzjoni li taħdem f'żewġ direzzjonijiet;
"

(3)  L-Artikolu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

Artikolu 3

Servizzi kkonċernati

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-ipproċessar ta" data personali f'konnessjoni mal-forniment ta" servizzi ta" komunikazzjonijiet elettroniċi pubblikament disponibbli f'networks ta" komunikazzjonijiet pubbliċi u privati u networks privati pubblikament aċċessibli fil-Komunità, inklużi n-networks ta" komunikazzjonijiet pubbliċi u privati u n-networks privati pubblikament aċċessibbli li jsostnu l-ġbir tad-data u l-apparat ta" identifikazzjoni.

"

(4)  L-Artikolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)  It-titolu għandu jiġi sostitwit b'li ġej:"

Sigurtà ta' pproċessar

"

b)   għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:"

1 bis.  '1a. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE u d-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar iż-żamma ta' data ġenerata jew proċessata b'konnessjoni mal-provvista ta' servizzi pubblikament disponibbli ta' komunikazzjoni elettronika jew ta' networks ta' komunikazzjoni pubblika*, dawn il-miżuri għandhom jikludu:

   miżuri tekniċi u organizzattivi adegwati biex jiġi żgurat li d-data personali tkun tista" tiġi aċċessata biss minn persunal awtorizzat u għal raġunijiet awtorizzati legalment u biex id-data personali maħżuna jew trażmessa tkun protetta minn qerda aċċidentali jew illegali, telf jew alterazzjoni aċċidentali u minn ħażna, ipproċessar, aċċess jew żvelar mingħajr awtorizzazzjoni;
   miżuri tekniċi u organizzattivi adegwati biex in-network u s-servizzi jiġu protetti minn użu aċċidentali, illeġittimu jew mhux awtorizzat, jew interferenza jew tfixkil tal-funzjonament jew tad-disponibbilità tagħhom;
   politika ta' sigurtà fir-rigward ta" l-ipproċessar tad-data personali;
   proċess għall-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni ta" vulnerabilitjiet raġonevolment prevedibbli fis-sistemi miżmuma mill-fornitur tas-servizz ta" komunikazzjoni elettronika, li għandu jinkludi monitoraġġ regolari għal ksur tas-sigurtà; u
   proċess biex tittieħed azzjoni preventiva, korrettiva u reazzjonarja kontra kwalunkwe vulnerabilità misjuba fil-proċess deskritt taħt ir-raba' inċiż, u proċess biex tittieħed azzjoni preventiva, korrettiva u reazzjonarja kontra inċidenti ta" sigurtà li jistgħu jwasslu għal ksur ta" sigurtà.

1b.  L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jivverifikaw il-miżuri li jkunu ttieħdu mill-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika aċċessibbli għall-pubbliku u ta' servizzi tas-soċjetà ta' l-informatika u joħorġu rakkomandazzjonijiet dwar l-aħjar prattiki u indikaturi tar-rendiment fir-rigward tal-livell ta' sigurtà li għandhom jiksbu dawn il-miżuri.

__________

* ĠU L 105, 13.4.2006, p. 54.';

"

(c)  Għandhom jiżdiedu l-paragrafi ▌li ġejjin:"

3.  F'każ ta" ksur ta" sigurtà li jwassal għall-qerda, it-telf, l-alterazzjoni, il-kxif ta" jew l-aċċess għal data personali mingħajr awtorizzazzjoni, imxandra, maħżuna jew ipproċessata xort'oħra f'konnessjoni mal-forniment ta" servizzi ta" komunikazzjonijiet pubblikament disponibbli fil-Komunità, il-fornitur ta" servizzi ta" komunikazzjonijiet elettroniċi pubblikament disponibbli, kif ukoll kwalunkwe kumpanija li topera fuq l-Internet u tipprovdi servizzi lill-konsumaturi, u li hija l-kontrollur tad-data u l-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informatika, għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jinnotifikaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali jew lill-awtorità kompetenti skont il-liġi individwali ta" l-Istat Membru dwar dan il-ksur. In-notifika lill-awtorità kompetenti għandha għall-inqas tiddeskrivi n-natura tal-ksur u tirrakkomanda miżuri biex jitnaqqsu l-effetti negattivi li jistgħu jinqalgħu. In-notifika lill-aworità kompetenti għandha, barra minn dan, tiddeskrivi l-konsegwenzi tal-miżuri meħuda mill-fornitur biex jittratta l-ksur.

Il-fornitur ta" servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi pubblikament disponibbli, u kif ukoll kwalunkwe kumpanija li topera fuq l-Internet u tipprovdi servizzi lill-konsumaturi, li tkun il-kontrollur tad-data u l-fornitur ta" servizzi tas-soċjetà ta" l-informatika, għandhom jinnotifikaw lill-utenti tagħhom minn qabel sabiex jevitaw il-periklu imminenti u dirett għad-drittijiet u l-interessi tal-konsumaturi.

In-notifika ta" ksur ta" sigurtà lil abbonat jew individwu ma għandhiex tkun meħtieġa jekk il-fornitur ikun wera lill-awtorità kompetenti li huwa implimenta miżuri ta" protezzjoni teknoloġiċi xierqa, u li dawk il-miżuri kienu applikati għad-data kkonċernata mill-ksur tas-sigurtà. Miżuri ta" protezzjoni teknoloġiċi bħal dawn għandhom irendu d-data mhux intelliġibbli għal kwalunkwe persuna li mhix awtorizzata li taċċessa d-data.

4.  L-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra u tiddetermina l-gravità tal-ksur. Jekk il-ksur jitqies bħala wieħed serju, l-awtorità kompetenti għandha titlob lill-fornitur tas-servizzi ta" komunikazzjonijiet elettroniċi pubblikament disponibbli u lill-fornitur tas-servizzi tas-soċjetà ta' l-informatika biex jagħtu notifika adegwata mingħajr dewmien bla bżonn lill-persuni affettwati mill-ksur. In-notifika għandha tinkludi l-elementi deskritti fil-paragrafu 3.

In-notifika ta" ksur serju tista" tiġi posposta f'każijiet fejn in-notifika tista" xxekkel il-progress ta" investigazzjoni kriminali relatata mal-ksur serju.

Il-fornituri għandhom jinnotifikaw kull sena lill-utenti affettwati dwar il-ksur kollu relatat mas-sigurtà li jkunu wasslu għall-qerda, it-telf, l-alterazzjoni, l-iżvelar mhux awtorizzat jew l-aċċess għal data personali trażmessa, maħżuna jew b'xi mod ieħor ipproċessata b'konnessjoni mal-forniment ta" servizzi ta" komunikazzjonijiet pubblikament disponibbli fil-Komunità.

L-Awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw ukoll jekk il-kumpaniji jkunux issodisfaw l-obbligi tagħhom tan-notifika skont dan l-Artikolu u fil-każ li dan ma jkunx sar, huma għandhom jimponu sanzjonijiet adegwati, inkluża l-pubblikazzjoni, jekk dan ikun xieraq.

5.  Is-serjetà ta" ksur li jirrikjedi notifika lill-abbonati għandha tkun iddeterminata skont iċ-ċirkustanzi tal-ksur, bħar-riskju għad-data personali li tkun ġiet affettwata mill-ksur, it-tip ta' data li tkun ġiet affettwata mill-ksur, l-għadd ta' abbonati involuti, u l-impatt immedjat jew potenzjali tal-ksur fuq il-forniment tas-servizzi.

6.  Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fl-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 sa 5, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, mal-partijiet interessati relevanti u l-ENISA, tirrakkomanda l-miżuri implimentattivi tekniċi li jikkonċernaw inter alia l-miżuri imniżżla fil-paragrafu 1a u ċ-ċirkustanzi, il-format u l-proċeduri applikabbli għar-rekwiżiti ta" l-informazzjoni u n-notifikazzjoni msemmija fil-paragrafi 4 u 5. Il-Kummissjoni għandha tinvolvi lill-partijiet interessati kollha, partikolarment sabiex tkun infurmata dwar l-aħjar metodi tekniċi u ekonomiċi disponibbli sabiex titjieb l-implementazzjoni ta" din id-Direttiva.

Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta" din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14a(2). Għal raġunijiet imperattivi ta" urġenza, il-Kummissjoni tista" tirrikorri għall-proċedura ta" urġenza msemmija fl-Artikolu 14a (3).

"

(5)  Fl-Artikolu 5(3) għandu jinbidel b'dan li ġej:"

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħżin ta" l-informazzjoni, jew il-ksib ta" l-aċċess għall-informazzjoni diġà maħżuna, fit-tagħmir terminali ta" abbonat jew utent, jew b'mod dirett jew b'mod indirett permezz ta" kwalunkwe tip ta" mezz ta" ħażna, ikun ipprojbit sakemm l-abbonat jew l-utent ikkonċernat ma jkunx ta l-kunsens tiegħu/tagħha minn qabel, filwaqt li wieħed jittieħed kont tal-fatt li l-issettjar tal-browser jikkostitwixxi kunsens minn qabel, u dan jingħata informazzjoni ċara u komprensiva skond id-Direttiva 95/46/KE, dwar inter alia l-għanijiet ta" l-ipproċessar mill-kontrollur tad-data. Dan ma jimpedixxi l-ebda ħżin jew aċċess tekniku għall-għan esklużiv ta" implimentazzjoni ▌tat-trażmissjoni ta" komunikazzjoni fuq network ta" komunikazzjonijiet elettroniċi, jew kif strettament meħtieġ biex jiġi pprovdut servizz ta" soċjetà ta" l-informazzjoni espliċitament mitlub mill-abbonat jew l-utent.

"

(6)  L-Artikolu 6 għandu jiġi emendat kif ġej:

a)   il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

3.  '3. Għall-iskopijiet ta' kummerċjalizzazzjoni ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jew sabiex jingħataw serviżżi ta' valur miżjud, il-fornitur ta' servizz ta' komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku jista' jipproċessa d-data li jirreferi għaliha l-paragrafu 1 fil-limiti u għat-tul meħtieġa għal serviżżi jew għal kummerċjalizzazzjoni ta' dan it-tip, sakemm l-abbonat jew l-utent lil min tikkonċerna d-data jkun ta l-kunsens tiegħu minn qabel. L-utenti jew l-abbonati għandhom jingħataw il-possibilità li jirtiraw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar ta' data dwar it-traffiku f'kull ħin.';

"

b)   għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

7.  '7. Mingħajr ħsara għall-konformità mad-dispożizzjonijiet li mhumiex l-Artikolu 7 tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 5 ta" din id-Direttiva, traffiku ta" data jista" jkun ipproċessat għall-interess leġittimu tal-kontrollur tad-data għall-iskop ta" implimentar ta" miżuri tekniċi li jiżguraw is-sigurtà tan-network u ta" l-informazzjoni, kif definit mill-Artikolu 4 (c) tar-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" l-10 ta" Marzu 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea ta" Sigurtà tan-Network u ta" l-Informazzjoni*, servizz ta" komunikazzjoni pubbliku elettroniku, network ta" komunikazzjonijiet elettroniċi pubbliku jew privat, servizz ta" soċjetà ta" informazzjoni jew apparat ta" komunikazzjoni elettroniku u terminali relatat, minbarra fejn interess bħal dan jiġi maqbuż minn dawk tad-drittijiet fundamentali u l-libertajiet tas-suġġett tad-data. Tali proċessar għandu jkun ristrett għal dak li huwa strettament neċessarju għall-iskopijiet ta" dan it-tip ta" attività ta" sigurtà.

__________

* ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1.';

"

   (7) L-Artikolu 13 għandu jiġi emendat kif ġej:

a)   il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

1.  '1. L-użu ta' sistemi ta' sejħiet u ta' komunikazzjoni awtomatizzati, mingħajr l-intervent uman (magni tas-sejħiet awtomatiċi), magni tal-facsimile (fax jew posta elettronika (inklużi servizzi ta" messaġġi qosra (SMS) u servizzi ta' messaġġi multimedjali (MMS)) għall-iskopijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta jista" jiġi permess biss fir-rigward ta' abbonati li jkunu taw il-kunsens tagħhom minn qabel.';

"

b)   il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

4.  '4. Fi kwalunkwe każ, il-prattika li tintbagħat posta elettronika għal skopijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta, li jiddissimula jew jaħbi l-identità tal-mittent li f'ismu tkun saret il-komunikazzjoni, jew bi ksur ta' l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/31/KE, jew li jkollha links għal siti li jkollhom skop malizzjuż jew qarrieqi, jew mingħajr indirizz validu li min jirċeviha jista" jindirizza talba biex dawn il-komunikazzjonijiet jiefqu, għandha tiġi pprojbita.';

"

c)   il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud:"

6.  Bla ħsara għal kwalunkwe rimedju amministrattiv li għalih tista" ssir dispożizzjoni, inter alia skond l-Artikolu 15a(2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull individwu jew persuna legali li għandhom interess leġittimu biex jiġġieldu kontra l-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva, inkluż fornitur ta" servizz ta" komunikazzjonijiet elettroniċi li jħares l-interessi kummerċjali leġittimi jew l-interessi tal-klijenti tiegħu, jistgħu jieħdu azzjoni legali kontra dan il-ksur quddiem il-qrati.

"

(8)  L-Artikolu 14(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

3.  '3. Fejn meħtieġ, jistgħu jiġu adottati miżuri biex ikun żgurat li t-tagħmir terminali jinbena b'tali mod li jkun kompatibbli mad-dritt ta' l-utenti li jħarsu u jikkontrollaw l-użu tad-data personali tagħhom, skont id-Direttiva1999/5/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE tat-22 ta' Diċembru 1986 dwar l-istandardizzazzjoni fil-qasam tat-teknoloġija ta' l-informatika u l-komunikazzjonijiet*. Dawn il-miżuri għandhom jirrispettaw il-prinċipju ta" newtralità tat-teknoloġija.

____________________________

* ĠU L 36, 7.2.1987, p. 31.';

"

(9)  Għandu jiddaħħal l-Artikolu 14a li ġej:"

Artikolu 14a

Proċdura tal-Kumitat

1.  Il-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet stabbilit bl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2002/21/KE (id-Direttiva Qafas) għandu jgħin lill-Kummissjoni.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li tiġi kkunsidrata d-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 8 tiegħu.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tiegħu.

"

10)   fl-Artikolu 15, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

'1b. Il-fornituri ta" servizzi tal-komunikazzjonijiet pubblikament disponibbli u l-fornituri ta" servizzi tas-soċjetà ta" l-informatika għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet indipendenti tal-protezzjoni tad-data, bla dewmien żejjed, dwar it-talbiet kollha għall-aċċess tad-data personali ta" l-utenti li jkunu waslu skont il-paragrafu 1, inklużi l-ġustifikazzjoni legali mogħtija u l-proċedura legali użata għal kull talba; l-awtorità indipendenti tal-protezzjoni tad-data kkonċernata għandha tinnotifika lill-awtoritajiet ġudizzjarji xierqa dwar dawk il-każijiet fejn hija tqis li kien hemm nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti tal-liġi nazzjonali.';

"

(11)  Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

Artikolu 15a

Implimentazzjoni u infurzar

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli tal-penali, inklużi s-sanzjonijiet penali fejn ikun xieraq, applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn ir-regoli jkunu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u diswassivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill- u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li teffettwahom.

2.  Bla ħsara għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju li jista" jkun disponibbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità regolatorja nazzjonali jkollha s-setgħa li tordna l-waqfien tal-ksur imsemmi fil-paragrafu 1.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom is-setgħat u r-riżorsi investigattivi kollha meħtieġa, inkluż il-possibbiltà li jiksbu kwalunkwe informazzjoni rilvanti li jistgħu jkunu jeħtieġu biex jissorveljaw u jinfurzaw id-dispożizzjonijiet adottati skond din id-Direttiva.

4.  Sabiex tiżgura kooperazzjoni effikaċi transkonfinali fl-infurzar tal-liġijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u toħloq kundizzjonijiet armonizzati għall-forniment ta" servizzi li jinvolvu flussi transkonfinali tad-data, il-Kummissjoni tista" tadotta miżuri implimentattivi tekniċi, wara li tikkonsulta lill-ENISA, lill-Grupp ta' Ħidma Artikolu 29 u lill-awtoritajiet regolatorji rilevanti.

Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta" din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14a(2). Għal raġunijiet imperattivi ta" urġenza, il-Kummissjoni tista" tuża l-proċedura ta" urġenza msemmija fl-Artikolu 14a (3).

"

(12)  L-Artikolu 18 għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:"

'Artikolu 18

Reviżjoni

Sa ...(21), il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, wara li tikkonsulta mal-Grupp ta" Ħidma Artikolu 29 u mal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data, rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u l-impatt tagħha fuq l-operaturi ekonomiċi u fuq il-konsumaturi, partikolarment rigward id-dispożizzjonijiet dwar komunikazzjonijiet mhux soliċitati, notifiki ta" ksur u l-użu ta" data personali minn terzi persuni, pubbliċi jew privati, għal skopijiet mhux koperti minn din id-Direttiva, filwaqt li jitqies l-ambjent internazzjonali. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tista" titlob informazzjoni mingħand l-Istati Membri, li għandha tingħata mingħajr dewmien żejjed. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti biex tiġi emendata din id-Direttiva, filwaqt li jitqiesu r-riżultati ta" dak ir-rapport, kwalunkwe bidla fis-settur, it-Trattat ta" Liżbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea*, b'mod partikolari l-kompetenzi ġodda fi kwistjonijiet ta" protezzjoni tad-data kif stipulat fl-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u kwalunkwe proposta oħra li tista" tqis neċessarja għat-titjib ta' l-effettività ta" din id-Direttiva.

Mhux iktar tard minn sentejn ...+, u wara li tikkonsulta lill-ENISA, lill-Grupp ta' Ħidma Artikolu 29 u partijiet oħra interessati, inklużi rappreżentanti tal-industrija, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport ibbażat fuq studju dettaljat b'rakkomandazzjonijiet dwar użi standard ta" indirizzi IP u l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-ePrivacy u tad-Direttiva dwar id-Data Personali, rigward il-ġbir u l-iżvilupp ulterjuri tagħhom,

__________

* ĠU C 306, 17.12.2007, p. 1.'.

"

Artikolu 3

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2006/2004

Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2006/2004║, għandu jiġi miżjud il-punt li ġej:"

17.  Rigward il-protezzjoni tal-konsumaturi, id-Direttiva 2002/58/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika: Artikolu 13 (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

"

Artikolu 4

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa […]║il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex tintlaħaq konformità ma" din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni t-test ta" dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta" korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikawhom minn […].

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fi […] jum wara dak li fih tkun ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Destinatarji

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi ║

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 224, 30.8.2008, p.50.
(2) ĠU C 257, 9.10.2008, p. 51.
(3) ĠU C 181, 18.7.2008, p. 1.
(4) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008.
(5) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7.
(6) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21.
(7) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.
(8) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51.
(9) ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.
(10) ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10.
(11) ĠU L 178, 17.7.2000, p.1.
(12) ĠU L 249, 17.9.2002, p. 21.
(13) ĠU L 49, 17.2.2007, p. 30.
(14) ĠU L 332, 18.12.2007, p. 27.
(15) ĠU L 115, 17.4.1998, p. 31.
(16) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(17) ĠU L 105, 13.4.2006, p. 54.
(18) ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1.
(19) ĠU L 184,17.7.1999, p.23.
(20) ĠU C 306, 17.12.2007, p. 1.
(21)+ Sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.


ANNESS I

DESKRIZZJONI TA" FAĊILITAJIET U SERVIZZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 10 (KONTROLL TA" L-INFIQ), L-ARTIKOLU 29 (FAĊILITAJIET ULTERJURI) U L-ARTIKOLU 30 (IL-FAĊILITAZZJONI TAL-BIDLA TAL-FORNITUR)

Taqsima A

Il-faċilitajiet u s-servizzi msemmija fl-Artikolu 10:

(a)  Kontijiet dettaljati

L-Istati Mambri jridu jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, suġġett għar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-ħarsien tad-data personali u l-privatezza, ikunu jistgħu jistabbilixxu l-livell bażiku ta" kontijiet dettaljati li jridu jinħarġu minn impriżi nnominati (kif stabbilit fl-Artikolu 8) lill-utenti finali mingħajr ħlas sabiex dawn ikunu jistgħu:

   i) jivverifikaw u jiċċekkjaw il-ħlasijiet għall-użu ta" network pubbliku ta" komunikazzjonijiet f'post fiss u/jew li jkunu relatati ma" servizzi telefoniċi pubblikament disponibbli, u
   ii) jissorveljaw b'mod xieraq l-użu u l-ispejjeż li jagħmlu u b'hekk jeżerċitaw livell raġonevoli ta" kontroll fuq il-kontijiet tagħhom.

Meta jkun xieraq, jistgħu jiġu offruti lill-abbonati livelli ulterjuri ta' dettall għal ħlas ta" tariffi raġonevoli jew mingħajr ebda ħlas.

Is-sejħiet li jkunu mingħajr ħlas mill-abbonat li jagħmel is-sejħa, inklużi s-sejħiet lil linji ta" għajnuna, ma jridux ikunu identifikati fil-kont dettaljat ta' l-abbonat li jagħmel is-sejħa.

(b)  Imblukkar selettiv ta" sejħiet 'il barra (outgoing calls), mingħajr ħlas

jiġifieri l-faċilità li permezz tagħha l-abbonat jista", wara li jitlob lil impriża nnominata biex tipprovdi servizzi telefoniċi, jimblokka, mingħajr ma jħallas, sejħiet 'il barra jew xorta oħra ta' komunikazzjoni ta" tipi definiti jew lejn tipi definiti ta" numri.

(  ċ) Sistemi ta" ħlas minn qabel

L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jitolbu lill-impriżi nnominati biex jipprovdu mezzi kif il-konsumaturi jħallsu għall-aċċess għal network ta" komunikazzjonijiet pubbliċi u għall-użu ta" servizzi telefoniċi pubblikament disponibbli fuq bażi ta" termini ta" ħlas minn qabel.

(d)  Pagament bin-nifs tal-ħlasijiet għall-konnessjoni

L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jitolbu lill-impriżi nnominati biex jippermettu li l-konsumaturi jkunu jistgħu jħallsu għall-konnessjoni ma" network pubbliku ta" komunikazzjonijiet fuq bażi ta" pagamenti bin-nifs għal tul ta" żmien.

(e)  Kontijiet li ma jitħallsux

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw miżuri speċifiċi, li għandhom ikunu proporzjonati, mhux diskriminatorji u ppubblikati, biex ikopru l-kontijiet li ma jitħallsux lil operaturi nnominati skond l-Artikolu 8. Dawn il-miżuri jridu jiżguraw li għandha tingħata twissija xierqa minn qabel lill-abbonat ikkonċernat dwar interruzzjoni jew qtugħ tas-servizz b'konsegwenza ta" kont li ma jitħallasx. Ħlief f'każi ta" frodi, ħlas tard b'mod persistenti, jew ħlas li ma jsir qatt, dawn il-miżuri għandhom jiżguraw, sa fejn ikun teknikament fattibbli, li kwalunkwe interruzzjoni tas-servizz tiġi restritta għas-servizz ikkonċernat. networknetworkIl-qtugħ tas-servizz b'konsegwenza ta" kontijiet li ma jitħallsux għandu jseħħ biss wara li tkun ingħatat twissija xierqa lill-abbonat. L-Istati Membri jistgħu jippermettu perjodu ta" forniment ta" servizz limitat qabel ma jitwettaq qtugħ komplet, li matulu huma permessi biss servizzi li ma jiswewx flus lill-abbonat (pereżempju, is-sejħiet fuq in-numru "112"). L-aċċess għas-servizz ta' emerġenza permezz tal-"112" jista' jiġi imblukkat f'każ ta' użu ħażin u persistenti mill-utent.

(f)  Kontroll ta' l-ispiża

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jirrikjedu lill-impriżi kollha li jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika biex joffru mezzi għall-abbonati sabiex jikkontrollaw l-ispejjeż tas-servizzi ta' telekomunikazzjoni, inklużi avviżi b'xejn lill-konsumaturi fil-każ ta' tendenzi ta' konsum mhux normali.

(g)  L-aħjar parir

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jirrikjedu lill-impriżi kollha li jipprovdu servizzi ta' komunikazzjoni elettronika biex darba fis-sena jirrakkomandaw lill-konsumaturi l-aħjar pakkett ta' tariffi disponibbli tagħhom, fuq il-bażi tat-tendenzi ta' konsum tal-konsumatur tul is-sena ta' qabel.

Taqsima B

Lista ta" faċilitajiet imsemmija fl-Artikolu 29:

(a)  Iddijaljar bit-ton jew DTMF (operazzjoni b'ton doppju multi-frekwenza)

jiġifieri n-network pubbliku ta" tat-telefon isostni l-użu ta" toni DTMF kif definit fl- ETSI ETR 207 għall-issinjalar minn tarf sa tarf man-network kollu kemm fi Stat Membru partikolari kif ukoll bejn Stat Membru u ieħor.

(b)  Identifikazzjoni tal-linja ta" mnejn dieħla t-telefonata

jiġifieri n-numru tal-parti li tagħmel is-sejħa jiġi ppreżentat lill-persuna msejħa qabel ma s-sejħa tiġi stabbilita.

Din il-faċilità għandha tiġi pprovduta skond il-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-ħarsien tad-data personali u l-privatezza, b'mod partikolari d-Direttiva 2002/58/KE.

Sal-limitu teknikament possibbli, l-operaturi għandhom ijfornu data u sinjali li jiffaċilitaw l-offerta ta' l-identità tal-linja li tagħmel is-sejħa u ton ta' ddajaljar minn naħa għall-oħra tal- konfini ta' l-Istati Membri.

(c)  Servizzi fil-każ ta' serq

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi stabbilit numru tat-telefon bla ħlas li jkun komuni għall-fornituri kollha tas-servizz ta' telefonija bil-mobile sabiex issir rapport dwar serq ta' terminal u biex jiġu sospiżi immedjatament is-servizzi assoċjati ma' l-abbonament. L-aċċess għal dan is-servizz għandu jkun possibbli wkoll għal utenti b'diżabbilta?. L-utenti għandhom jiġu infurmati regolarment dwar l-eżistenza ta' dan in-numru, li għandu jkun faċli biex wieħed jiftakru.

(d)  Softwer ta' protezzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali huma kapaċi jirrikjedu mill-operaturi li jagħmlu disponibbli u b'xejn għall-abbonati tagħhom softwer ta' protezzjoni affidabbli, faċli tużah u bi protezzjoni libera u li tista' tkun konfigurata kompletament u/jew ta' filterazzjoni sabiex ikun ikkontrollat l-aċċess minn tfal jew persuni vulnerabbli għal kontenut li ma jgħoddx għalihom.

Kwalunkwe data dwar il-monitoraġġ tat-traffiku li dan is-softwer jista' jiġbor huwa għall-użu tal-abbonat biss.

Taqsima Ċ

L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-portabbiltà tan-numri msemmija fl-Artikolu 30

Ir-rekwiżit li l-abbonati kollha b'numri mill-pjan nazzjonali ta" numerifikazzjoni, li jitolbu dan, jistgħu jżommu n-numru/i tagħhom indipendentement mill-impriża li tipprovdi s-servizz għandu japplika:

   a) fil-każ ta" numri ġeografiċi, f'post speċifiku; kif ukoll
   b) fil-każ ta" numri mhux ġeografiċi, fi kwalunkwe post.

Dan il-paragrafu ma japplikax għall-portabbiltà ta" numri bejn networks li jipprovdu servizzi f'post iffissat u mobile networks.


ANNESS II

INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI PPUBBLIKATA SKOND L-ARTIKOLU 21 (TRASPARENZA U PUBBLIKAZZJONI TA" INFORMAZZJONI)

L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha r-responsabbiltà li tiżgura li l-informazzjoni f'dan l-Anness tiġi ppubblikata skond l-Artikolu 21. Hi r-responsabbiltà ta" l-awtorità regolatorja nazzjonali li tiddeċiedi liema informazzjoni għandha tiġi ppubblikata mill-impriżi li jipprovdu networks pubbliċi ta" komunikazzjonijiet u/jew servizzi telefonċi pubblikament disponibbli u liema informazzjoni għandha tkun ippubblikata mill-awtorità regolatorja nazzjonali nnifisha, sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati. ▌

1.  Isem/ismijiet u indirizz(i) ta" l-impriża/i

jiġifieri l-ismijiet u l-indirizzi ta" l-uffiċċju prinċipali ta" l-impriżi li jipprovdu networks pubbliċi ta" komunikazzjonijiet u/jew servizzi telefonċi pubblikament disponibbli.

2.  Deskrizzjoni tas-servizzi offruti

2.1.  Ambitu tas-servizzi offruti

2.2.  Tariffi standard, li jindikaw is-servizz ipprovdut u l-kontenut ta' kull element tat-tariffa (pereżempju, ħlasijiet għall-aċċess, it-tipi kollha ta" ħlasijiet għall-użu, ħlasijiet għall-manutenzjoni), Għandhom jiġu inklużi wkoll dettalji dwar roħs standard applikat, skemi ta' tariffi speċjali u mmirati u kwalunkwe imposta addizzjonali, kif ukoll spejjeż fir-rigward tat-tagħmir tat-terminal.

2.3.  Politika ta" kumpens/refużjoni, inklużi dettalji speċifiċi dwar kwalunkwe skemi ta" kumpens/refużjoni li jkunu qed jiġu offruti.

2.4.  Tipi ta" servizz ta" manutenzjoni li jkun qed jiġi offrut.

2.5.  Kundizzjonijiet ta" kuntratt standard, inklużi kwalunkwe perjodu kuntrattwali minimu, terminazzjoni ta" kuntratt, proċeduri u ħlasijiet diretti relatati mal-portabbiltà tan-numri u identifikaturi oħrajn, jekk dan ikun rilevanti.

3.  Mekkaniżmi ta" riżolviment ta" tilwim inklużi dawk żviluppati mill-impriża.

4.  Informazzjoni dwar drittijiet fir-rigward ta" servizz universali, inklużi, meta jkun xieraq, il-faċilitajiet u s-servizzi msemmija fl-Anness I.


ANNESS III

PARAMETRI TAL-KWALITÀ TAS-SERVIZZ

TUL TA" ŻMIEN GĦALL-FORNIMENT U PARAMETRI TAL-KWALITÀ TAS-SERVIZZ, TIFSIRIET U METODI TA" KEJL IMSEMMIJA FL-ARTIKOLI 11 U 22

Għal impriża nominata biex tipprovdi aċċess għal network pubbliku ta" komunikazzjonijiet

PARAMETRU

(Nota 1)

TIFSIRA

METODU TA" KEJL

Tul ta" żmien għall-konnessjoni inizjali

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Rata ta" ħsara għal kull linja ta" aċċess

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Ħin tat-tiswija tal-ħsara

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Għal impriża nominata biex tipprovdi servizz telefoniku pubblikament disponibbli

Ħin biex tiġi stabbilita sejħa

(Nota 2)

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Ħin biex tingħata risposta b'servizzi ta" l-operejter

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Ħin biex tingħata risposta b'servizzi ta" konsultazzjojni tad-direttorju

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Proporzjon tat-telefowns pubbliċi bi ħlas bil-muniti jew bil-kard li jkunu jaħdmu

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Ilmenti dwar żbalji fil-kontijiet

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

Proporzjon ta" sejħiet li ma jirnexxux

(Nota 2)

ETSI EG 202 057

ETSI EG 202 057

In-numru tal-verżjoni ta" l-ETSI EG 202 057 hu 1.1.1 (April 2000)

Nota 1

Il-parametri għandhom iħallu lok għall-analiżi tal-prestazzjoni fuq livell reġjonali (jiġifieri mhux inqas mil-livell 2 fin-Nomenklatura ta" l-Unitajiet Territorjali għall-Istatistika (NUTS) stabbilita mill-Eurostat).

Nota 2

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jitolbux li tinżamm informazzjoni aġġornata dwar il-prestazzjoni għal dawn iż-żewġ parametri, jekk ikun hemm provi disponibbli li juru li l-prestazzjoni f'dawn iż-żewġ oqsma tkun sodisfaċenti.

Avviż legali - Politika tal-privatezza